RAPPORT b'mozzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew

1.3.2006 - [2005/2175](INI)

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Adeline Hazan

Proċedura : 2005/2175(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0049/2006
Testi mressqa :
A6-0049/2006
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW LILL-KUNSILL


dwar l-evalwazzjoni tal-mandat ta' l-arrest Ewropew

[2005/2175](INI)

Il-Parlament Ewropew,

-     wara li kkunsidra l-proposta ta' rakkomandazzjoni lill-Kunsill ippreżentata minn Adeline Hazan, f'isem il-Grupp PSE dwar l-evalwazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew (B6-0455/2005),

- wara li kkunsidra t-Trattat ta' Amsterdam fejn għall-ewwel darba ġie mistqarr l-objettiv li jitwaqqaf spazju ġudizzjarju Ewropew,

- wara li kkunsidra l-konklużżjonijiet tas-Summit ta' Tampere tal-15 u s-16 ta' Ottubru, 1999, li stqarret il-prinċipju ta' l-għarfien reċiproku bħala l-għareb tal-koperazzjoni ġudizzjarja,

- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-6 ta' Frar 2002 dwar il-proġett għal deċiżjoni qafas tal-Kunsill dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u dwar il-proċeduri ta' kunsinja bejn l-Istati Membri[1],

- wara li kkunsidra d-deciżjoni ta' qafas 2002/584/JA1 tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta'areest Ewropew u l-proċeduri dwar kunsinja fejn l-Istati Membri[2],

-     wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 34 tad-deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 (COM(2005)(0063),

-    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 34 tad-deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 (COM(2006)(0008),

-     wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Polonja (27 ta' April 2005), tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (18 ta' Lulju 2005) u ta' Ċipru (7 ta' Novembru 2005) u ta' diversi proċeduri li għadhom għaddejjin, partikularment quddiem il-Qorti ta' l-Arbitraġġ fil-Belġju,

-     wara li kkunsidra l-laqgħat Parlamentari tas-17 u tat-18 ta' Ottubru, 2005 fuq it-tema tat-titjib tal-kontroll Parlamentari fuq il-koperazzjoni bejn il-qrati u l-pulizija fl-Ewropa, li laqqgħu flimkien mal-mitt membru parlamentari ta' għadd ta' pajjiżi, kif ukoll membri tal-Kummissjoni għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

-     wara li kkunsidra l-Artikolu 114, paragrafu 3 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-     wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0049/2006),

A.  billi jinnota l-karattru innovattiv u eżemplari tal-mandat ta' arrest Ewropew għall-iżvilupp u l-koperazzjoni ġuridika u t-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka, kif ukoll l-impatt dirett tiegħu fuq il-libertajiet pubbliċi,

B. billi l-mandat ta' arrest Ewropew jibqa' waħda mill-għodod prinċipali ta' l-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma' koperazzjoni ġudizzjarja, bħal fil-każ tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra l-kriminalità organizzata,  

Ċ. billi l-ewwel evalwazzjoni li għamlet il-Kummissjoni turi li l-mandat ta' arrest Ewropew ta prova ta' l-effiċjenza tiegħu meta mqabbel mal-mekkaniżmu ta' l-estradizzjoni li jimxi bil-mod wisq, huwa tqil u llum il-ġurnata skadut; u billi jippermetti wkoll li jnaqqas ir-riskju li persuna akkużata jew ssentenzjata taħrab mill-ġustizzja minħabba raġunijiet ta' "sovranità ġudizzjarja" u b'hekk jippermetti li jkun hemm ġlieda aktar effikaċi kontra l-kriminalità organizzata u kontra t-terroriżmu,

D. jenfasizza li wieħed mill-vantaġġi tal-mandat Ewropew hija t-tneħħija ta' l-indħil politiku fil-proċedura, kontra dak li jiġri fi proċedura ta' estradizzjoni,  

E. billi hemm ir-rieda murija minn bosta Stati Membri li jibqgħu jzommu elementi tas-sistema tradizzjonali ta' estradizzjoni (il-kunċett tal-kriminalità doppja, l-intervent tal-poteri politiċi fil-proċess ġudizzjarju) jew ukoll li jżiedu mottivi supplimentari għal ċaħda li jmorru kontra d-deċiżjoni ta' qafas 2002/584/JA1, bħalma huma mottivi politiċi jew mottivi ta' sigurtà nazzjonali, jew ukoll dawk li huma bbażati fuq drittijiet fundamentali,

