RAPPORT dwar l-istat ta' tħejjija u l-ippjanar tar-rispons fil-Komunità Ewropea għal kontra l-influwenza pandemika

10.5.2006 - (2006/2062(INI))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Adamos Adamou

Proċedura : 2006/2062(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0176/2006
Testi mressqa :
A6-0176/2006
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-istat ta' tħejjija u l-ippjanar tar-rispons fil-Komunità Ewropea għal kontra l-influwenza pandemika

(2006/2062(INI))

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-istat ta' tħejjija u l-ippjanar tar-rispons fil-Komunità Ewropea għal kontra l-influwenza pandemika (COM(2005)0607),

-   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni għall-ippjanar ta’ stat ta’ tħejjija ġeneriku fuq livell ta’ l-UE għal emerġenzi ta’ saħħa pubblika (COM(2005)0605),

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 152 tat-Trattat li jirregolaw l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika,

-   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-istrateġija kontra l-influwenza pandemika[1]

-   wara li kkunsidra l-Konferenza internazzjonali tad-donaturi dwar l-influwenza tat-tjur u l-influwenza umana, tas-17 u t-18 ta' Jannar 2006 u d-Dikjarazzjoni li saret waqt dik il-konferenza,

-   wara li kkunsidra l-pjan globali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għat-tħejjija għall-influwenza (dokument WHO/CDS/CSR/GIP/2005.5),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6‑0176/2006),

A. billi l-iżviluppi riċenti ta' żieda ta' numru ta' każi ta' influwenza tat-tjur u ta' vittmi umani kkaġunati minnha fl-Asja, fl-Afrika u wkoll f'pajjiżi Ewropej qegħdin iżidu t-tħassib, u billi hemm bżonn li din il-marda tiġi indirizzata mill-għeruq u l-ħtieġa li jiġu mgħejunin il-pajjiżi affettwati u l-pajjiżi f'riskju li jinsabu fil-bżonn,

B.  billi l-punti ewlenin kemm fil-Komunikazzjoni dwar l-istat ta' tħejjija għall-influwenza pandemika u kemm fil-Komunikazzjoni dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni għall-ippjanar ta’ tħejjija ġenerika huma t-tħejjija u l-eżaminazzjoni ta' pjanijiet nazzjonali, ikkoordinati mill-Kummissjoni, is-sorveljanza u n-netwerks bejn laboratorji nazzjonali ta' riferiment sabiex is-sorsi ta' epidemija jiġu identifikati malajr, l-immaniġjar effettiv ta' l-epidemiji permezz tal-provediment ta' pariri f'waqthom, in-notifikazzjoni bikrija ta' każi, il-provediment ta' għajnuna f'każ ta' epidemija u l-koordinazzjoni tar-rispons ta' l-Istati Membri, u l-forniment xieraq u f'waqtu ta' tilqim u ta' mediċini anti-virali,

C. billi t-tfassil tal-pjanijiet nazzjonali għandu jkunu maħsub biex:

- jaċċertaw il-koordinazzjoni meħtieġa bejn l-Istati Membri,

- jevitaw il-paniku fost il-pubbliku,

- jiġġieldu kull traffikar li jista' jsir jekk ikun hemm riskji ġenwinament serji,

- jidentifikaw is-siti li għandhom jiġu iżolati bħala prijorità,

- iħejju listi tal-gruppi tal-popolazzjoni li għandhom jitlaqqmu bħala prijorità,

- jaċċertaw distribuzzjoni ġusta tal-prodotti kollha li jintużaw biex tiġi miġġiedla l-epidemija,

D. billi s-sorveljanza ta' infezzjonijiet ta' influwenza fost l-annimali, b'mod speċjali qalb il-popolazzjonijiet ta' l-għasafar, hija importanti u rekwiżit tal-liġi tal-Komunità,

E.  billi l-anti-virali jikkostitwixxu l-ewwel pilastru tal-prevenzjoni u l-interventi mediċi sakemm it-tilqim isir disponibbli;

