RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament multi-annwali għall-azzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002

16.5.2006 - (COM(2005)0210 – C6‑0153/2005 – 2005/0098(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Luis de Grandes Pascual

Proċedura : 2005/0098(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0184/2006
Testi mressqa :
A6-0184/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament multi-annwali għall-azzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/(COM(2005)0210 - C6‑0153/2005 – 2005/0098(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005(0210)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0153/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6‑0184/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jirrimarka li l-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija indikata fil-proposta tal-Kummissjoni għandhom ikunu kompatibbli mal-limiti massimi totali għal aġenziji deċentralizzati stabbiliti fil-prospettivi finanzjarji 2007-2013;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, ladarba tkun ġiet adottata l-prospettiva finanzjarja li jmiss, tikkonferma l-ammonti indikati fil-proposta għal regolament jew, jekk jinqala' l-każ, sabiex tippreżenta l-ammonti aġġustati għal approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, sabiex b'hekk tiżgura li dawk l-ammonti huma kompatibbli mal-limiti massimi;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwiha b'test ieħor;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA -1 (ġdida)

 

(-1) Ftehimiet bilaterali u reġjonali konklużi bejn Stati tal-kosta, bħal m'huma l-Konvenzjoni ta' Helsinki u dik ta' Barċellona ta' l-1992 u l-1976 rispettivament, jipprovdu għal assistenza reċiproka fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' kompromess immirata għal qbil fl-ewwel qari mal-Kunsill u l-Kummissjoni.

Ftehimiet Bilaterali u Reġjonali joffru qafas effettiv għal attivitajiet operazzjonali ta' reazzjoni fil-każ li jseħħu diżastri fuq skala żgħira sa skala ta' daqs medju. L-Istati tal-kosta li huma partijiet firmatarji tal-ftehimiet jinkludu Stati Membri u Stati li mhumiex membri ta' l-UE. Il-Komunità Ewropea hija parti firmatarja tal-ftehimiet reġjonali Ewropej kollha.

Emenda 2

PREMESSA 4 A (ġdida)

 

(4a) L-Aġenzija għandha twettaq irwol ewlieni fl-iżvilupp ta' servizz ċentralizzat ta' immaġnijiet bis-satellita għas-sorveljanza, is-sejbien bikri ta' tniġġis u l-identifikazzjoni tal-bastimenti responsabbli. Din is-sistema ġdida se ttejjeb id-disponibilità tad-dejta u l-effettività tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti.

Emenda 3

PREMESSA 4 B (ġdida)

 

(4a) L-Aġenzija għandha twettaq irwol ewlieni fis-sorveljanza, fis-sejbien bikri ta' tniġġis u fl-identifikazzjoni tal-bastimenti responsabbli, billi twaqqaf ċentru ta' servizz ta' immaġnijiet bis-satellita . Dan iċ-ċentru ġdid se ttejjeb id-disponibilità tad-dejta u l-effettività tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti.

Ġustifikazzjoni

Qed issir dispożizzjoni għat-twaqqif ta' dan iċ-ċentru bħala miżura akkumpanjanti fid-Direttiva 2005/35/KE dwar tniġġiż li joriġina minn bastimenti u dwar l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal vjolazzjonijiet, u se jkun jappoġġa lil-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isibu u jidentifikaw malajr lil dawk responsabbli.

Emenda 4

PREMESSA 5 A (ġdida)

 

(5a) L-attivitajiet ta' l-Aġenzija f'dan il-qasam m'għandhomx inaqqsu lill-Istati tal-kosta mir-responsabilità tagħhom li jkollhom għal-lest mekkaniżmi xierqa għal reazzjoni għat-tniġġis u l-attivitajiet ta' l-Aġenzija għandhom jirrispettaw arranġamenti eżistenti ta' koperazzjoni bejn Stati Membri jew bejn gruppi ta' Stati Membri f'dan il-qasam. Fil-każ ta' inċident ta' tniġġis marittimu, l-Aġenzija għandha tgħin lill-Istat(i) Membru/i affettwati, u l-operazzjoni ta' tindif għandha titmexxa taħt l-awtorià ta' l-Istat(i) Membru/i affettwati..

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' kompromess, immirata għal qbil mal-Kunsill u mal-Kummissjoni fl-ewwel qari .

L-irwol ta' l-Aġenzija jrid ikun li tipprovdi mezzi addizzjonali u m'hijiex intenzjonata li tissostitwixxi l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri, iżda li tegħleb in-nuqqasijiet fir-reazzjoni għal diżastri ta' skala kbira u li tikkumplementa l-isforzi ta' l-Istati Membri kkonċernati. (Regolament (KE) Nru 724/2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002).

Emenda 5

PREMESSA 8

(8) L-ammonti li għandhom jiġu impenjati biex jinħarġu fondi għar-reazzjoni kontra t-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu mill-2007 sal-2013 skond il-prospettiva finanzjarja l-ġdida.

(8) L-ammonti li għandhom jiġu impenjati biex jinħarġu fondi għar-reazzjoni għat-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu mill-2007 sal-2013 skond il-prospettiva finanzjarja l-ġdida. Għandha tingħata attenzjoni partikulari lil dawk l-oqsma identifikati bħala li huma l-aktar vulnerabbli.

Emenda 6

PREMESSA 9 A (ġdida)

 

(9a) Dan l-ammont għandu jitqies bħala l-minimu meħtieġ sabiex jitlestew il-kompiti fdati lill-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ li l-iffinanzjar jonqos iktar mil-limitu minimu propost mill-Kummissjoni, jitqiegħed f'periklu serju s-suċċess tat-twettiq ta' din il-miżura Komunitarja.

Emenda 7

PREMESSA 10

(10) Sabiex ikun hemm l-aħjar allokazzjoni tal-fondi u jitqiesu kwalunkwe tibidliet li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet ta' reazzjoni kontra t-tniġġis miż-żejt, jeħtieġ li jkun assigurat immonitorjar kontinwu tal-ħtiġijiet partikolari għall-azzjoni sabiex ikun hemm lok għal addattament ta' l-ammonti finanzjarji annwali marbuta.

(10) Sabiex ikun hemm l-aħjar allokazzjoni tal-fondi u jitqies kull tibdil li għandu x'jaqsam ma' l-attivitajiet ta' reazzjoni għat- tniġġis minn bastimenti, jeħtieġ li jkun assigurat monitoraġġ kontinwu tal-ħtiġijiet partikolari għal azzjoni sabiex ikun hemm lok għal addattament ta' l-impenji finanzjarji annwali.

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm konsistenza mal-qasam ta' applikazzjoni, li m'għandux ikun illimitat għall-ġlieda kontra t-tniġġis miż-żejt imma għandu jkopri kull tip ta' tniġġis, it-terminu li għandu jintuża huwa dak li jidher fir-Regolament (KE) nru 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima.

