RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta' l-istokk tas-sallur Ewropew
26.4.2006 - (COM(2005)0472 – C6‑0326/2005 – 2005/0201(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Albert Jan Maat
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar ta' l-istokk tas-sallur Ewropew
(COM(2005)0472 – C6‑0326/2005 – 2005/0201(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0472)[1],
– wara li kkunsidra Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0326/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6‑0140/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu, 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
| Test propost mill-Kummissjoni | Emendi mill-Parlament |
Emenda 1 Premessa 4 a (ġdida) | |
|
|
(4a) Fil-15 ta' Novembru 2005, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni[2] li titlob lill-Kummissjoni sabiex, immedjatament, tressaq proposta għal regolament għall-irkuprar ta' l-istokk tas-sallur Ewropew. |
|
|
_______________________ 1 Testi Adottati, P6_TA(2005)0425.
|
Emenda 2 Premessa 8 | |
|
(8) Is-suċċess ta' miżuri għall-irkuprar ta' l-istokk tas-sallur Ewropew jiddependi mill-koperazzjoni mill-qrib u mill-azzjoni koerenti fuq il-livell Komunitarju, dak ta' Stat Membru u dak lokali u tiddependi wkoll mill-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tas-setturi pubbliċi kkonċernati. |
(8) Is-suċċess ta' miżuri għall-irkuprar ta' l-istokk tas-sallur Ewropew jiddependi mill-koperazzjoni mill-qrib u mill-azzjoni koerenti fuq il-livell Komunitarju, dak ta' Stati Membri u dak lokali u dak reġjonali u tiddependi wkoll mill-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tas-setturi pubbliċi kkonċernati. |
Ġustifikazzjoni | |
It-test kien adattat sabiex jirrifletti s-sitwazzjoni legali u amministrattiva f'xi wħud mill-Istati Membri, fejn ir-regolazzjoni ta' dan il-qasam tas-sajd taqa' fi ħdan il-kompetenza tal-gvernijiet reġjonali jew tinqasam bejnhom u l-gvern ċentrali. | |
Emenda 3 Premessa 10 | |
|
(10) Ġewwa baċin ta' xmara fejn is-sajd u attivitajiet umani oħra li jaffettwaw lis-sallur jistgħu jkollhom effetti transkonfinali, il-programmi u l-miżuri kollha għandhom ikunu koordinati għall-baċin tax-xmara kollu kemm hu. Għal baċini tax-xmajjar fejn il-baċini jestendu lil hemm mill-fruntieri tal-Komunità, il-Komunità għandha tfittex li tassigura koordinazzjoni xierqa mal-pajjiżi terzi kkonċernati. Però, il-ħtieġa ta' koordinazzjoni bħal din m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli jieħdu azzjoni urġenti. |
(10) Ġewwa baċin ta' xmara fejn is-sajd u attivitajiet umani oħra li jaffettwaw lis-sallur jistgħu jkollhom effetti transkonfinali, il-programmi u l-miżuri kollha għandhom ikunu koordinati għall-baċin tax-xmara kollu kemm hu. Però, il-koordinazzjoni m'għandhiex isseħħ bi ħsara għall-introduzzjoni ta' malajr tal-partijiet nazzjonali tal-Pjanijiet għall-Immaniġġjar tas-Sallur. Għal baċini tax-xmajjar fejn il-baċini jestendu lil hemm mill-fruntieri tal-Komunità, il-Komunità għandha tfittex li tassigura koordinazzjoni xierqa mal-pajjiżi terzi kkonċernati. Fil-kuntest ta' koordinazzjoni internazzjonali, kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll barra minnha, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Baħar Baltiku u lill-ilmijiet tal-kosta Ewropej li jaqgħu barra mill-għanijiet tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Però, il-ħtieġa ta' koordinazzjoni bħal din m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri milli jieħdu azzjoni urġenti. |
Ġustifikazzjoni: | |
Il-miżuri sabiex ikunu stabbiliti mill-ġdid l-istokks tas-sallur Ewropew mhumiex ristretti għall-ilmijiet tal-Komunità biss. | |
