RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi

23.5.2006 - (COM(2005)0343 – C6‑0246/2005 – 2005/0138(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Alexander Alvaro
'Rapporteur' għal opinjoni (*): Udo Bullman, Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
(*) Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati – Regola 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2005/0138(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0196/2006

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi

(COM(2005)0343 – C6‑0246/2005 – 2005/0138(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0343)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6 0246/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6 0196/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tissostitwixxiha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa -1 (ġdida)

(-1) Il-moviment ta' flus minn sorsi illegali permezz ta' trasferimenti ta' fondi jista' jagħmel ħsara lill-istabilità u r-reputazzjoni tas-settur finanzjarju u jhedded is-suq waħdieni, u t-terroriżmu jheżżeż il-pedamenti ewlenin tas-soċjetà tagħna. Is-saħħa, l-integrità u l-istabilità tas-sistema ta' trasferimenti ta' fondi u kunfidenza fis-sistema finanzjarja globali jistgħu jiġu pperikolati serjament bl-isforzi tal-kriminali u l-assoċjati tagħhom jew biex jgħattu l-oriġini tad-dħul kriminali jew biex jittrasferixxu l-fondi għal raġunijiet terroristi.

Ġustifikazzjoni

Hija neċessarja li tiġi identifikata r-rabta bejn it-theddida tat-terroriżmu u l-effetti possibbli tagħha fuq il-kunfidenza fis-sistema finanzjarja globali.

Emenda 2

Premessa -1 a (ġdida)

(-1a) Sabiex dawk imdaħħla fil-ħasil tal-flus u fl-iffinanzjar tat-terroristi jiffaċilitaw l-attivitajiet kriminali tagħhom, huma jistgħu jippruvaw jieħdu vantaġġ mil-libertà tal-movimenti ta' kapitali li hija inkluża fil-qasam finanzjarju integrat, jekk ċertu miżuri li jikkoordinaw mhumiex adottati f'livell Komunitarju. Skond id-daqs tagħha, azzjoni Komunitarja għandha tiżgura li r-Rakkomandazzjoni Speċjali VII tat-Task Force għal Azzjoni Finanzjarja (minn issa 'l quddiem imsemmija bħala l-FATF) hija trasposta b'mod uniformi madwar l-UE, u b'mod partikolari, li m'hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn pagamenti nazzjonali fi Stat Membru u pagamenti transkonfinali bejn Stati Membri. Azzjoni mhux koordinata mill-Istati Membri waħedha fil-qasam tat-trasferimenti tal-fondi transkonfinali jista' jkollha impatt sinifikattiv fuq it-tħaddim bla xkiel tas-sistemi tal-ħlas fil-livell ta’ l-UE, u għalhekk tagħmel il-ħsara fis-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Approċċ mhux ta' l-UE jista' jkollu impatt sinifikattiv fuq is-suq intern Ewropew.

Emenda 3

Premessa 1

(1) Wara l-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti fil-11 ta’ Settemrbu 2001, il-Kunsill Ewropew staordinarju fil-21 ta’ Settembru 2001 reġa’ saħaq li l-ġlieda kontra t-terroriżmu hu għan ewlieni ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew approva pjan ta’ azzjoni li jittratta kooperazzjoni aħjar ġudizzjarja u tal-pulizija li jiżviluppa strumenti legali internazzjonali kontra t-terroriżmu, li jwaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu, isaħħaħ is-sigurtà fl-ajru u konsistenza akbar bejn il-politika relevanti kollha. Dan il-pjan ta’ azzjoni kien rivedut mill-Kunsill Ewropew wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Marzu 2004 f’Madrid, u issa jindirizza speċifikament il-bżonn li jiżgura l-qafas leġiżlattiv maħluq mill-Komunità bl-iskop li jkun miġġieled it-terroriżmu u titjieb l-kooperazzjoni ġudizzjarja. Hu adattat għad-disa' Rakkomandazzonijiet Speċjali kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu adottat mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (FATF).

(1) Wara l-attakki terroristiċi fl-Istati Uniti fil-11 ta’ Settemrbu 2001, il-Kunsill Ewropew straordinarju fil-21 ta’ Settembru 2001 reġa’ saħaq li l-ġlieda kontra t-terroriżmu hu għan ewlieni ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew approva pjan ta’ azzjoni li jittratta kooperazzjoni aħjar ġudizzjarja u tal-pulizija li jiżviluppa strumenti legali internazzjonali kontra t-terroriżmu, li jwaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu, isaħħaħ is-sigurtà fl-ajru u konsistenza akbar bejn il-politika relevanti kollha. Dan il-pjan ta’ azzjoni kien rivedut mill-Kunsill Ewropew wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta’ Marzu 2004 f’Madrid, u issa jindirizza speċifikament il-bżonn li jiżgura l-qafas leġiżlattiv maħluq mill-Komunità bl-iskop li jkun miġġieled it-terroriżmu u titjieb il-kooperazzjoni ġudizzjarja. Hu adattat għad-disa' Rakkomandazzonijiet Speċjali kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu adottat mill-FATF.