Emenda 8

ARTIKOLU 2, PUNT (B)

(b) “Ftehimiet reġjonali” tfisser il-ftehimiet bilaterali u reġjonali, bħall-Konvenzjonijiet ta’ Ħelsinki u ta’ Barċellona rispettivament ta’ l-1974 u l-1976, konklużi bejn l-Istati mal-kosta sabiex jagħtu assistenza lil xulxin fil-każ ta’ inċident li jinvolvi tniġġis marittimu.

(b) “Ftehimiet reġjonali” tfisser il-ftehimiet bilaterali u reġjonali konklużi bejn l-Istati tal-kosta sabiex jagħtu assistenza lil xulxin fil-każ ta’ inċident ta' tniġġis marittimu.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' kompromess, immirata għal qbil mal-Kunsill u mal-Kummissjoni fl-ewwel qari . Ara wkoll l-emenda li għamel ir-rapporteur lill-Premessa 1 ġdida dwar ftehimiet Reġjonali.

Emenda 9

ARTIKOLU 2, PUNT (B A) (ġdid)

 

(ba) "Żejt" tfisser is-sustanzi rregolati mill-Anness I tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġiż mill-Bastimenti, 1973, kif inhi mmodifikata permezz tal-Protokoll ta' l-1978 li jittratta dwar dan (Marpol 73/78).

Emenda 10

ARTIKOLU 2, PUNT (B B) (ġdid)

 

(bb) "sustanzi likwidi noċivi" tfisser is-sustanzi rregolati mill-Anness II tal-Marpol 73/78.

Emenda 11

ARTIKOLU 3, PUNT (A)

(a) l-informazzjoni permezz tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ l-aħjar prassi, metodi u innovazzjoni fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt.

(a) l-informazzjoni permezz tal-ġbir flimkien, l-analiżi u t-tixrid ta’ l-aħjar prattika, teknika u innovazzjoni, bħal m'huma strumenti li jimmonitorjaw it-tbattil ta' tankijiet, fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti.

Emenda 12

ARTIKOLU 3, PUNT (B)

(b) il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni billi jiġu provduti s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni b’assistenza teknika u xjentifika fil-qafas ta’ l-attivitajiet tal-ftehimiet reġjonali rilevanti

(b) il-koperazzjoni u l-koordinazzjoni billi l-Istati Membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni jiġu pprovduti b’assistenza teknika u xjentifika fil-qafas ta’ l-attivitajiet tal-ftehimiet reġjonali rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Għandha tkun ipprovduta assistenza lill-Istati Membri kif ukoll lill-Kummissjoni, peress li l-funzjonijiet u l-kompiti ta' l-Aġenzija huma intenzjonati biex jikkumplementaw lil dawk ta' l-Istati Membri u huma mwettqa skond it-talba ta' l-Istati Membri.

Emenda 13

ARTIKOLU 3, PUNT (C)

(c) l-assistenza fl-operazzjonijiet billi jiġu sostnuti l-azzjonijiet ta’ reazzjoni ta’ l-Istati Membri fil-każ ta’ tniġġis aċċidentali jew deliberat ikkawżat minn bastimenti, meta mitluba jagħmlu dan, b’mezzi addizzjonali, bħal bastimenti u tagħmir kontra t-tniġġis lesti għall-azzjoni. . L-assistenza għandha tkun immirata primarjament lejn il-Baħar Baltiku, il-mogħdijiet mill-Punent għall-Kanal Ingliż, il-kosta ta’ l-Atlantiku u l-Baħar Mediterran, b’mod partikolari ż-żona tul ir-rotta kummerċjali tat-tankers mill-Baħar l-Iswed, filwaqt li kwalunkwe żona oħra fil-bżonn għandha tingħata assistenza wkoll.

(c) l-assistenza fl-operazzjonijiet billi jiġu pprovduti mezzi addizzjonali meta ssir talba, li tikkonsisti f'sistema ta' bastimenti b'riżorsi tekniċi u umani adegwati u servizz ċentrali ta' immaġnijiet satellitarji għas-sorveljanza u s-sejbien bikri ta' tniġġis. Dawn il-miżuri se jservu biex isostnu l-azzjonijiet ta' prevenzjoni u reazzjoni ta' l-Istati Membri fil-każ ta' tniġġis aċċidentali jew apposta minn vapuri. L-assistenza minn bastimenti ta' kontra t-tniġġis għandha tkun immirata primarjament għall-Baħar Baltiku, ir-rotot li jwasslu mill-Punent għall-Kanal Ingliż, il-kosta Atlantika, maqsuma f'żewġ zoni, tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, u l-Baħar Mediterran, b’mod partikolari z-zona tul ir-rotta kummerċjali tat-tankers mill-Baħar l-Iswed, minkejja l-possibilità li tkun ipprovduta assistenza lil kull zona oħra fil-bżonn.

Ġustifikazzjoni

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima ma nħolqotx sabiex tieħu post l-azzjonijiet li l-Istati Membri jieħdu biex jevitaw u jikkumbattu t-tniġġiż minn bastimenti iżda sabiex ikunu pprovduti miżuri kumplimentari biex tkun assistita l-kapaċità ta' reazzjoni ta' l-Istati Membri li tista' tkun insuffiċjenti meta jkunu ffaċċjati b'diżastru maġġuri.

Barra minn hekk, il-ħolqien ta' ċentru ta' servizz ta' immaġnijiet bis-satellita biex jikkumbatti t-tniġġis huwa wieħed mill-miżuri kumplimentari kkuntemplati fid-Direttiva 2005/35/KE dwar tniġġiż li joriġina minn bastimenti u dwar l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal vjolazzjonijiet. Din il-miżura se tappoġġja lill-Istati Membri biex jiskopru għejun ta' tniġġis u biex jidentifikaw lil dawk responsabbli.

Emenda 14

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 2

Għandhom jiġu awtorizzati approprjazzjonijiet ta' kull sena mill-awtorità ta' l-estimi fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji.

Approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-prospettivi finanzjarji: f'konnessjoni ma' dan, għandu jkun iggarantit l-iffinanzjar minimu ta' l-assistenza operazzjonali lill-Istati Membri skond l-Artikolu 3(c).

Ġustifikazzjoni

Fil-każ li l-iffinanzjar jonqos aktar mil-limitu minimu propost mill-Kummissjoni, jitqiegħed f'periklu serju s-suċċess tat-twettiq ta' din il-miżura Komunitarja.

Emenda 15

ARTIKOLU 4, PUNT 2 A (ġdid)

 

 

 

L-approprjazzjonijiet allokati għall-Aġenzija għandhom ikunu kompatibbli mal-limitu massimu globali għall-aġenziji stipulat fil-prospettivi finanzjarji 2007-2013.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija għandhom ikunu konformi mal-limitu massimu totali stabbilit għall-aġenziji deċentralizzati. Dan jassigura disponibilità ta' riżorsi għall-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-programm.

Emenda 16

ARTIKOLU 4 A (ġdid)

 

Artikolu 4a

 

Monitoraġġ tal-kapaċità ta' reazzjoni

 

Sabiex tkun issodisfata l-ħtieġa għal iżjed bastimenti ta' kontra t-tniġġis, u sabiex ikunu ddefiniti r-rekwiżiti għal assistenza operazzjonali addizzjonali fid-diversi reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea, huwa importanti li fuq bażi regolari titħejja lista tal-mekkaniżmi kummerċjali u Statali ta' reazzjoni għat-tniġġis li huma disponibbli f'dawk ir-reġjuni u tal-kapaċità ta' reazzjoni ta' dawk ir-reġjuni.

