RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 – aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti għal xi aġenziji deċentralizzati
15.10.2024 - (13195/2024 – C10‑0109/2024 – 2024/0185(BUD))
Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Siegfried Mureşan
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 – aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti għal xi aġenziji deċentralizzati
(13195/2024 – C10‑0109/2024 – 2024/0185(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[2], u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat b’mod definittiv fit-22 ta’ Novembru 2023[3],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027[4],
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda[5],
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom[6],
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024, adottat mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Lulju 2024 (COM(2024)0931),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024, adottata mill-Kunsill fit-23 ta’ Settembru 2024 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-24 ta’ Settembru 2024 (13195/2024 – C10‑0109/2024),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10‑0007/2024),
A. billi l-għan ewlieni tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi u, barra minn hekk, li jaġġusta n-naħa tan-nefqa tal-baġit fir-rigward ta’ għadd ta’ aġenziji deċentralizzati,
B. billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 jinvolvi reviżjoni tal-previżjonijiet tar-riżorsi proprji fir-rigward tad-dazji doganali, li huma 18,3 % anqas mill-previżjoni ta’ Mejju 2023, fil-bażi tal-VAT mhux limitata, li hija 0,6 % anqas mill-previżjoni ta’ Mejju 2023, fl-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat, li huwa 0,6 % ogħla meta mqabbel mal-previżjoni ta’ Mejju 2023, u fil-bażi totali tal-ING tal-UE, li hija 0,3 % ogħla mill-previżjoni ta’ Mejju 2023,
C. billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 jaġġorna wkoll il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-2024 skont il-ftehim dwar il-ħruġ, liema kontribuzzjoni tammonta għal EUR 2,38 biljun, tnaqqis sinifikanti ta’ EUR 1,52 biljun meta mqabbel mal-istima inkluża fil-baġit tal-2024; billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 iqis ukoll il-multi u l-penali msarrfa sal-aħħar ta’ Mejju 2024, li jżid il-previżjoni inizjali għall-multi u l-penali fil-baġit tal-2024 b’EUR 513-il miljun,
D. billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 jipproponi għadd ta’ aġġustamenti għall-finanzjament tal-aġenziji deċentralizzati, b’żieda netta ta’ EUR 12-il miljun b’mod ġenerali u proposta biex jiġi mobilizzat l-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 13,2-il miljun bil-għan li jkopri żidiet għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini u għall-Eurojust fin-nuqqas ta’ kwalunkwe marġni disponibbli taħt l-Intestatura 2b tal-qafas finanzjarju pluriennali (“il-QFP”),
1. Jilqa’ l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024, kif imressaq mill-Kummissjoni;
2. Jieħu nota li t-tnaqqis fl-ammont ta’ riżorsi proprji għajr l-ING (b’mod partikolari fir-rigward tad-dazji doganali) u fid-daqs tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għall-baġit jirriżulta f’żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-ING ta’ EUR 5,63 biljun; jinnota li hemm diverġenza sinifikanti mit-tbassir inizjali tad-dazji doganali u l-kontribuzzjoni tar-Renju Unit u jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-ambitu bil-għan li jittejjeb it-tbassir tagħha, liema tbassir huwa vitali għall-prevedibbiltà tal-ippjanar baġitarju;
3. Jissottolinja li, bl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024, it-tnaqqis ta’ somma sħiħa tal-ING għall-ħames Stati Membri benefiċjarji jammonta għal ftit anqas minn EUR 5,4 biljun netti; jisħaq fuq il-fatt li dawn ir-ribassi huma marbuta mal-inflazzjoni u għalhekk żdiedu b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-QFP, liema limiti jiġu aġġustati kull sena abbażi tad-deflatur ta’ 2 %; jissottolinja li din l-anomalija żżid il-piż fuq l-Istati Membri l-oħra;
4. Jenfasizza l-ħtieġa ta’ dħul sostenibbli għall-baġit tal-Unjoni, li ġie mġebbed ħafna biex jirreaġixxi għal diversi kriżijiet f’dawn l-aħħar snin; jiddeplora, għalhekk, in-nuqqas ta’ progress fil-Kunsill dwar ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji f’konformità mal-pjan direzzjonali fil-Ftehim Interistituzzjonali; ifakkarfil-pożizzjoni tiegħu b’appoġġ għall-proposti emendati tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Kunsill u l-Istati Membri jadottaw dawk il-proposti malajr sabiex jiżdiedu r-riżorsi proprji disponibbli għall-baġit tal-Unjoni; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li l-multi u l-imposti għandhom jintużaw bħala dħul supplimentari għall-baġit tal-Unjoni;