Emenda 4 Premessa 10 a (ġdida) | |
|
|
(10a) Peress li, b'mod naturali, jintilfu ħafna mill-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) li jkunu qed jaslu, il-Kummissjoni għandha tinvestiga mingħajr dewmien kif l-akkwakultura ta' l-Ewropa tista' tkun involuta fl-irkuprar ta' l-istokks tas-sallur Ewropew, inter alia permezz tat-trawwim kontinwu tal-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) li jkunu nqabdu, sakemm jiżviluppaw u jsiru sallur isfar u jkunu użati biex isir tagħmir mill-ġdid fl-ilmijiet ġewwiena Ewropej li jgħaddu għall-baħar. |
Emenda 5 Premessa 10 b (ġdida) | |
|
|
(10b) Fil-kuntest ta' l-irkuprar ta' l-istokk tas-sallur Ewropew, huwa nnutat li l-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) huma partikularment vulnerabbli minħabba li dawn ikunu esportati fi kwantitajiet kbar. Għalhekk, għandhom ikunu implimentati miżuri speċjali sabiex jiżdiedu l-ammonti ta' frieħ tas-sallur li jinħelsu fl-ilmijiet Ewropej. |
Ġustifikazzjoni: | |
Ladarba minħabba d-domanda kbira u l-esportazzjonijiet il-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti)huma sezzjoni partikularment vulnerabbli ta' l-istokk tas-sallur, għandhom ikunu implimentati miżuri speċjali sabiex jiżdiedu l-ammonti ta' frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) li jinħelsu f'ilmijiet Ewropej. | |
Emenda 6 Artikolu 2 | |
|
Mill-ewwel sal-ħmistax-il jum ta' kull xahar għandu jkun ipprojbit kemm li jsir sajd għas-sallura ta' l-ispeċi Anguilla anguilla, li tittella' l-art, kif ukoll li tinżamm.
|
L-istaġun tas-sajd għandu jitqassar ħalli l-isforz involut fis-sajd jitnaqqas bin-nofs. |
Ġustifikazzjoni: | |
Għalkemm jidher li jeħtieġ li jittieħdu miżuri urġenti waqt li qed isiru l-pjanijiet, l-għeluq fuq bażi ta' ħmistax alternanti m'huwa bl-ebda mod l-aktar metodu xieraq. L-ewwelnett, la s-sajd għas-sallur jiddependi miċ-ċiklu tal-qamar, din il-miżura tista' litteralment tagħlaq is-sajd għal kollox jew, mill-banda l-oħra, jista' ma jkollha l-ebda impatt ta' xejn. It-tieninett, il-miżura tipprojbixxi li s-sallur jittella' l-art, li jinżamm, kif ukoll li jsir sajd għalih. Dan jista' jkollu effett ta' ħsara kbira fuq l-intraprizi kummerċjali, li ma jifilħux jimpjegaw staff għal ħmistax-il jum fix-xahar jew li jinstallaw l-infrastruttura meħtieġa biex imbagħad jitilquha hemm bla użu. Jekk l-isforz involut għandu jitnaqqas bin-nofs, dan għandu jsir fuq bażi ta' perjodu kontinwu billi jitqassar l-istaġun tas-sajd. | |
Emenda 7 Artikolu 3, kliem ta' introduzzjoni | |
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2, sat-30 ta' Ġunju 2007 għandu jitħalla li jsir is-sajd għas-sallur ta' l-ispeċi Anguilla anguilla, li jinżamm u li jittella' l-art mill-ewwel sal-ħmistax-il jum ta' kull xahar kemm-il darba: |
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2, sat-30 ta' Ġunju 2007 għandu jitħalla li jsir is-sajd għas-sallur ta' l-ispeċi Anguilla anguilla, li jinżamm u li jittella' l-art barra l-istaġun tas-sajd stipulat kemm-il darba: |
Ġustifikazzjoni: | |
Sakemm l-emenda għall-Artikolu 2 tipproponi li bħala miżura t'emerġenza tibdel l-għeluq ta' ħmistax-il jum ma' staġun imqassar, l-eżenzjonijiet għandhom ukoll ikunu definiti fi qbil ma' l-istaġun tas-sajd stipulat. | |
Emenda 8 Artikolu 3, punt (b) | |
|
(b) is-sallur kollu li jinqabad jinħeles f' ilmijiet ġewwiena Ewropej li jgħaddu għall-baħar bil-għan li jogħlew il-livelli ta' skappar tas-sallur fiddien adult. |
