RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa

29.3.2006 - (9858/3/2005 – C6‑0018/2006 – 2003/0165(COD)) - ***II

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Adriana Poli Bortone

Proċedura : 2003/0165(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0122/2006
Testi mressqa :
A6-0122/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa

(9858/3/2005 – C6‑0018/2006 – 2003/0165(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (9858/3/2005 – C6-0018/2006),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari [1]dwar il-Proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2003)0424) [2]

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6‑0122/2006),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lil-Kummissjoni.

Pożizzjoni komuni tal-KunsillEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 1

(1) Numru dejjem jikber ta' ikel li qed jiġi ttikkettat u rriklamat fil-Komunità qed ikollu stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u biex tiġi ffaċilitata l-għażla tagħhom, il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq iridu jkunu siguri u ttikkettati b'mod xieraq.

(1) Numru dejjem jikber ta' ikel li qed jiġi ttikkettat u rriklamat fil-Komunità qed ikollu stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa. Minħabba li dieta utieqa, varjata u bbilanċjata hija meħtieġa biex wieħed ikun f'saħħtu u minħabba li l-prodotti meħuda għalihom waħedhom għandhom biss importanza relattiva meta mqabbla mad-dieta kollha kemm hi, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u biex tiġi ffaċilitata l-għażla tagħhom, il-prodotti li jitqiegħdu fis-suq iridu jkunu sikuri u ttikkettati b'mod xieraq.

Emenda 2

Premessa 4

(4) Dan ir-Regolament għandu japplika għal stqarrijiet kollha dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa f'komunikazzjonijiet kummerċjali, inklużi inter alia, reklamar ġeneriku ta' l-ikel u kampanji promozzjonali, bħal dawk appoġġati totalment jew parzjalment mill-awtoritajiet pubbliċi Huwa m'għandux japplika għall-istqarrijiet li jsiru f'komunikazzjonijiet mhux kummerċjali, bħal linji gwida dwar dieta jew pariri maħruġa mill-awtoritajiet u l-korpi tas-saħħa pubblika, jew komunikazzjonijiet u informazzjoni mhux kummerċjali fil-ġurnali u f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal trade-marks u marki oħrajn tad-ditta li jistgħu jinftiehmu bħala stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa.

(4) Dan ir-Regolament għandu japplika għal stqarrijiet kollha dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa f'komunikazzjonijiet kummerċjali, inklużi inter alia, reklamar ġeneriku ta' l-ikel u kampanji promozzjonali, bħal dawk appoġġati totalment jew parzjalment mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa m'għandux japplika għall-istqarrijiet li jsiru f'komunikazzjonijiet mhux kummerċjali, bħal linji gwida dwar dieta jew pariri maħruġa mill-awtoritajiet u l-korpi tas-saħħa pubblika, jew komunikazzjonijiet u informazzjoni mhux kummerċjali fil-ġurnali u f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi. Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal ismijiet tad-ditta li jistgħu jinftiehmu bħala stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Il-marki kummerċjali, li huma diġà rregolati b'leġiżlazzjoni separata, għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Emenda 3

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a) Teżisti rabta bejn il-konsum ta' l-ikel u s-saħħa. Il-konsumaturi qegħdin dejjem aktar jeħtieġu tagħrif li tista' toqgħod fuqu u oġġettiv dwar il-kwalità u l-valur nutrittiv ta' l-ikel li jikkunsmaw. F'għadd ta' Stati Membri, jintużaw simboli li jindikaw il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott ta' l-ikel ('signposting'). Dawn is-simboli jgħinu lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet tajbin għas-saħħa. Dan ir-Regolament ma jaffettwax is-simboli jew marki ta' kwalità li qed jintużaw fl-Istati Membri. Biex tiġi evitata l-konfużjoni fost il-konsumaturi fir-rigward ta' l-użu ta' simboli differenti mill-produtturi ta' l-ikel, mis-supermarkets, mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jew mill-awtoritajiet nazzjonali, ikun xieraq li titfassal marka ta' kwalità Ewropea fil-futur qrib. Din il-marka ta' kwalità Ewropea għandha tkun ta' min joqgħod fuqha u tkun tipprovdi garanzija lill-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Fid-definizzjoni ta' 'stqarrija dwar vantaġġ nutrittiv' fil-pożizzjoni komuni, iddaħħal il-kliem 'ta' benefiċċju'. Dan sar biex ikun żgurat li dan ir-regolament ma jostakolax l-użu tas-sistemi tas-signposting. Għaldaqstant, ikun aktar ċar jekk dan ikun mistqarr direttament.

Emenda 4

Premessa 9

(9) F'għajnejn il-konsumatur, ikel li jiġi promoss permezz ta' stqarrijiet jista' jidher li għandu vantaġġ nutrittiv, fiżjoloġiku jew vantaġġ ieħor ta' saħħa fuq prodotti simili jew prodotti oħrajn li m'għandhomx dawn in-nutrijenti u sustanzi oħra miżjuda. Dan jista' jħeġġeġ lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet li jinfluwenzaw direttament il-konsum totali tagħhom ta' nutrijenti individwali jew ta' sustanzi oħra b'mod li jmur kontra l-parir xjentifiku. Sabiex wieħed jilqa' għal dan l-effett potenzjali mhux mixtieq, huwa xieraq li jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fir-rigward ta' prodotti li juru l-istqarrijiet. F'dan il-kuntest, fatturi bħall-preżenza ta' ċerti sustanzi, bħal m'huma l-kontenut ta' alkoħol fil-prodott jew il-profil nutrittiv tal-prodott, huma kriterji adatti biex wieħed jistabbilixxi jekk il-prodott jistax juri l-istqarrijiet. L-użu ta' dawn il-kriterji fuq il-livell nazzjonali, filwaqt li ġġustifikat għall-għan li jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet nutrittivi infurmati, x'aktarx jirriżulta f'ostakoli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għalhekk għandu jiġi armonizzat fuq livell Komunitarju.

(9) F'għajnejn il-konsumatur, ikel li jiġi promoss permezz ta' stqarrijiet jista' jidher li għandu vantaġġ nutrittiv, fiżjoloġiku jew vantaġġ ieħor ta' saħħa fuq prodotti simili jew prodotti oħrajn li m'għandhomx dawn in-nutrijenti u sustanzi oħra miżjuda. Dan jista' jħeġġeġ lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet li jinfluwenzaw direttament il-konsum totali tagħhom ta' nutrijenti individwali jew ta' sustanzi oħra b'mod li jmur kontra l-parir xjentifiku. Sabiex wieħed jilqa' għal dan l-effett potenzjali mhux mixtieq, huwa xieraq li jiġu imposti ċerti restrizzjonijiet fir-rigward ta' prodotti li juru l-istqarrijiet. F'dan il-kuntest, fatturi bħall-preżenza ta' ċerti sustanzi, li t-teħid tagħhom jista' jwassal għal żbilanċ sinifikanti fil-bżonnijiet tad-dieta ta' kuljum jew li l-abbuż minnhom jista' jagħmel ħsara lis-saħħa ta' dak li jkun, huma kriterji adatti biex wieħed jistabbilixxi jekk il-prodott jistax juri l-istqarrijiet. L-użu ta' dawn il-kriterji fuq il-livell nazzjonali, filwaqt li ġġustifikat għall-għan li jippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet nutrittivi infurmati, x'aktarx jirriżulta f'ostakoli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għalhekk għandu jiġi armonizzat fuq livell Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Ma jkunx xieraq li wieħed jirreferi għal element wieħed biss li jista' jikkontribwixxi għal dieta żbilanċjata, ikun iktar utli li ssir riferenza ġenerali għall-fatturi nurittivi kollha li jistgħu jagħmlu l-ħsara lis-saħħa.

