RAPPORT dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri
24.3.2006 - (COM(2006)0032 – C6‑0047/2006 – 2006/0010(CNS)) - *
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Magda Kósáné Kovács
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri
(COM(2006)0032 – C6‑0047/2006 – 2006/0010(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0032)[1]
– wara li kkunsidra l-Artikolu 128(2) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6 0047/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0086/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif meħtieġ, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jbiddel it-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 1 a (ġdida) | |
|
(1a) Wara l-isfidi ġodda li ġab it-tkabbir ta' l-UE f'Mejju 2004, il-linji gwida stipulati għall-perjodu 2005-2008 ngħataw importanza partikulari u implikazzjonijiet ġodda għall-impjieg taż- żgħażagħ u tal-persuni kbar fl-età, għas-saħħa tal-ħaddiema, għall-ġlieda kontra inċidenti relatati max-xogħol fil-livell Ewropew, għall-integrazzjoni ta' gruppi soċjali vulnerabbli, għall-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, għall-kundanna tax-xogħol illegali, għat-titjib fil-kwalità u l-istabilità ta' l-impjiegi, u għat-twaqqif ta' drittijiet u opportunitajiet ugwali għall-irġiel u n-nisa, li għandhom jiġu evalwati permezz ta' indikaturi għal kull linja gwida sabiex jitkejjel il-progress fl-ugwaljanza bejn is-sessi. |
Emenda 2 Premessa 1 b (ġdida) | |
|
(1b) Il-Linji Gwida għall-Impjiegi ma jistgħux jiġu implimentati mingħajr l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità mill-Istati Membri individwali, b'mod partikulari dik relatata mal-politika ta' kontra d-diskriminazzjoni skond l-Artikolu 13 tat-Trattat, u l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha ttejjeb il-proċedura ta' mmonitorjar u ta' infurzar. |
Emenda 3 Premessa 1 c (ġdida) | |
|
(1c) Integrazzjoni b'suċċess fis-suq tax-xogħol teħtieġ varjetà akbar ta' miżuri ta' appoġġ li joħolqu mezzi għall-inklużjoni u jikkumbattu d-diskriminazzjoni. |
Emenda 4 Premessa 1 d (ġdida) | |
|
(1d) Skond il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa li sar fit-22 u t-23 ta' Marzu 2005, l-objettivi ta' okkupazzjoni sħiħa, ta' xogħol ta' kwalità, ta' produttività tax-xogħol u ta' koeżjoni soċjali għandhom jiġu riflessi fi prijoritajiet ċari u li jistgħu jiġu mkejla: iż-żamma u l-attrazzjoni ta' aktar persuni fis-suq tax-xogħol fuq il-bażi tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa u l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali; it-tnaqqis ta' l-ispejjeż amministrattivi, b'mod partkulari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; titjib ta' l-adattament ta' ħaddiema u negozji u ż-żieda fil-flessibiltà fil-ħinijiet tax-xogħol u fis-swieq tax-xogħol; barra minn dan, żieda fl-investiment fil-kapital uman billi jitjiebu t-taħriġ u l-kapaċitajiet. |
Emenda 5 Premessa 1 e (ġdida) | |
|
(1e) Għandu jitwettaq aktar progress sabiex jitneħħew l-ostakli u r-restrizzjonijiet għall-moviment ħieles ta' persuni minn Stat Membru għall-ieħor (Linja gwida 21), b'mod partikulari fil-kuntest tal-mobilità tal-ħaddiema, inklużi r-riċerkaturi u l-professjonisti l-oħra (Linja Gwida 22) bil-ħsieb li tinħoloq Ewropa mingħajr fruntieri fi ħdan is-suq intern Ewropew u biex jintemmu l-inkonsistenzi f'dan is-settur b'riżultat tad-direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta' Novembru 2003, li tagħti dan id-dritt mingħajr restrizzjoni liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu residenti fl-Unjoni Ewropea għal aktar minn ħames snin. |
Emenda 6 Premessa 1 f (ġdida) | |
|
(1f) Peress li l-linji gwida għall-impjiegi ma jistgħux jiġu implimentati mingħajr iffinanzjar xieraq, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw dawn l-objettivi meta jadottaw il-Perspettiva Finanzjarja 2007-2013. |
Emenda 7 Premessa 2 | |
(2) Il-Linji Gwida għall-Impjiegi u l-Linji Gwida għall-Politika Ekonomika Wiesgħa għandhom ikunu analizzati b’mod sħiħ kull tliet snin biss, filwaqt li fis-snin intermedjarji sa l-2008 l-aġġornament tagħhom għandu b’mod strett jibqa’ limitat. |
(2) Sabiex ikun żgurat li huma jgawdu l-istabilità li jeħtieġu, jekk iridu jiġu implimentati b'suċċess, il-Linji Gwida għall-Impjiegi u l-Linji Gwida għall-Politika Ekonomika Wiesgħa għandhom ikunu analizzati b’mod sħiħ kull tliet snin biss, filwaqt li fis-snin intermedjarji sa l-2008 l-aġġornament tagħhom għandu b’mod strett jibqa’ limitat. Għal din ir-raġuni l-Parlament Ewropew għandu jkollu rwol aktar attiv fis-snin intermedjarji, b'attenzjoni partikulari għall-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-linji gwida mill-Istati Membri. |
Emenda 8 Premessa 3 | |
L-eżaminazzjoni tal-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali ta’ l-Istati Membri li tinstab fir-Rapport Annwali tal-Progress miġjub mill-Kummissjoni u fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi turi li l-Istati Membri għandhom jipproċedu bir-riformi tal-politiki ta’ l-impjiegi fil-kategoriji kollha skond il-prijoritajiet stabbiliti fil-Linji Gwida ta’ l-2005-2008. |
