RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-ordni ta' infurzar Ewropea u t-trasferiment ta' persuni kundannati bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

17.5.2006 - (7307/2005 - C6-0139/2005 - 2005/0805(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Ioannis Varvitsiotis

Proċedura : 2005/0805(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0187/2006
Testi mressqa :
A6-0187/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-ordni ta' infurzar Ewropea u t-trasferiment ta' persuni kundannati bejn Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

(7307/2005 – C6‑0139/2005 - 2005/0805(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Iżvezja (7307/2005)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat ta' l-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat ta' l-UE, skond liema trattat il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6‑0139/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0187/2006)

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Iżvezja kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex b'konsegwenza, jemenda t-test;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Iżvezja b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Iżvezja.

Test propost mir-Repubblika ta' l-Awstrija, mir-Repubblika tal-Finlandja u mir-Renju ta' l-IżvezjaEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Titolu

dwar il-proposta ta' Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill l-ordni ta' infurzar Ewropea u t-trasferiment ta' persuni kundannati bejn Stati Membri

dwar il-proposta ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi fi kwistjonijiet kriminali li jimponu pieni ta' ħabs jew miżuri li jinvolvu t-tiċħid tal-libertà bil-għan li dawn is-sentenzi jkunu infurzati fl-Unjoni Ewropea

 

Ġustifikazzjoni

It-titolu tad-Deċiżjoni ta' Qafas huwa emendat wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill u sabiex l-enfasi issir fuq żewġ aspetti essenzjali tad-dokument: ir-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta' pieni ta' ħabs. Ir-rikonoxximent u l-infurzar m'għandhomx isiru fuq il-bażi ta' 'ordni ta' infurzar Ewropea' iżda fuq il-bażi tas-sentenza u ta' ċertifikat.

Emenda 2

Premessa 5

(5) Ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, li huma karatterizzati minn fiduċja reċiproka speċjali fis-sistemi legali ta’ Stati Membri oħra, għandhom imorru lil hinn mill-istrumenti eżistenti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar it-trasferiment għal finijiet ta’ infurzar. Għandu jiġi stabilit li l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandu dover bażiku li jieħu ħsieb dawk fost iċ-ċittadini tiegħu u dawk il-persuni legalment residenti b’mod permanenti fit-territorju tiegħu li ngħataw kundanna ta’ ħabs definittiva jew ordni ta’ detenzjoni fi Stat Membru ieħor, irrispettivament mill-kunsens tagħhom, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal rifjut.

(5) Ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, li huma karatterizzati minn fiduċja reċiproka speċjali fis-sistemi legali ta’ Stati Membri oħra, għandhom imorru lil hinn mill-istrumenti eżistenti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar it-trasferiment għal finijiet ta’ infurzar u għandhom jippermettu li l-Istati ta' eżekuzzjoni jirrikonoxxu d-deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet ta' l-Istat emittenti. Minkejja l-ħtieġa li l-persuna kundannata tingħata salvagwardji xierqa, l-involviment tagħha fil-proċeduri m'għandux jibqa' dominanti minħabba fil-ħtieġa tal-kunsens tagħha għat-tressiq ta' sentenza lil Stat Membru ieħor sabiex jirrikonoxxi u jinfurza l-piena imposta.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitkompla l-iżvilupp tal-koperazzjoni rigward l-infurzar ta' sentenzi kriminali. Skond il-Protokoll Addizzjonali ta' l-1997 għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1983 li jillimita l-iskop tal-kunsens tal-persuna kundannata.

Emenda 3

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a) Il-fiduċja reċiproka fiz-zona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali għandha tissaħħaħ permezz ta' miżuri f'livell Ewropew, għal armonizzazzjoni aħjar u rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji penali, u jipprevedu xi liġijiet u prattiki penali Ewropej.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija bbażata fuq l-idea li tkun promossa Liġi Kriminali Ewropea.

Emenda 4

Premessa 6

It-trasferiment ta’ persuni kundannati lejn l-Istat ta’ nazzjonalità, l-Istat ta’ residenza legali jew l-Istat li miegħu l-persuni għandhom rabtiet stretti oħra sabiex jiskontaw is-sentenza tagħhom jgħin fir-rijabilitazzjoni soċjali tagħhom.

(6) It-trasferiment ta' persuni kundannati lejn l-Istat ta' nazzjonalità jew l-Istat ta' residenza legali permanenti sabiex jiskontaw il-piena tagħhom iħaffef ir-rijabilitazzjoni soċjali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

It-terminu 'rabtiet mill-qrib' m'huwiex ċar u jkun jeħtieġ definizzjoni estensiva.

Emenda 5

Premessa 7

Din id-Deċiżjoni Kwadru hija intiża sabiex tirrispetta d-drittijiet fondamentali u sabiex tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat u riflessi mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitolu VI tagħha. Xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi r-rifjut ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi sabiex wieħed jemmen li l-kundanna ġiet imposta bil-għan li tippunixxi persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew l-orjentament sesswali tagħha, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista’ tiġi preġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet.

(7) Din id-Deċiżjoni ta' Qafas hija intiża sabiex tirrispetta d-drittijiet fondamentali u sabiex tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat u riflessi mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitolu VI tagħha. Xejn f’din id-Deċiżjoni ta' Qafas ma għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi r-rifjut ta’ l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi sabiex wieħed jemmen li l-piena ġiet imposta bil-għan li tikkastiga persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew l-orjentament sesswali tagħha, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista’ tiġi preġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet. Din il-proċedura għandha tkun konformi wkoll mad-dispożizzjonijiet rigward id-drittijiet ta' proċedura fil-kuntest ta' proċeduri kriminali kif stipulati fid-Deċiżjoni ta' Qafas rilevanti tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Dan jiżgura li d-drittijiet jitħarsu b'mod iktar komplet waqt il-proċedura.

Emenda 6

Artikolu 1, punt (a)

(a) “Ordni ta’ infurzar Ewropea” għandha tfisser deċiżjoni mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għall-fini li tiġi infurzata kundanna definittiva imposta lil persuna fiżika minn

qorti ta' dak l-Istat;

(a) "sentenza" għandha tfisser deċiżjoni jew ordni definittiva ta' qorti ta' l-Istat emittenti li timponi piena fuq persuna fiżika;

 

L-adozzjoni ta' din l-emenda teħtieġ bidliet korrispondenti fid-dokument kollu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirrifletti l-bidliet li seħħew matul id-diskussjonijiet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 7

Artikolu 1, punt (b)

kundanna” għandha tfisser kwalunkwe kundanna ta’ ħabs jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu ta’ żmien limitat jew mhux limitat imposti minn qorti fl-ambitu ta’ proċedimenti kriminali fuq reat kriminali;

(b) "piena" għandha tfisser kwalunkwe piena ta' ħabs jew kwalunkwe miżura li tinvolvi t-tiċħid tal-libertà[2] imposta għal perjodu ta' żmien limitat jew mhux limitat minħabba reat kriminali fuq il-bażi ta' proċedimenti kriminali;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirrifletti l-bidliet li seħħew matul id-diskussjonijiet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 8

Artikolu 1, punt (c)

(c) “Stat emittenti” għandha tfisser l-Istat Membru li fih ġiet mogħtija ordni ta’ infurzar Ewropea;

(c) “Stat emittenti” għandha tfisser l-Istat Membru li fih ingħatat sentenza fit-tifsira ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirrifletti l-bidliet li seħħew matul id-diskussjonijiet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 9

Artikolu 1, punt (d)

“Stat ta’ eżekuzzjoni” għandha tfisser l-Istat Membru li lilu ġiet trasmessa ordni ta’ infurzar Ewropea għall-fini ta’ l-infurzar tagħha.

