RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel
23.3.2006 - (9857/3/2005 – C6‑0017/2006 – 2003/0262(COD)) - ***II
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Karin Scheele
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel
(9857/3/2005 – C6 0017/2005 – 2003/0262(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (9857/3/2005 – C6 0017/2005),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2003)0671)[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6 0078/2006),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 15 | |
15) Għal dik ir-raġuni dawk il-livelli massimi u kwalunkwe kondizzjoni oħra li tirrestrinġi ż-żieda tagħhom ma' l-ikel, fejn ikun meħtieġ, għandhom ikunu adottati waqt li jitqiesu l-livelli massimi ta' sigurtà tagħhom stabbiliti b'valutazzjoni xjentifika tar-riskju bbażata fuq data xjentifika ġeneralment aċċettabbli u l-inġestjoni potenzjali tagħhom minn ikel ieħor. Għandha ukoll titqies b'mod xieraq l-inġestjoni ta' referenza ta' vitamini u minerali mill-popolazzjoni. Fejn hu meħtieġ, għal ċerti vitamini u minerali, li jkunu stabbiliti restrizzjonijiet dwar l-ikel li miegħu jistgħu jiġu miżjuda, għandha tingħata prijorità lill-għanijiet tar-restawr tal-kontenut tagħhom fejn dan ġie mnaqqas matul il-proċessi ta’ manifattura, ħażna jew trattament u tal-forniment ta’ valur nutrittiv simili għall-ikel li għalih dan l-ikel huwa maħsub bħala alternattiv. |
(15) Għal dik ir-raġuni dawk il-livelli massimi u kwalunkwe kondizzjoni oħra li tirrestrinġi ż-żieda tagħhom ma' l-ikel, fejn ikun meħtieġ, għandhom ikunu adottati waqt li jitqiesu l-livelli massimi ta' sikurezza tagħhom stabbiliti b'valutazzjoni xjentifika tar-riskju bbażata fuq dejta xjentifika ġeneralment aċċettabbli u l-inġestjoni potenzjali tagħhom minn ikel ieħor. Għandha ukoll titqies b'mod xieraq l-inġestjoni ta' referenza ta' vitamini u minerali mill-popolazzjoni. Fejn hu meħtieġ, għal ċerti vitamini u minerali, li jkunu stabbiliti restrizzjonijiet dwar l-ikel li miegħu jistgħu jiżdiedu (eż. iż-żieda tal-jodju mal-melħ), għandha tingħata prijorità lill-għanijiet tar-restawr tal-kontenut tagħhom fejn dan tnaqqas matul il-proċessi ta’ manifattura, ħażna jew trattament u lill-provvediment ta’ valur nutrittiv simili għall-ikel li għalih dan l-ikel huwa maħsub bħala alternattiv. |
(Integrazzjoni mill-ġdid ta' l-Emenda 3 mill-ewwel qari f'forma modifikata) | |
Ġustifikazzjoni | |
Iż-żieda arbitrarja tal-jodju mal-prodotti kollha ta' l-ikel tkun perikoluża minħabba d-distinzjoni sottili ħafna bejn żieda ta' jodju li tagħmel il-ġid u doża kronika tossika. Doża kronika tossika ma tikkawżax reazzjoni perikoluża sakemm ammont eċċessiv ta' ċerta sustanza jkun ikkunsmat tul ċertu perjodu. | |
Emenda 2 Premessa 19 a (ġdida) | |
|
(19a) Il-kwantitajiet rakkomandati għal kuljum (RDA) fid-Direttiva 90/496/KEE ma jkoprux il-vitamini u l-minerali kollha elenkati fl-Anness I u II ta' dan ir-Regolament u għadda wkoll żmienhom. Il-kwantitajiet rakkomandati għal kuljum għandhom għalhekk jiġu riveduti. |
(Integrazzjoni mill-ġdid ta' l-Emenda 5 mill-ewwel qari f'forma modifikata) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kwantitajiet rakkomandati għal kuljum imsemmija fid-Direttiva 90/496/KEE dwar l-ittikkettar tan-nutrizzjoni għall-oġġetti ta' l-ikel (il-konsum rakkomandat ta' nutrijenti) għadda żmienhom u diġà tbiddlu għal ħafna oġġetti ta' l-ikel. Pereżempju, id-Direttiva 90/496/KEE tagħti 60mg bħala l-ammont neċessarju ta' Vitamina C li wieħed għandu jieħu, waqt li l-aħħar rakkomandazzjonijiet mid-DACH (l-entità regolatorja tal-produtturi ta' l-ikel fil-Ġermanja, fl-Awstrija u fl-Iżvizzera) jagħtu 100mg kuljum. | |