F.  billi l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi għajnuna loġistika u finanzjarja għall-iżvilupp tat-tilqim,

G. billi hemm bżonn li tissaħħaħ il-komunikazzjoni bejn l-istituti nazzjonali responsabbli mis-sorveljanza tas-saħħa pubblika, mill-evalwazzjoni tar-riskji u l-monitoraġġ,

H. billi l-kuxjenza pubblika għandha tiżdied permezz ta' kampanji ta' informazzjoni, u billi huwa wkoll importanti li jsiru riformi kumplimentari f'oqsma relatati u li jiġu miġġieldin l-effetti soċjo-ekonomiċi fuq l-ifqar nies u familji,

I.   billi l-avviżi pubbliċi għandhom jirriflettu l-istat attwali ta' l-għarfien mediku u billi l-pariri kontra t-tixrid ta' l-epidemija għall-pubbliku ġenerali għandhom ikunu iġġustifikati xjentifikament, mifhumin u prattikabbli b'mod universali,

J.   billi, sa mill-2003, numru sinifikanti ta' tjur infettati madwar id-dinja mietu jew inqerdu, u pperikolaw l-produzzjoni kummerċjali tat-tjur u b'mod partikulari l-għajxien ta' bdiewa żgħar u medji li jrabbu l-bhejjem,

K. billi kull pandemija tista' taffettwa Stati Membri differenti b'mod differenti,

L.  billi l-problema ta' l-infezzjoni ta' l-influwenza tat-tjur hija problema globali u hemm bżonn li tiġi indirizzata b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WTO),

M. billi l-provediment, fil-kuntest ta' partnerships strateġiċi fit-tul, ta' għajnuna finanzjarja u teknika xierqa lil pajjiżi li għadhom jiżviluppaw u li huma affettwati jew f'riskju, u b'mod partikulari lill-inqas pajjiżi żviluppati, se jkun vitali fil-kontroll tat-theddid globali għall-finanzi, in-negozju u s-sigurtà li jirriżulta mill-influwenza tat-tjur,

1.  Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fuq dwar l-istat ta' tħejjija u l-ippjanar tar-rispons fil-Komunità Ewropea għal kontra l-influwenza pandemika u dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni għall-ippjanar ta’ stat ta’ tħejjija ġeneriku fuq livell ta’ l-UE għal emerġenzi ta’ saħħa pubblika, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali dwar l-influwenza pandemika li qegħdin isiru bħalissa miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("l-ECDC'), mill-Kummissjoni u mill-fergħa tar-Reġjun ta' l-Ewropa ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa;

2.  Jisħaq li wieħed mill-iżjed aspetti importanti fl-indirizzar xieraq tal-problema tal-possibilità ta' pandemija ta' influwenza tat-tjur fost il-bnedmin huwa li jkollok informazzjoni korretta u pprovata xjentifikament rigward il-mediċini, it-tilqim u dwar ir-reżistenza naturali għall-marda, u li jkollok dejta epidemoloġika affidabbli;

3.  Jilqa' x-xogħol ta' l-ECDC fl-indentifikazzjoni, l-evalwazzjoni u l-provediment ta' informazzjoni dwar it-theddid konness ma' l-influwenza u l-impenn tiegħu li jgħin lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jevitaw il-pandemija; jenfasizza li għandhom ikunu garantiti fondi suffiċjenti għall-ħidmiet ta' l-ECDC;

4.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tilgħab irwol ta' koordinazzjoni b'saħħtu bejn l-Istati Membri fl-attivitajiet kollha konnessi ma' l-istat ta' tħejjija fil-Unjoni Ewropea għall-influwenza pandemika u li għandha ssaħħaħ il-kapaċità ta' l-ECDC li tidentifika l-miżuri tas-saħħa pubblika ewlenin li jkollhom jittieħdu f'każ ta' pandemija,