(b) - is-sallur kollu li jinqabad jinħeles f' ilmijiet ġewwiena Ewropej li jkollhom aċċess għall-baħar bil-għan li jogħlew il-livelli ta' skappament tas-sallur fiddien adult jew - jintuża għall-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea suġġett għall-kundizzjoni li, skond kemm tiddetermina l-Kummissjoni, persentaġġ tas-sallur użat fl-akkwakultura jkun użat għat-tnissil tas-sallur isfar u t-tagħmir mill-ġdid bis-sallur isfar f'ilmijiet ġewwiena Ewropej li jgħaddu għall-baħar, sabiex ikun hemm żieda fir-rata ta' l-iskappar tas-sallur fiddien matur, u |
Emenda 9 Artikolu 3, punt (b a) (ġdid) | |
|
|
(ba) L-Istati Membri jadottaw miżuri barranin sabiex itellfu mill-inqas il-migrazzjoni tal-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) matul ċerti perjodi. |
Ġustifikazzjoni: | |
F'dawk il-perjodi meta l-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) jemigraw 'il ġewwa l-art minn zoni kostali, l-ostakli li jeżistu għandhom jitneħħew kemm jista' jkun. | |
Emenda 10 Artikolu 4, paragrafu 1 | |
|
1. Jekk miżuri nazzjonali eżistenti diġà jassiguraw li, għal baċini speċifikati tax-xmajjar, jintlaħaq l-objettiv li għalih jirreferi l-Artikolu 6(4), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jressqu talba għal eżenzjoni mill-miżuri li għalihom jipprovdi l-Artikolu 2 għal dawk il-baċini sat-30 ta' Ġunju, 2007. |
1. Jekk miżuri nazzjonali eżistenti diġà jassiguraw li, għal baċini speċifikati tax-xmajjar, jintlaħaq l-objettiv li għalih jirreferi l-Artikolu 6(4), l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jressqu talba għal eżenzjoni mill-miżuri li għalihom jipprovdi l-Artikolu 2 għal dawk il-baċini sat-30 ta' Ġunju, 2008. |
Emenda 11 Artikolu 4 a (ġdid) | |
|
|
Artikolu 4a |
|
|
Protezzjoni addizzjonali għall-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) |
|
|
Huwa permess is-sajd għas-sallur li jkun fih inqas minn 12-il ċentimetru tul, bil-kundizzjoni li jkun issodisfat wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin: |
|
|
(a) il-biċċa l-kbira tas-sallur li jinqabad ikun użat sabiex jitgħammru mill-ġdid l-ilmijiet ġewwiena Ewropej li jgħaddu għall-baħar, sabiex tiżdied ir-rata ta' l-iskappar tas-sallur fiddien matur; |
|
|
(b) is-sallur li jinqabad għall-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea jkun suġġett għall-kundizzjoni li, skond kemm tiddetermina l-Kummissjoni, persentaġġ tas-sallur użat fl-akkwakultura jkun użat biex jitrabbew il-frieħ tas-sallur li jkunu għadhom kif faqqsu u biex jitgħammru mill-ġdid ilmijiet ġewwiena Ewropej li jgħaddu għall-baħar, sabiex tiżdied ir-rata ta' l-iskappar tas-sallur fiddien matur. |
|
|
Jekk tkun ix-xewqa ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' anke tistabbilixxi kwota għall-esportazzjonijiet tal-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti), bil-kundizzjoni li din ma tiksirx il-kriterju ta' sostenibiltà jew l-irkuprar ta' l-istokk tas- sallur Ewropew. |
|
|
Jekk f'xi Stat Membru jew reġjun il-qabda tal-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) tmur għall-konsum, il-Kummissjoni tista' tippermetti dan kemm-il darba dan ma jiksirx il-kriterju tas-sostenibiltà. |
Emenda 12 Artikolu 5 | |
|
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2, mill-1 ta' Lulju 2007 għandu jkun permess is-sajd għas-sallur ta' l-ispeċi Anguilla anguilla, kif ukoll li jinżamm u li jittella' l-art, mill-ewwel sal-ħmistax-il jum ta' kull xahar kemm-il darba industriji tas-sajd bħal dawn jikkonformaw ma' l-ispeċifikazzjonijiet u r-restrizzjonijiet stabbiliti fi Pjan għall-Immaniġġjar tas-Sallur. |
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2, mill-1 ta' Lulju 2008 l-industriji tas-sajd għandhom ikunu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet u r-restrizzjonijiet stipulati fi Pjan għall-Immaniġġjar tas-Sallur.
