RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 – Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2023
8.10.2024 - (12081/2024 – C10‑0107/2024 – 2024/0089(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Siegfried Mureşan
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 – Id-dħul tal-bilanċ favorevoli tas-sena finanzjarja 2023
(12081/2024 – C10‑0107/2024 – 2024/0089(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat b’mod definittiv fit-22 ta’ Novembru 2023[2],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027[3],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda[4],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom[5],
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta’ April 2024 (COM(2024)0920),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024, adottata mill-Kunsill fit-13 ta’ Settembru 2024 u mibgħuta lill-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Settembru 2024 (12081/2024 – C10‑0107/2024),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0005/2024),
A. billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 huwa mfassal biex idaħħal fil-baġit 2024 is-surplus mis-sena finanzjarja 2023, li jammonta għal EUR 633 miljun;
B. billi l-komponenti ewlenin ta’ dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta’ EUR 238,7 miljun, u sottoinfiq ta’ EUR 393,9 miljun;
C. billi, min-naħa tad-dħul, il-fatturi ewlenin primarji għall-volum tas-surplus huma ammont ta’ EUR 1 766 miljun fi dħul finanzjarju, imgħax ta’ inadempjenza u multi, filwaqt li d-dazji doganali ammontaw għal EUR 1 649 miljun taħt iċ-ċifra mistennija; billi s-surplus ta’ EUR 107 miljun fi dħul amministrattiv huwa prinċipalment attribwibbli għal rata ta’ kontribuzzjoni tal-pensjoni ogħla minn dik imbassra u l-applikazzjoni ta’ aġġornament intermedju tas-salarji f’Jannar 2023, li żied il-livell tat-taxxa u l-imposti u l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni;
D. billi min-naħa tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni ammontat għal EUR 70 miljun (0,1% tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati); billi l-istituzzjonijiet l-oħra kkanċellaw EUR 48 miljun f’pagamenti, u b’hekk żammew ir-rata baxxa ta’ sottoimplimentazzjoni mill-baġit tal-2022;
E. billi, bl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024, it-tnaqqis annwali ta’ somma f’daqqa tal-ING li jgawdu minnu l-Ġermanja, in-Netherlands, id-Danimarka, l-Iżvezja u l-Awstrija jammonta għal madwar EUR 5,4 biljun netti;
F. billi l-marġnijiet u l-flessibbiltà fil-baġit tal-Unjoni għadhom stretti ħafna minkejja r-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u l-introduzzjoni tal-Istrument EURI l-ġdid biex jiġu sottoskritti ż-żieda fil-kostijiet tas-self għall-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, li huma karatteristikament volatili, u dan jikkawża inċertezza għall-baġit; billi, f’dan il-kuntest diffiċli, il-ħtiġijiet baġitarji qed jiżdiedu;
1. Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa mfassal biex jibbaġitja s-surplus tal-2023, għal ammont ta’ EUR 633 miljun, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju;
2. Jilqa’ l-fatt li s-surplus tal-2023 huwa konsiderevolment aktar baxx mis-surplus tal-2022, li jindika tbassir u ġestjoni baġitarji mtejba mill-Kummissjoni;
3. Jissottolinja li s-surplus inaqqas il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri għall-finanzjament tal-baġit tal-2024 fi żmien meta l-ħtiġijiet ta’ finanzjament għadhom kbar u l-ispazju fi ħdan il-baġit tal-Unjoni huwa estremament limitat; jissottolinja li l-baġit irid iżomm biżżejjed flessibbiltà biex l-Unjoni tkun tista’ tlaħħaq ma’ avvenimenti mhux previsti u prijoritajiet emerġenti ġodda;
4. Ifakkar fil-pożizzjoni li ilu jħaddan li l-multi u t-tariffi għandhom jintużaw bħala dħul supplimentari għall-baġit tal-Unjoni u ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING;
5. Jieħu nota tal-kalkolu tat-tnaqqis annwali aġġustat ta’ somma f’daqqa tal-ING għall-ħames Stati Membri benefiċjarji, li jammonta għal madwar EUR 5,4 biljun netti; jenfasizza l-fatt li dawn ir-ribassi huma marbuta mal-inflazzjoni u għalhekk żdiedu b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-QFP, li jiġu aġġustati kull sena abbażi tad-deflatur ta’ 2 %; jisħaq li din l-anomalija żżid il-piż fuq l-Istati Membri l-oħra;
6. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ dħul sostenibbli għall-baġit tal-Unjoni; jiddeplora, għalhekk, in-nuqqas ta’ progress fil-Kunsill dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji f’konformità mal-pjan direzzjonali fil-Ftehim Interistituzzjonali; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu b’appoġġ għall-proposti emendati tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta dawk il-proposti malajr sabiex iżid ir-riżorsi proprji disponibbli għall-baġit tal-Unjoni;
7. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024;
8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura, ir-rapporteur jiddikjara li rċieva kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:
Entità u/jew persuna |
Council of the European Union |
European Commission |
Il-lista ta’ hawn fuq hija mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur.