5.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu kas ta' l-osservazzjonijiet rileventi, ir-rapporti u l-investigazzjonijiet fuq il-post ta' l-ECDC, u biex taċċerta li dawk l-Istati Membri li l-ippjanar tagħhom biex jiġġieldu l-pandemija huwa taħt il-livell xieraq, itejbu l-pjanijiet tagħhom, għax in-natura tar-riskju titlob li l-Istati Membri kollha jkunu ppreparati b'mod sħiħ;

6.  Iqus li, f'każ ta' influwenza pandemika fl-UE jew fl-Istati ġirien, il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta miżuri ta' kriżi fi żmien 24 siegħa, bħal miżuri ta' kwarantina u diżinfettazzjoni fl-ajruporti konnessi ma' titjiriet minn ċerti reġjuni u restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar;

7.   Iqis li fl-Istati Membri hemm bżonn impenn politiku b'saħħtu għall-ippjanar tal-preparazzjoni, għaż-żieda fir-riżorsi u r-riċerka, għas-soluzzjoni ta' kwistjonijiet legali u etiċi kumplessi, u għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet komuni u koperazzjoni transkonfinali;

8.  Iqis li għandu jitfassal pjan ta' azzjoni speċifikament għall-istituzzjonijiet Ewropej f'każ li r-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar jimpedixxu laqgħat internazzjonali bħal dawk tal-Kunsill u l-Parlament,

9.  Jenfasizzaw li għandha tittieħed azzjoni rapida u deċiżiva biex tiġi kkontrollata l-influwenza tat-tjur sabiex tiġi evitata pandemija umana, l-iżjed fir-rigward tas-saħħa ta' l-annimali, għax dan huwa s-sors primarju tar-riskju, u li għandhom jittieħdu miżuri sinifikanti, inkluża evalwazzjoni sħiħa ta' kemm l-isptarijiet jesgħu sodod fuq il-livell ta' l-Istati Membri, sabiex nitħejjew għall-possibilità ta' pandemija umana, ħalli f'każ li tiġri, l-mezzi li jikkontrollawha jkunu disponibbli; iqis li għandha tingħata attenzjoni partikulari biex jiġu żviluppati iżjed il-kapaċità tal-produzzjoni tat-tilqim u anti-virali għal kontra l-pandemija fl-Istati Membri u fuq livell Ewropew, u l-kapaċità tat-tisħiħ ta' l-infrastruttura fis-setturi tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali; iqis li, f'dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea għandha tipprovdi għajnuna loġistika u finanzjarja għall-iżvilupp tat-tilqim;

10. Jirrimarka li l-eżerċizzji ta' simulazzjoni ta' l-influwenza pandemika huma vitali sabiex tiġi eżaminata l-effettività tal-pjanijiet nazzjonali għal kontra l-influwenza pandemika ta' kull Stat Membru u li dawn għandhom isiru regolarment bħala miżura ta' prekwazjoni, anke jekk ma jkun hemm l-ebda pandemija; jenfasizza li r-riżultati u l-lezzjonijiet meħudin minn dawn l-eżerċizzji se jkunu importanti għall-isforzi biex jittejbu l-pjanijiet u l-interoperabilità tagħhom;

11. Jisħaq li dawn l-eżerċizzji ta' simulazzjoni għandhom ikunu estiżi għal reġjuni remoti u zoni rurali;

12. Jirrikonoxxi l-bżonn li jitfasslu u jiddaħħlu xenarji dettaljati għall-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ kontra l-vajrus A (H5N1) ta' influwenza tat-tjur;

13. Jenfasizza li hemm bżonn li jissaħħu s-sistemi ta' sorveljanza, is-sistemi ta' rapportaġġ rapidu u ta' twissija, l-analiżi tad-dejta u l-epidemjoloġija għall-mard ta' l-annimali u tan-nies, sabiex l-infezzjoni fit-tjur u fin-nies tkun tista' tinstab u tiġi identifikata minn kmieni u biex l-implimentazzjoni ta' miżuri korrettivi effettivi tkun tista' ssir b'mod rapidu;