|
Ġustifikazzjoni | |
Konsistenti ma' l-emenda mressqa għall-Artikolu 2. | |
Emenda 13 Artikolu 5, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
|
Għall-Istati Membri li ressqu Pjan għall-Immaniġġjar tas-Sallur quddiem il-Kummissjoni biex ikun approvat qabel il-31 ta' Diċembru 2006, l-effett ta' l-Artikolu 2 għandu jkun sospiż sakemm il-Kummissjoni tasal għal deċiżjoni definittiva. |
Emenda 14 Artikolu 6, paragrafu 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddefinixxu l-baċini individwali tax-xmajjar, li jinsabu fit-territorju tagħhom li, sa minn qabel l-intervent tal-bneidem, kienu jikkostitwixxu l-ambjent naturali għas-sallura Ewropea ("baċini tax-xmajjar tas-sallur"). |
1. L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jiddefinixxu l-baċini individwali tax-xmajjar, li jinsabu fit-territorju tagħhom li, sa minn qabel l-intervent tal-bneidem, kienu jikkostitwixxu l-ambjent naturali għas-sallura Ewropea ("baċini tax-xmajjar tas-sallur"). Stat Membru jista', bir-raġun, jagħżel li jispeċifika t-territorju nazzjonali tiegħu kollu jew taqsima amministrattiva reġjonali eżistenti bħala baċin tax-xmara wieħed. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni, għandu jkun possibbli li titħaddem bi pjan nazzjonali ta' mmaniġġjar wieħed biss. | |
Emenda 15 Artikolu 6, paragrafu 2 | |
|
2. Meta jiġu biex jiddefinixxu baċini tax-xmajjar tas-sallur, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw kif jixraq l-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/60/KE. |
2. Meta jiġu biex jiddefinixxu baċini tax-xmajjar tas-sallur, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw b'kull mod possibbli l-arranġamenti amministrattivi msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/60/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni, għandu jkun possibbli li titħaddem bi pjan nazzjonali ta' mmaniġġjar wieħed biss. | |
Emenda 16 Artikolu 6, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
|
3a. Fil-baċini tax-xmajjar l-Istati Membri għandhom jimplimentaw Pjan għall-Immaniġġjar tas-Sallur li jassigura l-irkuprar effettiv ta' l-istokks tas-sallur. L-Istati Membri għandhom jipproponu liema baċini tax-xmajjar għandhom ikunu l-oġġett ta' dawk il-pjanijiet ta' intervent. |
Ġustifikazzjoni | |
F'xi Stati Membri bħal m'hu l-Portugall, il-baċini kollha tax-xmajjar huma meqjusa bħala l-ambjenti naturali tas-sallur. Fil-prattika jkun diffiċli li wieħed iħejji, jimmonitorja u jikkontrolla pjanijiet ta' mmaniġgjar għalihom kollha, peress li dan jinvolvi ammont eċċessiv ta' riżorsi umani u finanzjarji. Għandu jkun f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu prijoritajiet għall-intervent, fil-waqt li jqisu ċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom. | |
Emenda 17 Artikolu 6, paragrafu 3 b (ġdid) | |
|
|
3b. Pjanijiet ta' mmaniġġjar għall-baċini tax-xmajjar li huma maqsuma bejn Stat Membru jew aktar għandhom ikunu mħejjija mill-Istess Stati Membri flimkien u mressqa quddiem il-Kummissjoni. |
Emenda 18 Artikolu 6, paragrafu 4 | |
|
4. Għal kull baċin tax-xmara tas-sallur, l-objettiv ta' kull Pjan għall-Immaniġgjar tas-Sallur għandu jkun li jippermetti, bi probabiltà għolja, l-iskappar lejn il-baħar ta' mill-inqas 40% tal-bijomassa ta' sallur adult kif imqabbel ma' l-aħjar stima ta' l-iskappar potenzjali mill-baċin tax-xmara fin-nuqqas t'attivitajiet umani li għandhom effett fuq iz-zona tas-sajd jew fuq l-isokk. |