(d) “Stat ta’ eżekuzzjoni” għandha tfisser l-Istat Membru li lilu tressqet sentenza għall-fini li tkun rikonoxxuta u għall-infurzar tal-piena imposta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirrifletti l-bidliet li seħħew matul id-diskussjonijiet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 10

Artikolu 2, paragrafu 2

2. Minkejja l-Artikolu 4, kull Stat Membru jista’ jinnomina, jekk ikun meħtieg bħala riżultat ta’ l-organizzazzjoni tas-sistema interna tiegħu, awtorità ċentrali waħda jew aktar li jkunu responsabbli għat-trasmissjoni u r-riċezzjoni amministrattivi ta’ l-ordni ta’ infurzar Ewropea u sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-miżura ssir iktar effiċjenti u inqas burokratika.

Emenda 11

Artikolu 2, paragrafu 3

3. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi aċċessibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

3. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi aċċessibbli għall-Istati Membri konċernati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex il-miżura ssir iktar effiċjenti u inqas burokratika.

Emenda 12

Artikolu 3, paragrafu 1

1. L-għan ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru huwa li jiġu stabbiliti r-regoli li taħthom Stat Membru għandu jirrikonoxxi u jinforza fit-territorju tiegħu piena imposta minn qorti ta’ Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 1(b) irrispettivament minn jekk diġà beda jew le l-infurzar.

1. L-għan ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas huwa li jistabbilixxi r-regoli li skondhom Stat Membru għandu jirrikonoxxi sentenza u jinforza l-piena imposta kemm jekk diġà beda l-infurzar kif ukoll jekk le.

Ġustifikazzjoni

Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill u sabiex l-enfasi ssir fuq żewġ aspetti essenzjali tad-dokument: ir-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta' pieni ta' ħabs. Ir-rikonoxximent u l-infurzar m'għandhomx isiru fuq il-bażi ta' 'ordni ta' infurzar Ewropea' iżda fuq il-bażi tas-sentenza u ta' ċertifikat.

Emenda 13Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 


(1a) Din id-Deċiżjoni ta' Qafas tapplika biss għar-rikonoxximent ta' sentenzi u għall-infurzar ta' pieni fit-tifsira tad-Deċiżjoni ta' Qafas. Il-fatt li, minbarra l-piena, ġiet imposta multa u/jew ordni ta' konfiska, li għadha ma tħallsitx, ma ġietx irkuprata jew infurzata, m'għandux iwaqqaf milli titressaq sentenza. Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' multi u ordni ta' konfiska bħal dawn fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu bbażati fuq l-istrumenti applikabbli bejn l-Istati Membri, b'mod partikulari fuq id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta' l-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għal multi finanzjarji u fuq id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2005/xxx/ĠAI ta' xx.xx.2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta' konfiska.

Ġustifikazzjoni

Fil-bidu, id-dispożizzjoni kienet inkluża fl-Artikolu 4 tal-proposta. Sabiex tkun konformi mad-definizzjoni tal-piena stipulata fl-Artikolu 1 u ma' paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda 14

Artikolu 3, paragrafu 3, punt (a), parti introduttorja

L-Artikoli li ġejjin ta' din id-Deċiżjoni Kwadru għandhom japplikaw ukoll għall-infurzar ta’ pieni meta, skond rekwiżit taħt l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, il-persuna tiġi ċeduta lura lill-Istat ta’ eżekuzzjoni sabiex tiskonta hemmhekk is-sentenza ta’ priġunerija jew l-ordni ta’ detenzjoni mogħtija kontriha fl-Istat emittenti:

(a) L-Artikoli li ġejjin ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas għandhom japplikaw ukoll għall-infurzar ta’ pieni meta, skond rekwiżit ta' l-Artikolu 5(3) tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri, il-persuna tintbagħat lura lill-Istat ta’ eżekuzzjoni sabiex tiskonta l-piena mogħtija kontriha fl-Istat emittenti:

Ġustifikazzjoni


Skond l-Emenda ta' l-Artikolu 1 punt (b).

Emenda 15

Artikolu 3, paragrafu 3, punt (a), inċiż 3

- Artikolu 4(3)-(6); Trasmissjoni ta’ l-ordni ta’ infurzar Ewropea,

- Artikolu 4(1), 3(a), (4), (5) u (6); It-tressiq tas-sentenza u taċ-ċertifikat,

Emenda 16

Artikolu 3, paragrafu 3, punt (a), inċiż 5

- Artikolu 8; Rikonoxximent u infurzar ta’ ordni ta’ infurzar Ewropea;

- Artikolu 8; Rikonoxximent u infurzar tas-sentenza;

Ġustifikazzjoni


Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 17

Artikolu 3, paragrafu 3, punt (b), inċiż 2

- Artikolu 8; Rikonoxximent u infurzar ta’ ordni ta’ infurzar Ewropea;

- Artikolu 8; Rikonoxximent u infurzar tas-sentenza;

Ġustifikazzjoni

Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 18

Artikolu 3, paragrafu 3, punt (b), inċiż 2

L-Istat li ħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jagħti lill-Istat ta’ eżekuzzjoni l-informazzjoni li tinsab fl-ordni ta’ infurzar Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw direttament dwar materji relattivi għal dan il-paragrafu.

L-Istat li ħareġ il-mandat ta' arrest Ewropew għandu jagħti lill-Istat ta' eżekuzzjoni s-sentenza flimkien ma' ċertifikat kif stipulat fl-Artikolu 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw direttament dwar kwistjonijiet rigward dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 19

Artikolu 4, titolu

Trasmissjoni ta’ l-ordni ta’ infurzar Ewropea

It-tressiq tas-sentenza u taċ-ċertifikat

Ġustifikazzjoni

Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 20

Artikolu 4, paragrafu -1 (ġdid)

 

-1. (a) Sentenza, flimkien ma' ċertifikat kif stipulat f'dan l-Artikolu, tista' titressaq lil wieħed minn dawn l-Istati Membri:

 

(i) l-Istat ta' nazzjonalità tal-persuna kundannata jew l-Istat li fih għandha r-residenza legali permanenti tagħha;

 

(ii) l-Istat ta' nazzjonalità tal-persuna kundannata u li fih se tkun deportata ladarba tinħeles mill-ħabs bħala konsegwenza tas-sentenza jew ta' deċiżjoni amministrattiva li hija konsegwenza tas-sentenza;

 

(iii) l-Istat ta' nazzjonalità jew ta' residenza legali permanenti tal-persuna kundannata u li ċediha lill-Istat emittenti fuq il-bażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew suġġett għall-kundizzjoni li l-persuna, wara li tinstemgħa, tintbagħat lura lill-Istat ta' eżekuzzjoni sabiex tiskonta hemmhekk il-piena mogħtija kontrieha fl-Istat emittenti;

 

(iv) l-Istat fejn il-persuna kundannata qed toqgħod, jew li hija ċittadina tiegħu, jew li fih hija residenti legali permanenti u liema Stat jagħti kunsens għar-rikonoxximent u għall-infurzar tal-piena;

 

(v) l-Istat li fih il-persuna għandha r-residenza legali permanenti tagħha, sakemm ma tilfitx jew se titlef il-permess ta' residenza bħala konsegwenza tas-sentenza jew ta' deċiżjoni amministrattiva li hija konsegwenza tas-sentenza; jew

 

(vi) l-Istat, li jagħti kunsens għat-tressiq tas-sentenza flimkien maċ-ċertifikat sabiex il-piena imposta tkun rikonoxxuta u infurzata.

 

(b) Qabel ma titressaq is-sentenza, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti għandha tikkunsidra sew li tikkonsulta, permezz ta' mezzi xierqa, lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni. Il-konsultazzjoni hija obbligatorja meta, skond il-kriterji stipulati fil-paragrafu 1, is-sentenza tista' titressaq lil żewġ Stati Membri jew aktar.

 

(c) L-Istat ta' eżekuzzjoni jista', bl-inizjattiva tiegħu, jitlob lill-Istat emittenti biex iressaq is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni b'mod iktar oġġettiv tal-kriterji għat-tressiq ta' sentenza lil Stat Membru ieħor.