Emenda 3 Artikolu 2, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
"Ċerta sustanza oħra" tfisser sustanza apparti minn nutrijent li għandha effett nutrittiv jew fiżjoloġiku. |
Ġustifikazzjoni | |
Vitamini u minerali li l-użu tagħhom huwa awtorizzat biex isaħħu l-ikel huma elenkati u definiti fl-Annessi I u II. Għalhekk, hija meħtieġa wkoll għall-inqas definizzjoni ta' 'ċerti sustanzi oħra' fil-kontenut ta' dan ir-Regolament. Din id-definizzjoni hija meħuda mill-pożizzjoni komuni tat-8 ta' Diċembru dwar ir-Regolament dwar stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa (Artikolu 2(2)(3)). | |
Emenda 4 Artikolu 2, paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
"Il-konsum rakkomandat għal kuljum" ifisser ammont li għandu jkun stabbilit mill-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, li jqis l-ammonti massimi stabbiliti skond Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament u l-kwantitajiet ta' nutrijenti rakkomandati għal kuljum stipulati fid-Direttiva 90/496 KEE. |
(Integrazzjoni mill-ġdid ta' l-Emenda 10 mill-ewwel qari f'forma modifikata) | |
Ġustifikazzjoni | |
Prodotti ta' l-ikel ippakkjati ġeneralment ikun fihom diversi porzjonijiet u l-ammont ta' 100g normalment ma jikkorrispondix għal porzjon li jittiekel minn konsumatur. Huwa għalhekk importanti li l-konsumaturi jkollhom informazzjoni rilevanti dwar il-konsum irrikmandat mill-produttur. Hekk biss it-tagħrif dwar in-nutriment jista' jkun ta' utilità fil-prattika. Ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 7(3). | |
Emenda 5 Artikolu 3, paragrafu 2, parti introduttorja | |
2. Vitamini u minerali jistgħu jiġu miżjuda ma’ l-ikel, kemm jekk is-soltu jkun fih minnhom u kemm jekk le, sabiex jittieħed kont ta’: |
2. Vitamini u minerali f'forma li hija bijodisponibbli għall-ġisem tal-bniedem jistgħu jiżdiedu ma’ l-ikel, kemm jekk is-soltu jkun fih minnhom u kemm jekk le, sabiex jitqies, b’mod partikolari: |
(Integrazzjoni mill-ġdid ta' l-Emenda 11 mill-ewwel qari f'forma modifikata) | |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun possibbli li l-vitamini u l-minerali kollha li qed jiżdiedu ma' l-ikel ikunu assorbiti mill-ġisem, inkella l-konsumaturi qed ikunu mqarrqa u f'każijiet estremi jista' jkun hemm effetti kollaterali negattivi (bħal dijarea jew inqas assorbiment ta' nutrijenti oħra). | |
Il-mod kif inhu mqiegħed bħalissa l-kliem dwar il-kundizzjonijiet għaż-żieda ta' vitamini u minerali fl-Artikolu 3(2) ma jkoprix restorazzjoni jew ekwivalenza nutrittiva. | |
Emenda 6 Artikolu 3, paragrafu 3, subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Qabel ma tagħmel dawn il-modifiki, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet interessati, b'mod partikolari ma' l-industrija ta' l-ikel u mal-gruppi tal-konsumaturi. |
(Integrazzjoni mill-ġdid ta' l-Emenda 13 mill-ewwel qari f'forma modifikata) | |
Emenda 7 Artikolu 4, paragrafu 2 | |
Ikel jew kategoriji ta’ ikel addizzjonali li magħhom ma jistgħux jiġu miżjuda vitamini u minerali jistgħu jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) fid-dawl ta’ evidenza xjentifika u b’kont meħud tal-valur nutrittiv tagħhom.. |
Ikel jew kategoriji ta’ ikel addizzjonali li magħhom ma jistgħux jiżdiedu vitamini u minerali partikolari jistgħu jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2) fid-dawl ta’ evidenza xjentifika f'każ li jeżisti periklu għas-saħħa pubblika. |