L-eżaminazzjoni tal-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali ta’ l-Istati Membri li tinstab fir-Rapport Annwali tal-Progress miġjub mill-Kummissjoni u fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi turi li l-Istati Membri għandhom jipproċedu bir-riformi tal-politiki ta’ l-impjiegi fil-kategoriji kollha skond il-prijoritajiet stabbiliti fil-Linji Gwida ta’ l-2005-2008. L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea huma mfakkra li l-'mainstreaming' ta' bejn is-sessi u l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi għandhom jiġu żgurati fl-azzjonijiet kollha li jittieħdu, peress li l-opportunitajiet ugwali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni huma essenzjali għall-progress. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-miri ta' Liżbona għall-impjiegi jitolbu 60% ta' parteċipazzjoni min-nisa fost il-ħaddiema sas-sena 2010. Fl-2004 in-nisa kienu jikkostitwixxu 55.7% tal-ħaddiema. Il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol hija b'mod sinjifikattiv aktar baxxa minn dik ta' l-irġiel. Għall-UE dan ifisser ħela ta' riżorsi umani . Kif enfasizzat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-futur ta' l-Istrateġija ta' Liżbona mill-perspettiva tas-sessi, il-parteċipazzjoni min-nisa fid-dinja tax-xogħol hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, għall-prosperità u għall-kompetittività. | |
Emenda 9 Premessa 4 a (ġdida) | |
|
(4a) Biex jippromwovu t-tkabbir ekonomiku, ix-xogħol u jagħtu spinta lill-kompetittività, l-Istati Membri għandhom iħabbru l-miri tagħhom għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-miri tan-nefqa għar-riċerka, kif ukoll il-miżuri li qed jipproponu li jwettqu fir-rigward ta' l-investiment għall-benefiċċju ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u tal-mikro ffinanzjar ta' negozji mmexxijja min-nisa jew minn familja li jużaw forom innovattivi ta' teknoloġija. |
EXPLANATORY STATEMENT
The European Parliament welcomes the Commission proposal.
Enlargement sets new challenges for the whole European Union, particularly in the areas of employment, social integration, and social and regional cohesion. The guidelines for employment 2005–2008 are aimed at all 25 members of the European Union, but after enlargement certain fundamental points stand out.
Encouraging young people and older people into employment (Guideline 18) is vital to respond to the demographic challenge throughout Europe. It should be remembered, however, that life expectancy is considerably lower in some countries of Central and Eastern Europe.
Improving workers’ health (Guideline 21) should be given a higher profile in the Member States: the death rate of middle-aged workers is catastrophically high in some States, and this has significant implications for the job market. The poor state of health of the population in some countries leads to using up the ‘reserve stock’ of human capital.
The integration of people who are remote from the labour market (Guideline 18) is key to eliminating poverty in the new Member States, given that social exclusion and deprivation are a much bigger factor there; pro-active and preventive action should be taken to improve access for vulnerable social groups to employment and training.
Particular attention should be paid to reducing undeclared work in the new Member States (Guideline 20), where this is reaching higher rates than in the old Member States.
Moreover, it is important to remove all obstacles to the free movement of European workers (Guideline 21). At present, several Member States, taking advantage of the possibility offered by the accession treaties, limit the number of migrant workers from the new Member States, while since 23 January 2006, third country nationals having lived in the EU for more than five years have unrestricted access to employment throughout the EU (Council Directive 2003/109/EC of 25 November 2003). This has created an anomalous situation in which third country workers have more freedom to move within the EU than those of the countries which have just joined.
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għall-politiki ta' l-impjiegi ta' l-Istati Membri | |||||
Referenzi |
(COM(2006)0032 – C6‑0047/2006 – 2006/0010(CNS)) | |||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
10.2.2006 | |||||
Kumitat responsabbli |
EMPL | |||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni(jiet) |
ECON 16.2.2006 |
|
|
|
| |
Opinjoni mhix mogħtija |
ECON |
|
|
|
| |
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
... |
|
|
|
| |
Rapporteur(s) |
Magda Kósáné Kovács |
| ||||
Rapporteur(s) preċedenti |
... |
| ||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni Data tad-deċiżjoni |
... | |||||
Bażi legali kkontestata |
... |
|
| |||
Dotazzjoni finanzjarja emendata |
... |
|
| |||
Konsultazzjoni tal-Parlament mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew– data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
... | |||||
Konsultazzjoni tal-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
... | |||||
Diskussjoni fil-kumitat |
21.2.2006 |
20.3.2006 |
21.3.2006 |
|
| |
Data ta' l-adozzjoni |
21.3.2006 | |||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 2 2 | ||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Andersson, Roselyne Bachelot-Narquin, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Richard Falbr, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Ona Juknevičienė, Jan Jerzy Kułakowski, Jean Lambert, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Mario Mantovani, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Csaba Őry, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Jean Spautz, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer | |||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Françoise Castex, Magda Kósáné Kovács, Leopold Józef Rutowicz, Elisabeth Schroedter, Gabriele Hildegard Stauner, Georgios Toussas, Claude Turmes | |||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
... | |||||
Data tat-tressiq |
24.3.2006 |
| ||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... | |||||
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.