Ġustifikazzjoni

Ir-riżultati ta' abbozz mill-ġdid tal-premessa 0b (ġdida).

Emenda 4

Premessa 2

(2) Sabiex ikun evitat il-finanzjament tat-terroriżmu, ittieħdu miżuri bl-għan li jkunu ffriżati fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, gruppi u entitajiet, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jkun miġġieled it-terroriżmu, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, ix-xibka ta' l-Al-Qaida u t-Talibani, u li jneħħi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afghanistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjir u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rispett tat-Talibani ta’ l-Afghanistan. Għall-istess skop, ittieħdu miżuri bl-għan li tiġi mħarsa s-sistema finanzjarja kontra d-devjazzjoni tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għal skopijiet ta’ terroriżmu. Id-Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskopijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu[2] fiha numru ta’ miżuri bl-għan li jkun miġġieled l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu dawk il-miżuri kollha ma jipprevenux bis-sħiħ it-terroristi u kriminali oħra milli jkollhom aċċess għal sistemi ta’ ħlas biex iċaqilqu l-fondi tagħhom.

_______________

1 ĠU L ..., ......2005, p. .. (trid tkun ippubblikata, 2004/0137/COD).

(2) Sabiex ikun evitat il-finanzjament tat-terroriżmu, ittieħdu miżuri bl-għan li jkunu ffriżati fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, gruppi u entitajiet, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jkun miġġieled it-terroriżmu, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, ix-xibka ta' l-Al-Qaida u t-Talibani, u li jneħħi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afghanistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjir u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rispett tat-Talibani ta’ l-Afghanistan. Għall-istess skop, ittieħdu miżuri bl-għan li tiġi mħarsa s-sistema finanzjarja kontra d-devjazzjoni tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għal skopijiet ta’ terroriżmu. Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskopijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fiha numru ta’ miżuri bl-għan li jkun miġġieled l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu dawk il-miżuri kollha ma jipprevenux bis-sħiħ it-terroristi u kriminali oħra milli jkollhom aċċess għal sistemi ta’ ħlas biex iċaqilqu l-fondi tagħhom.

________________

1 ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

Ġustifikazzjoni

Adozzjoni aġġornata li ssegwi t-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus tas-26 ta' Ottubru 2005.

Emenda 5

Premessa 5 (ġdida)

(5a) Persuni li sempliċiment jaqilbu dokumenti fuq il-karta għal dejta elettronika u qed jaħdmu fuq kuntratt ma' fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma jaqgħux taħt l-iskop ta' dan ir-regolament, lanqas ma hija kwalunkwe persuna fiżika jew legali li tforni lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas sempliċiment b'messaġġ jew sistemi oħra ta' appoġġ għat-trasferiment ta' fondi jew b'sistemi ta' approvazzjoni u sistemi ta' saldu.

Emenda 6

Premessa 5 a (ġdida)

(5a) Persuni li sempliċiment jaqilbu dokumenti fuq il-karta għal dejta elettronika filwaqt li jaħdmu fuq kuntratt ma' fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma jaqgħux taħt l-iskop ta' dan ir-regolament, lanqas ma huma persuni fiżiċi jew legali li jfornu lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas sempliċiment b'messaġġ jew sistemi oħra ta' appoġġ għat-trasferiment ta' fondi jew b'sistemi ta' approvazzjoni u sistemi ta' saldu.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika, diġà meqjusa neċessarja fid-direttiva dwar il-ħasil tal-flus, biex turi li r-regolament m'għandux japplika għal persuni li jipprovdu sistemi ta' appoġġ għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, u huma għalhekk sempliċiment qed jgħaddu messaġġ lil fornituri oħra tas-servizzi tal-ħlas jew qed ifornu xi sistema oħra biex tappoġġja t-trasferiment ta' fondi, lanqas m'għandu japplika għal sistemi ta' approvazzjoni u sistemi ta' saldu (ara wkoll Premessa 34 tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus).

Emenda 7

Premessa 6

(6) Minħabba li hemm riskju iżgħar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mat-trasferimenti tal-fondi minn tranżazzjoni kummerċjali jew fejn il-pagatur u dak li jħallas huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jaġixxu f’isimhom, hu xieraq li dawn it-trasferimenti jkunu eżentati mill-iskop ta' dan ir-Regolament, fuq il-kondizzjoni li tibqa’ dejjem possibbli li l-pagatur ikun ittraċċat.