Emenda 21

Artikolu 4, paragrafu 1

1. Ordni ta’ infurzar Ewropea fir-rigward ta’ fis-sens ta' l-Artikolu 1(b) tista’ tiġi trasmessa lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ Stat Membru li tiegħu għandha n-nazzjonalità l-persuna fiżika li lilha ġiet imposta l-piena, li fih dik il-persuna għandha r-residenza legali permanenti tagħha jew li miegħu dik il-persuna għandha rabtiet stretti oħra.

1. Sabiex il-piena imposta tkun rikonoxxuta u infurzata, is-sentenza jew kopja ċertifikata tagħha, flimkien maċ-ċertifikat, għandha titressaq skond l-Artikolu 3 a, mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni permezz ta' kwalunkwe mezz li bih jista' jinżamm rekord bil-miktub u skond kundizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta' eżekuzzjoni li jipprova l-awtentiċità tagħha. Il-kopja oriġinali tas-sentenza, jew kopja ċertifikata tagħha, u l-kopja oriġinali taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta' eżekuzzjoni jekk ikun jeħtieġhom. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija.

Ġustifikazzjoni

L-istess japplika għal miżuri ġudizzjarji oħra simili.

Emenda 22

Artikolu 4, paragrafu 2

2. Ordni ta’ infurzar Ewropea ma għandhiex tiġi trasmessa jekk il-persuna li lilha ġiet imposta l-piena għandha r-residenza legali permanenti tagħha fl-Istat emittenti, sakemm il-persuna kundannata ma tagħtix l-kunsens tagħha għat-trasferiment jew sakemm id-deċiżjoni jew id-deċiżjoni amministrattiva konsegwenti għal dik id-deċiżjoni ma tinkludix ordni ta’ espulsjoni jew ta’ deportazzjoni jew kwalunkwe miżura oħra li bħala riżultat tagħha dik il-persuna ma titħalliex iktar tibqa’ fit-territorju ta’ l-Istat emittenti wara li tiskonta s-sentenza.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' dan il-paragrafu huwa kopert mill-Artikolu 3a.

Emenda 23

Artikolu 4, paragrafu 3

3. Il-fatt li, minbarra l-piena fis-sens ta' l-Artikolu 1(b) fir-rigward ta’ l-att li jikkostitwixxi l-bażi ta’ l-ordni ta’ infurzar Ewropea, ġiet imposta wkoll multa li għadha ma ġietx imħallsa mill-persuna kundannata ma għandux iwaqqaf l-ordni ta’ infurzar Ewropew milli tiġi trasmessa. L-infurzar tal-multa fi Stat Membru ieħor għandu jkun ibbażat fuq id-disposizzjonijiet rilevanti f’dan il-qasam applikabbli bejn l-Istat Membri.

imħassar

Ġustifikazzjoni


Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 24

Artikolu 4, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Iċ-ċertifikat, li l-forma standard tiegħu qiegħda f'Anness A, irid ikun iffirmat, u dak li fih irid ikun ċertifikat li huwa eżatt, mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti.

Ġustifikazzjoni


Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 25

Artikolu 4, paragrafu 4

4. L-ordni ta’ infurzar Ewropea għandha tiġi trasmessa direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tagħha. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija.

4. Is-sentenza għandha titressaq direttament lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni mill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub skond kundizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta' eżekuzzjoni li jipprova l-awtentiċità tagħha, u tista' tinkludi dejta fi kwalunkwe forma dwar ir-rekord ta' ħabs tal-persuna li fuqha tkun imposta l-piena. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha wkoll għandhom isiru direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija.

Ġustifikazzjoni

Jekk żewġ ħabsin qed jiskontaw l-istess piena, u huma trasferiti għall-Istat Membru tagħhom fl-istess ħin - u ħabsi minnhom ikun irriforma ruħu bis-sħiħ u kien ta' eżempju perfett waqt li l-ieħor ma jkunx ġab ruħu sew u ma rriformax ruħu u jeħtieġ aktar kura u rijabilitazzjoni - skond il-leġiżlazzjoni preżenti l-liġi tad-dejta privata ma tippermettix li r-rekords tagħhom ikunu trasmessi mill-Istat li se jitilqu lill-awtoritajiet ta' l-Istat li se jilqagħhom. Konsegwentement l-Istat li se jilqagħhom ma jafx liema miż-żewġ ħabsin jista' jinħeles b'mod sikur u liema minnhom huwa ta' periklu kontinwu għas-soċjetà.

Emenda 26

Artikolu 4, paragrafu 5

5. L-Istat emittenti għandu jibgħat l-ordni ta’ infurzar Ewropea relattiva għal persuna lil Stat ta’ eżekuzzjoni wieħed biss kull darba.

5. L-Istat emittenti għandu jressaq is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lil Stat ta' eżekuzzjoni wieħed biss kull darba.

Ġustifikazzjoni

Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 27

Artikolu 4, paragrafu 6

6. Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni m'hijiex magħrufa lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, din ta’ l-aħħar għandha tagħmel l-aċċertamenti kollha meħtieġa, anki permezz tal-Punti ta’ Kuntatt tar-Retikolat Ġudizzjarju Ewropew stabbilit mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI, sabiex tikseb l-informazzjoni mill-Istat ta’ eżekuzzjoni.

6. Jekk l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni m'hijiex magħrufa lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, din ta’ l-aħħar għandha tagħmel l-aċċertamenti kollha meħtieġa, permezz tal-Punti ta’ Kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew imwaqqaf mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI, sabiex tikseb l-informazzjoni mill-Istat ta’ eżekuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill.

Emenda 28

Artikolu 4, paragrafu 7

7. Meta awtorità fl-Istat ta’ eżekuzzjoni li tirċievi ordni ta’ infurzar Ewropea ma jkollhiex il-kompetenza sabiex tirrikonoxxiha u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-infurzar tagħha, għandha, ex officio, tibgħat l-ordni ta’ infurzar Ewropea lill-awtorità kompetenti u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti b'dan.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kuntatti jridu jsiru permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda 29

Artikolu 5, titolu

Opinjoni u notifika tal-persuna kundannata

Notifika tal-persuna kundannata u tal-vittma(i)

Ġustifikazzjoni

It-terminu 'opinjoni' jitħalla barra peress li ma jispeċifikax il-konsegwenza prattika ta' meta l-opinjoni titqies f'termini ta' trasferiment u għażla ta' Stat. Skond il-Protokoll Addizzjonali ta' l-1997 għall-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1983 li jillimita l-iskop tal-kunsens tal-persuna kundannata.

Emenda 30

Artikolu 5, paragrafu 1

1. Meta l-persuna kundannata tinsab fl-Istat emittenti, din għandha tingħata, jekk ikun possibbli, l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha oralment jew bil-miktub qabel ma tinħareġ l-ordni ta’ infurzar Ewropea. Suġġett għat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(1), il-kunsens tagħha ma għandux ikun meħtieġ għat-trasmissjoni ta' l-ordni ta’ infurzar Ewropea. Madankollu, għandu jittieħed kont ta' l-opinjoni tagħha meta jiġi deċiż jekk l-ordni ta’ infurzar Ewropea għandhiex tinħareġ u, f’dan il-każ, lil liema Stat ta’ eżekuzzjoni għandha tiġi trasmessa.

1. Meta l-persuna kundannata tinsab fl-Istat emittenti, din għandha tingħata l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha oralment jew bil-miktub qabel ma tinħareġ l-ordni ta’ infurzar Ewropea. Suġġett għat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 4(1), il-kunsens tagħha ma għandux ikun meħtieġ biex titressaq l-ordni ta’ infurzar Ewropea. Madankollu, għandha titqies l-opinjoni tagħha meta jiġi deċiż jekk l-ordni ta’ infurzar Ewropea għandhiex tinħareġ u, f’dan il-każ, lil liema Stat ta’ eżekuzzjoni għandha titressaq.