Emenda 5

Premessa 16

(16) L-evidenza xjentifika għandha tkun l-aspett ewlieni li jrid jitqies fl-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u dwar vantaġġ għas-saħħa u l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jużaw l-istqarrijiet għandhom jiġġustifikawhom.

(16) L-evidenza xjentifika għandha tkun l-aspett ewlieni li jrid jitqies fl-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u dwar vantaġġ għas-saħħa u l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel li jużaw l-istqarrijiet għandhom jiġġustifikawhom. Madanakollu, għandhom isiru konċessjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li dan ir-Regolament jimxi b'mod aktar proporzjonat sabiex jagħti kas tad-diffikultajiet amministrattivi u finanzjarji li l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju jistgħu iħabbtu wiċċhom magħhom mingħajr ma jikkomprometti s-sikurezza tal-prodott.

Emenda 6

Premessa 24

(24) Fid-dawl tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar prodotti ta' l-ikel maħsuba għall-użu f'dieti b'energija ristretta għal tnaqqis fil-piż (1), li tipprojbixxi fit-tikketta, fil-preżentazzjoni u fir-riklamar ta' prodotti koperti minn dik id-Direttiva, kull referenza għar-rata jew għall-ammont ta' tnaqqis fil-piż li jista' jirriżulta mill-użu tagħhom, hija kkunsidrata xierqa li din ir-restrizzjoni tiġi estiża għall-ikel kollu.

(24) Fid-dawl tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar prodotti ta' l-ikel maħsuba għall-użu f'dieti b'energija ristretta għal tnaqqis fil-piż (1), li tipprojbixxi fit-tikketta, fil-preżentazzjoni u fir-riklamar ta' prodotti koperti minn dik id-Direttiva, kull referenza għar-rata jew għall-ammont ta' tnaqqis fil-piż li jista' jirriżulta mill-użu tagħhom, hija kkunsidrata xierqa li din ir-restrizzjoni tiġi estiża għall-ikel kollu. Fil-każ ta' ikel li ma jkunx maħsub speċifikament għall-kontroll tal-piż imma li jkun ikkummerċjalizzat b'riferenzi għal tnaqqis tas-sens tal-ġuħ jew għal żieda fis-sens tax-xaba', tali riferenzi għandu jkollhom bażi xjentifika.

Ġustifikazzjoni

Test approvat mill-Parlament fl-ewwel qari, li jirregola stqarrijiet dwar l-effetti tajbin fir-rigward tat-telf tal-piż għal prodotti ta' l-ikel li ma jkunux speċifikament prodotti tad-dieta.

Emenda 7

Premessa 27

(27) Dieta varjata u bbilanċjata hija prerekwiżit għas-saħħa u prodotti individwali għandhom importanza relattiva fil-kuntest tad-dieta totali. Barra minn hekk, din id-dieta hija waħda mill-ħafna fatturi li jinfluwenzaw il-bidu ta' ċertu mard fil-bniedem. Fatturi oħra, bħal m'huma l-età, il-predisposizzjoni ġenetika, il-livell ta' attività fiżika, il-konsum tat-tabakk u ta' drogi oħra, l-esposizzjoni ambjentali u l-istress jistgħu kollha jinfluwenzaw il-bidu ta' mard fil-bniedem. Għalhekk, għandhom japplikaw rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettjar fir-rigward ta' stqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta' mard.

(27) Ċerti mardiet umani jistgħu jibdew mhux biss minħabba fatturi bħal m'huma l-età, il-predispożizzjoni ġenetika, il-livell ta' attività fiżika, il-konsum tat-tabakk u ta' drogi oħra, l-espożizzjoni ambjentali u l-istress iżda wkoll minħabba dieta ħażina. Għalhekk, għandhom japplikaw rekwiżiti speċifiċi għat-tikkettar tal-prodotti ta' l-ikel fir-rigward ta' stqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta' mard.

Ġustifikazzjoni

Ir-riferenza għall-importanza ta' dieta bbilanċjata ddaħħlet fil-Premessa 1 bħala l-prinċipju ġenerali li fuqu huwa bbażat dan ir-regolament kollu kemm hu. Din l-emenda tagħmilha ċara li 'stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa' għandhom ikunu rregolati b'mod speċifiku minħabba l-influwenza li d-dieta għandha fuq saħħet il-bniedem.

Emenda 8

Premessa 27 a (ġdida)

 

(27a) Dan ir-Regolament għandu japplika bil-kunsiderazzjoni li tixraq lejn id-diversi drawwiet ta' l-ikel, lejn il-prodotti tradizzjonali u lejn il-kulturi gastronomiċi li jeżistu fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom, li huma oġġetti ta' valur li jixirqilhom ikunu rrispettati u mħarsa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-kultura gastronomika ta' l-Ewropa, kif ġie propost fl-ewwel qari.

Emenda 9

Premessa 28

(28) Sabiex jiġi żgurat li l-istqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa jkunu veri, ċari, affidabbli u utli għall-konsumatur fl-għażla ta' dieta sana, il-kliem u l-preżentazzjoni ta' stqarrijiet tas-saħħa, għandhom jiġu kkunsidrati fl-opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel u fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni sussegwenti

(28) Sabiex jiġi żgurat li l-istqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa jkunu veri, ċari, affidabbli u utli għall-konsumatur fl-għażla ta' dieta sana, il-kliem u l-preżentazzjoni ta' stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa, għandhom jiġu kkunsidrati fl-opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel u fil-proċeduri sussegwenti .

Emenda 10

Premessa 33

(33) Miżuri ta' transizzjoni adegwati huma meħtieġa biex l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel jadattaw għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

(33) Miżuri ta' tranżizzjoni adegwati huma meħtieġa biex l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel, partikularment intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, jadattaw għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jipprovdi appoġġ adegwat għal intrapriżi ta' daqs żgħir u medju.

Emenda 11

Premessa 34 a (ġdida)

 

(34a) Fiż-żmien xieraq għandha tiġi żviluppata kampanja ġenerali ta' tagħrif dwar kwistjonijiet ta' nutriment u dwar l-importanza li wieħed jadotta drawwiet sani rigward x'jiekol.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jevalwaw kif xieraq it-tagħrif dwar in-nutriment li jingħata fiq it-tikketti, għandhom ikunu edukati permezz ta' kampanji informattivi dwar is-sinifikat tat-tikkettar u dwar il-ħtiġijiet ta' enerġija li għandhom bżonn ta' kuljum gruppi differenti.

Emenda 12

Artikolu 1, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa magħmula f'komunikazzjonijiet kummerċjali, kemm fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar ta' ikel li għandu jkun imwassal bħala tali lill-konsumatur aħħari, inkluż ikel li hu mqiegħed fis-suq mhux f'pakketti jew fornut bl-ingrossa.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa magħmula f'komunikazzjonijiet kummerċjali, kemm fl-ittikkettar, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar ta' ikel li għandu jkun imwassal bħala tali lill-konsumatur aħħari, inklużi prodotti importati. Madanakollu, m'għandux jgħodd għal ikel li jkun offrut għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari mhux ippakkjat jew ippakkjat biss fil-punt meta jinbiegħ (prodotti friski bħal frott, ħaxix jew ħobż).

Ġustifikazzjoni

B'analoġija mad-Direttiva 2000/13/KE ta' l-20 ta' Marzu 2000, ikel mhux ippakkjat u affarijiet friski bħal frott, ħaxix jew ħobż għandhom ikunu esklużi mir-regolament.

Li l-bejjiegħa bl-imnut u dawk li jbiegħu l-ikel sfuż jintalbu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tkun dispożizzjoni stretta wisq u x'aktarx tkun impossibbli biex tinfurzaha.