(6) Fejn hemm riskju iżgħar tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mat-trasferimenti tal-fondi, hu xieraq li dawn it-trasferimenti jkunu eżentati mill-iskop ta' dan ir-Regolament Eżenzjonijiet bħal dawn għandhom ikopru kards ta' kreditu jew debitu, ġbid mill-ATM, debitu dirett, ċekkijiet maqtugħa, ħlas ta' taxxi, multi jew imposti oħra, fejn il-pagatur u dak li jitħallas huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jaġixxu f'isimhom stess.

Flimkien ma' dan, sabiex jidhru l-karatteristiċi tas-sistemi nazzjonali għall-pagamenti, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-pagamenti elettroniċi tal-'giro', sakemm ikun dejjem possibbli li t-trasferiment jiġi intraċċat lura sal-pagatur. Fejn Stati Membri applikaw id-deroga għall-flus elettroniċi fid-Direttiva 2005/60/KE, għandhom japplikaw dik id-deroga skond dan ir-Regolament sakemm l-ammont tat-tranżazzjoni ma jaqbiżx EUR 1 000.

Ġustifikazzjoni

Konformita` ma' l-emenda għall-estensjoni tar-regoli dwar l-eċċezzjonijiet skond l-Artikolu 2, li tiżgura eċċezzjoni effettiva għas-sistemi tal-'giro' f'ċertu Stati Membri li jiggarantixxu t-traċċabilità.

Emenda 8

Premessa 6 a (ġdida)

(6a) L-eżenzjoni mill-flus elettroniċi, kif definit fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/46/KE, tkopri l-flus elettroniċi irrispettivament jekk dak li joħroġ il-flus elettroniċi jgawdix minn rinunzja jew le skond l-Artikolu 8 ta' dik id-direttiva.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk, l-għan huwa li jiġi ċċarat il-punt li l-eżenzjoni ta' l-e-money tirreferi għall-prodotti ta' l-e-money, fi kliem ieħor, li tista' wkoll, jekk hemm bżonn, tiġi applikata lin-nies li joħorġu l-e-money li huma eżentati mid-direttiva ta' l-e-money.

Emenda 9

Premessa 6 a (ġdida)

(6a) L-eżenzjoni mill-flus elettroniċi, kif definit fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/46/KE tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar il-bidu, it-twettiq u s-sorveljanza prudenti tal-ħidma ta' l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi1, tapplika għan-nies kollha li joħorġu l-flus elettroniċi.

________________

1 ĠU L 275, 27.10.2000, p. 39.

Ġustifikazzjoni

Dan biex jiċċara l-punt li l-eżenzjoni għall-e-money tirreferi għall-prodotti ta' l-e-money, li jfisser li hija wkoll applikabbli għal dawk il-flus mibgħuta ta' l-e-money, li huma eżenti mid-Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus.

Emenda 10

Premessa 7

(7) Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-transazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi minħabba l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ identifikazzjoni stretti ħafna mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar, l-obbligu li ssir verifika li l-informazzjoni hi preċiża għandu jkun applikat abbażi tas-sensitività tar-riskju, fir-rigward ta’ trasferimenti ta' fondi lil min jħallas barra l-Komunità sa 1 000 euro.

(7) Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-effiċjenza tas-sistemi ta' ħlas, ir-rekwiżiti għall-verifika ta' trasferimenti bbażati fuq kontijiet u dawk mhux ibbażati fuq kontijiet għandhom jiġu separati. Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-tranżazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi minħabba l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ identifikazzjoni stretti ħafna mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar, fil-każ ta' trasferimenti mhux magħmula minn kont, l-obbligu li ssir verifika li l-informazzjoni tal-pagatur hi preċiża għandu jkun applikat biss għat-trasferimenti individwali li jaqbżu EUR 1 000. Għal trasferimenti bbażati fuq kontijiet, il-fornituri ta' servizzi tal-ħlas mhumiex obbligati li jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-pagatur għal kull trasferiment ta' fondi fejn ikunu ntlaħqu l-obbligi tad-Direttiva 2005/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Tħassir bħala riżultat ta' l-emenda rigward l-Art.5. Issa l-Art.5 se jkun motivat mill-Premessa 9 a.

Emenda 11

Premessa 7

(7) Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-transazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi minħabba l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ identifikazzjoni stretti ħafna mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar, l-obbligu li ssir verifika li l-informazzjoni hi preċiża għandu jkun applikat abbażi tas-sensitività tar-riskju, fir-rigward ta’ trasferimenti ta' fondi lil min jħallas barra l-Komunità sa 1000 euro.