F. billi l-implimentazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew sabet ostakoli ta' prattikabilità, partikularment problemi ta' traduzzjoni, ta' trasmissjoni jew użu ta' formoli diverġenti, li ftit huma kompatibbli mal-eżigenzi tal-mandat ta' arrest Ewropew,

Ġ. billi hemm il-problemi ta' transpożizzjoni li sabu reċentement bosta Stati Membri, partikularment fil-Ġermanja, u n-neċessità li jikkonformaw it-testi kostituzzjonali nazzjonali mad-deċiżjoni ta' qafas 2002/584/JAI biex tkun tista' ssir il-kunsinna taċ-ċittadini (konnazzjonali), (partikularment fil-Polonja u f'Ċipru),

H. billi hemm il-biża' li dawn id-diffikultajiet jistgġu ħerru l-fiduċja reċiproka u joħolqu reazzjoni katina li tqajjem dubju dwar l-implimentazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew minn Stati Membri oħra, kif juri l-fatt li, wara d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża li annullat il-leġiżlazzjoni tat-transpozizzjoni tad-deċiżjoni ta' qafas, bosta Stati Membri ddikjaraw li kienu mgiegħla jerġgħu japplikaw proviżorjament l-istrumenti ta' estradizzjoni ta' qabel il-mandat ta' arrest Ewropew sakemm tiġi adottata liġi ta' transpożizzjoni ġdida konformi mal-Liġi fundamentali,

I. billi n-nuqqas ta' fiduċja reċiproka bejn l-imħallfin hija dovuta għall-insuffiċenza ta' normi minimi komuni fil-proċeduri legali, u li dan inaqqas l-effiċjenza tal-koperazzjoni ġudizzjarja,  

J. billi jfakkar li l-ħolqien ta' spazju Ewropew ta' libertà, sigurta u ġustizzja, ibbażat fuq il-fiduċja reċiproka ma jistax ikun ikkonċepit mingħajr l-avviċinament minimu tal-liġijiet nazzjonali, kif enfasizza l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2005[3],

K. billi l-ewwel evalwazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni (COM(2005)0063) ma kenitx tirreferi ħlief għal 24 Stat Membru u ma ntemmitx għajr reċentement fil-kas ta' l-Italja (COM(2005)0063) li kien l-aħħar Stat Membru li ttranspona d-deċiżjoni ta' qafas 2002/584/JAI,

L. billi minbarra l-problema tat-transpożizzjoni, il-problemi l-oħra li sabu l-Istati Membri huma kważi kollha ta' l-istess natura, kif intwera fid-dibattiti tas-Seduti Parlamentari tas-17 u t-18 ta' Ottubru 2005, u billi 'l quddiem ikunu meħtieġa skambji isħaħ ta' informazzjoni u koperazzjoni akbar bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew biex tkun żgurata transpożizzjoni tad-deċiżjoni qafas 2002/584/JA1 fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli, kif ukoll skambji oħrajn għall-verifika,

M. billi l-abbozz tat-trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni Ewropea jitlob titjib kbir fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja u dak tal-pulizija fl-Ewropa, billi, fost dan it-titjib , it-tneħħija ta' "pilastri" u l-komunitarizazzjoni tal-proċeduri inerentement jirrinforzaw il-kapaċità ta' azzjoni ta' l-UE, bħalma huwa l-karattru demokratiku u transparenti tad-deċiżżjonijiet li tieħu, għaliex jenfasizza li din il-parti ta' l-abbozz ma kenitx kawża ta' dibattiti u lanqas ma sabet oppożizzjoni waqt il-kampanja reċenti ta' ratifikazzjoni,

N. billi jiddispjaċih li l-irwol tal-Parlament fl-adozzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew u wkoll fl-evalwazzjoni tiegħu, kif ukoll il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma limitati minħabba l-fatt li huwa hu strument tat-"tielet pilastru", ibbażat fuq l-Artikolu 31 u 34 tat-Trattat ta' l-UE (Titolu 4),

O. billi jqis li jaqbel li jiġu applikati integralent it-trattati li hemm fis-seħħ bħalissa, u b'hekk titwettaq il-passerella skond l-Artikolu 42 tat-Trattat ta' l-UE, li jantiċipa l-possibilità li l-Istati Membri jiddeċiedu li jintegraw il-mandat ta' arrest Ewropew fl-"ewwel pilastru", biex hekk jiżguraw il-kontroll demokratiku mill-Parlament Ewropew u l-kontroll ġuridiku mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja,   