Meta persuni fiżiċi jkunu identifikati fil-lista b’isimhom, bil-funzjoni tagħhom jew bit-tnejn li huma, ir-rapporteur jiddikjara li ppreżenta lill-persuni fiżiċi kkonċernati l-Avviż tal-Parlament Ewropew Nru 484 dwar il-Protezzjoni tad-Data (https://www.europarl.europa.eu/data-protect/index.do), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom u d-drittijiet marbuta ma’ dak l-ipproċessar.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
7.10.2024 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
29 8 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Georgios Aftias, Isabel Benjumea Benjumea, Olivier Chastel, Tamás Deutsch, Nikolas Farantouris, Angéline Furet, Jens Geier, Thomas Geisel, Jean-Marc Germain, Andrzej Halicki, Alexander Jungbluth, Fabienne Keller, Janusz Lewandowski, Giuseppe Lupo, Ignazio Roberto Marino, Siegfried Mureşan, Fernando Navarrete Rojas, Victor Negrescu, Danuše Nerudová, João Oliveira, Ruggero Razza, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Julien Sanchez, Lukas Sieper, Joachim Streit, Nils Ušakovs, Lucia Yar, Auke Zijlstra |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Mohammed Chahim, Jonás Fernández, Niclas Herbst, Rasmus Nordqvist, Michele Picaro, Jussi Saramo, Kai Tegethoff |
|||
Membri skont l-Artikolu 216 (7), tar-Regoli ta’ Proċedura preżenti għall-votazzjoni finali |
Tobias Cremer, Paulo Do Nascimento Cabral |
|||
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
29 |
+ |
ECR |
Bogdan Rzońca |
NI |
Thomas Geisel, Lukas Sieper |
PPE |
Georgios Aftias, Isabel Benjumea Benjumea, Paulo Do Nascimento Cabral, Andrzej Halicki, Niclas Herbst, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Fernando Navarrete Rojas, Danuše Nerudová, Karlo Ressler |
PfE |
Tamás Deutsch |
Renew |
Olivier Chastel, Fabienne Keller, Lucia Yar |
S&D |
Mohammed Chahim, Tobias Cremer, Jonás Fernández, Jens Geier, Jean-Marc Germain, Giuseppe Lupo, Victor Negrescu, Nils Ušakovs |
The Left |
Jussi Saramo |
Verts/ALE |
Ignazio Roberto Marino, Rasmus Nordqvist, Kai Tegethoff |
8 |
- |
ECR |
Michele Picaro, Ruggero Razza |
ESN |
Alexander Jungbluth |
PfE |
Angéline Furet, Julien Sanchez, Auke Zijlstra |
Renew |
Joachim Streit |
The Left |
Nikolas Farantouris |
1 |
0 |
The Left |
João Oliveira |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj?eliuri=eli%3Areg%3A2018%3A1046%3Aoj&locale=mt#.
- [2] ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj?eliuri=eli%3Abudget%3A2024%3A207%3Aoj&locale=mt.
- [3] ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj?eliuri=eli%3Areg%3A2020%3A2093%3Aoj&locale=mt.
- [4] ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj?eliuri=eli%3Aagree_interinstit%3A2020%3A1222%3Aoj&locale=mt.
- [5] ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.