(7) Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-effiċjenza tas-sistemi ta' ħlas, ir-rekwiżiti għall-verifika ta' trasferimenti bbażati fuq kontijiet u dawk mhux ibbażati fuq kontijiet għandhom jiġu separati. Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-tranżazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi minħabba l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ identifikazzjoni stretti ħafna mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar, fil-każ ta' trasferimenti mhux magħmula minn kont, l-obbligu li ssir verifika li l-informazzjoni tal-pagatur hi preċiża għandu jkun applikat biss għat-trasferimenti individwali li jaqbżu EUR 1 000. Għal trasferimenti bbażati fuq kontijiet, il-fornituri ta' servizzi tal-ħlas mhumiex obbligati li jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-pagatur għal kull trasferiment ta' fondi fejn ikunu ntlaħqu l-obbligi tad-Direttiva 2005/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Premessa emendata konformi ma' l-emenda proposta għall-Artikolu 5.

Tieħu post l-Artikolu 5.

Emenda 12

Premessa 12

(12) Minħabba t-theddida potenzjali tal-finanzjament tat-terroriżmu ppreżentata mit-trasferimenti anonimi, huwa xieraq li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur ikun jista' jevita jew jikkorreġi dawn is-sitwazzjonijiet meta jiġi konxju ta’ nuqqas ta' preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur. F’dan ir-rigward, għandha titħalla flessibilità fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur fuq bażi tas-sensittività tar-riskju. Barra minn hekk, il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur għandha tibqa’ r-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur. Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra mill-Komunità, għandhom jkunu applikati obbligi msaħħin ta’ diliġenza fir-rapport mal-klijent, skond l-Artikolu [11] tad-Direttiva 2005/…/KE, fir-rispett ta’ relazzjonijiet bankarji korrispondenti bejn il-fruntieri ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

(12) Minħabba t-theddida potenzjali tal-finanzjament tat-terroriżmu ppreżentata mit-trasferimenti anonimi, huwa xieraq li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur ikun jista' jevita jew jikkorreġi dawn is-sitwazzjonijiet meta jiġi konxju ta’ nuqqas ta' preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur. F’dan ir-rigward, għandha titħalla flessibilità fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur fuq bażi tas-sensittività tar-riskju. Barra minn hekk, il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur għandha tibqa’ r-responsabiltà tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur. Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra mill-Komunità, għandhom ikunu applikati obbligi msaħħin ta’ diliġenza fir-rapport mal-klijent, skond l-Artikolu [13] tad-Direttiva 2005/60/KE, fir-rigward ta’ relazzjonijiet bankarji korrispondenti bejn il-fruntieri ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

Ġustifikazzjoni

Adozzjoni aġġornata li ssegwi t-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus tas-26 ta' Ottubru 2005.

Emenda 13

Premessa 13

(13) Fi kwalunkwe eventwalità, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jeżerċita viġilanza speċjali, fuq valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju, meta isir konxju ta’ nuqqas ta’ preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur, u għandu jirraporta transazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti.

(13) Fi kwalunkwe eventwalità, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jeżerċita viġilanza speċjali, fuq evalwazzjoni bbażata fuq ir-riskju, meta jsir konxju ta’ nuqqas ta’ preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur, u għandu jirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti b'konformita` ma l-obbligi ta' rapport stipulati fil-Kapitlu III tad-Direttiva 2005/60/KE u l-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Jiċċara l-punt li l-Artikolu 9 japplika irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus.

Emenda 14

Premessa 13

(13) Fi kwalunkwe eventwalità, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jeżerċita viġilanza speċjali, fuq valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju, meta isir konxju ta’ nuqqas ta’ preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur, u għandu jirraporta transazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti.

(13) Fi kwalunkwe eventwalità, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jeżerċita viġilanza speċjali, fuq evalwazzjoni bbażata fuq ir-riskju, meta jsir konxju ta’ nuqqas ta’ preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur, u għandu jirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti b'konformita` ma l-obbligi ta' rapport stipulati fil-Kapitlu III tad-Direttiva 2005/60/KE u l-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Jiċċara li l-Artikolu 9 japplika irrispettivament mit-3MLD.

Emenda 15

Premessa 13 a (ġdida)

(13a) Id-dispożizzjonijiet dwar trasferimenti ta' fondi li għandhom informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obligazzjonijiet li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas iridu jissospendu u/jew jirrifjutaw trasferimenti ta' fondi li jivvjolaw dispożizzjonijiet fil-liġi ċivili, amministrattiva jew kriminali.

Ġustifikazzjoni

Jiċċara l-punt li l-Artikolu 9 japplika irrispettivament minn leġiżlazzjoni oħra li tista' tirrikjedi pagatur tas-servizzi tal-ħlas li jissospendi jew jirrifjuta pagament.

Emenda 16

Premessa 15

(15) Ġaladarba fl-investigazzjonijiet kriminali, jista’ ma jkunx possibbli li tkun identifikata d-data meħtieġa jew l-individwi involuti sa ħafna xhur jew anke snin wara t-trasferiment tal-fondi oriġinali, huwa xieraq li ssir eżiġenza fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jżommu rekords ta' informazzjoni dwar il-pagatur għall-iskopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejba ta' u prosekuzzjoni fuq il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. F’soċjetà demokratika, dan il-perjodu għandu jkun limitat. Huwa xieraq li dan il-perjodu jkun ta' ħames snin.