P. billi l-Konvenzjoni li tistabbilixxi mandat ta' l-arrest Nordiku ġiet iffirmata fil-15 ta' Diċembru 2005 mid-Danimarka, il-Fillandja, l-Islanda, l-Isveżja u n-Norveġja; għalkemm ibbażat fuq il-prinċipji u l-istruutura tal-mandat ta' arrest Ewropew, il-mandat ta' arrest nordiku fih bosta titjib mill-mandat ta' arrest Ewropew, u dan billi jorganizza sistema ta' kunsinja aktar effikaċi, partikularment minħabba : it-tnaqqis ta' fl-għadd ta' raġunijiet fakultattivi biex ma jiġix esegwit, skadenzi għall-proċeduri aqsar minn dawk previsti fil-mandat ta' arrest Ewropew; billi l-UE tista' tispira ruħha utilment mill-mandat Nordiku biex issaħħaħ l-effiċjenza tal-mandat ta' arrest Ewropew,

1.  Jindirizza lill-Kunsill ir-rakkamandazzjonijiet li ġejjin:

Traspożizzjoni u implimentazzjoni prattika

a)    Jadotta kemm jista' jkun malajr il-proposta tad-deċiżjoni ta' qafas li tolqot ċerti drittijiet proċedurali marbuta mal-qafas ta' proċeduri penali fl-UE, filwaqt li jikkunsidra l-emendi proposti mill-Parlament fil-pożizzjoni meħuda minnu fit-12 ta' April 2005[4]; din il-miżura hija infatti essenzjali biex tiżgura l-istess livell ta' protezzjoni ġuridika liċ-ċittadini ta' l-UE, u minħabba l-garanziji li hemm fiha, tiffaċilita l-kunsinja minn Stat Membru ta' wieħed miċ-ċittadini tiegħu lil Stat Membru ieħor;

b)    Jiżgura li, fit-transpożizzjoni tad-deċiżjoni ta' qafas 2002/584/JA1, l-Istati Membri ma jerġgħux idaħħlu għall-kunsija taċ-ċittadini tagħhom kontrolli sistematici għall-kriminalità doppja, għaliex dan jagħmel ħsara għall-effiċjenza tal-mandat ta' arrest Ewropew u jdgħajjef il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri;

ċ)   Jiżgura li ebda awtorità politika ma tkun tista' tindaħal fil-proċedura ta' l-implimentazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew, indħil li kien joħloq problemi fil-proċeduri ta' estradizzjoni; ifakkar li minn issa 'l quddiem l-awtorità ċentrali m'għandhiex tmur 'ilhinn mill-irwol tagħha ta' faċilitatur fil-proċeduri ta' kunsinja ta' persuni indagati jew issentenzjati;

d)   Joqgħod attent li d-diffikultajiet persistenti f'ċerti pajjiżi fl-applikazzjoni "ratione temporis" tad-deċiżjoni ta' qafas 2002/584/JAI jinstabulhom soluzzjoni u li dawn ma jagħmlux ħsara għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri li fil-preżent qed japplikawha tajjeb;

e)   Joqgħod attent li l-Istati Membri jieħdu bla telf ta' żmien il-miżuri li jkunu meħtieġa biex jitneħħa kull ostakolu, kemm kostituzzjonali u kemm legali, meta jiġu biex japplikaw mandat ta' arrest Ewropew għall-kunsija ta' ċittadini tagħhom;  

f)    Jieħu ħsieb li l-Kunsill jagħmel rapport annwali lill-Parlament fuq il-miżuri li jkun ħa biex iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħmlu transpożizzjoni korretta u implimentazzjoni effikaċi tal-mandat ta' arrest Ewropew, kif irrakkomandat fil-punti b), ċ), d) u e);

Evalwazzjoni

g)   Jaħseb biex, flimkien mal-Parlament, fil-qafas tal-kompetenzi taż-żewġ awtoritajiet baġitarji, il-Kummisjoni, fil-funzjoni tagħha ta' gwardjan tat-trattati, ikollħa għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi neċessarji għal xogħol ta' verifika bir-reqqa tal-kwalità tat-transpożizzjoni;

h)   Jagħmel, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, evalwazzjoni oġġettiva, koordinata imparzjali u aktar fil-fond tad-diffikultajiet li sab min jippratika l-ġustizzja fl-Istati Membri differenti, u jinkludi evalwazzjoni kwalitattiva permezz ta' klassifikazzjoni tal-mandati ta' arresti Ewropej skond it-tip ta' l-infrazzjon;

i)    Jevita li jimmoltiplika riċerka parallela fuq din it-tema, ukoll jekk il-Kunsill jista' tiġih it-tentazzjoni li jagħmel riċerka seperata, billi din hija miżura tat-"tielet pilastru" (Titolu VI tat-Trattat ta' l-UE);

j)     Jinforma u jikkonsulta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Parlamenti Nazzjonali dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-mandat ta' l-arrest Ewropew u jdaħħalhom fil-proċess ta' evalwazzjoni, skond l-ispirtu ta' l-Artikolu III tat-Trattat biex tkun adottata Kostituzzjoni Ewropea.