Ġustifikazzjoni

Wara d-diżastri suċċessivi ta' l-Erika u l-Prestige, numru ta' Stati Membri (b'mod notevoli Spanja) għamlu sforz konsiderevoli biex igħaġġlu il-kapaċità tagħhom għal reazzjoni għat-tniġġis. Fi Stati Membri oħra jerġa' hemm progress ieħor li qed isir. Sabiex ikun assigurat li assistenza operattiva addizzjonali tkun tista' titwassal kull fejn tkun meħtieġa u b'mod kemm jista' jkun effiċjenti, huwa importanti li tkun immonitorjata mill-qrib il-kapaċità għal rispons fl-Istati Membri - kemm dik kummerċjali kif ukoll dik ta' l-Istat.

Emenda 17

ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 2 A (ġdid)

 

2a. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jassiguraw li jinkiseb l-aħjar valur meta mqabbel ma' l-ammont minfuq fl-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-Komunità skond ir-Regolament preżenti.

Ġustifikazzjoni

Emenda 18

ARTIKOLU 6, PUNT (A)

Artikolu 10, paragrafu 2 (Regolament (KE) Nru 1406/2002)

"(1) reviżjoni ta’ l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat, kif imsemmi f’(k) u s-somom mill-baġit impenjati kif previst fir-Regolament […] qabel il-bidu tas-sena finanzjarja fuq il-bażi tar-rapport provdut fl-Artikolu 15 (2) (g)."

"(1) reviżjoni ta’ l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat, kif imsemmi f’(k) u l-impenji baġitarji kif previst fir-Regolament […] qabel il-bidu tas-sena finanzjarja fuq il-bażi tar-rapport li għalih jipprovdi l-Artikolu 15 (2) (g). Din ir-reviżjoni għandha ssir meta tinħareġ dikjarazzjoni ta' l-estimi tad-dħul u n-nefqa ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jkun imiss, kif previst fl-Artikolu 18(5)."

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' kompromess, immirata għal qbil mal-Kunsill u mal-Kummissjoni fl-ewwel qari .

Emenda 19

ARTIKOLU 6, PUNT (B)

"(g) hu/hi għandu/ha j/tressaq rapport quddiem il-Kummissjoni u l-Bord Amministrattiv, sal-31 ta’ Jannar ta' kull sena, dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat għall-istat ta’ preparazzjoni u għall-attivitajiet ta’ reazzjoni kontra t-tniġġis ta’ l-Aġenzija u jagħti aġġornament ta’ l-istat ta’ kull azzjoni ffinanzjata skond dan il-pjan."

"(g) hu/hi għandu/ha j/tressaq rapport quddiem il-Kummissjoni u l-Bord Amministrattiv, sal-31 ta’ Jannar ta' kull sena, dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-pjan dettaljat ta’ l-Aġenzija għall-istat ta’ preparazzjoni u għall-attivitajiet ta’ reazzjoni għat-tniġġis u jagħti aġġornament ta’ l-istejtus ta’ azzjonijiet kollha ffinanzjati skond dan il-pjan." Min-naħa tagħha l-Kummissjoni għandha tressaq dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew għall-finijiet ta' informazzjoni u monitoraġġ, u, għall-informazzjoni, lill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 2850/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-koperazzjoni fil-qasam tat-tniġġis marittimu kemm jekk aċċidentali jew jekk apposta1 u l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2001/792/KE, Euratom tat-23 ta' Ottubru 2001 li jistabbilixxi mekkaniżmu Komunitarju biex tkun iffaċilitata koperazzjoni msaħħa f'interventi ta' assistenza fil-protezzjoni ċivili2.

 

ĠU L 332, 28.2.2000, p. 1. Deċiżjoni emendata mid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12).

2 ĠU L 297, 15.11.2001, p. 7.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' kompromess, immirata għal qbil mal-Kunsill u mal-Kummissjoni fl-ewwel qari .

Trid tkun it-trasparenza li tiddistingwi l-azzjoni ta' l-Aġenzija u l-Parlament huwa l-aktar korp xieraq għall-monitoraġġ u m'għandux ikun injorat.

Emenda 20

ARTIKOLU 7, TITOLU

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni intermedjarja

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' kompromess, miftiehma bejn il-Kunsill u l-Kummissjoni fl-ewwel qari.

Emenda 21

ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 1 A (ġdid)

 

Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tressaq proposta għal emenda tar-Regolament preżenti sabiex jitqies il-progress xjentifiku fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis li ġej minn bastimenti, partikularment rigward sustanzi noċivi likwidi.

Ġustifikazzjoni

Dan għandu x'jaqsam mhux biss ma' evalwazzjoni perjodika sabiex tkun issorveljata l-effiċjenza tax-xogħol ta' l-Aġenzija, imma anke ma' l-inkorporazzjoni ta' xi avanzi xjentifiċi li f'xi waqt jistgħu joħorġu utli biex ikun miġġieled it-tniġġis li ġej minn bastimenti.

NOTA SPJEGATTIVA

Id-diżastri ambjentali maġġuri suċċessivi kkaġunati mill-għarqa ta' l-Erika u minn dik tal-Prestige, u l-konsegwenzi ekonomiċi serji li kellhom, kixfu kemm fil-preżent hija insuffiċjenti l-kapaċità li għandhom il-parti l-kbira ta' l-Istati Membri għal reazzjoni f'konfront ma' diżastri ta' skala kbira.

Konsegwentement, l-Unjoni Ewropea ndunat li kien jeħtiġilha tieħu miżuri addizzjonali għal dawk meħuda minn stati tal-kosta sabiex tkun ipprovduta reazzjoni effettiva f'waqtha għall-każijiet ta' tniġġis marittimu.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima twaqqfet bħala tweġiba għal dawn in-nuqqasijiet. L-għan kien li l-Aġenzija għandha tipprovdi qafas xieraq għall-iżvilupp ta' miżuri speċifiċi sabiex tittejjeb is-sikurezza marittima u biex ikun evitat it-tniġġis minn bastimenti fl-ilmijiet ta' l-Istati Membri.

Ir-Regolament 1406/2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għall-ewwel assenja lill-Aġenzija kompiti fil-qasam ta' għajnuna teknika, spezzjonijiet, ġbir ta' dejta u użu ta' 'databases' dwar is-sikurezza marittima, u attivitajiet oħra.