14. Jisħaq li, fl-istess ħin, hemm il-ħtieġa li ssir evalwazzjoni rapida ta' l-impatt soċjo-ekonomiku immedjat ta' l-influwenza tat-tjur u tal-kwistjonijiet ta' kumpens u ta' inċentivi assoċjati;

15. Jilqa' l-impenn ċar għat-trasparenza u għall-iskambju ta' informazzjoni magħmul mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni u mill-ECDC u jenfasizza l-importanza ta' skambju rapidu ta' informazzjoni u ta' kampjuni bijoloġiċi meħudin minn każi suspettati u konfermati fost bnedmin u annimali sabiex jitħaffu t-tħejjijiet u r-risponsi xierqa u komprensivi; jitlob għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-laboratorji ta' referenza sabiex titħaffef l-identifikazzjoni tal-vajrusis u sabiex jinżamm monitoraġġ konsistenti ta' kull proċess ta' tibdil possibbli;

16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-ECDC u lill-Istati Membri sabiex joħolqu sistema għall-iskambju kontinwu ta' informazzjoni bejniethom u bejn il-pajjiżi milqutin, biex b'hekk jgħinu fl-iżvilupp ta' l-aqwa prattiki;

17. Jinnota li, bħala segwitu ta' l-eżempju ta' l-ECDC, l-istrateġiji ta' komunikazzjoni fuq livell nazzjonali u Ewropew għandhom jittejbu u għandhom jinkludu l-ippubblikar ta' rapporti regolari fuq l-internet, l-użu ta' emails jew websajts ristretti għall-professjonisti u l-midja;

18. Madankollu jisħaq li l-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-aħjar modi kif jindirizzaw liċ-ċittadini tagħhom, sabiex l-informazzjoni tilħaq lill-popolazzjoni kollha, inklużi l-anzjani, iż-żgħażagħ, l-illiterati jew dawk li m'għandhomx aċċess għall-mezzi l-moderni ta' komunikazzjoni;

19. Jisħaq fuq l-importanza ta' l-edukazzjoni u l-informazzjoni korretta f'każ ta' kriżi u li l-istruzzjonijiet xierqa għandhom ikopru mhux biss il-konformità mar-regoli ta' l-iġene iżda wkoll il-provediment ta' informazzjoni f'oqsma bħall-mobilità, it-trasport u l-impjiegi;

20. Jitlob li informazzjoni li tista' toqgħod fuqha dwar it-theddida ta' pandemija għandha tkun provduta permezz tas-sistema ta' sorveljanza Ewropea;

21. Jirrikonoxxi li soluzzjoni potenzjali għat-tisħiħ tal-komunikazzjoni ma' l-istituti nazzjonali responsabbli mis-sorveljanza tas-saħħa pubblika hi li tiġi żviluppata sistema ta' twissija u ta' rispons bikri li għandha titħaddem mill-ECDC għall-koordinazzjoni ta' l-evalwazzjoni tar-riskju u l-monitoraġġ;

22. Jisħaq li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-fondi suffiċjenti sabiex jipprovdu lin-nies informazzjoni li tkun iżjed pertinenti, tinfthiem u tanġibbli, u b'hekk iqajmu l-kuxjenza pubblika;

23. Jitlob għal kollaborazzjoni strutturata tajjeb u multidixxiplinarja bejn l-esperti fis-saħħa tal-bnedmin u ta' l-annimali, l-ispeċjalisti fl-oqsma tal-viroloġija, l-epidemjoloġija, il-patoloġija u l-agrikoltura, kif ukoll bejn l-esperti fil-komunikazzjoni u esperti fl-applikazzjoni tax-xjenza għall-politika fuq livell globali; jissuġġerixxi, għalhekk, il-ħolqien ta' Grupp ta' Ħidma Ewropew dwar l-Influwenza, ikkoordinat mill-Kummissjoni, fejn ikun rappreżentat il-Parlament Ewropew u fejn l-oqsma kollha ta' kompetenza speċjalizzata jitlaqqgħu flimkien fuq livell Ewropew; jenfasizza li dan il-Grupp ta' Ħidma għandu jaħdem flimkien ma' rappreżentanti ta' l-industriji Ewropej tat-tilqim u ta' l-anti-virali;