4. Għal kull baċin tax-xmara tas-sallur, l-objettiv ta' kull Pjan għall-Immaniġgjar tas-Sallur għandu jkun li jippermetti, bi probabiltà għolja, l-iskappar lejn il-baħar ta' persentaġġ għoli tal-bijomassa ta' sallur adult kif imqabbel ma' l-aħjar stima ta' l-iskappar potenzjali mill-baċin tax-xmara, meta jitqiesu l-attivitajiet umani kollha li għandhom effett fuq iz-zona tas-sajd jew fuq l-istokk. |
Ġustifikazzjoni | |
M'hu xejn ċar kif se jkun possibbli li tkun ikkalkulata din ir-rata ta' skappar t'40%. Il-pjanijiet għandhom jiggarantixxu li f'kull baċin tax-xmara jkun hemm persentaġġ li jkun ogħla b'mod sinifikanti, fil-waqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet f'kull wieħed minnhom, bħal m'huma abbundanza akbar jew iżgħar u/jew ostakoli. Barra minn hekk, mhux ċar xi tfisser l-aħħar sentenza tal-paragrafu. | |
Emenda 19 Artikolu 6, paragrafu 5 a (ġdid) | |
|
|
5a. L-Unjoni Ewropea għandha tappoġgja miżuri li jippermettu t-tagħmir mill-ġdid ta' baċini tax-xmajjar fid-diversi Stati Membri. |
Emenda 20 Artikolu 6, paragrafu 5 b (ġdid) | |
|
|
5b. L-Unjoni Ewropea għandha tappoġġja miżuri li jgħinu l-kostruzzjoni u/jew l-adattament ta' mekkaniżmi li jistgħu jissuperaw l-ostakoli sabiex l-emigrazzjoni tul ix-xmajjar ma tkunx mhedda. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emigrazzjoni kontra-kurrenti tas-sallur biex iferra' u mbagħad il-possibiltà li hu jgħum lejn in-naħa ta' fuq tax-xmara, huma essenzjali għaċ-ċiklu tal-ħajja ta' l-individwi ta' din l-ispeċi. Għalhekk, il-passaġġ li jissupera l-ostakli fiżiċi ta' matul mogħdijiet t'ilma ħelu għandu jkun prijorità . | |
Emenda 21 Artikolu 7, paragrafu 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull Pjan għall-Immaniġġjar tas-Sallur imħejji skond l-Artikolu 6, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006. |
1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull Pjan individwali għall-Immaniġġjar tas-Sallur imħejji skond l-Artikolu 6, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007. |
Ġustifikazzjoni | |
Diversi fatturi jirrendu l-kalendarju preżenti imprattikabbli, u għalhekk huwa ssuġġerit li l-implimentazzjoni tkun posposta b'sena. L-ewwelnett, f'ħafna każi l-pjanijiet jirrikjedu koordinament bejn reġjuni varji, anzi bejn stati varji. Dan il-koordinament se jitlob ħafna żmien u taħbit. It-tieninett, it-tagħrif kurrenti m'huwiex biżżejjed sabiex ikun ikkalkulat l-iskappar, u ma jidhirx li se jkun il-każ li l-gruppi ta' ħidma proposti mill-ICES u r-riżultat tal-mudelli li dwarhom qed issir ir-riċerka bħalissa bħala parti mill-proġett tas-SLIME se jagħtu frott kmieni biżżejjed biex jintuża ħalli l-pjanijiet jitħaddmu skond il-kalendarju li qed jiġi propost bħalissa. | |
Emenda 22 Artikolu 7, paragrafu 3 | |
|
3. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-Pjanijiet għall-Immaniġġjar tas-Sallur approvati skond il-paragrafu 2 mill-1 ta' Lulju 2007. |
3. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-Pjanijiet għall-Immaniġġjar tas-Sallur approvati skond il-paragrafu 2 mill-1 ta' Lulju 2008, jew mill-aktar fis possibbli qabel dik id-data. |
Emenda 23 Artikolu 8, paragrafu 1 | |
|
1. Fil-każ ta' baċini tax-xmajjar li jestendu fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri involuti għandhom iħejju Pjan għall-Immaniġgjar tas-Sallur flimkien. |
1. Fil-każ ta' baċini tax-xmajjar li jestendu fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Istati Membri involuti għandhom iħejju Pjan għall-Immaniġgjar tas-Sallur flimkien. Jekk hemm ir-riskju li l-koordinament joħloq tant telf ta' żmien li jkun impossibbli li l-Pjan għall-Immaniġgjar jitressaq fil-ħin, l-Istati Membri jistgħu jressqu Pjanijiet għall-Immaniġgjar relatati mal-parti nazzjonali tagħhom tal-baċin tax-xmara. |