Ġustifikazzjoni

Il-persuna kundannata għandha tingħata l-opportunità li tistqarr l-opinjoni tagħha skond l-Artikolu 39 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1970 li jistipula li qabel ma qorti tieħu deċiżjoni fuq talba għall-infurzar, il-persuna kundannata għandha tingħata l-opportunità li tistqarr l-opinjonijiet tagħha.

Emenda 31

Artikolu 5, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Il-vittmi tar-reat għandhom jiġu infurmati wkoll li teżisti applikazzjoni għar-rikonoxximent u t-trasferiment ta' l-infurzar tal-piena u għandhom jiġu infurmati bir-riżultat tal-proċedura, inkluża l-ordni biex il-persuna kundannata tiġi trasferita mill-Istat emittenti għall-Istat ta' eżekuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-vittma(i) tal-persuna kundannata jridu jingħataw l-opportunità li jkunu infurmati bis-sħiħ dwar il-proċedura li biha l-infurzar tal-piena jiġi rikonoxxut u trasferit għal Stat Membru ieħor.

Emenda 32

Artikolu 5, paragrafu 2

2. Meta l-persuna kundannata tinsab fl-Istat emittenti, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat għandha tinnotifikaha bil-konsegwenzi tat-trasferiment lill-Istat ta’ eżekuzzjoni. Meta l-persuna kundannata tinsab fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, tali notifika għandha tingħata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat, meta hekk ikun meħtieġ fl-interessi tal-ġustizzja.

2. Meta l-persuna kundannata tinsab fl-Istat emittenti, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat għandha tinnotifikaha bil-konsegwenzi tat-trasferiment lill-Istat ta’ eżekuzzjoni. Meta l-persuna kundannata tinsab fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, tali notifika għandha tingħata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem 'meta hekk ikun meħtieġ fl-interessi tal-ġustizzja' huwa legalment vag.

Emenda 33

Artikolu 6

Forma u kontenut ta’ l-ordni ta’ infurzar Ewropea

imħassar

1. L-ordni ta’ infurzar Ewropea għandha tikkontjeni l-informazzjoni msemmija fil-formola fl-Anness. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti għandha tivverifika l-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni u tiffirmaha.

 

2. L-ordni ta’ infurzar Ewropea għandha tiġi tradotta fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’, meta din id-Deċiżjoni Kwadru tiġi adottata jew f’data aktar tard, jiddikjara permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew iżjed mill-lingwi uffiċjali l-oħra ta’ l-Unjoni.

 

Ġustifikazzjoni

L-emendi jsiru wara l-bidliet fil-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill u sabiex l-enfasi ssir fuq żewġ aspetti essenzjali tad-dokument: ir-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar ta' pieni ta' ħabs. Ir-rikonoxximent u l-infurzar m'għandhomx isiru fuq il-bażi ta' 'ordni ta' infurzar Ewropea' iżda fuq il-bażi tas-sentenza u ta' ċertifikat.

Emenda 34

Artikolu 8, titolu

Rikonoxximent u infurzar ta’ ordni ta’ infurzar Ewropea

Rikonoxximent tas-sentenza u ta' l-infurzar tal-piena

Ġustifikazzjoni


Sabiex ikun hemm koerenza mal-bidla fit-titolu tad-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 35

Artikolu 8, paragrafu 1

1. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi ordni ta’ infurzar Ewropea li ġiet trasmessa skond l-Artikolu 4 mingħajr ma tkun meħtieġa kwalunkwe formalità oħra, u għandha minnufiħ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-infurzar tagħha, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 9 sabiex tirrifjuta r-rikonoxximent jew l-infurzar.

L-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza li ġiet trasmessa skond l-Artikolu 4 mingħajr ma tkun meħtieġa kwalunkwe formalità oħra, u għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa minnufih għall-infurzar tagħha, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 9 sabiex tirrifjuta r-rikonoxximent jew l-infurzar.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm koerenza mal-bidla fit-titolu tad-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 36

Artikolu 8, paragrafu 2

2. Fejn it-tul ta' żmien tal-piena ikun inkompatibbli mal-prinċipji fundamentali tal-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni tista’ tiddeċiedi li tadatta l-piena għal-livell massimu previst għal att kriminali taħt il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat.

2. Fejn it-tul ta' żmien tal-piena ikun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni tista’, wara li tikkonsulta lill-Istat emittenti, tiddeċiedi li tinforza l-piena sa livell massimu stipulat għar-reat skond il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat.

Ġustifikazzjoni

L-Istat ta' eżekuzzjoni jnaqqas il-piena għal-limitu massimu previst mil-liġi tiegħu għall-kategorija tar-reat konċernat..

Emenda 37

Artikolu 8, paragrafu 3

3. Fejn in-natura tal-piena tkun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat tista’ tadattaha għall-piena jew għall-miżura prevista taħt il-liġi tagħha stess għal reat kriminali ta’ l-istess tip permezz ta’ sentenza ta' qorti jew permezz ta' deċiżjoni amministrattiva. Tali piena jew miżura għandha tikkorrispondi kemm jista’ jkun mal-piena imposta fl-Istat emittenti; dan ifisser li l-piena ma tistax tiġi konvertita f’piena pekunjarja. Hija ma għandhiex taggrava l-piena imposta fl-Istat emittenti.

3. Fejn in-natura tal-piena tkun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, il-piena jew il-miżura għandha tikkorrispondi kemm jista’ jkun mal-piena imposta fl-Istat emittenti; dan ifisser li l-piena ma tistax tinbidel f’piena pekunjarja. Hija ma għandhiex taggrava l-piena imposta fl-Istat emittenti.

Ġustifikazzjoni

Il-piena stipulata fil-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tiġi trattata b'attenzjoni partikulari minħabba d-differenzi fil-pieni mogħtija bejn l-Istati Membri.

Emenda 38

Artikolu 8, paragrafu 4

4. Jekk l-ordni ta’ infurzar Ewropea ingħatat ukoll fir-rigward ta’ atti li mhumiex koperti mill-Artikolu 7(1), u l-Istat ta’ eżekuzzjoni jirrifjuta li jirrikonoxxi u jinforza l-ordni ta’ infurzar Ewropea fir-rigward ta’ tali atti abbażi ta' l-Artikolu 9(1)(b), dak l-Istat għandu jitlob lill-Istat emittenti sabiex jinnotifikah b'liema parti tal-piena tirriferi għall-atti in kwistjoni. Wara li jkun irċieva din l-informazzjoni, l-Istati ta’ eżekuzzjoni jista’ jnaqqas il-piena bil-parti tagħha notifikata mill-Istat emittenti.

4. Jekk is-sentenza ngħatat ukoll fir-rigward ta’ atti li mhumiex koperti mill-Artikolu 7(1) u l-Istat ta’ eżekuzzjoni jirrifjuta li jirrikonoxxi u jinforza s-sentenza fir-rigward ta’ tali atti abbażi ta' l-Artikolu 9(1)(b), dak l-Istat għandu jitlob lill-Istat emittenti sabiex jinnotifikah b'liema parti tal-piena tirriferi għall-atti konċernati. Wara li jkun irċieva din l-informazzjoni, l-Istati ta’ eżekuzzjoni jista’ jnaqqas il-piena bil-parti tagħha notifikata mill-Istat emittenti.

Ġustifikazzjoni

Biex dan jikkorrispondi ma' bidliet fl-Artikolu 7.