Issa ġie deċiż li l-Aġenzija tkun assenjata kompiti ġodda, li bla dubju se jipprovdu valur miżjud. Għalhekk, ġie adottat ir-Regolament 724/2004, li jemenda l-Artikolu 2 tar-Regolament 1406/2002 u li jassenja lill-Aġenzija l-kompiti li ġejjin, fost oħrajn:

(a) li ssostni b'mezzi addizzjonali, b'mod effiċjenti meta mqabbel man-nefqa, permezz tal-mekkaniżmu Komunitarju fil-qasam tal-protezzjoni ċivili stabbilita mid-Deċiżjoni 2001/792/KE, Euratom, azzjonijiet ta' reazzjoni għat-tniġġis fil-każ ta' tniġġis aċċidentali jew intenzjonat ikkaġunat minn bastimenti, meta tkun tressqet talba bħal din minn Stat Membru. F'dan ir-rigward, l-Aġenzija se tassisti lill-Istati Membri affettwati li taħt l-awtorità tagħhom ikunu qed jitmexxew l-operazzjonijiet ta' tindif;

(b) li tipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dejta u informazzjoni oġġettivi, ta' min joqgħod fuqhom u komparabbli dwar is-sikurezza marittima, dwar is-sigurtà marittima u dwar it-tniġġis minn bastimenti sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-passi meħtieġa biex itejbu l-azzjonijiet tagħhom f'dawn l-oqsma u sabiex jevalwaw l-effettività tal-miżuri eżistenti. Kompiti bħal dawn se jinkludu l-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni ta' dejta teknika fl-oqsma tas-sikurezza marittima, is-sigurtà marittima u t-traffiku marittimu, kif ukoll fil-qasam tat-tniġġis marittimu, kemm aċċidentali kif ukoll intenzjonat, l-użu sistematika tad-'databases' eżistenti, inklużi l-iskambji bejniethom, u, fejn xieraq, l-iżvilupp ta' 'databases' addizzjonali.

Sommarju tal-proposta

Il-proposta għal-Regolament toħroġ mid-determinazzjoni tal-Komunità li tagħmel mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għodda utli b'missjoni permanenti. Meta wieħed iqis li r-responsabiltà ta' l-Aġenzija li tirreaġixxi għat-tniġġis ikkaġunat mill-vapuri u li tevita li jsir dan it-tniġġis hija ta' natura li tieħu fit-tul, il-proposta hija intenzjonata li tagħti lill-Aġenzija s-sigurtà finanzjarja meħtieġa permezz ta' garanzija multi-annwali li għandha tkopri l-perjodu mis-sena 2007 sa l-2013 skond il-prospettiva finanzjarja l-ġdida.

Il-proposta, għalhekk, tistabbilixxi l-proċeduri għall-Komunità u tiddefinixxi kontribut finanzjarju mingħand l-istess Komunità għall-iffinanzjar tal-kompiti l-ġodda ta' l-Aġenzija, fuq il-bażi ta' impenn multi-annwali li għandu jitqassam fuq perjodu ta' seba' snin.

L-ewwelnett, fir-rigward ta' l-assistenza operazzjonali, il-proposta għal regolament se tagħti lill-Aġenzija profil ogħla fir-rigward ta' l-iffinanzjar tal-forniment ta' mezzi addizzjonali effettivi sabiex issir reazzjoni għal tniġġis aċċidentali jew intenzjonat ikkaġunat minn bastimenti, billi jintgħażlu kuntratti ta' bastimenti bi prezzijiet kompetittivi. L-Aġenzija għażlet li tikri fit-tul billi tiffirma kuntratti ta' disponibiltà permanenti (kuntratti ta' 'stand-by') ma' operaturi ta' bastimenti kummerċjali li għandhom bastimenti b'kapaċità suffiċjenti li jistgħu jkunu adattati għall-finijiet ta' reazzjoni għat-tniġġis, li jistgħu jkopru l-erba' reġjuni indikati bħala li għandhom prijoritarji (il-Baħar Baltiku, ir-rotot li jgħaddu mill-Punent għall-Kanal Ingliż, il-Kosta Atlantika u l-Mediterran), filwaqt li jistgħu jipprovdu wkoll assistenza simili lil kull zona oħra li tista' tiġi fil-bżonn tul perjodu minimu ta' tliet snin (bastimenti fuq disponibiltà permanenti). Bi tweġiba għal talba għall-assistenza minn Stat Membru, dawn il-bastimenti jkollhom jinterrompu l-attivitajiet kummerċjali tas-soltu tagħhom sabiex jippustjaw ruħhom fiz-zona fil-bżonn. Il-perjodu ta' tliet snin huwa meqjus bħala meħtieġ sabiex ikunu koperti l-investimenti finanzjarji, partikularment dawk f'apparat xieraq abbord, u dan jirrappreżenta l-iktar soluzzjoni effiċjenti meta mqabbla man-nefqa. L-ikkuntrattar ta' l-ewwel bastiment imħejji għall-irkuprar taż-żejt se jitwettaq fl-2005 permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti li tkun ristretta. Fl-2006, bastimenti ġodda għandhom ikunu attrezzati u lesti biex joperaw fl-erba' zoni, ħalli bejn is-snin 2007 u 2013, bit-tiġdid ta' l-ewwel kuntratti, numru suffiċjenti ta' bastiment għandu jkun disponibbli b'mod permanenti sabiex jirreaġixxu għat-tniġġis ikkawżat minn bastimenti kemm jekk aċċidentalment jew jekk apposta f'ilmijiet tal-Komunità.

Rigward is-sustanzi noċivi likwidi (LNS), fil-każ ta' tixrid 'kimiku', l-ewwel kuntratt għal bastimenti fuq disponibiltà permanenti huwa skedat għas-sena 2006. Fl-2007 se jkunu kkuntrattati tliet bastimenti oħra, ħalli sa erba' bastimenti ta' reazzjoni għal-LNS ikunu lesti għall-operazzjoni bejn l-2007 u l-2013. Il-kuntratti jkollhom jiġġeddu fl-2010 u fl-2013.

L-ammont totali t' approprjazzjonijiet għall-perjodu mill-2007 sa l-2003 għal dawn il-bastimenti ta' tħejjija se jkun ta' madwar EURO 136 miljun mill-EURO 154 miljun allokati għall-Aġenzija.

It-tieninett, attività oħra ta' importanza kbira koperta mill-iffinanzjar multi-annwali se tkun it-twaqqif ta' ċentru ta' serviżż ta' immaġnijiet bis-satellita, li mistenni jikkumplementa l-attivitajiet ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni fir-rispons għall-iskariki illegali u għat-tixrid aċċidentali minn vapuri. L-Aġenzija se jkollha twaqqaf infrastruttura xierqa għal dan il-għan u se jkollha tixtri immaġnijiet satellitarji analizzati. Stima inizjali ta' l-ispejjeż turi li 1000 immaġni għall-ilmijiet kollha tal-Komunità se jiswew EURO 1 miljun. Li kieku das-servizz kellu jintuża mill-Istati Membri fuq bażi regolari, dak l-ammont ma jkunx biżżejjed. Wara li jkun għalaq l-ewwel kuntratt ta' tliet snin (fl-2009), l-Aġenzija forsi tkun tixtieq tinnegozja numru ikbar ta' immaġnijiet għall-prezz stmat ta' EURO 3.5 miljun, filwaqt li tapprofitta ruħha mill-iżviluppi pożittivi fl-industrija satellitarja.