(15) Ġaladarba fl-investigazzjonijiet kriminali, jista’ ma jkunx possibbli li tkun identifikata d-dejta meħtieġa jew l-individwi involuti sa ħafna xhur jew anke snin wara t-trasferiment tal-fondi oriġinali, huwa xieraq li ssir eżiġenza fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jżommu rekords ta' informazzjoni dwar il-pagatur għall-iskopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni u sejba tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. F’soċjetà demokratika, dan il-perjodu għandu jkun limitat.

Ġustifikazzjoni

Skond standards internazzjonali rigward il-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu u l-ħasil ta' flus, organizzazzjonijiet finanzjarji internazzjonali u organizzazzjonijiet relevanti oħra jridu jżommu d-dejta u l-informazzjoni għal mill-inqas ħames snin. Din hija stipulata, per eżempju, f'Rakkomandazzjoni 10 ta' l-FATF kif ukoll fl-Artikolu 30 tad-Direttiva l-ġdida tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għall-għan ta' ħasil ta' flus u ta' finanzjament tat-terroriżmu. L-emenda proposta tiżgura l-istess perjodu għaż-żamma ta' l-informazzjoni fil-livell ta' l-UE għad-dejta kollha relatata mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu, għalkemm pajjiżi individwali jkunu permessi li jagħmlu perjodu itwal li jkun iżjed adattat, billi jitqiesu l-perjodi ta' limitu għas-sejba u għall-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Emenda 17

Premessa 16 a (ġdida)

(16a) In-numru ta' jiem ta' ħidma fl-Istat Membru tal-fornitur tas-servizz ta' ħlas tal-pagatur jiddetermina n-numru ta' jiem li fihom jista' jkun hemm tweġiba għal rikjesti għal informazzjoni dwar il-pagatur.

Ġustifikazzjoni

Jiċċara d-determinazzjoni tal-jiem ta' ħidma.

Emenda 18

Premessa 16 a (ġdida)

(16a) Il-limitu ta' żmien ta' tlitt ijiem ta' xogħol biex ikun hemm risposta għal rikjesti dwar informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur għandu jkun determinat b'referenza għal dispożizzjonijiet nazzjonali li tistabbilixxi ġranet ta' xogħol tal-bank fl-Istati Membri fejn jinsab il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

Ġustifikazzjoni

Neċessarju biex ikunu ċċarati l-perjodi msemmija fl-Artikoli 6 u 13, peress li hemm regoli differenti fl-Istati Membri u f'ċerti każi anki bejn tipi differenti ta' fornituri ta' servizzi tal-ħlas.

Emenda 19

Premessa 17

(17) Minħabba l-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u disswassivi fil-liġi nazzjonali għan-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(17) Minħabba l-importanza tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u disswassivi fil-liġi nazzjonali għan-nuqqas ta' osservanza tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dejta miġbura u maħżuna skond dan ir-Regolament mhijiex użata għal raġunijiet kummerċjali, operazzjonijiet għall-ġbir ta' profili jew 'fishing expeditions'.

Emenda 20

Premessa 18

(18) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Adattament għat-tibdiliet magħmula fl-Artikoli 16 u 17.

Emenda 21

Premessa 18 a (ġdida)

(18a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji, il-Parlament Ewropew talab li hu u l-Kunsill għandu jkollhom irwol indaqs fis-sorveljanza tal-mod kif il-Kummissjoni teżerċita l-irwol eżekuttiv tagħha sabiex jiġu riflessi s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 251 tat-Trattat. Fid-dikjarazzjoni solenni magħmula quddiem il-Parlament Ewropew fl-istess ġurnata mill-President tiegħu, il-Kummissjoni appoġġjat din ir-rikjesta. Fil-11 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni pproponiet emendi lid-Deċiżjoni 1999/468/KE (COM (2002)0719), u ppreżentat proposta emendata fit-22 ta' April 2004 (COM(2004)0324). Il-Parlament Ewropew ma jikkunsidrax li din il-proposta żżomm il-prerogattivi leġiżlattivi tagħha. Skond il-Parlament Ewropew, hu u l-Kunsill għandu jkollhom l-opportunità li jevalwaw l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni f'perjodu stabbilit. Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu li matulu l-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni jiġi limitat.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv hu li d-dispożizzjonijiet kumitoloġiċi tar-regolament dwar informazzjoni dwar il-pagatur ikunu konformi ma' dawk adottati fid-direttiva ta' l-Adegwatezza tal-Kapital.