(Integrazzjoni mill-ġdid ta' l-Emenda 19 mill-ewwel qari)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-ewwel qari, il-Parlament Ewropew ivvota għall-emenda (numru 19) li tgħid li l-projbizzjoni taż-żieda ta' vitamini u minerali tista' tkun stabbilita biss jekk hemm raġunijiet għall-biża' li jista' jkun hemm periklu għas-saħħa pubblika jekk jinqabeż l-ammont ta' konsum awtorizzat għal kuljum. Din l-emenda tfittex li terġa' ddaħħal din il-kjarifika fir-Regolament. | |
Emenda 8 Artikolu 6, paragrafu 1 | |
1. Meta xi vitamina jew mineral jiżdiedu ma’ l-ikel, l-ammont totali tal-vitamina jew tal-mineral preżenti, ikun x’ikun il-għan, fl-ikel kif mibjugħ m’għandux jaqbeż l-ammonti massimi li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2). Għal prodotti konċentrati u deidrati, l-ammonti massimi stabbiliti għandhom ikunu dawk preżenti fl-ikel meta mħejji għall-konsum skond l-istruzzjonijiet tal-manifatturi. |
1. Meta xi vitamina jew mineral jiżdiedu ma’ l-ikel, l-ammont totali tal-vitamina jew tal-mineral preżenti, ikun x’ikun il-għan, fl-ikel kif mibjugħ m’għandux jaqbeż l-ammonti massimi li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2). Il-Kummissjoni, għal dan il-għan, għandha tippreżenta proposti għall-ammonti massimi mhux aktar tard minn...*. Għal prodotti konċentrati u deidrati, l-ammonti massimi stabbiliti għandhom ikunu dawk preżenti fl-ikel meta mħejji għall-konsum skond l-istruzzjonijiet tal-produttur. _____ * Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament |
Ġustifikazzjoni | |
Il-livelli massimi ta' sikurezza diġà hemm provvedimenti għalihom fid-Direttiva 2002/46/KE dwar supplimenti għall-ikel iżda għadhom mhumiex disponibbli. Fl-interessi tas-sikurezza tal-konsumatur, dawn il-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti b'urġenza. Fl-ewwel qari l-Parlament qal li l-livelli massimi għandhom jiġu stabbiliti mhux aktar tard mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kunsill naqas milli jistipula kwalunkwe data. Konsegwentement, sentejn huma kompromess raġonevoli. | |
Emenda 9 Artikolu 6, paragrafu 6 | |
6. Iż-żieda ta’ vitamina jew mineral ma’ xi ikel għandha tirriżulta fil-preżenza ta’ dik il-vitamina jew mineral fl-ikel mill-inqas f’ammont sinifikattiv fejn dan hu definit skond l-Anness għad-Direttiva 90/496/KEE. L-ammonti minimi, inkluż kwalunkwe ammont aktar baxx, b’deroga mill-ammonti sinifikattivi msemmija hawn fuq, għal ikel jew kategoriji ta’ ikel speċifiċi għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2). |
6. Iż-żieda ta’ vitamina jew mineral ma’ xi ikel għandha tirriżulta fil-preżenza ta’ dik il-vitamina jew mineral fl-ikel mill-inqas f’ammont sinifikattiv, jiġifieri 15% tal-kwantità rakkomandata għal kuljum (RDA) għal kull 100g (solidi) jew 7.5% RDA għal kull 100ml (likwidi) jew 5% RDA għal kull 100kcal (12% RDA għal kull 1MJ) jew 15% RDA għal kull porzjon ta' ikel għal persuna waħda. L-ammonti minimi, inkluż kwalunkwe ammont iċken, b’deroga mill-ammonti sinifikattivi msemmija hawn fuq, għal ikel jew kategoriji ta’ ikel speċifiċi għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2). |
(Integrazzjoni mill-ġdid ta' l-Emenda 25 mill-ewwel qari) | |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tfittex li twassal għal kompromess bejn il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill u l-pożizzjoni tal-Parlament tul l-ewwel qari, fejn il-Parlament ivvota favur emenda maħsuba biex iġġib il-livelli ta' referenza fuq l-istess livell ta' l-istandards internazzjonali stipulati fil-linji gwida Codex Alimentarius, sabiex japplikaw livelli għall-prodotti ta' ikel solidu differenti minn dawk għall-prodotti likwidi, għaliex il-qies ta' porzjon ta' likwidi (xorb) huwa normalment ikbar minn dak ta' solidi. L-użu tat-terminu 'RDA' huwa xieraq sabiex dan ir-rekwiżit ikun armonizzat mal-leġislazzjoni eżistenti ta' l-UE dwar l-ittikkettar għall-oġġetti ta' l-ikel. | |