Emenda 24 Artikolu 8, paragrafu 2 | |
|
2. Fejn baċin tax-xmara tas-sallur jestendi lil hemm mit-territorju tal-Komunità, l-Istati Membri involuti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżviluppaw Pjan għall-Immaniġġjar tas-Sallur f'koordinament mal-pajjiżi terzi relevanti. |
2. Fejn baċin tax-xmara tas-sallur jestendi lil hemm mit-territorju tal-Komunità, l-Istati Membri involuti għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżviluppaw Pjan għall-Immaniġġjar tas-Sallur f'koordinament mal-pajjiżi terzi relevanti. F'dan ir-rigward għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Baħar Baltiku u lill-ilmijiet Ewropej li jaqgħu barra mill-iskop tad-Direttiva 2000/60/EC. |
Emenda 25 Artikolu 8 a (ġdid) | |
|
|
Artikolu 8a Miżuri speċjali rigward il-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) |
|
|
Bħala parti mill-pjan għall-irkuprar tat-tagħmira tas-sallur Ewropew, il-Kummissjoni għandha tħejji miżuri speċjali sabiex tiżgura li jkun hemm żieda fin-numru ta' frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) meħlusa, fil-waqt li tikkonċentra fuq il-problemi kkawżati mill-esportazzjoni ta' frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) fuq skala kbira. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) jiffurmaw sezzjoni partikularment vulnerabbli mill-istokk tas-sallur minħabba, fost kawżi oħra, l-iskala ta' esportazzjonijiet, għandhom ikunu mnedija miżuri speċjali sabiex jiżdiedu l-ammonti ta' frieħ tas-sallur (fi stat trasparenti) li jintreħew. | |
Emenda 26 Artikolu 9, paragrafu 1 | |
|
1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, għal kull Pjan għall-Immaniġgjar tas-Sallur, kull Stat Membru għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ, l-effettività u r-riżultati tal-pjan, u b'mod partikulari, għal kull baċin tax-xmara, għandu jagħmel stima tal-proporzjon tal-bijomassa tas-sallur li jiskappa lejn il-baħar biex iferra' kif imqabbel mal-livell ta' skappar milħuq fin-nuqqas tas-sajd jew attivitajiet umani oħrajn li għandhom effett fuq iz-zona tas-sajd jew fuq it-tagħmira. |
1. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009, għal kull Pjan għall-Immaniġgjar tas-Sallur, kull Stat Membru għandu jressaq rapport lill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ, l-effettività u r-riżultati tal-pjan. |
Ġustifikazzjoni | |
Kif diġà kien innotat, m'huwiex ċar kif se jkun possibbli li jkunu kkalkulati r-rati ta' kemm jiskappa sallur. Wara strateġija tal-Kummissjoni, li timmira li jkun hemm simplifikazzjoni leġiżlattiva akbar u piż amministrattiv iżgħar fuq l-Istati Membri, ta' min inaqqas it-talbiet għal rapporti li se jkunu ftit li xejn utli. | |
Emenda 27 Artikolu 9, paragrafu 2 | |
|
2. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2010, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'evalwazzjoni statistika u xjentifika tar-riżultat ta' l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Immaniġġjar tas-Sallur flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd. |
2. Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 201l, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'evalwazzjoni statistika u xjentifika tar-riżultat ta' l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Immaniġġjar tas-Sallur flimkien ma' l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd. |
Ġustifikazzjoni | |