24. Iħeġġeġ li l-programmi ta' riċerka u żvilupp dwar mard emerġenti jkunu mnedijin minnufih sabiex jiġu żviluppati anti-virali, anti-bijotiċi u tilqim b'mod affidabbli u mgħaġġel;

25. Jenfasizza li l-ippjanar u l-evalwazzjoni ta' pjani nazzjonali ta' tħejjija għall-pandemija għandhom ikunu multi-settorali u jinvolvu l-ministeri u l-partijiet interessati rileventi; jisħaq l-importanza li jiġi ordnat it-tilqim minn qabel;

26. Jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet Ewropej u ta' dawk l-Istati Membri dwar ix-xewqa li jiġu kkonsolidati l-istokks ta' l-anti-bijotiċi li jittrattaw kumplikazzjonijiet ta' influwenza;

27. Jisħaq li n-netwerk tas-sorveljanza eżistenti mwaqqaf permezz tal-kofinanzjar tal-Komunità (Skema Ewropea tas-Sorveljanza ta' l-Influwenza, EISS) jipprovdi bażi tajba għall-implimentazzjoni ta' din il-ħidma kruċjali, iżda għandu jkun żviluppat u appoġġjat iżjed, bħalma għandu jkun in-netwerk tal-laboratorji li jittrattaw l-influwenza fil-Komunità;

28. Jisħaq li f'ħafna pajjiżi l-ippjanar biex jinkiseb u jintuża t-tilqim kontra l-pandemija huwa sottożviluppat u li għalhekk għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi żviluppat iżjed skond il-pariri ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa billi jingħata mandat lill-Kummissjoni li tordna t-tilqim u tistabilixxi ħażna tal-Komunità;

29. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tikkoopera ma' manifatturi tat-tilqim sabiex tevalwa l-progress fiż-żieda tal-kapaċità tal-produzzjoni tat-tilqim u l-ekwità tal-provvista f'sitwazzjonijiet ta' pandemija u biex tindirizza, flimkien ma' l-Istati Membri, kwistjonijiet kuntrattwali u t-twaqqif ta' mekkaniżmu Ewropew għal distribuzzjoni ekwa tat-tilqim kontra l-pandemija li ma jiksirx ftehimiet kuntrattwali stabbiliti mill-Istati Membri;

30. Iqis li l-Kummissjoni għandha tieħu passi sabiex taċċerta li jkun hemm anti-virali u tilqim biżżejjed għal dawk li huma esposti għall-vajrus f'każ ta' pandemija f'xi Stat jew Stati Membri;

31. Jenfasizza l-irwol ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, EMEA, sabiex jiġi determinat l-użu u l-effettività ta' l-anti-virali u t-tilqim kontra l-pandemija, kif ukoll l-irwol tagħha fis-sejba u l-istħarriġ ta' xi effetti jew rapporti negattivi ta' riluttanza fit-teħid tal-medikazzjoni; jitlob f'dan ir-rigward għal twaqqif bikri ta' proċedura ta' 'awtorizzazzjoni kundizzjonata' stipulata fl-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004;

32. Jitlob lill-Unjoni Ewropea sabiex iżżid l-ordnijiet ta' tilqim kontra l-influwenza staġjonali skond il-pariri ta' l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex tgħin lill-industrija farmaċewtika fiż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tat-tilqim kontra l-influwenza, sabiex tlaħħaq maż-żieda sostanzjali fid-domanda li pandemija ta' influwenza tista' ġġib;

33. Jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tikseb stokks xierqa ta' anti-virali u sabiex tistabilixxi sistema ta' liċenzjar obbligatorja ma' negozji li jipproduċu l-anti-virali biex tiggarantixxi produzzjoni bil-kwantità ta' dawn l-anti-virali; jitlob lill-pajjiżi biex jipprovdu kopertura potenzjali għall-25% sa 30% tal-popolazzjoni b'anti-virali disponibbli;