Emenda 10 Artikolu 7, paragrafu 3 | |
3. L-ittikettar nutrittiv ta' prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali u li huma koperti minn dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. L-informazzjoni li għandha tkun provduta għandha tikkonsisti minn dik speċifikata fl-Artikolu 4(1), Grupp 2 tad-Direttiva 90/496/KEE u mill-ammonti totali preżenti tal-vitamini u l-minerali meta miżjuda ma’ l-ikel. |
3. L-ittikettar nutrittiv ta' prodotti li magħhom ġew miżjuda vitamini u minerali u li huma koperti minn dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju. Trid tingħata l-informazzjoni li ġejja: |
|
(a) l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 4(1), Grupp 2 tad-Direttiva 90/496/KEE, |
|
(b) l-ammonti totali preżenti tal-vitamini u tal-minerali meta miżjuda ma’ l-ikel. Informazzjoni dwar vitamini u minerali, għal kull 100g jew 100ml, kif indikat fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 90/496/KEE, għandha tingħata wkoll skond il-qies ta' porzjon għal persuna waħda (ammont għal kull porzjon) f'numri assoluti u bħala persentaġġ tal-kwantità rakkomandata għal kuljum (RDA); |
|
(c) il-konsum rakkomandat għal kuljum mill-produttur - għal kull porzjon fejn indikazzjoni bħal din hija xierqa u tista' tkun dedotta faċilment; |
|
(d) twissija biex ma tinqabiżx il-kwantità rakkomandata għal kuljum. |
(Integrazzjoni mill-ġdid ta' l-Emenda 30 mill-ewwel qari f'forma modifikata) | |
Ġustifikazzjoni | |
Prodotti ta' l-ikel ippakkjati ġeneralment ikun fihom diversi porzjonijiet u l-ammont ta' 100g normalment ma jikkorrispondix għal porzjon li jittiekel minn konsumatur. Huwa għalhekk importanti li l-konsumaturi jkollhom informazzjoni rilevanti dwar il-konsum irrikmandat mill-produttur. Din l-emenda ser tiżgura li l-konsumaturi jirċievu biss informazzjoni rilevanti biex iħarsu lilhom infushom milli jieħdu doża eċċessiva ta' vitamini u ta' minerali. Il-proposta dwar il-konsum rakkomandat għal kuljum u t-twissija hija wkoll konformi mad-Direttiva 2002/46/KE dwar supplimenti għall-ikel. | |
Emenda 11 Artikolu 9, paragrafu 2, punt (g a) (ġdid) | |
|
(ga) informazzjoni dwar is-sustanzi elenkati fl-Anness III, Parti Ċ, li l-użu tagħhom huwa ġeneralment permess kif imsemmi fl-Artikolu 8(5). |
Ġustifikazzjoni | |
Sustanzi li ġew eżaminati bir-reqqa u evalwati pożittivament għandhom jiġu nklużi b'mod espliċitu fir-Reġistru tal-Komunità. | |
Emenda 12 Artikolu 18, paragrafu 3 | |
Ikel imqiegħed fuq is-suq jew li ġie tikkettat qabel ... * li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament jista’ jiġi kummerċjalizzat sa ...**. |
Ikel imqiegħed fuq is-suq jew li kien ittikkettat qabel ... * li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament jista’ jiġi kummerċjalizzat sakemm l-istokk ikun inbiegħ kollu. |
____________ * ĠU: l-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. ** ĠU: l-aħħar jum tad-disgħa u għoxrin xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
_______ * ĠU: l-ewwel jum tas-sitt xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Xi prodotti ta' l-ikel iservu għal ġranet imma oħrajn iservu għal snin. Bl-istipular ta' data fissa (29 xahar) ma jingħatax kas ta' prodotti li t-tul ta' żmien li fih jibqgħu tajbin għall-ikel huwa itwal. Madankollu, mingħajr l-istipulazzjoni ta' data fissa, iżda li 'l-istokk jinbiegħ kollu' ikun qed jingħata kas ta' prodotti li t-tul ta' żmien li fih jibqgħu tajbin għall-ikel jista' jkun qasir jew twil, mingħajr ma jkun hemm aktar flessibiltà fir-rigward ta' prodotti li jdumu tajbin għall-ikel għal żmien qasir. |
- [1] Testi Adottati, 26.5.2005, P6_TA(2005)0202.