Mill-banda l-oħra, biex titħares il-kompetittività ta' l-industrija Ewropea quddiem importazzjonijiet minn pajjiżi li m'humiex membri, ir-Regolament għandu jgħodd ukoll għall-prodotti importati kollha sabiex il-produtturi Ewropej ma jitpoġġewx fi żvantaġġ. Din l-emenda tgħaqqad għadd ta' emendi adottati fl-ewwel qari ma' l-Artikoli 13-14-15-16-17.

Emenda 13

Artikolu 1, paragrafu 3

3. Trademark, marka ta' ditta jew isem ornamentali li jidher fl-ittikkettjar, il-preżentazzjoni jew ir-riklamar ta' xi ikel li jistgħu jinftiehmu bħala stqarrija dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa jistgħu jintużaw mingħajr ma jgħaddu mill-proċeduri ta' awtorizzazzjoni previsti minn dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li jkunu akkumpanjati minn stqarrija relatata dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa f'dik it-tikketta, il-preżentazzjoni jew ir-reklamar li tikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

3. Dan ir-Regolament m'għandux jgħodd għal marki kummerċjali li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-marki kummerċjali1 jew mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar il-marka kummerċjali Komunitarja2.

 

 

________

1 ĠU L 40, 11.2.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Deċiżjoni 92/10/KEE (ĠU L 6, 11.1.1992, p. 35).

2 ĠU L 11, 14.1.1994, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 422/2004 (ĠU L 70, 9.3.2004, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Li wieħed jinkludi l-marki kummerċjali fl-ambitu tar-regolament iwassal għal inċertezza legali serja u jiżvantaġġja lis-sidien eżistenti ta' marki tad-ditta li sa ċertu punt jiddependu b'mod qawwi fuq ir-rikonoxximent tal-marka.

Emenda 14

Artikolu 1, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Barra minn hekk, marki kummerċjali ġeneriċi li tradizzjonalment intużaw biex jindikaw kwalità f'kategorija ta' ikel jew xorb li tista' timplika effett fuq saħħitna, bħal qtar għad-diġestjoni jew għas-sogħla, għandhom ikunu eżentati mill-infurzar ta' dan ir-Regolament.

Emenda 15

Artikolu 1, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Dan ir-Regolament għandu jgħodd bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' ikel għal użi nutrittivi partikulari stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja u fir-rigward ta' supplimenti għall-ikel.

Ġustifikazzjoni

Meħuda mill-Artikolu 1(4) ta' l-ewwel qari fil-Parlament.

Biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni dwar jekk supplimenti għall-ikel jaqgħux fl-ambitu ta' dan ir-regolament, għandhom jissemmew speċifikament fl-Artikolu 1.

Emenda 16

Artikolu 4, paragrafu 1

1. Sa … *, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), tistabbilixxi profili nutrittivi speċifiċi u l-kondizzjonijiet, inklużi l-eżenzjonijiet, li għandhom ikunu rispettati għall-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa fuq ikel u/jew kategoriji ta ikel.

1. Sa … *, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) u wara li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew, tistabbilixxi profili nutrittivi speċifiċi, inklużi l-eżenzjonijiet, li l-ikel jew ċerti kategoriji ta' ikel għandhom jikkonformaw magħhom biex iġibu stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa u l-kundizzjonijiet għall-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa ta' ikel jew kategoriji ta' ikel fir-rigward tal-profili nutrittivi.

 

 

Dawn il-profili nutrittivi stabbiliti għal xi ikel u/jew xi kategoriji ta' ikel, u l-kondizzjonijiet għall-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa fir-rigward tal-profili nutrittivi, għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jittieħed kont b'mod partikolari ta':

Il-profili nutrittivi għall-ikel u/jew xi kategoriji ta' ikel għandhom jiġu stabbiliti filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari:

(a) il-kwantitajiet ta' ċerti nutrijenti u sustanzi oħra li jinsabu fl-ikel, bħal xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju;

(a) il-kwantitajiet ta' ċerti nutrijenti u sustanzi oħra li jinsabu fl-ikel, bħal xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju;

(b) ir-rwol u l-importanza ta' l-ikel (jew ta' kategoriji ta' ikel) fid-dieta tal-popolazzjoni in ġenerali jew, jekk ikun il-każ, ta' ċerti gruppi f'riskju inklużi t-tfal;

(b) l-irwol u l-importanza ta' l-ikel (jew ta' kategoriji ta' ikel) u l-kontribut tagħhom għad-dieta tal-popolazzjoni in ġenerali (b'relazzjoni għall-konsum ta' kull jum) jew, kif ikun xieraq, ta' ċerti gruppi f'riskju inklużi t-tfal; għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa d-drawwiet ta' l-ikel u l-modi tal-konsum fid-diversi Stati Membri.

(c) il-kompożizzjoni nutrittiva globali ta' l-ikel u l-preżenza ta' nutrijenti li jkun ġew rikonoxxuti b'mod xjentifiku bħala li għandhom effett fuq is-saħħa.

(c) il-kompożizzjoni nutrittiva globali ta' l-ikel u l-preżenza ta' nutrijenti li jkunu ġew rikonoxxuti b'mod xjentifiku bħala li għandhom effett fuq is-saħħa.

Il-profili nutrittivi għandhom ikunu bażati fuq l-għarfien xjentifiku dwar id-dieta u n-nutriment, u r-rabta tagħhom mas-saħħa.

Il-profili nutrittivi għandhom ikunu bażati fuq l-għarfien xjentifiku dwar id-dieta u n-nutriment, u r-rabta tagħhom mas-saħħa.

Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità biex tagħti pariri xjentifiċi rilevanti fi żmien 12-il xahar, filwaqt li tiffoka b'mod partikolari fuq:

Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità biex tagħti pariri xjentifiċi rilevanti fi żmien 12-il xahar, b'enfasi partikolari fuq:

(i) jekk il-profili għandhomx ikunu stabbiliti għall-ikel in ġenerali u/jew kategoriji ta' ikel;

(i) jekk il-profili għandhomx ikunu stabbiliti għall-ikel in ġenerali u/jew kategoriji ta' ikel,

(ii) l-għażla u l-bilanċ tan-nutrijenti li ser jitqiesu;

(ii) l-għażla u l-bilanċ tan-nutrijenti li ser jitqiesu;

(iii) l-għażla tal-kwantità/bażi ta' referenza għall-profili;

(iii) l-għażla tal-kwantità/bażi ta' referenza għall-profili,

(iv) l-approċċ għall-kalkolu tal-profili, u

(iv) il-metodu użat għall-kalkolu tal-profili, u

(v) l-ittestjar tas-sistema proposta.

(v) il-fattibilità u l-ittestjar ta' sistema proposta.

Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati, b'mod partikolari lil operaturi tan-negozju ta' l-ikel u gruppi ta' konsumaturi.

Meta tistabbilixxi l-profili nutrittivi, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet interessati, b'mod partikolari lil operaturi tan-negozju ta' l-ikel u gruppi tal-konsumaturi. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju.

 

Fi żmien 3 xhur wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikabilità tal-profili nutrittivi żviluppati u tad-dejta xjentifika rilevanti.

Il-profili nutrittivi u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom għandhom ikunu aġġornati sabiex jieħdu kont ta' l-iżviluppi xjentifiċi rilevanti skoond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

Il-profili nutrittivi u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom għandhom ikunu aġġornati sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi xjentifiċi rilevanti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) u wara li jkunu kkonsultati l-partijiet interessati.

Ġustifikazzjoni

Għandha l-għan li jintlaħaq kompromess mal-Kunsill.

Huwa importanti li tingħata attenzjoni lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u lill-modi ta' l-ikel fl-Istati Membri differenti.