Pożizzjoni tar-Rapporteur

1.        In-Natura ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima

L-irwol ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima għandu jkun li ttejjeb is-sikurezza marittima u li tevita u tirreaġixxi għat-tniġġis ikkaġunat mill-vapuri fl-ilmijiet ta' l-Istati Membri. Għandha tkun strument b'missjoni permanenti, qiegħda hawn biex tibqa', waqt li taspira li gradwalment tieħu fuqha aktar u aktar kompiti, għalkemm dawn għandhom dejjem ikunu addizzjonali għall-kompiti mwettqa mill-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tat-tniġġis u r-reazzjoni għalih.

L-Aġenzija trid tipprovdi mezzi addizzjonali u m'hijiex intenzjonata li tissostitwixxi l- azzjonijiet ta' l-Istati Membri, iżda li tegħleb in-nuqqasijiet fir-reazzjoni għal diżastri ta' skala kbira u li tikkumplementa l-isforzi ta' l-Istati Membri kkonċernati.


L-irwol ta' l-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi valur miżjud u għandha tiżgura li ma ssirx strument purament burokratiku.

2.        Trasparenza ta' l-immaniġġjar

Waħda mill-karatteristiċi li jiddistingwu lill-Aġenzija trid tkun it-trasparenza fl-immaniġġjar tar-riżorsi allokati lilha. Spiss jiġri li aġenziji mwaqqfa fi ħdan l-Unjoni Ewropea jiġu akkużati li qed jaġixxu b'mod li m'huwiex trasparenti fin-nuqqas ta' kontroll parlamentari effettiv. Għalhekk, ir-rapporteur tagħkom qed jipproponi li, minbarra l-evalwazzjoni mwettqa kull erba' snin kif hemm ipprovdut fl-Artikolu 7, il-Parlament Ewropew għandu jkun infurmat regolarment dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tal-miżuri maħsuba biex jevitaw it-tniġġis ikkaġunat minn vapuri u biex jirreaġixxu għalih. Dan mistenni jassigura li jkun hemm it-trasparenza u l-effiċjenza meħtieġa għall-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni xierqa tar-regolament. Il-Parlament mistenni jkun konxju għal kollox tal-kundizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija kienet qed twettaq il-kompiti assenjati lilha u tal-pjanijiet li kienet qed tagħmel għall-ġejjieni. Dan mistenni jħalli lill-Parlament iwettaq ir-responsabiltajiet baġitarji tiegħu b'mod effettiv billi ta' kull sena jalloka lill-Aġenzija l-ammonti meħtieġa sabiex twettaq id-dmirijiet tagħha, fi ħdan il-qafas tal-proċedura baġitarja annwali (ir-rapport għandu jitressaq ukoll quddiem il-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 6(b)).

3.        Skop tar-regolament - twessigħ ta' l-iskop tal-proposta biex jinkludi kull tip ta' tniġġis ikkaġunat minn vapuri

Huwa ta' l-akbar importanza li l-azzjonijiet kollha koperti mill-kontribut finanzjarju ta' l-Aġenzija għandhom iqisu kemm it-tniġġis miż-żejt kif ukoll it-tniġġis ikkaġunat minn sustanzi noċivi likwidi. Għalhekk, l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(a) tal-proposta għandhom jirreferu wkoll għat-tniġġis mill-LNS.

Huwa importanti wkoll li l-Aġenzija għandha tipprovdi assistenza teknika u xjentifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, peress li l-funzjonijiet u l-kompiti ta' l-Aġenzija huma intenzjonati biex jikkumplementaw lil dawk ta' l-Istati Membri u biex jitwettqu fuq it-talba tagħhom.

Finanzjament

Wara d-deċiżjoni tal-Konferenza ta' Presidenti tad-29 ta' Settembru 2005 dwar il-prospettiva finanzjarja, il-Parlament għandu jkun jista' japprova l-ammont ta' referenza finananzjarju msemmi fl-Artikolu 4 tal-proposta. Wieħed għandu jara s-somma totali ta' 154 miljun euro bħala l-limitu raġonevoli minimu.

27.3.2006

OPINJONI Tal-Kumitat għall-Baġit

lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament multi-annwali għall-azzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002

(COM(2005)0210 – C6‑0153/2005 – 2005/0098(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta D. Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Proposta tal-Kummissjoni

Ġenerali

Fl-isfond ta' l-inċidenti marittimi li seħħew dan l-aħħar li kkawżaw tixrid ta' żejt estensiv (l-ERIKA, il-Prestige), ir-Regolament Nru 724/2004 fada f'idejn l-Aġenzija għas-Sikurezza Marittima obbligazzjonijiet speċifiċi fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkaġunat minn bastimenti fil-Komunità. Skond il-kundizzjonijiet ta' dak ir-Regolament, l-Aġenzija hija mitluba tipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni assistenza teknika u xjentifika fil-qasam tat-tniġġis aċċidentali jew intenzjonat ikkaġunat minn bastimenti u, b'mod partikulari, li ssostni, jekk tkun mitluba, b'mod effiċjenti fl-infiq, il-mekkaniżmi ta' l-Istati Membri għal reazzjoni għat-tniġġis.

Stati Membri affettwati minn irqajja' ta' żejt li ma jkunux jistgħu jieħdu ħsiebhom huma stess se jkunu jistgħu jitolbu lill-Aġenzija biex tkabbar il-kapaċità tagħhom li jintervjenu kontra t-tniġġis permezz ta' l-użu ta' riżorsi addizzjonali għall-irkuprar ta' żejt mill-baħar. Din is-sistema ta' "bastimenti ta' riżerva" li l-Aġenzija se tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' Stati Membri affettwati se jkunu attrezzati b'apparat għall-irkuprar ta' sustanzi li jniġġsu mill-baħar. Is-sistema tirrikkjedi li jingħata finanzjament sostanzjali lill-Aġenzija fuq bażi multi-annwali sabiex tkun iggarantita s-sigurtà finanzjarja tagħha u sabiex issir effettiva.

Il-proposta leġiżlattiva kurrenti tal-Kummissjoni, għalhekk, tistabbilixxi l-proċeduri għal kontribut finanzjarju tal-Komunità u tiddefinixxi dan l-istess kontribut finanzjarju għall-iffinanzjar tal-kompiti l-ġodda ta' l-Aġenzija, fuq il-bażi ta' impenn multi-annwali li għandu jitqassam fuq perjodu ta' seba' snin.

Implikazzjonijiet finanzjarji

Il-Kummissjoni qed tipproponi pakkett finanzjarju ta' EUR 154 miljun fuq perjodu ta' seba' snin għall-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima sabiex tħalliha tikkumbatti t-tniġġis ikkaġunat mill-vapuri. L-iffinanzjar ta' l-Aġenzija mill-UE għandu jkopri l-perjodu li jikkorrispondi ma' dak tal-prospettiva finanzjarja l-ġdida (2007-2013). Il-fondi huma intenzjonati biex isaħħu l-kapaċità ta' l-Istati Membri li jirreaġixxu għat-tniġġis ikkaġunat miż-żejt u minn sustanzi oħra permezz ta' l-użu ta' basimenti speċjalizzati ta' kontra t-tniġġis.