Drittijiet Fundamentali

k)   Joqgħod attent li:l-Istati Membri, waqt li jittrasnponu d-deċiżżjoni ta' qafas, ma jimponux li mħallef li jkun qed jeżegwixxi mandat ta' arrest Ewropew, sistematikament jikkontrolla jekk dan ikunx konformi mad-drittijiet fundamentali, billi dan iġib miegħu r-riskju ta' diskriminazzjoni u għaliex il-mekkaniżmu huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' l-għarfien reċiproku; u li l-Istat Membru li joħroġ il-mandat ta' arrest jagħmel minn qabel il-kontrolli tiegħu, billi jagħti attenzjoni partikulari għall-kwistjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet individwali meta joħroġ il-mandat ta' arrest Ewropew, kompitu li għalih tista' tintalab l-għajnuna ta' l-Aġenzija futura għad-drittijiet fundamentali.

Effikaċità u Demokrazija

m)  Iwettaq kemm jista' jkun malajr il-passarella prevista mill-Artikolu 42 tat-Trattat ta' l-U.E., billi jintegra l-mandat ta' arrest Ewropew fl-"ewwel pilastru", hekk li jingħata karattru demokratiku sħiħ u effiċjenza akbar lill-miżuri meħuda fil-qafas ta' l-ispazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.  

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

NOTA SPJEGATTIVA

En présentant, au nom de la commission des libertés civiles, de la justice et des affaires intérieures, cette recommandation sur l'évaluation du mandat d'arrêt européen, votre rapporteur se fonde sur les résultats présentés par la Commission dans son rapport fondé sur l'article 34 de la décision-cadre du Conseil du 13 juin 2002 relative au mandat d'arrêt européen et aux procédures. Je ne reviendrai pas ici sur les commentaires détaillés contenus dans les deux documents de travail présentés précédemment[1].

Les Rencontres parlementaires tenues à Bruxelles les 17 et 18 octobre derniers[2], qui ont rassemblé près d'une centaine de membres des parlements de l'Union et les membres de notre commission, ont permis, lors d'une séance spécialement consacrée au mandat d'arrêt européen, de faire le point sur les modalités de sa mise en oeuvre dans les différents Etats membres. Les débats ont montré à la fois les progrès réalisés par rapport au système classique d'extradition, mais aussi que de nombreuses difficultés subsistaient, soit en raison de choix de transposition contestables, sanctionnés parfois lors de contrôles de constitutionnalité des lois de transposition nationales, soit dans l'application pratique.

Sur la base des données actuellement disponibles, comme d'informations complémentaires reçues des Etats membres, d'organisations professionnelles et d'ONG, et tenant compte des débats des Rencontres parlementaires, votre rapporteur soumet donc à l'approbation de la commission LIBE et du Parlement les recommandations détaillées ci-joint,

Votre rapporteur attend avec intérêt les évaluations actualisées que la Commission doit encore fournir pour l'Italie, puis pour l'ensemble des Etats membres en 2006, en souhaitant qu'elles comportent des données qualitatives plus détaillées qu'au stade actuel.

  • [1]  PE 362.745 et PE 362.744.
  • [2]  http://www.europarl.eu.int/comparl/libe/elsj/events/hearings/dafult_fr.htm