Emenda 17

Artikolu 4, paragrafu 2

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv li jirreferu għat-tnaqqis tax-xaħam, aċidi tax-xaħam saturati, aċidi tax-xaħam trans, zokkor u melħ/sodju għandhom jitħallew mingħajr referenza għal xi profil għan-nutrijent/i speċifiċi li għalihom issir l-istqarrija, bil-kondizzjoni li huma jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv għandhom jitħallew, sakemm magħhom issir riferenza għan-nutrijenti li ma jissodisfawx il-profil nutrittiv. Dan it-tagħrif għandu jkun ta' natura fattwali u non-diskriminatorja u li l-konsumatur ikun jista' jarah b'mod ċar.

Ġustifikazzjoni

L-istqarrijiet għandhom ikunu ammissibbli jekk jinqabeż element wieħed ta' profil nutrittiv. Obbligu addizzjonali biex jingħata tagħrif dwar in-nutriment ikun jippermetti lill-konsumaturi biex jagħmlu għażla infurmata. Id-dettalji tal-preżentazzjoni għandhom jitqiesu wara t-tlestija tal-biċċa xogħol ta' l-Awtorità u fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ittikkettjar ta' Nutriment għal Oġġetti ta' l-Ikel 90/496/KE.

Emenda 18

Artikolu 4, paragrafu 3

3. Ix-xorb li jkun fih iktar minn 1.2 % fil-volum ta' alkoħol ma għandux juri:

3. Ix-xorb li jkun fih iktar minn 1.2 % fil-volum ta' alkoħol ma għandux juri stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa, ħlief fejn dawn ikunu jaqblu mal-messaġġi ta' l-awtorità nazzjonali jew tal-Komunità dwar il-perikli ta' l-abbuż mill-alkoħol.

(a) stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa;

 

(b) stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv, apparti dawk li jirreferu għal tnaqqis fil-kontenut ta' l-akoħol jew l-enerġija.

 

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa tista' tgħodd għal kwalunkwe messaġġ dwar l-alkoħol u s-saħħa, b'mod li potenzjalment jista' jippreġudika t-twissijiet dwar periklu għas-saħħa. Għaldaqstant, hemm bżonn li din is-sitwazzjoni tkun iċċarata.

It-tħassir ta' punt (b) tal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 4 jfisser li stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv m'humiex ipprojbiti għax-xorb alkoħoliku.

Emenda 19

Artikolu 4, paragrafu 4

4. Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar l-istqarrijajiet dwar vantaġġ nutrittiv li jirreferu għat-tnaqqis jew l-assenza ta' alkoħol jew enerġija f'xorb li normalment ikun fih l-alkoħol, jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali rilevanti f'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.

4. Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv li jirreferu għal livelli baxxi ta' alkoħol, jew għat-tnaqqis jew l-assenza ta' alkoħol jew enerġija f'xorb li normalment ikun fih l-alkoħol, jistgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali rilevanti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

Emenda 20

Artikolu 4, paragrafu 5

5. Ikel jew kategoriji ta' ikel għajr dawk imsemmijin fil-paragrafu 3, li għalihom l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa għandhom ikunu ristretti jew ipprojbiti, jistgħu jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) fid-dawl ta' evidenza xjentifika.

imħassar

Emenda 21

Artikolu 4, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. L-Awtorità għandha, jekk ikun xieraq, tipprovdi lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju b'tagħrif ġenerali u bi gwida biex tagħtihom pariri dwar kif itejbu l-kontenut nutrittiv tal-prodotti tagħhom, biex b'hekk ikun possibbli għalihom li jikkonformaw mal-profili nutrittivi stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tingħata attenzjoni lill-ħtiġijiet u t-tħassib ta' l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju.

Emenda 22

Artikolu 5, paragrafu 1

1. L-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa għandhom ikunu permessi biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

1. L-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa għandu jkun permess biss jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) ikun muri li l-preżenza, in-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas f'ikel jew f'kategorija ta' ikel ta' nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku ta' benefiċċju, kif stabbilit minn data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali;

(a) ikun muri li l-preżenza, in-nuqqas jew il-kontenut imnaqqas f'ikel jew f'kategorija ta' ikel ta' nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija għandhom effett nutrittiv jew fiżjoloġiku ta' benefiċċju, kif stabbilit minn għarfien xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali;

(b) in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija:

(b) in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija:

(i) ikunu jinsabu fil-prodott finali fi kwantità sinifikanti kif definit mil-leġislazzjoni Komunitarja jew, fejn tali regoli ma jeżistux, fi kwantità li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali; jew

(i) ikunu jinsabu fil-prodott finali fi kwantità sinifikanti kif definit mil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew, fejn tali regoli ma jeżistux, fi kwantità li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn għarfien xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali; jew

(ii) ma jkunux preżenti jew ikunu preżenti fi kwantità mnaqqsa li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali;

(ii) ma jkunux preżenti jew ikunu preżenti fi kwantità mnaqqsa li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn għarfien xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali;

(c) fejn ikun il-każ, in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija jkunu f'forma li tkun tista' tintuża mill-ġisem;

(c) fejn ikun il-każ, in-nutrijent jew sustanza oħra li fir-rigward tagħhom tkun saret l-istqarrija jkunu f'forma li tkun tista' tintuża mill-ġisem;

(d) il-kwantità tal-prodott li tista' tkun mistennija b'mod raġonevoli li tkun ikkonsmata tipprovdi kwantità sinifikanti tan-nutrijent jew sustanza oħra li għalihom tirrelata l-istqarrija, kif definit fil-leġislazzjoni Komunitarja, jew fejn tali regoli ma jeżistux, kwantità sinifikanti li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali;

(d) il-kwantità tal-prodott li tista' tkun mistennija b'mod raġonevoli li tkun ikkonsmata tipprovdi kwantità sinifikanti tan-nutrijent jew sustanza oħra li għalihom tirrelata l-istqarrija, kif definit fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, jew fejn tali regoli ma jeżistux, kwantità sinifikanti li tipproduċi l-effett nutrittiv jew fiżjoloġiku mistqarr kif stabbilit minn għarfien xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali;

(e) konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-Kapitolu III jew Kapitolu IV skond il-każ.

(e) konformità mal-kondizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-Kapitolu III jew Kapitolu IV skond il-każ.

Ġustifikazzjoni

L-espressjoni "dejta aċċettata b'mod ġenerali" ma ġietx iddefinita. Għandha tingħata attenzjoni lill-kwistjonijiet tax-xjenza tal-kunsens u tax-xjenza emerġenti sabiex stqarrijiet dwar benefiċċji għas-saħħa jkunu jistgħu jsiru fi stadju aktar bikri tal-proċess ta' l-iskoperta, bl-użu ta' lingwaġġ u terminoloġija xierqa ("jista' jkun li", "jista'", "probabbli", "possibbli" eċċ). "Għarfien xjentifiku aċċettat" tqis dan. Fl-ispirtu ta' l-Emenda 30 ta' l-ewwel qari.

Emenda 23

Artikolu 6, paragrafu 1

1. Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa għandhom ikunu bbażati u ssostanzjati minn data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali.

1. Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa għandhom ikunu bbażati u ssostanzjati minn għarfien xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali.

Emenda 24

Artikolu 8

1. Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv għandhom ikunu permessi biss jekk huma elenkati fl-Anness u jekk huma f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

1. Bla ħsara għall-Paragrafu 1a, stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv għandhom ikunu permessi biss jekk ikunu konformi ma' dan ir-Regolament u jekk ikunu skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness.

 

1a. Indikazzjonijiet ta' l-istat nutrittiv ta' ikel, inklużi l-lowgows, jistgħu jkunu permessi fl-Istati Membri sakemm ikunu jikkonformaw mal-linji gwida jew mar-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali u sakemm ikunu jgħinu lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet relatati ma' mod san ta' kif jieklu.