34. Jisħaq li l-implimentazzjoni sħiħa, preċiża u prattika tal-leġislazzjoni nazzjonali li titrasposta d-direttivi tal-Komunità dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol hija ta' importanza vitali fl-aċċertar ta' protezzjoni xierqa tal-ħaddiema, b'mod partikulari dawk li huma fi gruppi li għandhom risku għoli li jiġu infettati; jenfasizza li min iħaddem għandu jerfa' l-obbligi speċifiċi tiegħu stipulati mil-liġi tal-Komunità (ngħidu aħna, l-evitar tar-riskju, l-evalwazzjoni tar-riskju, miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni), skond id-Direttiva 2000/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma' l-espożizzjoni għal aġenti bijoloġiċi fuq ix-xogħol;

35. Jisħaq li l-impenn politiku u xjentifiku għandu jkun applikat fil-provediment ta' riżorsi umani u finanzjarji u fl-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp sabiex jiġu promossi metodi ġodda u immedjati ta' produzzjoni ta' mediċini u tilqim anti-virali bil-kapaċità li jilħqu bżonnijiet akbar li jirriżultaw waqt pandemija, partikularment biex jiġu miġġieldin sorsi ġodda ta' vajrusis;

36. Jilqa' l-proposta għal regolament li jistabilixxi Fond ta' Solidarjetà (COM(2005)0108) u b'mod partikluari d-dispożizzjonijiet tiegħu rigward emerġenzi fis-saħħa pubblika u miżuri li jipproteġu lill-popolazzjoni kontra theddid imminenti għas-saħħa, inklużi li jintlaħaq il-prezz tat-tilqim u l-provvista ta' prodotti, apparat u infrastrutturi mediċi;

37. Jirrimarka li għandhom ikunu provduti fondi xierqa fis-Seba' Programm ta' Qafas ta' Riċerka sabiex jiġu sostnuti proġetti li jindirizzaw aspetti varji ta' l-influwenza pandemika u epidemiji oħrajn, inkluża r-riċerka konġunta ma' kumpaniji farmaċewtiċi dwar tilqim ibbażat fuq iċ-ċelloli u d-DNA;

38. Jilqa' l-għotjiet ta' EUR 80 miljun mill-Kummissjoni lil pajjiżi terzi sabiex jiġġieldu l-influwenza u dik ta' EUR 20 miljun għal fondi ta' riċerka assenjati mis-Sitt Programm ta' Qafas ta' Riċerka, li tellgħu l-għotjiet totali tal-Kummissjoni għal EUR 100 miljun;

39. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex taħdem għal qafas internazzjonali iżjed koerenti fis-segwitu tal-konferenza ta' Beijing li tmur lil hinn mill-immaniġjar ta’ kriżi u tindirizza l-kwistjonijiet tal-bini ta' infrastruttura aħjar għas-saħħa ta' l-annimali f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, kif ukoll riċerka avvanzata fi prodotti tas-saħħa ta' l-annimali li jistgħu jintużaw kemm f'pajjiżi żviluppati u kemm f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

40. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tistudja metodi kif iżomm servizzi essenzjali jaħdmu bla problemi, bħas-swieq, il-banek, l-isptarijiet, u oħrajn, f'każ ta' pandemija;

41. Jisħaq li appoġġ finanzjarju suffiċjenti għandu jkun provdut fil-kuntest ta' kollaborazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi Asjatiċi u Afrikani li attwalment huma infettati mill-influwenza tat-tjur, sabiex jittejbu l-kapaċitajiet tagħhom ta' sorveljanza u ta' kontroll tal-marda;

42. Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod regolari u sakemm idum ir-riskju tal-pandemija, rapport dwar l-iżviluppi epidemjoloġiċi tal-pandemija tat-tjur, l-avvanzi xjentifiċi ġodda fil-mediċini u t-tilqim, u dwar l-istat ta' tħejjija fl-Unjoni u fl-Istati Membri;