Diversi fatturi jirrendu l-kalendarju preżenti imprattikabbli, u għalhekk huwa ssuġġerit li l-implimentazzjoni tkun posposta b'sena. L-ewwelnett, f'ħafna każi l-pjanijiet jirrikjedu koordinament bejn reġjuni varji, anzi bejn stati varji. Dan il-koordinament se jitlob ħafna żmien u taħbit. It-tieninett, it-tagħrif kurrenti m'huwiex biżżejjed sabiex ikun ikkalkulat l-iskappar, u ma jidhirx li se jkun il-każ li l-gruppi ta' ħidma proposti mill-ICES u r-riżultat tal-mudelli li dwarhom qed issir ir-riċerka bħalissa bħala parti mill-proġett tas-SLIME se jagħtu frott kmieni biżżejjed biex jintuża ħalli l-pjanijiet jitħaddmu skond il-kalendarju li qed jiġi propost bħalissa. | |
Emenda 28 Artikolu 9, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
|
3a. Qabel l-1 ta' Jannar 2007, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, f'konsultazzjoni ma' l-ICES, l-EIFAC, l-Istati Membri u l-industrija tas-sajd, jekk il-kwota stipulata fl-Artikolu 6(4) tistax tkun imkejla b'mod suffiċjenti u applikata fil-prattika, u wara dan, jekk hemm il-ħtieġa, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta modifikata jew adattata. |
Emenda 29 Artikolu 11, paragrafu 1 | |
|
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2007. |
NOTA SPJEGATTIVA
In recent years, eel stocks in the European Union have declined dramatically. There are grounds for fearing that, unless an Action Plan enters into force quickly in the European Union, the species could become extinct.
Throughout the distribution area of the European eel (the whole of Europe, and North Africa), eels are fished. Fishing of glass eels is concentrated in South-Western Europe: catches (c. 100 t) are used for direct consumption, allowed to mature into yellow eels (to some extent in Europe but especially in the Far East) or used for restocking of waters in the rest of Europe. Yellow eels and silver eels are fished everywhere in European waters; the catches (estimated at 8000 t), together with eels from aquaculture (c. 10 800 t), are used for consumption (smoked, steamed, in jelly, etc.).
Table 1 Overview of the principal countries where European eel is fished or farmed. The figures indicate official production in 2000. (Source: ICES/EIFAC Working Group on Eels). The official figures for fisheries substantially underestimate actual catches, which are thought to be around twice the amount shown.
|
Fishing in EU |
Fishing outside EU |
Eel farming | |||
|
Country |
Production (t) |
Country |
Production (t) |
Country |
Production (t) |
|
United Kingdom |
796 |
Egypt |
2 064 |
Netherlands |
3 800 |
|
Germany |
686 |
Norway |
281 |
Denmark |
2 674 |
|
Denmark |
620 |
Turkey |
176 |
Italy |
2 750 |
|
Sweden |
560 |
Tunisia |
108 |
Elsewhere in Europe |
1 639 |
|
Italy |
549 |
Morocco |
100 |
Asia |
10 000 |
|
Poland |
429 |
Elsewhere |
238 |
|
|
|
France |
399 |
|
|
|
|
|
Netherlands |
351 |
|
|
|
|
|
Ireland |
250 |
|
|
|
|
|
Elsewhere in EU |
280 |
|
|
|
|
In the past 20 years, stocks of eels above the minimum permitted size for fishing have declined by 50% (and over the past 40 years they have fallen by as much as 75%), while glass eel stocks have declined by 95% during the same period.
Since earliest times, there has been a strong demand for eel in Europe. In some areas it is a major feature of the culinary tradition and an essential element in the natural habitat.
Although inland fishing does not officially fall under the European common fisheries policy, the common problem which exists in numerous Member States necessitates a common approach. Without one, it is very likely that it will prove impossible to conserve or restore eel stocks.