Emenda 39

Artikolu 9, paragrafu 1, parti introduttorja

1. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu u li jinfurzaw l-ordni ta’ infurzar Ewropea jekk:

1. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni tista' tiirifjuta li tirrikonoxxi s-sentenza u li tinforza l-piena jekk:

Emenda 40

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (a)

(a) ġiet mogħtija deċiżjoni kontra l-persuna konċernata fir-rigward ta’ l-istess atti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni jew fi kwalunkwe Stat ieħor mill-Istat emittenti jew minn dak ta’ eżekuzzjoni, sakemm, f’dan l-aħħar każ, id-deċiżjoni ġiet eżegwita, jew qiegħda attwalmet tiġi eżegwita jew m’għadhiex tista’ tiġi eżegwita taħt il-liġi ta’ l-Istat tal-kundanna;

(a) iċ-ċertifikat stipulat fl-Artikolu 4 m'huwiex komplet jew ma jikkorrispondix mas-sentenza b'mod ċar;

Ġustifikazzjoni

(a) Skond l-Artikolu 15(2)(f) ta' l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 41

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (a a) (ġdid)

 

(aa) il-kriterji stipulati fl-Artikolu 4 paragrafu -1 ma jintlaħqux;

Ġustifikazzjoni

(-a) (ġdid) Biex tkun żgurata l-konsistenza ma' l-Artikolu 3 (a).

Emenda 42

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (a b) (ġdid)

 

(ab) l-infurzar tal-piena tkun bil-kuntrarju tal-prinċipju ta' ne bis in idem;

Ġustifikazzjoni

Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' rikonoxximent u ta' infurzar ta' l-ordni fil-każ ta' ksur tal-prinċipju 'ne bis in idem'.

Emenda 43

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (b)

(b) f’xi każ imsemmi fl-Artikolu 7(3), l-ordni ta’ infurzar tirriferi għal atti li ma jkunux jikkostitwixxu reat taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta’ taxxi jew dazji, dwana u kambju, l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ infurzar Ewropea ma għandhiex tiġi rifjutata abbażi tal-fatt li l-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta’ taxxa jew dazju jew ma tipprovdix l-istess tip ta’ regoli fir-rigward ta’ taxxi, dazji u dwana u regolamenti dwar il-kambju bħal-liġi ta’ l-Istat emittenti;

(b) f’każ imsemmi fl-Artikolu 7(3), is-sentenza tirriferi għal atti li ma jkunux jikkostitwixxu reat skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta’ taxxi jew dazji, dwana u kambju, l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ma għandhiex tiġi rifjutata abbażi tal-fatt li l-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta’ taxxa jew dazju jew ma tipprovdix l-istess tip ta’ regoli fir-rigward ta’ taxxi, dazji u dwana u regolamenti dwar il-kambju bħal-liġi ta’ l-Istat emittenti;

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun hemm koerenza mal-bidla fit-titolu tad-Deċiżjoni ta' Qafas.

Emenda 44

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (c)

l-infurzar tad-deċiżjoni ma jibqax possibbli taħt ir-regoli tal-preskrizzjoni skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, safejn l-ordni ta’ infurzar Ewropea tirriferi għal atti li jaqgħu fl-ambitu tal-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni skond il-liġi tiegħu stess;

(c) l-infurzar tal-piena hija preskritta skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, u dan jirriferi għal atti li jaqgħu fl-ambitu tal-ġurisdizzjoni ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni skond il-liġi tiegħu stess;

Emenda 45

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) teżisti l-immunità skond il-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni, u din tagħmilha impossibbli li l-piena tiġi infurzata;

Emenda 46

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (d)

l-ordni ta’ infurzar Ewropea ingħatat fir-rigward ta’ persuna fiżika li, taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, minħabba l-età tagħha, kienet għadha mhux kriminalment imputabbli għall-atti li fir-rigward tagħhom l-ordni ta’ infurzar Ewropea ġiet mogħtija;

(d) il-piena ġiet imposta fuq persuna li, skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, minħabba l-età tagħha, kienet għadha mhux kriminalment imputabbli għall-atti li fir-rigward tagħhom is-sentenza ġiet mogħtija;

Emenda 47

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (e)

fil-mument li l-awtorità kompetenti rċeviet l-ordni ta’ infurzar Ewropea skond l-Artikolu 4(1), ikunu għad irid jiġi skontat perjodu ta' inqas minn erba’ xhur tal-piena;

(e) fil-mument li l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni rċeviet is-sentenza, għad iridu jiġu skontati anqas minn sitt xhur tal-piena;

Ġustifikazzjoni

Skond l-Artikolu 7. Minimu ta' sitt xhur li jridu jiġu skontati fl-Istat ta' eżekuzzjoni jsaħħaħ l-idea ta' rijabilitazzjoni.

Emenda 48

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (f)

il-persuna konċernata ma tagħtix il-kunsens tagħha għat-trasmissjoni ta' l-ordni ta’ infurzar Ewropea u l-ordni ingħatat għall-finijiet ta’ l-infurzar ta’ piena imposta b’deċiżjoni mogħtija in absentia, billi l-persuna ma ġietx imħarrka personalment jew b’xi mod ieħor informata bid-data u l-post tal-proċedimenti li rriżultaw fid-deċiżjoni mogħtija in absentia, jew billi l-persuna ma indikatx lil awtorità kompetenti li hija ma tikkontestax il-proċedimenti;

(f) is-sentenza ngħatat in absentia, sakemm iċ-ċertifikat ma jistqarrx li l-persuna tħarrket personalment jew ġiet infurmata permezz ta' rappreżentant kompetenti skond il-liġi nazzjonali, bil-ħin u l-post fejn se jsiru il-proċedimenti u li għalhekk is-sentenza ngħatat in absentia;

Emenda 49

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (g)

il-persuna fiżika li fir-rigward tagħha ingħatat l-ordni ta’ infurzar Ewropea la għandha n-nazzjonalità ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni, lanqas hija residenti legalment u permanentement f'dak l-Istat u lanqas m’għadha għandha rabtiet stretti ma’ dak l-Istat.

imħassar

Emenda 50

Artikolu 9, paragrafu 2

2. Fil-każijat imsemmija fil-paragrafu 1(a), (f) u (g), qabel ma jiġi deċiż li ma tiġix rikonoxxuta u infurzata ordni ta’ infurzar Ewropea, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz xieraq, u għandha, fejn ikun il-każ, titlobha sabiex tipprovdi mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni ulterjuri meħtieġa.

2. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (aa), (ab), u (f), qabel ma jiġi deċiż li ma tiġix rikonoxxuta s-sentenza u infurzata l-piena, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz xieraq, u għandha, fejn ikun il-każ, titlobha sabiex tipprovdi mingħajr dewmien kwalunkwe informazzjoni ulterjuri meħtieġa.

Emenda 51

Artikolu 9, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Ir-rikonoxximent tas-sentenza jista' jkun pospost fl-Istat ta' eżekuzzjoni meta ċ-ċertifikat stipulat fl-Artikolu 4 m'huwiex komplet jew ma jikkorrispondix għas-sentenza b'mod ċar.

Ġustifikazzjoni

Ibbażata fuq l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Mandat ta' Infurzar Ewropew.

Emenda 52

Artikolu 10, titolu

Deċiżjoni dwar l-ordni ta’ infurzar Ewropea u limiti ta’ żmien

Deċiżjoni dwar l-infurzar tas-sentenza u limiti ta' żmien

Ġustifikazzjoni

Peress li t-terminu 'Ordni ta' infurzar Ewropea' ġie emendat fit-test kollu.

Emenda 53

Artikolu 10, paragrafu 1

1. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha, malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien massimu ta’ tliet ġimgħat mir-riċezzjoni ta’ l-ordni ta’ infurzar Ewropea, tiddeċiedi jekk tinfurzahiex.

1. L-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista’ jkun jekk tirrikonoxxix is-sentenza u jekk tinfurzax il-piena u għandha tinforma lill-Istat emittenti bid-deċiżjoni, anke bi kwalunkwe deċiżjoni dwar il-piena skond l-Artikolu 8 paragrafi 2 u 3.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-limiti ta' żmien ikunu qosra iżda realistiċi.