2. Emendi għall-Anness għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) u, fejn ikun xieraq, wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata.

2. Emendi għall-Anness għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) u, fejn ikun xieraq, wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata u bl-involviment ta' l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi biex jiġġudikaw il-perċezzjoni u kif jinftiehmu l-istqarrijiet ikkonċernati.

Emenda 25

Artikolu 10, paragrafu 3

3. Referenza għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tan-nutrijent jew ikel għal saħħa tajba globali jew benesseri relatat mas-saħħa tista' ssir biss jekk tkun akkumpanjata minn stqarrija speċifika dwar vantaġġ għas-saħħa mniżżla fil-listi previsti fl-Artikolu 13 jew 14.

3. Referenza għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi tan-nutrijent jew ikel għal saħħa tajba globali jew benesseri relatat mas-saħħa tista' ssir biss jekk tkun akkumpanjata minn stqarrija speċifika dwar vantaġġ għas-saħħa mniżżla fil-listi previsti fl-Artikolu 13 jew 14 jew fl-Anness.

Emenda 26

Artikolu 11

Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar ir-rakkomandazzjonijiet jew endorsjar minn assoċjazzjonijiet mediċi nazzjonali u karitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa nazzjonali, ir-regoli nazzjonali rilevanti jistgħu japplikaw f'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat.

Fin-nuqqas ta' regoli Komunitarji speċifiċi dwar ir-rakkomandazzjonijiet jew endorsjar minn assoċjazzjonijiet nazzjonali professjonali tas-saħħa u assoċjazzjonijiet nazzjonali dwar nutriment/dieta u karitajiet li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa nazzjonali, ir-regoli nazzjonali rilevanti jistgħu japplikaw f'konformità mad-disposizzjonijiet tat-Trattat

Ġustifikazzjoni

Rakkomandazzjonijiet li jkunu utli għall-konsumaturi rigward id-dieta, l-ikel u s-saħħa jistgħu jsiru wkoll minn professjonisti tas-saħħa li jkunu kkwalifikati kif xieraq bħal infermiera, dentisti u spiżjara kif ukoll minn nutrizjonisti u esperti tad-dieta kkwalifikati kif xieraq. Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni ma kinitx tipprevedi li l-endorsjar ikun irregolat skond ir-regoli nazzjonali. Għaldaqstant, it-test tal-Pożizzjoni Komuni huwa ġdid għal kollox. Fl-ewwel qari l-Parlament irrikonoxxa l-endorsjar minn professjonisti tas-saħħa.

Emenda 27

Artikolu 12, punti (b) u (c)

(b) stqarrijiet li jirrefeu għar-rata jew l-ammont ta' tnaqqis fil-piż;

(b) stqarrijiet li jirreferu għar-rata jew l-ammont ta' tnaqqis fil-piż, sakemm ma jkunux ippruvati xjentifikament;

(c) stqarrijiet li jirreferu għal rakkomandazzjonijiet ta' tobba jew professjonisti individwali fil-qasam tas-saħħa u assoċjazzjonijiet oħra li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 11.

(c) stqarrijiet li jirreferu għal rakkomandazzjonijiet ta' tobba jew professjonisti individwali fil-qasam tas-saħħa u assoċjazzjonijiet oħra li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 11, sakemm ma jkunux ippruvati xjentifikament.

(Terġa' ddaħħal l-Emenda 42 fl-ewwel qari)

Ġustifikazzjoni

Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa għandhom ikunu fuq il-bażi ta' kriterji xjentifiċi.

Emenda 28

Artikolu 12, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) stqarrijiet li jkunu mmirati b'mod esklussiv lejn it-tfal, sakemm ma jkunux ippruvati xjentifikament.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li titħares saħħet dawk li huma l-iżjed vulnerabbli u, għalhekk, li huma l-iżjed fir-riskju.

Emenda 29

Artikolu 13

1. Stqarrijiet li jiddeskrivu jew jirreferu għal:

1. Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa li jiddeskrivu jew jirreferu għal:

(a) ir-rwol ta' nutrijent jew ta' sustanza oħra fit-tkabbir, l-iżvilupp u l-funzjonijiet tal-ġisem, jew

(a) l-irwol ta' nutrijent jew ta' sustanza oħra fit-tkabbir, l-iżvilupp u l-funzjonijiet tal-ġisem, jew

(b) il-funzjonijiet psikoloġiċi u ta' komportament, jew

(b) il-funzjonijiet psikoloġiċi u ta' komportament, jew

(c) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/8/KE, dieta jew kontroll tal-piż jew tnaqqis fis-sens ta' ġuħ jew żieda fis-sens ta' xaba' jew għat-tnaqqis ta' l-enerġija disponibbli mid-dieta,

(c) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/8/KE, dieta jew kontroll tal-piż jew tnaqqis fis-sens ta' ġuħ jew żieda fis-sens ta' xaba' jew għat-tnaqqis ta' l-enerġija disponibbli mid-dieta,

li huma inklużi fil-lista prevista fil-paragrafu 3 jistgħu jsiru mingħajr ma jgħaddu mill-proċedura ta' awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikoli 15 sa 18, jekk ikunu:

li huma bbażati fuq il-lista prevista fil-paragrafu 3 jistgħu jsiru mingħajr ma jgħaddu mill-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 18, jekk ikunu:

(i) ibbażati fuq data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, u

(i) ibbażati fuq għarfien xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali, u

(ii) miftiehma sew mill-konsumatur medju.

(ii) miftiehma sew mill-konsumatur medju.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'listi ta' stqarrijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn … (*) akkumpanjati mill-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom u b'referenzi għall-ġustifikazzjoni xjentifika rilevanti.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'listi ta' stqarrijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn … (*) akkumpanjati mill-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom u b'referenzi għall-ġustifikazzjoni xjentifika rilevanti.

3. Wara li tikkonsulta lill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), lista Komunitarja ta' stqarrijiet permessi kif imsemmi fil-paragrafu 1, u l-kondizzjonijiet neċessarji kollha għall-użu ta' dawn l-istqarrijiet sa mhux aktar tard minn … (**).

3. Wara li tikkonsulta lill-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), lista Komunitarja ta' stqarrijiet permessi kif imsemmi fil-paragrafu 1, u l-kondizzjonijiet neċessarji kollha għall-użu ta' dawn l-istqarrijiet sa mhux aktar tard minn … (**).

4. Kull tibdil fil-lista msemmija fil-paragrafu 3, ibbażat fuq data xjentifika aċċettata b'mod ġenerali, għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jew wara xi talba minn Stat Membru

4. Kull tibdil fil-lista msemmija fil-paragrafu 3, ibbażat fuq għarfien xjentifiku aċċettat b'mod ġenerali, għandu jiġi adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), wara konsultazzjoni ma' l-Awtorità, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess jew wara xi talba minn Stat Membru

5. Kull żieda ta' stqarrijiet mal-lista msemmija fil-paragrafu 3 ibbażata fuq data xjentifika żviluppata riċentement u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni ta' data koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15 sa 18.

5. Kull żieda ta' stqarrijiet mal-lista msemmija fil-paragrafu 3 bbażata fuq għarfien xjentifiku żviluppat riċentement u/jew li tinkludi talba għall-protezzjoni ta' dejta koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali għandha tiġi adottata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15 sa 18.

* ĠU: L-aħħar jum tax-xahar tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' sena.

* ĠU: L-aħħar jum tax-xahar tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' 6 xhur.

* ĠU: L-aħħar jum tax-xahar tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' 3 snin.