Emenda 22

Premessa 18 a (ġdida)

(18a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji1, il-Parlament talab li hu u l-Kunsill għandu jkollhom irwol indaqs fis-sorveljanza tal-mod kif il-Kummissjoni teżerċita l-irwol eżekuttiv tagħha sabiex jiġu riflessi s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 251 tat-Trattat. Fid-dikjarazzjoni solenni li saret quddiem il-Parlament Ewropew fl-istess ġurnata mill-President tagħha, il-Kummissjoni appoġġjat din it-talba. Fil-11 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni pproponiet emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 u stabbiliet il-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni2, u mbagħad issottomettiet proposta emendata fit-22 ta' April 2004. Il-Parlament ma jikkunsidrax li din il-proposta tippreserva l-prerogattivi leġiżlattivi tagħha. Skond il-Parlament Ewropew, hu u l-Kunsill għandu jkollhom l-opportunità li jevalwaw l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni f'perjodu stabbilit. Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu li matulu l-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni jiġi limitat.

___________________

1 ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 115.

2 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv hu li d-dispożizzjonijiet kumitoloġiċi tar-regolament dwar informazzjoni dwar il-pagatur ikunu konformi ma' dawk adottati fid-direttiva ta' l-Adegwatezza tal-Kapital.

Emenda 23

Premessa 18 b (ġdida)

(18b) Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tliet xhur mill-ewwel trażmissjoni ta' abbozz ta' emendi u ta' miżuri ta’ implimentazzjoni biex ikun jista' jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f'każijiet urġenti u ġġustifikati kif suppost, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jitqassar. Jekk, waqt dak il-perjodu, tiġi adottata xi riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina l-abbozz ta' emendi jew miżuri.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv hu li d-dispożizzjonijiet kumitoloġiċi tar-regolament dwar informazzjoni dwar il-pagatur ikunu konformi ma' dawk adottati fid-direttiva ta' l-Adegwatezza tal-Kapital.

Emenda 24

Emenda 25

Premessa 19

(19) Numru ta' pajjiżi u territorji li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Komunità jaqsmu unjoni monetarja jew jiffurmaw parti miż-żona monetarja ta’ Stat Membru u stabbilixxew sħubija fis-sistemi ta’ ħlas u approvazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Sabiex ikun evitat effett negattiv sinifikattiv fuq l-ekonomiji ta’ dawk il-pajjiżi jew territorji li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq it-trasferimenti ta’ fondi bejn l-Istati Membri konċernati u dawk il-pajjiżi u territorji, hu xieraq li jkun hemm provvediment għall-possibbiltà ta’ dawn it-trasferimenti li għandhom ikunu trattati bħala trasferimenti ta’ fondi f'dak l-Istat Membru.

(19) Numru ta' pajjiżi u territorji li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Komunità jaqsmu unjoni monetarja jew jiffurmaw parti miz-zona monetarja ta’ Stat Membru jew iffirmaw konvenzjoni monetarja ma' l-Unjoni Ewropea rrappreżentata minn Stat Membru u għandhom fornituri ta' servizzi tal-ħlas li jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta’ ħlas u approvazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Sabiex ikun evitat effett negattiv sinifikattiv fuq l-ekonomiji ta’ dawk il-pajjiżi jew territorji li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq it-trasferimenti ta’ fondi bejn l-Istati Membri konċernati u dawk il-pajjiżi u territorji, hu xieraq li jkun hemm provvediment għall-possibiltà ta’ dawn it-trasferimenti li għandhom ikunu trattati bħala trasferimenti ta’ fondi f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-emenda għall-Artikolu 18.

Emenda 26

Konformi ma' l-emenda għall-Artikolu 18.

Emenda 27

Premessa 20

(20) Sabiex ma jiġux skoraġġiti għotjiet għal skopijiet karitattivi, hu xieraq li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom milli jiġbru, jivverifikaw, jirreġistraw, jew jibagħtu informazzojni dwar il-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa l-ammont massimu ta' 150 euro. Huwa wkoll xieraq li din l-għażla tingħata fuq il-kondizzjoni ta’ eżiġenzi li jridu jkunu sodisfatti mill-organizzazzjonijiet karitattivi sabiex jippermettu l-Istati Membri jiżguraw li din l-eżenzjoni ma tagħtix lok ta' abbuż mit-terroristi bħala kopertura għal jew bħala mezz biex jiffaċilitaw il-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom

(20) Sabiex ma jiġux skoraġġiti għotjiet għal skopijiet karitattivi, hu xieraq li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom milli jiġbru, jivverifikaw, jirreġistraw, jew jibagħtu informazzojni dwar il-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa l-ammont massimu ta' 150 euro magħmula fl-istess territorju ta' dak l-Istat Membru. Huwa wkoll xieraq li din l-għażla tingħata fuq il-kondizzjoni ta’ eżiġenzi li jridu jkunu sodisfatti mill-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ sabiex jippermettu l-Istati Membri jiżguraw li din l-eżenzjoni ma tagħtix lok ta' abbuż mit-terroristi bħala kopertura għal jew bħala mezz biex jiffaċilitaw il-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-eżenzjoni ta' organizzazzjoni bla skop ta' qligħ għandha tkun valida biss fl-Istat Membru fejn hija permessa l-eżenzjoni.

