Partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej 

Partiti politiċi Ewropej

Partit politiku Ewropew huwa organizzazzjoni li ssegwi programm politiku. Dan il-partit huwa magħmul minn partiti nazzjonali u/jew individwi bħala membri, irrappreżentat f'diversi Stati Membri u rreġistrat mal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej ("l-Awtorità"). Kif imsemmi fit-Trattati, "[i]l-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni."

Fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Fondazzjoni politika Ewropea hija organizzazzjoni assoċjata ma' partit politiku Ewropew li tappoġġja u tikkomplementa l-objettivi ta' dak il-partit u hija rreġistrata mal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (l-"Awtorità"). Tali fondazzjoni tosserva, tanalizza u tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar kwistjonijiet Ewropej ta' politika pubblika. Hi tiżviluppa wkoll attivitajiet marbuta mal-kwistjoni Ewropea ta' politika pubblika, billi, pereżempju, torganizza seminars, taħriġ, konferenzi u studji.

Rapporti tal-awditur u donazzjonijiet

Qafas legali (sas-sena finanzjarja 2017)