PROPOSTA TA' RAKKOMANDAZZJONI GĦALL-KUNSILL (B6-0455/2005) (1.9.2005)

skond l-Artikolu 114, paragrafu 1 tar-Regoli ta' Proċedura

minn Adeline Hazan f'isem il-Grupp PSE

dwar l-evalwazzjoni tal-mandat ta' l-arrest Ewropew

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni ta' qafas tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u dwar il-proċeduri ta' kunsija bejn l-Istati Membri,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni (COM(2005)(0063), skond l-Artikolu 34 tad-deċiżjoni ta' qafas tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi fil-Qorti Kostituzzjonali fil-Polonja u fil-Ġermanja,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 114, paragrafu 1 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jindirizza lill-Kunsill ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

a) Jiżgura li, fit-transpożizzjoni tad-deċiżjoni ta' qafas, l-Istati Membri ma jerġgħux idaħħlu kontrolli sistematici għall-kriminalità doppja għaċ-ċittadini tagħhom, għaliex dan jagħmel ħsara għall-effiċjenza tal-mandat ta' arrest Ewropew u jdgħajjef il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri,

b) Ikun konxju li jekk ma jkunx hemm implimentazzjoni uniformi tal-mandat ta' arrest Ewropew (nuqqas ta' transpożizzjoni mill-Istati kollha tal-konsiderazzjonijiet numru 12 u 13 dwar id-drittijiet fundamentali) jista’ jkun hemm ir-riskju li tinħoloq diskriminazzjoniji, fis-sens li l-imħallef ta' l-Istat li qed jimplimenta l-mandat ikollu jivverifika jekk mandat ta' arrest Ewropew huwiex kompatibbli mad-drittijiet fundamentali, minkejja li dan id-dokument huwa msejjes fuq il-prinċipju ta' għarfien reċiproku.

ċ)  Għandu jitħasseb dwar il-persistenza ta' ċertu ndħil ta' l-awtoritajiet politiċi fil-proċedura tal-mandat ta' arrest Ewropew, indħil li kien joħloq problemi fil-process ta' estradizzjoni, waqt li f'din is-sitwazzjoni l-awtorità ċentrali m'għandhiex tmur lilhinn mill-irwol tagħha ta' faċilitatur fil-proċeduri ta' kunsinja ta' persuni indagati jew issentenzjati.

d)  Joqgħod attent li għad hemm diffikultajiet persistenti f'ċerti pajjiżi fl-applikazzjoni ratione temporis tad-deċiżjoni ta' qafas, u li fil-fatt dan jista' joħloq problemi għall-implimentazzjoni lill-Istati Membri li fil-preżent qed japplikaw tajjeb id-deċiżjoni ta' qafas.

e)  Jiżgura li l-Parlament Ewropew jiġi kkonsultat regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew,

f)   Jagħmel mod li ssir evalwazzjoni bir-reqqa, u li tkun oġġettiva u imparjali, tad-diffikultajiet li jsib min jippratika l-liġi.

g)  Ikompli jisħarreġ il-possibilità li fil-futur issir reviżjoni tad-deċiżjoni ta' qafas bil-ħsieb li titkabbar il-lista tat-32 infrazjoni li għalihom il-kriminalità doppja mhix verifikata.

h)  Jiżgura li l-kwistjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet individwali tingħata attenzjoni partikulari meta jiġi applikat mandat ta' arrest Ewropew.

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u, bħala informazzjoni, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

PROĊEDURA

Titolu

Mozzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew

Numru tal-proċedura

[2005/2175](INI)

Referenza għall-mozzjoni ta' rakkomandazzjoni

[B6-0455/2005]

 

 

Bażi fir-Regoli ta' Proċedura

L-Artikolu 114(3)

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE
29.9.2005

Date de la décision d'élaborer un rapport


26.9.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Opinjoni mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Mozzjoni(jiet) għal riżoluzzjoni inkluża/i fir-rapport

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Adeline Hazan
26.9.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Diskussjoni fil-kumitat

5.10.2005

24.1.2006

22.2.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.2.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

favur:

kontra:

astensjonijiet:

39

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Nuno Alvaro, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Charlotte Cederschiöld, Carlos Coelho, Fausto Correia, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Rosa Díez González, Antoine Duquesne, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Elly de Groen-Kouwenhoven, Lilli Gruber, Adeline Hazan, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Ewa Klamt, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Romano Maria La Russa, Henrik Lax, Sarah Ludford, Jaime Mayor Oreja, Claude Moraes, Hartmut Nassauer, Martine Roure, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Camiel Eurlings, Evelyne Gebhardt, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in 't Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Bill Newton Dunn, Marie-Line Reynaud, Kyriacos Triantaphyllides, Jan Zahradil

Sostituti (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq - A6

27.2.2006

A6-0049/2006

Kummenti

...

Referenza għall-mozzjoni ta' rakkomandazzjoni

Numru ta' l-istaff: B6

Anness/i

Titolu

Kumitat responsabbli

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

[B6-0455/2005]f'isem il-Grupp PSEdwar l-evalwazzjoni tal-mandat ta' l-arrest EwropewLIBE
1.9.2005