Adattament għall-emenda għall-Artikolu 19.

Emenda 28

Premessa 20

(20) Sabiex ma jiġux skoraġġiti għotjiet għal skopijiet karitattivi, hu xieraq li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom milli jiġbru, jivverifikaw, jirreġistraw, jew jibagħtu informazzojni dwar il-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa l-ammont massimu ta' 150 euro. Huwa wkoll xieraq li din l-għażla tingħata fuq il-kondizzjoni ta’ eżiġenzi li jridu jkunu sodisfatti mill-organizzazzjonijiet karitattivi sabiex jippermettu l-Istati Membri jiżguraw li din l-eżenzjoni ma tagħtix lok ta' abbuż mit-terroristi bħala kopertura għal jew bħala mezz biex jiffaċilitaw il-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom

(20) Sabiex ma jiġux skoraġġiti għotjiet għal skopijiet karitattivi, hu xieraq li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom milli jiġbru, jivverifikaw, jirreġistraw, jew jibagħtu informazzojni dwar il-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa l-ammont massimu ta' 1000 euro. Huwa wkoll xieraq li din l-għażla tingħata fuq il-kondizzjoni ta’ eżiġenzi li jridu jkunu sodisfatti mill-organizzazzjonijiet karitattivi sabiex jippermettu l-Istati Membri jiżguraw li din l-eżenzjoni ma tagħtix lok ta' abbuż mit-terroristi bħala kopertura għal jew bħala mezz biex jiffaċilitaw il-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom

Ġustifikazzjoni

Konformita` ma' l-emenda għall-Artikolu 19(1) li jgħolli l-limitu għal €1000, sabiex donazzjonijiet anonimi xorta jistgħu jkunu possibbli sa ċerti limiti, bil-kundizzjoni li jkun hemm monitoraġġ strett fuq organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profit.

Emenda 29

Artikolu 2, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jgħaddu minn tranżazzjoni kummerċjali li jsiru permezz ta’ credit card jew debit card jew permezz ta’ kwalunkwe strument simili ieħor ta’ ħlas, sakemm identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi kollha li jgħaddu mit-tranżazzjoni kummerċjali.

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta’ kard ta' kreditu jew ta' debitu bil-kundizzjoni li:

(a) il-pagatur għandu ftehim mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jippermettilu li jħallas għall-għoti ta' prodotti u servizzi; u

(b) identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi.

Ġustifikazzjoni

Din qiegħda biex tikkjarifika u biex turi b'mod ċar l-eżenzjonijiet differenti. Is-sinifikat tal-proposta tal-Kummissjoni ma nbidilx.

Emenda 30

Artikolu 2, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jgħaddu minn tranżazzjoni kummerċjali li jsiru permezz ta’ credit card jew debit card jew permezz ta’ kwalunkwe strument simili ieħor ta’ ħlas, sakemm identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi kollha li jgħaddu mit-tranżazzjoni kummerċjali.

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta’ kard ta' kreditu jew ta' debitu bil-kundizzjoni li:

(a) il-pagatur għandu ftehim mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jippermettilu li jħallas għall-għoti ta' prodotti u servizzi; u

(b) identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi.

Ġustifikazzjoni

Kif jipproponi l-Kunsill, u kif jilqa' r-rapporteur ta' opinjoni, il-mod kif inhu ntużat il-kliem hawnhekk jiċċara l-kontenut u jippreżentah b'mod aktar ċar. Is-sinifikat tal-proposta tal-Kummissjoni jibqa' l-istess.

Emenda 31

Artikolu 2, paragrafu 2, subparagrafu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-trasferimenti ta’ fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll ir-riċevitur huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li qed jaġixxu f’isimhom stess.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni reġa' sar abbozz tagħha fl-Artikolu 2, paragrafu 2g (ġdid) (emenda 22 ta' l-abbozz tar-rapport).

Emenda 32

Artikolu 2, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Fejn Stat Membru jagħżel li japplika d-deroga stipulata fl-Artikolu 11(5) (d) tad-Direttiva 2005/60/KE, dan ir-Regolament m'għandux jiġi applikat għal trasferimenti ta' fondi fejn qed jintużaw flus elettroniċi koperti minn din id-deroga, ħlief fejn l-ammont tat-tranżazzjoni huwa iktar minn EUR 1000.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjonijiet dwar abbużi possibbli apparti, ir-rapporteur għal opinjoni jiffavorixxi eżenzjoni għall-flus elettroniċi (e-money) li tinkorpora d-dispożizzjoni relevanti fit-tielet direttiva dwar ħasil ta' flus, u hija wkoll, b'konformita` mar-rakkomandazzjoni ta' l-FATF, limitata għat-trasferimenti uniċi ta' mhux iktar minn EUR 1000. Ir-rapporteur għal opinjoni jqis il-mod kif inhu mqiegħed il-kliem bħala kjarifika ta' l-eżenzjoni li ġiet diskussa mill-Kunsill.