5. Itenni l-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li prijoritajiet ġodda jirrikjedu flus ġodda; jinnota s-serje ta’ aġġustamenti għall-baġits tal-aġenziji deċentralizzati, primarjament f’konformità mal-kompiti assenjati lilhom skont il-leġiżlazzjoni adottata reċentement; ifakkar li l-aġenziji jeħtiġilhom ikollhom il-persunal u l-baġit meħtieġa biex jissodisfaw il-mandati tagħhom sew; jiddeplora li, f’diversi każijiet, riżorsi addizzjonali għal aġenzija deċentralizzata jinvolvu tnaqqis korrispondenti fil-pakkett tal-programm;
6. Jiddispjaċih li, fil-QFP attwali, total ta’ EUR 1,5 biljun s’issa ġie, jew huwa propost li jiġi, riallokat minn programmi għal aġenziji deċentralizzati; jissottolinja li l-kobor tar-riallokazzjonijiet huwa sintomatiku tar-riżorsi mġebbda disponibbli għall-baġit tal-Unjoni u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ flessibbiltà baġitarja biex jiġu aġġustati r-riżorsi tal-aġenziji f’konformità mal-bidliet fil-mandati u l-kompiti tagħhom matul il-QFP;
7. Jinnota li l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024 jinvolvi żieda ta’ EUR 2 miljun għall-Eurojust minħabba pressjoni inflazzjonarja; jissottlinja li l-pressjoni inflazzjonarja hija biċ-ċar sfida għall-aġenziji deċentralizzati kollha, bl-inflazzjoni taqbeż id-deflatur annwali ta’ 2 % u li bih jiżdiedu l-limiti massimi tal-QFP kif ukoll l-ispejjeż tal-persunal u dawk operattivi għall-aġenziji deċentralizzati taħt pressjoni sostanzjali b’riżultat ta’ dan; jikkunsidra li t-trattament attwali tal-baġits tal-aġenziji deċentralizzati bħala separat mill-infiq amministrattiv taħt l-Intestatura 7 jirrikjedi aktar riflessjoni bħala parti mit-tħejjijiet tal-Kummissjoni għall-QFP ta’ wara l-2027;
8. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 4/2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura, ir-rapporteur jiddikjara li rċieva kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:
Entità u/jew persuna |
Council of the European Union |
European Commission |
Il-lista ta’ hawn fuq hija mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur.
Meta persuni fiżiċi jkunu identifikati fil-lista b'isimhom, bil-funzjoni tagħhom jew bit-tnejn li huma, ir-rapporteurjiddikjara li ppreżenta lill-persuni fiżiċi kkonċernati l-Avviż tal-Parlament Ewropew Nru 484 dwar il-Protezzjoni tad-Data (https://www.europarl.europa.eu/data-protect/index.do), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet applikabbli għall-ipproċessar tad-data personali tagħhom u d-drittijiet marbuta ma' dak l-ipproċessar.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
14.10.2024 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 5 2 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Georgios Aftias, Isabel Benjumea Benjumea, Olivier Chastel, Tamás Deutsch, Thomas Geisel, Jean-Marc Germain, Andrzej Halicki, Alexander Jungbluth, Ondřej Kovařík, Giuseppe Lupo, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Matjaž Nemec, João Oliveira, Karlo Ressler, Julien Sanchez, Hélder Sousa Silva, Nicolae Ştefănuță, Carla Tavares, Nils Ušakovs, Lucia Yar |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Stine Bosse, Jonás Fernández, Michalis Hadjipantela, Rasmus Nordqvist, Jacek Protas, Jussi Saramo |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 216(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Matthias Ecke, Marieke Ehlers, Virginie Joron |
|||
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
23 |
+ |
PPE |
Georgios Aftias, Isabel Benjumea Benjumea, Michalis Hadjipantela, Andrzej Halicki, Siegfried Mureşan, Jacek Protas, Karlo Ressler, Hélder Sousa Silva |
PfE |
Tamás Deutsch |
Renew |
Stine Bosse, Olivier Chastel, Lucia Yar |
S&D |
Matthias Ecke, Jonás Fernández, Jean-Marc Germain, Giuseppe Lupo, Victor Negrescu, Matjaž Nemec, Carla Tavares, Nils Ušakovs |
The Left |
Jussi Saramo |
Verts/ALE |
Rasmus Nordqvist, Nicolae Ştefănuță |
5 |
- |
ESN |
Alexander Jungbluth |
NI |
Thomas Geisel |
PfE |
Marieke Ehlers, Virginie Joron, Julien Sanchez |
2 |
0 |
PfE |
Ondřej Kovařík |
The Left |
João Oliveira |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj?locale=mt#.
- [2] ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj?locale=mt
- [3] ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj?locale=mt.
- [4] ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj?locale=mt.
- [5] ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj?locale=mt.
- [6] ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj?locale=mt.