** ĠU: L-aħħar jum tax-xahar tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' sentejn.

Ġustifikazzjoni

Emenda li tibdel "dejta" b'"għarfien" bħalma sar fl-emendi proposti għall-Artikoli 5 u 6

Sabiex l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju jkunu jistgħu jkollhom aċċess aktar mgħaġġel għal-lista ta' stqarrijiet awtorizzati li jistgħu jintużaw mingħajr ma jgħaddu minn xi proċedura ta' awtorizzazzjoni, il-perjodi ta' żmien biex issir il-lista jridu jitqassru. Iż-żewġ emendi proposti huma mmirati biex iż-żmien biex issir il-lista ta' stqarrijiet permessi titqassar għal sentejn.

Emenda 30

Artikolu 13, paragrafu 5 a (ġdid)

 

5a. Stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u dawk li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal, li ma jkunux koperti mill-paragrafu 1, jistgħu jsiru fejn ikunu ġew irreġistrati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17a.

Ġustifikazzjoni

L-għan ewlieni ta' din l-emenda huwa li jkun hemm proċedura aktar mgħaġġla (6 xhur biss), billi l-ħin kollu jitħalla għall-evalwazzjoni xjentifika għall-EFSA. Dik hija l-unika garanzija għall-konsumatur li t-tqassir tal-perjodu m'hux se jolqot ħażin lill-kwalità ta' l-evalwazzjoni. Jekk l-EFSA taħseb li l-istqarrija tista' ma tkunx ippruvata xjentifikament, allura tkun tapplika l-proċedura ta' l-"Awtorizzazzjoni", bl-intervent tal-Kummissjoni u bit-tħaddim tal-proċedura tal-Kumitoloġija.

Hija ta' importanza vitali li jkunu kkunsidrati bir-reqqa u bl-akbar preċiżjoni l-istqarrijiet kollha li jkunu jirreferu għall-iżvilupp u għas-saħħa tat-tfal kif ukoll l-istqarrijiet li jkunu jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard.

Emenda 31

Artikolu 14, titolu u paragrafu 1

Stqarrijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard

Stqarrijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard u stqarrijiet relatati ma' l-iżvilupp u mas-saħħa tat-tfal

1. Minkejja l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE, stqarrijiet għal tnaqqis fir-riskju ta' mard jistgħu jsiru meta jkunu awtorizzati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15 sa 18 ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu nklużi fil-lista Komunitarja ta' tali stqarrijiet permessi flimkien mal-kondizzjonijiet meħtieġa kollha għall-użu ta' dawn l-istqarrijiet.

1. Minkejja l-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2000/13/KE, stqarrijiet dwar tnaqqis fir-riskju ta' mard u stqarrijiet relatati ma' l-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal jistgħu jsiru meta jkunu awtorizzati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 15 sa 18 ta' dan ir-Regolament sabiex jiġu nklużi fil-lista Komunitarja ta' tali stqarrijiet permessi flimkien mal-kondizzjonijiet meħtieġa kollha għall-użu ta' dawn l-istqarrijiet.

Ġustifikazzjoni

Huwa ta' importanza vitali li jkunu kkunsidrati bir-reqqa u bl-akbar preċiżjoni wkoll l-istqarrijiet kollha li jirreferu għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal.

Emenda 32

Artikolu 15, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. L-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju għandhom jingħataw għajnuna speċifika biex iħejju l-applikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju m'għandhomx jiġu penalizzati bl-infurzar tas-sistema l-ġdida.

Emenda 33

Artikolu 16, paragrafu 1

1. Meta tagħti l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha tipprova tirrispetta l-limitu ta' żmien ta' sitt xhur mid-data ta' meta tkun irċevuta applikazzjoni valida. Dan il-limitu ta' żmien għandu jkun estiż kulmeta l-Awtorità tfittex li tikseb informazzjoni supplimentari mingħand l-applikant kif previst fil-paragrafu 2.

1. Meta tagħti l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha tirrispetta l-limitu ta' żmien ta' erba' xhur mid-data ta' meta tkun irċevuta applikazzjoni valida. Dan il-limitu ta' żmien għandu jkun estiż għal xahrejn kulmeta l-Awtorità tfittex li tikseb informazzjoni supplimentari mingħand l-applikant kif previst fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tqassar iż-żmien biex tingħata l-opinjoni ta' l-EFSA fil-proċess ta' l-Awtorizzazzjoni, minħabba l-fatt li l-proċess irid iqis il-ħtieġa tal-proporzjonalità kif ukoll tal-ħarsien tal-konsumaturi.

Emenda 34

Artikolu 16, paragrafu 2

2. L-Awtorità jew l-awtorità kompetenti nazzjonali permezz ta' l-Awtorità jistgħu, fejn ikun xieraq, jitolbu lill-applikant biex jissupplimenta d-dettalji li jakkumpanjaw l-applikazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat.

2. L-Awtorità jew awtorità nazzjonali kompetenti permezz ta' l-Awtorità jistgħu, fejn ikun xieraq, jitolbu lill-applikant biex jissupplimenta d-dettalji li jakkumpanjaw l-applikazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat. L-applikant jista' jkollu aċċess dirett għall-panel kompetenti ta' l-Awtorità inklużi d-dritt li jinstema' u d-dritt li jżid aktar informazzjoni mal-fajl.

Emenda 35

Artikolu 16, paragrafu 3

3. Sabiex tħejji l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha:

3. Sabiex tħejji l-opinjoni tagħha, l-Awtorità għandha tivverifika:

(a) tivverifika li l-kliem propost ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa ikun sostnut minn data xjentifika.

(a) li l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa tkun sostnuta minn dejta xjentifika;

(b) tqis jekk il-kliem ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa jikkonformax mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(b) li l-kliem ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa jikkonforma mal-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(c) tagħti pariri dwar jekk il-kliem propost ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa jinftiehemx u għandux tifsira għallkonsumatur medju.

 

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi emendat ir-rekwiżit biex l-EFSA tagħti opinjoni fuq kif il-konsumatur jifhem l-istqarrija, minħabba li dan il-qasam ma jaqax taħt il-kompetenza ta' l-EFSA.

Emenda 36

Artikolu 16, paragrafu 4

4. F'każ ta' opinjoni favur li tkun awtorizzata l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa, l-opinjoni għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

4. L-opinjoni għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

(a) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;

(a) l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;

(b) in-nutrijent jew sustanza oħra jew l-ikel jew il-kategorija ta' ikel li fir-rigward tagħhom għandha ssir l-istqarrija u l-karatteristiċi partikolari tagħhom;

(b) in-nutrijent jew sustanza oħra, jew l-ikel jew il-kategorija ta' ikel, li fir-rigward tagħhom għandha ssir l-istqarrija u l-karatteristiċi partikolari tagħhom;

(c) il-kliem rakkomandat ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa proposta, inklużi, jekk ikun il-każ, il-kondizzjoni speċifiċi ta' l-użu;

(c) proposta għall-kliem ta' l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa, inklużi, jekk ikun il-każ, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta' l-użu;

(d) meta jkun japplika, il-kondizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' l-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali li għandha takkumpanja l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa fuq it-tikketta jew fir-reklamar.

(d) meta jkun japplika, il-kondizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' l-ikel u/jew dikjarazzjoni jew twissija addizzjonali li għandha takkumpanja l-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa fuq it-tikketta u fir-reklamar.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi emendat ir-rekwiżit biex l-EFSA tirrakkomanda kliem għall-istqarrija, minħabba li dan il-qasam ma jaqax taħt il-kompetenza ta' l-EFSA.

Emenda 37

Artikolu 17, paragrafu 1

1. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-opinjoni ta' l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(2) abbozz ta' deċiżjoni dwar il-listi ta' stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa permessi, filwaqt li tieħu kont ta' l-opinjoni ta' l-Awtorità, ta' kwalunkwe disposizzjoni tal-liġi Komunitarja u ta' fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata. Meta l-abbozz tad-Deċiżjoni ma jkunx konformi ma' l-opinjoni ta' l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni għad-diverġenzi.

1. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-opinjoni ta' l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 22(2) abbozz ta' deċiżjoni dwar il-listi ta' stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa permessi, filwaqt li tikkunsidra l-opinjoni ta' l-Awtorità, ta' kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja u ta' fatturi leġittimi oħrajn li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata. Meta l-abbozz tad-Deċiżjoni ma jkunx konformi ma' l-opinjoni ta' l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni għad-differenzi.

Emenda 38

Artikolu 17 a (ġdid)

 

Artikolu 17a

 

Reġistrazzjoni Komunitarja

 

1. Għal stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa msemmija fl-Artikolu 13(5a) operatur ta' negozju ta' l-ikel li jkollu l-ħsieb li juża stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa li ma tkunx inkluża fil-lista li jipprovdi għaliha l-Artikolu 13(3) jista' japplika għall-proċess tar-Reġistrazzjoni.

 

2. It-talba għar-Reġistrazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' Stat Membru li għandha tibgħat tagħrifa bil-miktub dwar il-wasla tagħha sa 14-il jum mill-wasla.

 

It-talba għandha tkun tinkludi d-dejta msemmija fl-Artikolu 15(3) u r-raġunijiet li għalihom tkun qed issir it-talba.

 

3. Il-fajl għandu jintbagħat mingħajr dewmien lill-Awtorità għal evalwazzjoni xjentifika u lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikunu mgħarrfa.

 

Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(2), (3)(a) u (b), (5) u (6) għandha tapplika mutatis mutandis.

 

4. Ir-reġistrazzjoni ta' l-istqarrija għandha tinħareġ mill-Kummissjoni fi żmien 5 xhur mid-data tal-wasla tat-talba għar-reġistrazzjoni sakemm l-Awtorità ma toġġezzjonax permezz ta' opinjoni negattiva dwar il-provi xjentifiċi ta' l-istqarrija.

 

Mill-jum tar-Reġistrazzjoni l-applikant ikun jista' jibda juża l-istqarrija.

 

5. Fil-każ ta' opinjoni negattiva mill-Awtorità dwar il-provi xjentifiċi ta' l-istqarrija, l-istqarrija jkollha tiġi awtorizzata skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17.

 

6. Il-lista ta' stqarrijiet irreġistrati skond it-tifsira tal-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20.

Ġustifikazzjoni

L-għan ewlieni ta' din l-emenda huwa li jkun hemm proċedura aktar mgħaġġla (6 xhur biss), billi l-ħin kollu jitħalla għall-evalwazzjoni xjentifika għall-EFSA. Dik hija l-unika garanzija għall-konsumatur li t-tqassir tal-perjodu m'hux se jolqot ħażin lill-kwalità ta' l-evalwazzjoni. Jekk l-EFSA taħseb li l-istqarrija tista' ma tkunx ippruvata xjentifikament, allura tkun tapplika l-proċedura ta' l-"Awtorizzazzjoni", bl-intervent tal-Kummissjoni u bit-tħaddim tal-proċedura tal-Kumitoloġija.

Emenda 39

Artikolu 19, paragrafu 2, punt (c)

(c) l-istqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa awtorizzati u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom previsti fl-Artikoli 13(3), 14(1), 18(2), 20, 23(2) u 27(6) u l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22(3);

(c) l-istqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa awtorizzati u l-kondizzjonijiet li japplikaw għalihom previsti fl-Artikoli 13(3), 14(1), 18(2), 23(2) u 27(6), l-istqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa previsti fl-Artikolu 17a u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20 u l-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22(3).

Ġustifikazzjoni

L-għan ewlieni ta' din l-emenda huwa li jkun hemm proċedura aktar mgħaġġla (6 xhur biss), billi l-ħin kollu jitħalla għall-evalwazzjoni xjentifika għall-EFSA. Dik hija l-unika garanzija għall-konsumatur li t-tqassir tal-perjodu m'hux se jolqot ħażin lill-kwalità ta' l-evalwazzjoni. Jekk l-EFSA taħseb li l-istqarrija tista' ma tkunx ippruvata xjentifikament, allura tkun tapplika l-proċedura ta' l-"Awtorizzazzjoni", bl-intervent tal-Kummissjoni u bit-tħaddim tal-proċedura tal-Kumitoloġija.

Emenda 40

Artikolu 19 a (ġdid)

 

Artikolu 19a

 

Drittijiet dwar proprjetà intellettwali

 

Is-sottomissjoni, ir-reġistrazzjoni jew il-pubblikazzjoni ta' stqarrija għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe drittijiet dwar proprjetà intellettwali li l-applikant jista' jkollu fir-rigward ta' l-istqarrija nnifisha, jew fir-rigward ta' kwalunkwe dejta xjentifika jew kwalunkwe tagħrif li jkun jinsab fil-fajl. Dawn id-drittijiet għandhom jitħarsu skond il-liġi Komunitarja, jew skond kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali li ma jkunux f'kunflitt mal-liġi Komunitarja.

(Terġa' ddaħħal l-emenda 70 mill-ewwel qari)

Emenda 41

Artikolu 20, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Id-data xjentifika u informazzjoni oħra fl-applikazzjoni rikjesta taħt l-Artikolu 14(2) ma tistax tiġi użata għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għall-perijodu ta' seba' snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni, sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx ftiehem ma' l-applikant ta' qabel li tali data u informazzjoni jistgħu jintużaw, fejn:

1. Id-dejta xjentifika u informazzjoni oħra fl-applikazzjoni mitluba skond l-Artikolu 15(2) ma tistax tiġi użata għall-benefiċċju ta' applikant sussegwenti għal perjodu ta' erba' snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni, sakemm l-applikant sussegwenti ma jkunx ftiehem ma' l-applikant ta' qabel li tali dejta u informazzjoni jistgħu jintużaw, fejn:

Ġustifikazzjoni

L-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju normalment ma jkollhomx il-flus biex ikunu jistgħu jħallsu għal studji xjentifiċi biex jipproduċu stqarrija tagħhom stess. L-uniku ċans li għandhom biex jużaw l-istqarrijiet huwa li jużaw dawk imniżżla fil-lista prevista mill-Artikolu 13, li jistgħu jintużaw b'xejn mingħajr il-ħtieġa ta' xi tip ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni. Sabiex l-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju jitħallew jużaw stqarrijiet ta' din ix-xorta, irid jitqassar iż-żmien tal-ħarsien tad-dejta. Ta' min isemmi li fl-ewwel qari l-PE stabbilixxa li l-ħarsien tad-dejta għandu jdum biss 3 snin.

Emenda 42

Artikolu 20, paragrafu 2

2. Sa ma jgħaddi l-perijodu ta' seba' snin speċifikat fil-paragrafu 1, ebda applikant sussegwenti m'għandu jkollu d-dritt li jirreferi għal data li ġiet klassifikata bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali minn applikant ta' qabel ħlief jekk u sa meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni dwar jekk stqarrija tistax tkun jew setgħetx tkun tiġi nkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 14 jew, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 13 mingħajr is-sottomissjoni tad-data klassifikata bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel.

2. Sa ma jgħaddi l-perijodu ta' erba' snin speċifikat fil-paragrafu 1, ebda applikant sussegwenti m'għandu jkollu d-dritt li jirreferi għal data li ġiet klassifikata bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali minn applikant ta' qabel ħlief jekk u sa meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni dwar jekk stqarrija tistax tkun jew setgħetx tkun tiġi nkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 14 jew, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 13 mingħajr is-sottomissjoni tad-dejta klassifikata bħala koperta mid-dritt dwar il-proprjetà industrijali mill-applikant ta' qabel.