Għall-perjodu mill-2007 sa l-2013, il-Kummissjoni pproponiet l-ammonti li ġejjin fil-linja tal-Baġit 06020203: Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima - miżuri għal kontra t-tniġġis:

f'miljuni t'EUR

 

 

 

2007

 

2008

 

2009

 

2010

 

2011

 

2012 u 2013

 

Ammont ta' Referenza

Totali

Spisa operattiva

Impenji


20,000

 

19,000

 

22,500

 

25,000

 

19,000

 

48,500

 

154,000

Spisa operattiva

Ħlasijiet


18,000


18,000


23,000


25,000


21,500


48,500


154,000

Dawn l-ammonti għandhom ikunu allokati kif ġej:

►Objettiv operattiv 1 - Assistenza operattiva

- azzjoni 1: Il-Baħar Baltiku: EUR 33 miljun;

- azzjoni 2: Il-Baħar Mediterran: EUR 38 miljun;

- azzjoni 3: Il-Kosta Atlantika: EUR 51 miljun;

- azzjoni 4: Il-Baħar l-Iswed: EUR 13.5 miljuni;

- azzjoni 5: Immaġni Satellitari: EUR 7 miljuni;

►Objettiv operattiv 2 - Informazzjoni, koperazzjoni u koordinament

EUR 11-il miljun;

Wieħed għandu jinnota li l-figuri użati mill-Kummissjoni biex jiġi stmat il-baġit tal-programm multi-annwali huma bbażati fuq l-attivitajiet li seħħew fl-2005 u fl-2006. Għalkemm il-programm multi-annwali għar-reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt għandu jibda biss mill-2007, l-attivitajiet għall-2005 u l-2006 huma relevanti b'mod dirett għax il-kuntratti se jkunu għadhom validi u se jeħtieġu li jiġġeddu matul il-perjodu kopert mill-programm multi-annwali.

Osservazzjonijiet

Għall-2005, l-awtorità baġitarja kienet digà allokat ammont ta' EUR 17.8 miljun għall-implementazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija kontra t-tniġġis; għall-2006 l-PDB tal-Kummissjoni kellha l-istess ammont ippreparat. Fit-tieni qari l-Parlament żied il-linja tal-baġit għal kontra t-tniġġis b'EUR 6 miljun, li jtella' din il-linja għal EUR 23.8 miljun (CA/PA) għas-sena kurrenti.

Fil-waqt li r-rapporteur għal opinjoni tagħkom taqbel għal kollox mal-fatt li l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima kienet assenjata kompitu operazzjonali fil-qasam ta' kontra t-tniġġis, jidher ċar li dan it-tip ta' estensjoni ta' kompiti jista' biss imur id f'id ma' l-ffinanzjar meħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni fuq bażi ta' żmien twil.

Però, fin-nuqqas ta' qbil dwar il-prospettiva finanzjarja li jmiss, l-ammont ta' EUR 154 miljun għall-perjodu ta' seba' snin mill-2007 sa l-2013, kif stmat mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha, hu kemm hu realistiku, jista' jkun ikkunsidrat biss bħala purament indikattiv. L-ammonti finali jista' jkun li jkollhom ikunu adottati mill-awtorità baġitarja bi qbil mal-prospettiva finanzjarja l-ġdida (l-Emendi 1, 2, 3 u 5).

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom mhix qed tħaqqaqa mal-ħtieġa ta' impenn multi-annwali sabiex tkun ipprovduta sigurtà finanzjarja għall-miżuri ta' kontra t-tniġġis. Għall-kuntrarju, jekk l-iffinanzjar għall-miżuri ta' l-aġenzija għal kontra t-tniġġis kellhom jonqsu aktar minn ċertu limitu, reazzjoni xierqa għat-tixrid ta' żejt mhix se tibqa' possibbli aktar. Għalhekk, fil-fehma tar-rapporteur għal opinjoni tagħkom , li jkun ipprovdut finanzjament Komunitarju li ma jkunx biżżejjed huwa ħela ta' flus (l-Emendi 4 u 6).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a (ġdid)

1a.      Jirrimarka li l-approprjazzjonijiet indikati fil-proposta leġiżlattiva huma intenzjonati purament bħala gwida sakemm jintlaħaq qbil dwar il-prospettiva finanzjarja għall-perjodu 2007 sa l-2013;

Emenda 2

Paragrafu 1 b (ġdid)

1b.      Jirrimarka li l-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija indikati fil-proposta tal-Kummissjoni għandhom ikunu kompatibbli mal-limiti massimi totali għal aġenziji deċentralizzati stabbiliti fil-prospettiva finanzjarja 2007-2013;

Emenda 3

Paragrafu 1 c (ġdid)

1c.      Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, ladarba l-prospettiva finanzjarja li jmiss tkun ġiet adottata, tikkonferma l-ammonti indikati fil-proposta għal regolament jew, jekk jinqala' l-każ, sabiex tippreżenta l-ammonti aġġustati għal approvazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, sabiex b'hekk tiżgura li dawk l-ammonti huma kompatibbli mal-limitu massimu;

Proposta għal regolament

Text proposed by the Commission[2]Emendi tal-Parlament

Emenda 4

PREMESSA 9

Ammont finanzjarju ta’ referenza li jkopri l-istess perjodu, mill-2007 sal-2013 hu provdut f’dan ir-Regolament għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

Ammont finanzjarju ta’ referenza indikattiv li jkopri l-istess perjodu mill-2007 sa l-2013 hu pprovdut f’dan ir-Regolament għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Sakemm ma tkun intlaħqet l-ebda deċiżjoni dwar il-prospettiva finanzjarja l-ġdida għall-2007 - 2013, l-ammonti ta' referenza kollha għall-iffinanzjament multi-annwali jistgħu jkunu purament indikattivi.

Emenda 5

PREMESSA 9 A (ġdida)

 

(9a) Meta wieħed iqis in-natura speċjali ta' din l-attività Komunitarja, l-ammont ta' referenza finanzjarju jista' jitqies bħala l-inqas limitu għall-implimentazzjoni tal-kompiti ġodda assenjati.

Ġustifikazzjoni

Jekk, għal kwalunkwe raġuni, l-iffinanzjar tal-miżuri ta' kontra t-tniġġis jiġi inqas mill-ammont ta' referenza finanzjarja, kif indikat mill-proposta tal-Kummissjoni, l-implimentazzjoni prattika ta' din l-attivita` Komunitarja ssir impossibbli.

Emenda 6

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 1

L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ 154 miljun Euro.

L-ammont finanzjarju ta’ referenza indikattiv għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 huwa stabbilit għall-ammont ta’ EUR 154 miljun.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 3. Wara li tkun ittieħdet deċiżjoni, il-Kummissjoni, jekk ikun meħtieġ, għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva biex ikun stipulat ammont ta' referenza dwar il-limitu massimu (ceiling) xieraq tal-prospettiva finanzjarja (ara l-emenda għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva).