43. Jirrimarka li l-Unjoni Ewropea għandha raġuni leġittima biex tipprovdi għajnuna teknika, xjentifika u ekonomika lil pajjiżi li huma diġà milqutin, u b'mod partikulari biex tikkontribwixxi sabiex titqajjem kuxjenza globali u biex jitwettaq pjan ġenerali globali kkoordinat fuq livelli internazzjonali, reġjonali, subreġjonali u nazzjonali, bi pjan ta' azzjoni u bi skeda, li għandu jkun approvat minn organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali kif ukoll minn gvernijiet nazzjonali;

44. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jaħdmu mill-qrib ma' stati ġirien u mal-WHO Europe sabiex jaċċertaw li s-sistemi ta' rispons ta' monitoraġġ u emerġenza ta' l-Istati ġirien ikunu żviluppati b'mod sħiħ u implimentati b'mod effettiv;

45. Jitlob lill-Unjoni Ewropea sabiex tfittex, permezz ta' korpi internazzjonali, l-għotja ta' poteri ġenwini ta' inkjesta u monitoraġġ fuq l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa dwar epiżotiċi u pandemiċi fil-pajjiżi kollha tad-dinja;

46. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.

NOTA SPJEGATTIVA

INTRODUCTION

Outbreaks of highly pathogenic avian influenza (HPAI) viruses in domestic poultry have been increasing since the late 1990s and have affected poultry in Europe as elsewhere. Essentially there are two forms of risk to human health: either direct infection of humans with the avian virus, or - potentially - the emergence of a new pandemic strain of type A influenza. Considering the massive exposure in Asia there have been very few human infections resulting from HPAI.

The human health impact of HPAI epizootics in general was very small - and almost unnoticed - until 1997. Infections were minor and usually self-limiting. The appearance of one particular type, A/H5N1 in Asia, changed this when infection of humans with a high mortality rate was detected during an outbreak of HPAI A/H5N1 in Hong Kong in 1997. This pattern of infection has continued as huge epizootics have extended across the domestic poultry populations of South East Asia. In the some 140 reported human infections in Asia during 2004 and 2005 mortality is around 50%. Mild and asymptomatic infection seems to be rare and the indications are that transmissibility of A/H5N1 to humans is still very low even for those directly exposed. In addition, there has been no efficient person-to-person transmission as yet.

The infection has now also appeared in birds in several European countries (Romania, Kazakhstan, Ukraine, Croatia and Turkey), in several European Union ones (Italy, Austria, Germany, Greece, France and the occupied part of the Cyprus Republic), in Africa and it appears that as we speak it is still spreading. The direct risk to the health of people in Europe from A/H5N1 is very low, but not zero. The risk is almost entirely confined to certain groups of people (those who have close contact with infected domestic poultry). For those people who have no contacts with domestic or wild birds the risk, according to the European Centre for Disease Prevention and Control, ECDC, must be almost non-existent.

THE RAPPORTEUR'S COMMENTS

The Rapporteur points out that confusion in people’s minds about avian influenza and pandemic influenza is massive and many people and authorities seem to equate the arrival of A/H5N1 in Europe with the arrival of a pandemic virus. He thus points out that communication strategies at a national and European level should be improved and that Member States should examine the best ways of approaching their citizens, in order for information to reach the whole population.

The Commission should play a strong co-ordinating role between the Member States and the ECDC. The Commission Communications on Pandemic Influenza Preparedness and Response Planning in the European Community (COM (2005) 607) and Generic Preparedness Planning for Public Health Emergencies at EU level (COM (2005) 605) should be read and understood in conjunction with various guidelines and advice on the issue as well as the National Influenza Plans. The triumvirate when it comes to influenza is:

1) WHO recommendations and EU communications and legislation;

2) Technical information and guidance such as those on the ECDC and WHO web-sites (eg. ECDC Travel Advice);

3) National plans and guidance.