Emenda 54

Artikolu 10, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Sakemm ma teżistix raġuni għal posponiment skond l-Artikolu 9 paragrafu 2a, id-deċiżjoni finali dwar ir-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena għandha tittieħed fi żmien 30 ġurnata mindu kienu rċevuti s-sentenza u ċ-ċertifikat.

Emenda 55

Artikolu 10, paragrafu 1 b (ġdid)

 

1b. F'każijiet oħrajn u sakemm ma teżistix raġuni għal posponiment skond l-Artikolu 9 paragrafu 2a, id-deċiżjoni finali dwar ir-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena għandha tittieħed fi żmien 60 ġurnata mindu kienu rċevuti s-sentenza u ċ-ċertifikat.

Emenda 56

Artikolu 10, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Meta f'każijiet speċifiċi m'huwiex possibbli li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena sal-limiti ta' żmien stipulati f'paragrafi 1a u 1b, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni għandu jinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti dwar dan u dwar ir-raġunijiet mingħajr dewmien. F'każijiet bħal dawn, il-limiti ta' żmien jistgħu jiġu estiżi bi 30 ġurnata oħra.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-limiti ta' żmien ikunu qosra iżda realistiċi.

Emenda 57

Artikolu 11, paragrafu 1

1. Jekk persuna li fir-rigward tagħha ingħatat ordni ta’ infurzar Ewropea tinsab fl-Istat emittenti, il-persuna għandha tiġi trasferita lejn l-Istat ta’ eżekuzzjoni mill-iktar fis possibbli fi żmien miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti u ta’ dak ta’ eżekuzzjoni.

1. Jekk persuna kundannata qegħda fl-Istat emittenti, il-persuna għandha tiġi trasferita lejn l-Istat ta' eżekuzzjoni u mhux aktar tard minn 30 ġurnata wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni dwar ir-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-limiti ta' żmien ikunu qosra iżda realistiċi.

Emenda 58

Artikolu 11, paragrafu 2

2. Il-persuna għandha tiġi trasferita mhux aktar tard minn ġimgħatejn wara li tkun ingħatat id-deċiżjoni definittiva dwar l-infurzar ta’ l-ordni ta’ infurzar Ewropea.

imħassar

Emenda 59

Artikolu 11, paragrafu 3

3. Jekk it-trasferiment tal-persuna fiż-żmien stabbilit fil-paragrafu 2 huwa mpedit minn ċirkostanzi imprevedibbli, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti u ta’ dak ta’ eżekuzzjoni għandhom jikkuntattjaw lil xulxin minnufih u jiftehmu dwar data ġdida ta’ trasferiment.

3. Jekk it-trasferiment tal-persuna fiż-żmien stipulat fil-paragrafu 1 ma jistax isir minħabba ċirkostanzi imprevedibbli, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti u ta’ dak ta’ eżekuzzjoni għandhom jikkuntattjaw lil xulxin minnufih. It-trasferiment għandu jseħħ hekk kif dawn iċ-ċirkustanzi ma jibqgħux jeżistu. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni u t-tnejn flimkien għandhom jaqblu dwar data ġdida ta’ trasferiment. F'dak il-każ, it-trasferiment għandu jseħħ fi żmien 10 ijiem minn mindu ntlaħaq ftehim dwar id-data l-ġdida.

Ġustifikazzjoni

Skond l-Artikolu 23 paragrafu4 tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Mandat ta' Arrest Ewropew.

Emenda 60

Artikolu 12, paragrafu 1

1. Kull Stat Membru għandu jippermetti t-transitu fit-territorju tiegħu ta’ persuna kundannata li tkun qiegħda tiġi trasferita lejn l-Istat ta’ eżekuzzjoni sakemm ikun ġie mogħti informazzjoni dwar:

1. Kull Stat Membru konċernat għandu jkun infurmat dwar it-transitu fit-territorju tiegħu ta' persuna kundannata li tkun qiegħda tiġi trasferita lejn l-Istat ta' eżekuzzjoni u għandha tingħata kopja taċ-ċertifikat mill-Istat emittenti.

l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna li tkun is-suġġett ta’ l-ordni ta’ infurzar Ewropea;

 

l-eżistenza ta’ ordni ta’ infurzar Ewropea;

 

in-natura u l-kwalifikazzjoni legali tar-reat li fuqu hija bbażata l-ordni ta’ infurzar Ewropea;

 

id-deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi tar-reat, inklużi d-data u l-post.

 

Ġustifikazzjoni

Kieku tingħata l-informazzjoni minflok il-permess tat-transitu l-proċess ikun inqas burokratiku.

Emenda 61

Artikolu 12, paragrafu 2

2. It-talba ta' transitu u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu trasmessi bi kwalunkwe mezz kapaċi li jipproduċi rekord bil-miktub. L-Istat Membru ta’ transitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu, li għandha tittieħed fuq bażi ta’ prijorità u mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jkun irċieva t-talba, bl-istess proċedura.

2. It-talba ta' transitu u ċ-ċertifikat imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu trasmessi bi kwalunkwe mezz kapaċi li jipproduċi rekord bil-miktub. L-Istat Membru ta’ transitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu, li għandha tittieħed fuq bażi ta’ prijorità u mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jkun irċieva t-talba, bl-istess proċedura.

Emenda 62

Artikolu 12, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. L-Istat Membru ta' transitu jista' jżomm il-persuna kundannata arrestata għaż-żmien biss li huwa neċessarju għal transitu mit-territorju tiegħu.

Emenda 63

Artikolu 12, paragrafu 3

3. Mhijiex meħtieġa talba ta’ transitu fil-każ ta’ trasport bl-ajru mingħajr waqfa programmata. Madankollu, fil-każ ta' atterraġġ mhux programmat, l-Istat emittenti għandu jipprovdi l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1.

3. Mhijiex meħtieġa informazzjoni ta’ transitu fil-każ ta’ trasport bl-ajru mingħajr waqfa programmata. Madankollu, fil-każ ta' nżul mhux programmat, l-Istat emittenti għandu jipprovdi l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 fi żmien 48 siegħa.

Emenda 64

Artikolu 13, paragrafu 1

1. L-infurzar ta’ ordni ta’ infurzar Ewropea għandu jiġi rregolat mil-liġi ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni bl-istess mod tal-pieni imposti minn dak l-Istat. L-awtoritajiet ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni biss għandhom ikunu kompetenti, suġġett għall-paragrafi 2 u 3, sabiex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għall-infurzar u sabiex jiddeterminaw il-miżuri kollha relattivi għalihom, inklużi r-raġunijiet għal-liberazzjoni kondizzjonali.

1. L-infurzar ta' piena għandha tiġi rregolata mil-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni. L-awtoritajiet ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni biss għandhom ikunu kompetenti, suġġett għall-paragrafi 2 u 3, sabiex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għall-infurzar u sabiex jiddeterminaw il-miżuri kollha relattivi għalihom, inklużi r-raġunijiet għal-liberazzjoni kondizzjonali.

Emenda 65

Artikolu 13, paragrafu 2

2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tnaqqas kwalunkwe perjodu ta' privazzjoni tal-libertà skontat fl-Istat emittenti jew fi Stat ieħor in konnessjoni mal-piena li fir-rigward tagħha ngħatat l-ordni ta’ infurzar Ewropea mill-perjodu ta' żmien totali ta' privazzjoni tal-libertà li għandu jiġi skontat fl-Istat ta’ eżekuzzjoni.

2. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tnaqqas il-perjodu kollu ta' tiċħid tal-libertà skontat mill-persuna kundannata in konnessjoni mal-piena li fir-rigward tagħha ngħatat is-sentenza mill-perjodu ta' żmien totali ta' tiċħid tal-libertà li għandu jiġi skontat fl-Istat ta’ eżekuzzjoni.