Emenda 7

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 2

Għandhom jiġu awtorizzati approprjazzjonijiet ta’ kull sena mill-awtorità ta’ l-estimi fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji.

Approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-prospettivi finanzjarji. Però, ċertu ammont minimu ta' ffinanzjar huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' l-assistenza operazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(c).

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 4. Ċertu ammont minimu annwali huwa meħtieġ biex tkun iffinanzjata din l-attività. Ammont li jkun inqas minn dan il-minimu jagħmilha impossibbli li ssir xi reazzjoni xierqa għat-tniġġis.

Emenda 8

ARTICLE 4

L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ 154 miljun Euro.

1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ EURO 154 miljun.

 

2. L-approprjazzjonijiet allokati għall-Aġenzija għandhom ikunu kompatibbli mal-limitu massimu globali għall-aġenziji stipulat fil-prospettivi finanzjarji 2007-2013.

Għandhom jiġu awtorizzati approprjazzjonijiet ta’ kull sena mill-awtorità ta’ l-estimi fil-limiti tal-perspettivi finanzjarji.

3. Approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-prospettivi finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

L-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija għandhom ikunu konformi mal-limitu massimu totali stabbilit għall-aġenziji deċentralizzati. Dan jassigura disponibiltà ta' riżorsi għall-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-programm.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament multi-annwali għall-azzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002

Referenzi

COM(2005)0210 – C6‑0153/2005 – 2005/0098(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
7.6.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

0.0.0000

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Jutta D. HAUG

Rapporteur(s) preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

20.2.2006

23.3.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

23.3.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

 

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard James Ashworth, Reimer Böge, Simon Busuttil, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, Hynek Fajmon, Neena Gill, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta D. Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Mario Mauro, Jan Mulder, Giovanni Pittella, Antonis Samaras, Nina Škottová, László Surján, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kathalijne Maria Buitenweg, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Peter Šťastný

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

13.12.2005

OPINJONI TAl-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament multi-annwali għall-azzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002

(COM(2005)0210 – C6‑0153/2005 – 2005/0098(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Umberto Guidoni

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sommarju

1. Permezz tar-Regolament (KE) Nru 724/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima kienet assenjata kompiti ġodda fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis miż-żejt. Il-kompiti l-ġodda ta' l-Aġenzija jkopru attivitajiet fl-oqsma ta' l-informazzjoni, il-koperazzjoni u l-koordinament u l-assistenza operattiva. Sabiex dawn l-attivitajiet jitwettqu b'rata kompetittiva, hemm il-ħtieġa ta' xi investiment fuq żmien twil pereżempju l-innegozjar ta' kuntratti ta' disponibiltà permanenti għall-użu urġenti ta' bastimenti kummerċjali għal reazzjoni għat-tniġġis. Il-Kummissjoni tqis li hija meħtieġa sigurtà finanzjarja xierqa fuq bażi ta' impenn multi-annwali ħalli l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-kompiti ġodda tagħha, u tagħmel dan b'mod li jagħti valur tajjeb meta mqabbel man-nefqa. Din il-proposta għal finanzjament tistabbilixxi l-proċeduri għal kontribut finanzjarju mill-Komunità u tiddefinixxi dan il-kontribut għall-iffinanzjar tal-kompiti l-ġodda ta' l-Aġenzija. Il-Kummissjoni tipproponi ammont finanzjarju ta' referenza ta' EUR 154 miljun għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Dħul

2. Il-kompiti l-ġodda ta' l-Aġenzija jinvolvu l-provvediment ta' kapaċità msaħħa sabiex issir reazzjoni għal tixrid ta' żejt, permezz ta' l-innegozjar ta' kuntratti ta' disponibiltà permanenti biex fil-każ ta' xi diżastru jsir l-użu urġenti ta' bastimenti kummerċjali mill-Istati Membri, biex isir l-attrezzar ta' dawn il-bastimenti sabiex ikunu jistgħu jwettqu attivitajiet kontra t-tniġġis u biex isir it-tħarriġ ta' ekkwipaġġi. Fil-każ ta' xi diżastru, l-Istati Membri jkunu jistgħu jsejħu lil dawn il-basitmenti sabiex dawn isaħħu il-mekkaniżmi tagħhom stess ta' kontra t-tniġġis.

3. Għalkemm Stat Membru li jkun jixtieq juża dawn is-servizzi jkollu jħallas lis-sidien tal-bastiment għall-użu operazzjonali ta' dawn il-bastimenti, m'hemm previst l-ebda ħlas għas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija, i.e. l-innegozjar tal-kuntratti ta' disponibiltà permanenti, l-attrezzar tal-bastimenti u t-tħarriġ ta' l-ekkwipaġġi.

4. Għal raġunijiet ta' mmaniġġjar finanzjarju rett, u sabiex tkun iżgurata "l-aħjar kumbinazzjoni possibbli ta' spiża u effiċjenza" (il-Premessa 10 tar-Regolament 724/2004 tal-31 ta' Marzu 2004), għandha tkun eżaminata r-raġuni għall-possibiltà li l-Istati Membri jkunu mitluba jħallsu kumpens lill-Aġenzija meta jagħmlu użu mill-kapaċità pprovduta mill-istess Aġenzija. L-Artikolu 18(1)(c) ta' l-att bażiku ta' l-Aġenzija (ir-Regolament 1406/2002 tas-27 ta' Ġunju 2002) diġà jippermetti li jinġabru ħlasijiet għal servizzi pprovduti.

5. Li jintalab ħlas għall-użu tas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija għandu jgħin biex ikun assigurat li l-Istati Membri ma jitħajrux iserrħu biss fuq il-kapaċità għal reazzjoni għat-tniġġis ipprovduta mill-Komunità, f'konformità mal-Premessa 8 tar-Regolament 724/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 li tgħid li "L-attivitajiet ta' l-aġenzija […] m'għandhomx iserrħu lill-Istati tal-kosta mir-responsabiltà tagħhom li jkollhom bil-lest mekkaniżmi xierqa għal reazzjoni għat-tniġġis.

6. Barra minn hekk, kull żieda fid-dħul mill-ġbir ta' ħlasijiet se jkun ikkumpensat minn tnaqqis ekwivalenti fil-kontribuzzjoni mill-baġit Komunitarju, u b'hekk jgħin sabiex jitnaqqas il-piż totali tal-baġit tal-KE fuq il-kontributuri tat-taxxa Ewropej. Però, dawn il-ħlasijiet se jiffurmaw parti mill-ispejjeż tat-tindif, ħalli l-Istati Membri affettwati għandhom ikunu jistgħu jfittxu rimborż ta' dawn l-ispejjeż mill-kumpanija li tkun inxurjat lil dawk li jkunu kkaġunaw it-tniġġis.

7. Madanakollu, għal raġunijiet ta' solidarjetà, il-Kummissjoni ma tipproponix il-ġbir ta' xi ħlas għas-servizzi pprovduti mill-Aġenzija lill-Istati Membri. Minflok, dawn is-servizzi se jkunu mħallsa mill-Istati Membri kollha permezz tal-baġit tal-Komunità.