Emenda 43

Artikolu 26

Sa … (*) l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-evoluzzjoni tas-suq ta' l-ikel li fir-rigward tiegħu jsiru l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa u dwar l-għarfien mill-konsumatur ta' dawn l-istqarrijajiet, flimkien ma' proposta għal emendi jekk ikun meħtieġ.

Sa … (*) l-aktar tard, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment dwar l-evoluzzjoni tas-suq ta' l-ikel li fir-rigward tiegħu jsiru l-istqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv jew għas-saħħa u dwar l-għarfien mill-konsumatur ta' dawn l-istqarrijiet, flimkien ma' proposta għal emendi jekk ikun meħtieġ. Ir-rapport għandu jkun jinkludi wkoll evalwazzjoni ta' l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq is-saħħa pubblika.

_____________

* ĠU: L-aħħar jum tal-ħames xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' 6 snin.

_____________

* ĠU: Erba' snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Reviżjoni aktar bikrija tagħmilha possibbli li jkunu identifikati kunflitti bejn ir-regolament u l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-marki kummerċjali u li jitneħħew. L-emenda tikkorrispondi ma' l-Emenda 71 fl-ewwel qari.

Emenda 44

Artikolu 27, paragrafu 1

1. Ikel li jitqiegħed fuq is-suq jew li jiġi ttikkettjat qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament 28 li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq sad-data ta' l-iskadenza tiegħu u mhux aktar tard minn … (**). Fir-rigward tad-disposizzjonijiet fl-Artikolu 4(1), l-ikel jista' jitqiegħed fis-suq sa tnax-il xahar wara l-adozzjoni tal-profili nutrittivi rilevanti u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

____________

** ĠU: (**) L-aħħar jum tat-tmintax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament

1. Ikel li jitqiegħed fuq is-suq jew li jiġi ttikkettjat qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament 28 li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament jista' jitqiegħed fis-suq sad-data ta' l-iskadenza tiegħu. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 4(1), l-ikel jista' jitqiegħed fis-suq sa erbgħa u għoxrin xahar wara l-adozzjoni tal-profili nutrittivi rilevanti u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' żmien biżżejjed biex l-operaturi jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament. Stqarrijiet li ma jkunux konformi mar-Regolament għandhom jitħallew fis-suq sad-data ta' l-iskadenza.

Emenda 45

Artikolu 27, paragrafu 2

2. Prodotti li jġibu trademarks jew marki tad-ditta li jkunu diġà jeżistu qabel l-1 ta' Jannar 2005 u li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sa… (***), wara liema terminu ta' żmien għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

____________

* ĠU: Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, b'żieda ta' għaxar snin.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda dwar l-Artikolu 1, paragrafu 3.

Emenda 46

Artikolu 27, paragrafu 3

3. Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv li jkunu ntużaw fi Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 2005 b'mod konformi mad-disposizzjonijiet nazzjonali applikabbli għalihom u li mhumiex inklużi fl-Anness, jistgħu jibqgħu jintużaw sa … (****) taħt ir-responsabbiltà ta' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja kif imsemmijin fl-Artikolu 23.

 

3. Stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv li jkunu ntużaw fi Stat Membru qabel l-1 ta' Jannar 2005 b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għalihom u li mhumiex inklużi fl-Anness, jistgħu isiru sa mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ speċifikata fl-Artikolu 28 taħt ir-responsabbiltà ta' l-operaturi tan-negozju ta' l-ikel u mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja kif imsemmijin fl-Artikolu 23.

____________

** ĠU: Sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

NOTA SPJEGATTIVA

1. Background

In July 2003 the Commission submitted its proposal for a regulation of the European Parliament and the Council on nutrition and health claims made on foods (COM (2003)0424 - C5-0329/2003 - 2003/0165 (COD)). Parliament voted on the proposal at first reading on 26 May 2005 and the Council adopted its common position at its meeting of 8 and 9 December 2005.

At first reading Parliament adopted a large number of amendments inserting clauses designed to make application of this Regulation easier in practice for consumers as well as for operators in the sector.

From the consumer point of view, Parliament focused on the importance of making labels easy to understand. Particular care is required in the case of the labelling of products intended for children. However, the amendments also called for measures such as information campaigns designed to raise consumer awareness of the importance of a varied and balanced diet. At first reading Parliament also drew attention to the importance of safeguarding the variety of national gastronomic traditions.

Other amendments approved by Parliament focused on undertakings in the food sector, for instance, an amendment to help SMEs apply the Regulation, or an amendment to extend the scope of the Regulation to imported products so as not to undermine the competitiveness of European businesses.

It will be remembered that there were two controversial issues on which Parliament was divided at first reading, namely nutrient profiles and the claims registration procedure.

In the first of these cases, Parliament voted against the regulation of nutrient profiles for foodstuffs by rejecting Article 4. Under the wording adopted at first reading, it is sufficient for the substance for which a claim is made to have been shown to have the claimed beneficial nutritional or physiological effect, as established by accepted scientific knowledge and for the substance to be present in a certain quantity that can be used by the human body.

On the question of the claims procedure, Parliament voted in favour of a notification procedure rather than an authorisation procedure, thereby reducing the burden on industry.

2. Common position

Although the Council’s common position maintains the basic thrust of the Commission proposal, it does introduce a number of changes broadly designed to ensure that consumers are given correct information.

Article 4 takes over the Commission’s position in substance. It maintains the need to establish nutrient profiles bearing in mind different users and taking particular account of a number of consumer groups at risk such as children.

As far as the procedure is concerned, producers are generally subject to an authorisation procedure. However, there is a series of ‘permitted claims’ appearing on a list drawn up by the Commission (under the procedure set out in Article 13) which may be used without undergoing any procedure whatsoever.

3. Conclusions

This Regulation should manage to reconcile the various requirements of health protection and accurate consumer information with the need to avoid overburdening industry with excessive formalities.

The Council’s common position is very close to that of your rapporteur at first reading; however, it is clear that the main objective of second reading will be to find broader agreement among the political groups and among the European institutions.

Consequently, although your rapporteur has not tabled substantive amendments to the common position, she intends to seek agreement as soon as possible on the two crucial issues of nutrient profiles and the authorisation/notification procedure.

Finally, your rapporteur attaches particular importance to a series of first-reading amendments that were not accepted by the Council; these cover aspects such as children, small and medium-sized undertakings, intellectual property rights, and the inapplicability of this Regulation to products sold loose.

PROĊEDURA

Titolu

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stqarrijiet fuq l-ikel dwar vantaġġ nutrittiv u għas-saħħa.

Referenzi

9858/3/2005 – C6‑0018/2006 – 2003/0165(COD)

Data ta' l-ewwel qari tal-PE
– Numru P 

26.5.2005

P6_TA(2005)0201

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2003)0424 – C5-0329/2003

Proposta ġdida tal-Kummissjoni

 

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

19.1.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI
19.1.2006

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Adriana Poli Bortone
21.9.2004

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżaminazzjoni fil-kumitat

30.1.2006

21.3.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.3.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:
–:

0:

45

9

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Liam Aylward, Johannes Blokland, John Bowis, Frederika Brepoels, Hiltrud Breyer, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jillian Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Mary Honeyball, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Aldis Kušķis, Peter Liese, Jules Maaten, Linda McAvan, Marios Matsakis, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Adriana Poli Bortone, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Karin Scheele, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Marcello Vernola, Åsa Westlund

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, María del Pilar Ayuso González, Bairbre de Brún, Miroslav Mikolášik, Ria Oomen-Ruijten, Amalia Sartori, Renate Sommer, Andres Tarand, Thomas Wise

Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Angelilli

Data tat-tressiq

29.3.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...