- [2] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Today there are wide differences between national regulations on the voluntary addition of vitamins, minerals and certain other substances to food.
It is therefore sensible to work towards harmonisation of Community provisions for the addition of vitamins and minerals and certain other substances, provided that harmonisation brings about a high level of consumer protection. Products should in no circumstances present any risk to public health
At first reading on 26 May 2005, Parliament adopted 46 amendments.
The Council adopted its common position in December 2005 but failed to take account of a number of important amendments adopted by Parliament. These have therefore been re-tabled.
1. Bio-availability of vitamins and minerals
Any vitamins and minerals added to foods must be bio-available, in other words capable of being used by the body. If this were not the case, it would be misleading for the consumer and in extreme cases could result in adverse affects on health. Although the Council has inserted a reference to the bio-availability of substances in the recitals, it is still necessary to stipulate this in one of the articles.
2. Establishment of safe maximum amounts for vitamins and minerals
An excessive intake of vitamins and minerals can cause damage to health. Consequently, safe maximum amounts must be laid down for the addition of such substances to foodstuffs. Upper safe levels are already required by Directive 2002/46/EC on food supplements but have not yet been published. It is therefore essential for such maximum amounts to be established without delay.
3. Labelling and consumer information
Information for consumers must be easy to understand and useful. Consumers need to have all the relevant information to protect themselves against the intake of excessive amounts of vitamins and minerals.
PROĊEDURA
Titolu |
Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra ma' l-ikel | ||||||
Referenzi |
9857/3/2005 – C6 0017/2006 – 2003/0262(COD) | ||||||
Data ta' l-ewwel qari tal-PE – |
26.5.2005 |
||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2003)0671 – C5-0538/2003 | ||||||
Proposta ġdida tal-Kummissjoni |
| ||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
19.1.2006 | ||||||
Kumitat responsabbli |
ENVI | ||||||
Rapporteur(s) |
Karin Scheele |
| |||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
| |||||
Eżaminazzjoni fil-kumitat |
30.1.2006 |
21.3.2006 |
|
|
| ||
Data ta' l-adozzjoni |
21.3.2006 | ||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: 0: |
53 2 2 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Liam Aylward, Johannes Blokland, John Bowis, Frederika Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jillian Evans, Anne Ferreira, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Mary Honeyball, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Peter Liese, Jules Maaten, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Adriana Poli Bortone, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Karin Scheele, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Åsa Westlund | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alfonso Andria, María del Pilar Ayuso González, Bairbre de Brún, Jutta D. Haug, Miroslav Mikolášik, Amalia Sartori, Andres Tarand, Thomas Wise | ||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
| ||||||
Data tat-tressiq |
23.3.2006 |
| |||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... | ||||||