Emenda 66

Artikolu 13, paragrafu 3

3. Sakemm mhux miftiehem mod ieħor bejn l-Istat emittenti u dak ta’ eżekuzzjoni, il-libertà kondizzjonali tista’ tingħata biss jekk il-persuna kundannata skontat totali ta’ mhux inqas min-nofs tas-sentenza fl-Istat emittenti u f'dak ta’ eżekuzzjoni.

3. Sakemm mhux miftiehem mod ieħor bejn l-Istat emittenti u dak ta’ eżekuzzjoni, il-libertà kondizzjonali tista’ tingħata biss jekk il-persuna kundannata skontat totali ta’ mhux inqas min-nofs tas-sentenza fl-Istat emittenti u f'dak ta’ eżekuzzjoni jew piena ta' tul ta' żmien speċifiku li huwa konsistenti mal-liġi ta' l-Istat ta' emissjoni u dak ta' eżekuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Fl-opinjoni tiegħu tat-22 ta' Jannar, il-Kumitat ta' l-Esperti dwar l-Operat tal-Konvenzjonijiet Ewropej fil-Qasam Penali tal-Kunsill ta' l-Ewropa oġġezzjona għall-fatt li jekk ikun stipulat perjodu ta' żmien minimu, dan ikun ta' ħsara għall-flessibilità u ma jippermettix li tinstab soluzzjoni każ b'każ. Għalhekk il-kumitat esprima ruħu favu miżura bbażata fuq l-idea ta' 'perjodu ta' żmien speċifiku li huwa konsistenti ma' l-għanijiet tal-ġustizzja'.

Emenda 67

Artikolu 14, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Il-paragrafu 1 japplika għal persuni trasferiti meta jgħaddu minn Stati Membri ta' transitu.

Ġustifikazzjoni


Ir-regola ta' l-ispeċjalità trid tkun inkluża sabiex tħares id-drittijiet tal-persuni kundannati, peress li l-kunsens tagħhom m'għadux meħtieġ.

Emenda 68

Artikolu 15, paragrafu 1

1. Amnestija jew maħfra jistgħu jingħataw mill-Istat emittenti kif ukoll mill-Istat ta’ eżekuzzjoni.

1. Amnestija jew maħfra tista' tingħata mill-Istat emittenti b'konsultazzjoni ma' l-Istat ta' eżekuzzjoni, jew mill-Istat ta' eżekuzzjoni.

Ġustifikazzjoni

M'huwiex aċċettabbli li l-Istat emittenti jkollu d-dritt li jagħti amnestija jew maħfra jekk il-persuna kundannata ġiet trasferita lejn l-Istat ta' eżekuzzjoni u l-liġi li dak l-Istat japplika.

Emenda 69

Artikolu 17, punt (b)

bi kwalunkwe deċiżjoni li ma tiġix rikonoxxuta u infurzata ordni ta’ infurzar Ewropea skond l-Artikolu 9, kif ukoll bir-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(b) bi kwalunkwe deċiżjoni li ma tiġix rikonoxxuta s-sentenza u infurzata l-piena skond l-Artikolu 9, kemm jekk kollha jew parti minnha, kif ukoll bir-raġunijiet għad-deċiżjoni;

Emenda 70

Artikolu 17, punt (c)

bl-adattament tal-piena skond l-Artikolu 8(2) jew (3), kif ukoll bir-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(c) bi kwalunkwe deċiżjoni dwar il-piena skond l-Artikolu 8(2) jew (3), kif ukoll bir-raġunijiet għad-deċiżjoni, u billi jitqiesu d-differenzi fil-liġi ta' l-Istati Membri konċernati;

Ġustifikazzjoni

Tinħtieġ attenzjoni partikulari għad-differenzi fil-pieni mogħtija bejn l-Istati Membri.

Emenda 71

Artikolu 17, punt (d)

bin-nuqqas, totali jew parzjali, ta' l-infurzar ta’ l-ordni għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 8(4), 13(1) u 15(1) – kif ukoll bir-raġunijiet għad-deċiżjoni – u, fil-każ tan-nuqqas parzjali ta' infurzar għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 8(4), għandha ssir talba għal indikazzjoni ta' liema parti tal-piena tirriferi għall-atti in kwistjoni;

(d) bin-nuqqas, totali jew parzjali, ta' l-infurzar tal-piena għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 13(1) u 15(1) kif ukoll bir-raġunijiet għad-deċiżjoni;

Emenda 72

Artikolu 17, punt (e)

bil-fatt li l-persuna konċernata għadha ma bdietx tiskonta s-sentenza mingħajr raġuni;

imħassar

Emenda 73

Artikolu 17, punt (g a) (ġdid)

 

(ga) ladarba s-sentenza ġiet rikonoxxuta u aċċettata.

Emenda 74

Artikolu 17 a (ġdid)

 

Artikolu 17a

Lingwi

 

Iċ-ċertifikat, li l-forma standard tiegħu hija stipulata fl-Anness, għandu jkun tradott fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’, meta din id-Deċiżjoni ta' Qafas tiġi adottata jew f’data aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew iżjed mil-lingwi uffiċjali l-oħra ta’ l-Unjoni.

  • [1]  ĠU C 150, 21.6.2005, p.1.
  • [2]  

NOTA SPJEGATTIVA

1. Introduzzjoni

Din hija inizjattiva ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Iżvezja li l-għan tagħha huwa li tħaffef il-proċess li bih persuni kundannati jiġu trasferiti għal Stat partikulari li b'xi mod dik il-persuna għandha rabtiet miegħu u fejn huwa maħsub li x'aktarx tista' sseħħ l-aqwa rijabilitazzjoni soċjali. Id-Deċiżjoni ta' Qafas tagħti l-possibilità ta' mekkaniżmu mgħaġġel għar-rikonoxximent u l-infurzar minn Stat Membru li dik il-persuna hija ċittadina tiegħu, fejn hija residenta legali jew għandha rabtiet mill-qrib, ta' pieni li jinvolvu t-tiċħid tal-libertà jew miżuri ta' sigurtà (fil-każ ta' ġenn jew responsabilità mnaqqsa) li ġew imposti fuq dik il-persuna minn qorti ta' Stat Membru ieħor.

L-inizjattiva tqis il-konklużjonijiet ta' Tampere u, b'mod partikulari, it-tisħiħ tar-rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet f'kwistjonijiet kriminali, l-inkoraġġiment tal-fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, l-iżvilupp mill-Unjoni ta' politika koeżiva f'kwistjonijiet kriminali sabiex ikun hemm ġlieda effettiva kontra r-reati serji fil-forom kollha tagħhom, b'mod partikulari billi jiġu stipulati pieni minimi.

Skond il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tal-21 ta' Marzu 1983 dwar it-Trasferiment ta' Persuni Kundannati, li l-Istati Membri kollha rratifikaw, persuni kundannati jistgħu jiġu trasferiti biss għall-Istat li huma ċittadini tiegħu biex jiskontaw il-piena li fadlilhom u bil-kunsens tagħħom biss u dak ta' l-Istati involuti. Il-Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni tat-18 ta' Diċembru 1997 li, għandu jkun innotat, ma ġiex irratifikat mill-Istati Membri kollha, jillimita l-iskop tal-kunsens tal-persuna kundannata.

L-ewwel skambju ta' opinjonijiet seħħ fil-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fil-... u tqassam dokument ta' ħidma.