Naturally, the differences between Member States and climate zones are great. In Scandinavia the situation is not like that in France, for instance. However, a substantial decline in eel stocks is observable throughout the European Union.
All waters in Europe where eel occurs may be contributing to the production of silver eels (fertile eels); closer to the sea more than further inland - in some countries more than in others. It is not clear whether silver eels from all countries actually participate in reproduction, or whether the spawning population comes from a small part of Europe, while silver eels from other countries die without reproducing.
It has been suggested that most female silver eels come from Scandinavia, but it also seems likely that the Gulf of Biscay, which is the initial arrival area for more than 95% of glass eels, is really the key area. If one were to protect one area and not another, it is quite possible that the protected area might turn out to be the wrong one. As a precaution, it must be assumed that all silver eels which migrate from Europe contribute to reproduction. Therefore no country can deny its shared responsibility for preserving breeding stocks.
Over the years, the proportion of eel consumed which is caught in the wild has declined substantially. The bulk of consumption is accounted for by aquaculture. Consequently, more and more of the glass eels which are caught are sold for use in aquaculture.
This trend has accelerated due to the enormous demand from South-East Asia for glass eels. As a result, glass eel prices have risen so high that it has become completely unviable, economically, to restock Europe's inland waters with glass eels.
As eel stocks have declined all over Europe, it currently seems most likely that all eels in Europe form part of a single stock and come from a single breeding area. Thus restoring eel stocks is primarily an international problem. At the same time, the eel is a species which typically occurs in small waters scattered all over Europe, in which small-scale fishing is practised and a huge number of local factors have an impact. It will only be possible to implement a recovery plan if it is carried out in all these small waters, with the cooperation of local interested parties and managers. The international recovery plan will have to be based on the information collected in all those small waters.
This twofold character of eel recovery (a large-scale problem occurring in small-scale waters) makes it necessary to divide roles between different tiers of government and between authorities and interested parties. On the one hand the central authority (EU) will have to set the conditions for sustainable management, and then impose them on lower tiers of government (the national level), which in turn can pass them on in the form of conditions for the fishing plans of regional fisheries managers. On the other hand, local management must be based on information concerning the local situation, and this information will have to be used by the (higher) authorities to monitor and evaluate the management measures implemented. Satisfactory cooperation between the fishing industry, other interested parties and the authorities is crucial here.
On 15 November 2005 the European Parliament adopted a resolution (2005/2032(INI)) calling on the Commission to submit without delay a proposal for a regulation to bring about the recovery of eel stocks. The present Commission has worked energetically to do so, with the result that, partly on the basis of the resolution, a proposal for a regulation (2005/0201) has now been submitted.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għall-irkuprar tat-tagħmira tas-sallur Ewropew | |||||
|
Referenzi |
(COM(2005)0472 – C6‑0326/2005 – 2005/0201(CNS)) | |||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
20.10.2005 | |||||
|
Kumitat responsabbli |
PECH | |||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
ENVI 27.10.2005 |
|
|
|
| |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
ENVI |
|
|
|
| |
|
Rapporteur(s) |
Albert Jan Maat |
| ||||
|
Rapporteur(s) preċedenti |
|
| ||||
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni Data tad-deċiżjoni |
| |||||
|
Bażi legali kkontestata |
|
|
| |||
|
Allokazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
| |||
|
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
0.0.0000 | |||||
|
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
| |||||
|
Eżami fil-kumitat |
29.11.2005 |
30.1.2006 |
22.2.2006 |
19.4.2006 |
| |
|
Data ta' l-adozzjoni |
19.4.2006 | |||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
|
Unanimament | ||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
James Hugh Allister, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Iles Braghetto, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Heinz Kindermann, Henrik Dam Kristensen, Albert Jan Maat, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Seán Ó Neachtain, Bernard Poignant, Struan Stevenson, Margie Sudre | |||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Chris Davies, Duarte Freitas | |||||
|
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlos Carnero González, Salvador Garriga Polledo, Eugenijus Gentvilas, Antonio Masip Hidalgo. | |||||
|
Data tat-tressiq |
26.4.2006 |
| ||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... | |||||