Communication on Pandemic Influenza Preparedness

For the Commission, the Early Warning and Response system (EWRS) remains the mainstay of communication. The experience with SARS and two Europe-wide exercises including one on pandemic influenza indicates that there is a need to strengthen communication mechanisms with the national institutes responsible for public health surveillance in charge of the risk assessment and monitoring functions. A potential solution would be to develop a EWRS component operated by ECDC for the coordination of the risk assessment and monitoring function. This will ensure the communication on emerging health threats between ECDC and the national institutes in charge of public health surveillance. However, there will still be a need for Member States to communicate measures taken through a Commission mechanism like the EWRS at a stage prior to the implementation of control measures. That said the current mechanism tends to overload users with outputs in a crisis. Further training of users will assist up to a point, but probably new mechanisms will be needed to communicate effectively in such circumstances.

There is no specific section on multi-sectoral planning at national level though there is some mention of this in the conclusions and this should now be accepted as crucial. More attention should be paid to how events and actions in one country affect others (e.g. closing borders).

The role of EMEA is somewhat unclear. Some of the most important tasks in a pandemic will be rapidly determining the use and effectiveness of anti-virals and then at a later stage the pandemic vaccine. Similarly, there is a need to detect and investigate any adverse effects, reports of reluctance to take medications. It is suspected that in a pandemic the normal EU measured pace of such activities would be far too slow. Therefore, it is important to clarify who would be responsible for this work so that preparations can be made, protocols written and agreed upon.

In more general terms the Rapporteur points out that planning for obtaining and using pandemic vaccines is in most countries underdeveloped and for this reason measures should be taken to further develop it. It is equally important to eventually give the Commission a mandate to establish a Community stockpile. The Commission is also advised to liaise with the vaccine manufacturers in order to evaluate progress towards vaccine production capacity increase and equity of supply in pandemic situations.

The Rapporteur welcomes the fact that sufficient financial support is provided in the context of international collaboration with Asian and African countries currently affected by avian influenza in order for them to improve their surveillance and disease control capacities. In addition to the above, the European Union should provide technical, scientific and economic assistance to the already affected countries and in particular contribute to raising global awareness and a global master plan coordinated at international, regional, sub-regional and national level with a proper road map and timetable.

Communication on Generic Preparedness Planning

One specific concern with this Document is that it is not clear how the disease specialists will be drawn into a specific emergency so that analyses and actions will be evidence-based. Past experiences of emergencies, such as white powder releases (2001) and SARS (2003), is that these place particular strains on the scarce Community specialists who are simultaneously required to give advice and local, national and EU levels. The Rapporteur does not feel that the mechanism of having directories of experts would work in a crisis, as such experts are then needed for work at national level. An alternative, more robust mechanism would be to have additional investment in key "gap" areas and generic specialists through agencies such as ECDC.

PROĊEDURA

Title

Pandemic influenza preparedness and response planning in the European Community

Procedure number

2006/2062(INI)

Committee responsible

Date authorisation announced in plenary

ENVI

16.3.2006

Committee(s) asked for opinion(s)
  Date announced in plenary

LIBE
16.3.2006

Not delivering opinion(s)

        Date of decision

LIBE

19.4.2006

Enhanced cooperation – date announced in plenary

 

Rapporteur(s)
  Date appointed

Adamos Adamou
29.11.2005

Previous rapporteur(s)

 

Discussed in committee

21.3.2006

4.5.2006

 

 

 

Date adopted

4.5.2006

Result of final vote

+:

–:

0:

42
0
2

Members present for the final vote

Adamos Adamou, Liam Aylward, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frederika Brepoels, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jillian Evans, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Peter Liese, Jules Maaten, Linda McAvan, Riitta Myller, Miroslav Ouzký, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Carl Schlyter, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Åsa Westlund

Substitute(s) present for the final vote

María del Pilar Ayuso González, Sergio Berlato, Philip Bushill-Matthews, Milan Gaľa, Erna Hennicot-Schoepges, Miroslav Mikolášik, Bart Staes, Glenis Willmott

Substitute(s) under Rule 178(2) present for the final vote

Elisabeth Jeggle

Date tabled

10.5.2006

Comments (available in one language only)