8. Fil-waqt li r-rapporteur għal opinjoni tagħkom jaqbel ma' l-approċċ ta' solidarjetà propost mill-Kummissjoni, huwa jqis li l-Kummissjoni għandha tforni dettalji tar-raġuni possibbli li għaliha jista' jintalab ħlas għas-servizzi pprovduti sabiex jitħalla jsir dibattitu miftuħ u trasparenti dwar iż-żewġ mudelli ta' finanzjament alternattivi: sussidju mill-baġit tal-Komunità versu li jintalab ħlas. B'mod partikulari l-Kummissjoni għandha tforni dettalji ta' l-ispejjeż u l-vantaġġi tal-kompiti l-ġodda assenjati lill-Aġenzija, inklużi l-ispejjeż biex tkun ipprovduta l-faċilità ta' tħejjija mqabbla ma' l-ispiża għall-użu operattiv ta' dawn il-bastimenti u mqabbla wkoll ma' l-ispejjeż operattivi eżistenti għat-tindif tat-tniġġis.

L-ammont finanzjarju ta' referenza

9. L-Artikolu 4 jgħid li l-ammont finanzjarju ta' referenza għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun ta' EUR 154 miljun. Però n-negozjati dwar il-Prospettivi Finanzjarji l-ġodda li jkopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 għadhom ma tlestewx. L-Artikolu 4, kif inhu abbozzat mill-Kummissjoni, se jantiċipa lil dawk in-negozjati. Hu (u l-Premessa 9) għandhom, għalhekk, ikunu emendati sabiex ikun iċċarat li d-daqs tal-pakkett totali t'approprjazzjonijiet se jkun suġġett għar-riżultat tan-negozjati dwar il-Prospettivi Finanzjarji l-ġodda.

L-effiċjenza u l-effikaċja ta' l-ispiża

10. L-Artikolu 5 tar-regolament propost ikopri l-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità. L-artikolu jirrikjedi li jittieħdu miżuri preventivi kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kull attività oħra illegali, l-irkuprar t'ammonti ta' flus li jkunu tħallsu inġustament u, fil-każ ta' irregolaritajiet, il-ħlas ta' multi. Però, minbarra li trid tkun korretta, l-ispiża trid tkun ukoll effiċjenti u effettiva. Rigward effiċjenza, għandu jiżdied paragrafu ieħor ma' l-Artikolu 5 fejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija jintalbu jassikuraw li jkun akkwistat l-aħjar valur meta mqabbel mal-flus minfuqa.

11. L-evalwazzjoni ta' l-effikaċja ta' l-ispiża jista' jkun ittrattat taħt l-Artikolu 7 dwar l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tforni evalwazzjoni ta' sa fejn ikunu ntlaħqu l-objettivi ta' l-Aġenzija. Sabiex din l-evalwazzjoni tkun tista' titwettaq kif imiss, fil-bidu tal-programm għandhom ikunu stipulati b'mod ċar objettivi li jistgħu jitkejlu li jservu ta' qisien li magħhom ikunu mqabbla r-riżultati.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju jitlob lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a (ġdid)

1a.  Jirrimarka li l-qafas finanzjarju kif stipulat fil-proposta huwa indikattiv u suġġett għall-qbil dwar il-prospettivi finanzjarji l-ġodda;

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament m'għandux jantiċipa l-innegozjar tal-prospettiva finanzjarja l-ġdida.

Proposta għal regolament

Test propost mill-Kummissjoni[3]Emendi tal-Parlament

Emenda 2

PREMESSA 9

Ammont finanzjarju ta’ referenza li jkopri l-istess perjodu, mill-2007 sal-2013 hu provdut f’dan ir-Regolament għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni.

Qafas finanzjarju li jkopri l-istess perjodu, mill-2007 sa l-2013 hu pprovdut f’dan ir-Regolament għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni, suġġett għall-ftehim dwar il-prospettiva finanzjarja l-ġdida.

Ġustifikazzjoni

Emenda 3

ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 1

L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ 154 miljun Euro.

Il-qafas finanzjarju indikattiv għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 154 miljun.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament m'għandux iżomm l-innegozjar tal-prospettiva finanzjarja l-ġdida.

Emenda 4

ARTIKOLU 5, PUNT 2 A (ġdid)

 

2a. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jassiguraw li jkun akkwistat l-aħjar valur meta mqabbel man-nefqa fl-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet tal-Komunità skond ir-Regolament preżenti.

Ġustifikazzjoni

Emenda 5

ARTICLE 7

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux iktar tard minn erba’ snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-rapport għandu jagħti r-riżultati ta’ l-utilizzazzjoni tal-kontribut Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 4 dwar is-somom impenjati u l-ispiża li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2009.

 

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament mhux iktar tard minn erba’ snin minn meta jkun daħal fis-seħħ. Ir-rapport għandu jagħti r-riżultati ta’ l-utilizzazzjoni tal-kontribut Komunitarju kif imsemmi fl-Artikolu 4 dwar is-somom impenjati u l-ispiża li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2009. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll analiżi ta' sa fejn ikunu ntlaħqu l-objettivi li jistgħu jitkejlu li huma stipulati għall-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Minbarra li għandu jkun korrett, l-infiq tal-Komunità għandu jkun ukoll effettiv.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament multi-annwali għall-azzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002

Referenzi

COM(2005)0210 – C6‑0153/2005 – 2005/0098(COD)

Kumitat responsabbli

TRAN

Kumitat mitlub jagħti opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT
7.6.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib

Le

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Umberto Guidoni
13.7.2005

Eżami fil-kumitat

21.11.2005

12.12.2005

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni ta' l-emendi

12.12.2005

Riżultat tal-votazzjoni finali

favur:

kontra:

astensjonijiet:

11

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Paulo Casaca, Petr Duchoň, Szabolcs Fazakas, Ingeborg Gräßle, Umberto Guidoni, Ona Juknevičienė, Nils Lundgren, Jan Mulder, Bart Staes, Terence Wynn

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

 

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament multi-annwali għall-azzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002

Referenzi

COM(2005)0210 – C6‑0153/2005 – 2005/0098(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.5.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN
7.6.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
7.6.2005

CONT
7.6.2005

ENVI

7.6.2005

ITRE

7.6.2005

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

ENVI
21.6.2005

ITRE
14.7.2005

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Luis de Grandes Pascual
28.6.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Allokazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

22.2.2006

2.5.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

2.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

0

40

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Philip Bradbourn, Paolo Costa, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Arūnas Degutis, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Roland Gewalt, Mathieu Grosch, Ewa Hedkvist Petersen, Jeanine Hennis-Plasschaert, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Fernand Le Rachinel, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Robert Navarro, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Gary Titley, Marta Vincenzi, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Johannes Blokland, Anne E. Jensen, Sepp Kusstatscher, Helmuth Markov, Salvatore Tatarella

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Esther Herranz García, Francisco José Millán Mon, Marie-Hélène Descamps

Data tat-tressiq

16.5.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  ĠU C ..., ..., p. ....
  • [3]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.