2. L-għan tal-proposta

It-test oriġinali (7307/05 COPEN 54) diġà ġie emendat mill-grupp ta' ħidma responsabbli tal-Kunsill, u dan ipproduċa l-punti ewlenin li ġejjin fid-dokument:

· is-sistema użata hija ċertifikat (forma standard) li jitressaq għall-infurzar flimkien ma' l-ordni li timponi l-piena, skond l-Artikolu 7, paragrafu 1 tad-Deċiżjoni ta' Qafas dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' multi finanzjarji (ĠU L 76, 22 Marzu 2005) minflok il-Mandat ta' Arrest Ewropew, li għalih għamel referenza d-dokument ta' ħidma oriġinali;

· il-kriterji biex persuna kundannata tiġi trasferita minn Stat Membru għal ieħor sabiex tkun tista' tiskonta l-bqija tal-piena hemmhekk huma: (a) ċittadinanza flimkien ma' residenza legali, (b) residenza legali permanenti, u (c) l-Istat li l-persuna kundannata tagħti l-kunsens tagħha biex tiġi trasferita fih u li miegħu għandha rabtiet mill-qrib. Fil-proċess tat-tressiq ta' l-ordni lill-Istat ta' eżekuzzjoni, issir dispożizzjoni għal sottomissjonijiet orali jew bil-miktub ta' l-opinjonijiet tal-persuna kundannata jekk m'għandhiex id-dritt ta' l-appell;

· lista ta' 32 reat, identika għal dik li hemm fid-Deċiżjoni ta' Qafas 2002/584/ ĠAI dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew, li għaliha m'hemmx bżonn verifika tal-kriminalità doppja ta' l-att sabiex tiġi rikonoxxuta u infurzata piena li tinvolvi t-tiċħid tal-libertà;

· proċedura biex, skond ċertu ċirkostanzi, tiġi adattata s-sanzjoni għal multa oħra kompatibbli mal-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjon, jekk dik is-sanzjoni m'hijiex kompatibbli fir-rigward tat-tul ta' żmien jew tan-natura tagħha; F'kull każ, il-proposta trid tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10, paragrafu 2, tal-Konvenzjoni dwar it-Trasferiment ta' Persuni Kundannati tal-Kunsill ta' l-Ewropa tal-21 ta' Marzu 1983 li japplika l-prinċipju ta 'tisħiħ kontinwu' u mhux dak ta "l-adattament tas-sanzjoni", li huwa l-kuntrarju tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku. M'hemm l-ebda ċirkustanza li fiha s-sanzjoni tista' titbiddel f'multa finanzjarja u lanqas m'huwa possibbli li s-sanzjoni tkun iktar ħarxa mill-multa imposta fl-Istat emittenti;

· raġunijiet biex l-ordni ma tiġix rikonoxxuta u infurzata jinkludu: (a) in-nuqqas li wieħed jimla ċ-ċertifikat, (b) in-nuqqas li jintlaħqu l-kriterji li fuqhom huwa bbażat it-trasferiment tal-persuna kundannata, (c) il-ksur tal-prinċipju "ne bis in ide", (d) il-kundanna għal reat li m'huwiex elenkat fl-Artikolu 7, (e) il-preskrizzjoni, (f) l-eżistenza tar-refuġju jew tal-privileġġ, (g) in-nuqqas ta' responsabilità kriminali tal-persuna, u (h) il-bqija tal-piena li trid tiġi skontata hija anqas minn erba' xhur.

3. L-opinjoni tar-Rapporteur

1.        Jeħtieġ li jkun iċċarat it-terminu "li miegħu l-persuna għandha rabtiet mill-qrib", li f'dak il-każ l-ordni titressaq biss bil-kunsens tal-persuna kundannata. Għandu jkun hemm ukoll distinzjoni ċara bejn il-kriterji "ċittadinanza" u "residenza permanenti".

2.        It-terminu "opinjoni" (l-opinjoni orali jew bil-miktub tal-persuna kundannata) jista' jkun rivedut peress li ma jispeċifikax il-konsegwenza prattika ta' meta dik l-opinjoni titqies f'termini tat-trasferiment u l-għażla ta' l-Istat.

3.        Il-vittma(i) tal-persuna kundannata wkoll għandhom jingħataw l-opportunità li jiġu infurmati dwar l-ordni biex tiġi trasferita dik il-persuna għal Stat Membru ieħor, skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI tal-15 ta' Marzu 2001 dwar il-pożizzjoni tal-vittmi f'proċeduri kriminali. B'mod partikulari, għandha titqies il-pożizzjoni vulnerabbli tal-vittmi, proċeduri ta' kumpens li huma possibbli u d-dritt tagħhom li jkunu infurmati dwar ir-riżultat tal-proċeduri u li jkunu preżenti waqt il-proċeduri, liema dritt jitneħħa f'każ li l-persuna kundannata tiġi trasferita x'imkien ieħor. Għalhekk, ikunu garantiti t-trattament ugwali, u r-rispett għad-dinjità tagħhom, u d-drittijiet u l-interessi legali tagħhom fil-proċess ikunu żgurati.

4.        Hemm ħafna riżervi dwar il-ħtieġa li tkun inkluża l-lista speċifika ta' reati. Il-piena minima għandha tkun ta' tliet snin u mhux aktar, u għandu jkun żgurat ukoll li talanqas ikun hemm perjodu ta' sitt xhur li jridu jiġu skontati fl-Istat ta' eżekuzzjoni. Il-verifika ta' l-eżistenza ta' kriminalità doppja ma tippermettix li dawk li jkunu trasferiti jiskontaw piena għal att li l-pajjiż li fih se jkunu trasferiti ma jqisux bħala reat.

5.        L-adattament tal-piena stipulata fil-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tiġi trattata b'attenzjoni partikulari minħabba d-differenzi fil-pieni mogħtija bejn l-Istati Membri.

6.        Id-dejta meħtieġa waqt il-proċedura ta' transitu hija eċċessiva, eż. "in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat", "deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi tar-reat". Il-proċedura kollha hija eċċessivament burokratika u formali. Barra minn hekk, ir-rapporteur tagħkom għandu riżervi dwar referenza għal Stat Membru ta' l-UE li "jippermetti" lil Stat membru ieħor it-transitu ta' persuna kundannata mit-territorju tiegħu, peress li qed nirreferu għal zona waħda li fiha hemm il-moviment ħieles ta' l-individwi u fejn il-fruntieri tneħħew. (Forsi l-prinċipju ta' l-ispeċjalità għandu jkun estiż biex jinkludi dawk l-Istati Membri li minnhom il-persuna kundannata tgħaddi fi transitu.

7.        B'mod partikulari, peress li qed jippruvaw jirrestrinġu l-iskop tal-kunsens tal-persuna kundannata, il-prinċipju ta' l-ispeċjalità għandu jitħares sabiex ikun żgurat li l-persuna kundannata ma titressaqx il-qorti għal atti li m'humiex dawk li għalihom qed tiskonta l-piena.

8.        M'huwiex aċċettabbli li l-Istat emittenti jkollu d-dritt li jagħti amnestija, maħfra jew ta' reviżjoni jekk il-persuna kundannata ġiet trasferita għall-Istat ta' eżekuzzjoni u mbagħad tapplika l-liġi ta' dak l-Istat. Jekk jista' jkun wara konsultazzjoni ma' l-Istat emittenti.

9.        Suġġett għad-dibattitu: l-idea li tkun promossa Liġi Kriminali Ewropea.

PROĊEDURA

Titolu

Inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Iżvezja għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-ordni ta' infurzar Ewropea u t-trasferiment ta' persuni kundannati bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea

Referenzi

7307/2005 – C6‑0139/2005 - 2005/0805(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

18.5.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE
26.5.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Ioannis Varvitsiotis
4.7.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2006

20.3.2006

18.4.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

15.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Johannes Blokland, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Maria Carlshamre, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Elly de Groen-Kouwenhoven, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Romano Maria La Russa, Sarah Ludford, Antonio Masip Hidalgo, Claude Moraes, Lapo Pistelli, Martine Roure, Inger Segelström, Antonio Tajani, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Camiel Eurlings, Giovanni Claudio Fava, Sophia in 't Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Bill Newton Dunn, Marie-Line Reynaud

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Emine Bozkurt, Pasqualina Napoletano

Data tat-tressiq

17.5.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...