Emenda 33

Artikolu 2, paragrafu 2 b (ġdid)

2b. Mingħajr ebda preġudizzju għall-Artikolu 2(2a), dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta' mowbajl telefown jew kwalunkwe apparat ieħor diġitali jew ta' IT meta dawn it-trasferimenti ġew imħallsa bil-quddiem u mhumiex aktar minn EUR 150.

Ġustifikazzjoni

Għall-għan ta' dan ir-regolament, u kull dubju dwar il-possibilta` ta' abbuż apparti, ir-rapporteur għal opinjoni jargumenta favur eċċezzjoni għall-kards tal-mowbajl li jitħallsu bil-quddiem. Din ir-regola m'għandha bl-ebda mod toħloq preġudizzju għad-definizzjoni ta' dawn il-kards fil-kuntest tad-direttiva tal-flus elettroniċi.

Emenda 34

Artikolu 2, paragrafu 2 a u 2 b (ġdida)

2a. Fejn Stat Membru jagħżel li japplika d-deroga stipulata fl-Artikolu 11(5)(d) tad-Direttiva 2005/60/KE, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi bl-użu ta' flus elettroniċi koperti minn dik id-deroga, apparti fejn l-ammont involut huwa iktar minn EUR 1 000.

2b. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi magħmula permezz tal-mowbajl telefown jew apparat diġitali jew telematiku ieħor fejn trasferimenti bħal dawn ġew imħallsa minn qabel u l-ammont involut mhuwiex ogħla minn EUR 150.

Ġustifikazzjoni

E-money għandu jiġi eskluż minn dan ir-regolament bi qbil mat-3MLD; apparti minn hekk u skond ir-Rakkomandazzjonijiet Speċjali FATF għandu jkun hemm limitu għal trasferimenti taħt l-EUR 1.000.

Emenda 35

Artikolu 2, paragrafu 2c (ġdid)

2c. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta' mowbajl jew apparat ieħor diġitali jew ta' IT meta dawn it-trasferimenti ġew imħallsa bil-quddiem u meta jilħqu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

- il-pagatur għandu ftehim mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jippermettilu li jħallas għall-għoti ta' prodotti u servizzi;

- identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi; u

- il-fornitur ta' servizz ta' ħlas huwa suġġett għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm eċċezzjoni għal trasferimenti magħmula bil-mowbajl, sakemm ikun hemm garanzija li dawn jistgħu jiġu rintraċċati. Għalhekk huwa sensibbli li din l-eċċezzjoni tkun tiddependi fuq l-applikazzjoni tar-regoli skond it-tielet direttiva tal-ħlas ta' flus.

Emenda 36

Artikolu 2, paragrafu 2 c u 2 d (ġdid)

2c. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament għal trasferimenti ta' fondi f'dak l-Istat Membru f'kont ta' riċevitur li jippermetti ħlas għall-għoti ta' prodotti u servizzi jekk:

(a) il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur huwa suġġett għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE;

(b) il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jista', permezz ta' identifikatur uniku, jittraċċa lura, permezz tar-riċevitur, it-trasferimenti ta' fondi mill-persuna legali jew fiżika li għandha ftehima mar-riċevitur għall-għoti ta' prodotti jew servizzi; u

(c) it-tranżazzjoni tammonta għal EUR 1 000 jew inqas.

Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.

2d. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi magħmula permezz tal-mowbajl telefown jew ta' apparat diġitali jew telematiku ieħor fejn trasferimenti bħal dawn ġew imħallsa wara u jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-pagatur għandu ftehim mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jippermettilu li jħallas għall-għoti ta' prodotti u servizzi;

(b) identifikatur uniku li jippermetti li t-tranżazzjoni tiġi ittraċċata lura sal-pagatur takkumpanja t-trasferimenti;

(c) Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas huwa suġġett għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Pagamenti elettroniċi tal-giro għandhom jiġu esklużi jekk jiġi ċċertifikat li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur huwa kapaċi jintraċċa l-klijent li jħallas. Din l-eżenzjoni tippermetti prattika komuni f'ċertu Stati Membri li biha l-kontijiet jitħallsu fi flus kontanti minn parti terza.

Emenda 37

Artikolu 2, paragrafu 2d (ġdid)

2d. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament għal trasferimenti ta' fondi f'dak l-Istat Membru f'kont ta' riċevitur li jippermetti ħlas għall-għoti ta' prodotti u servizzi jekk:

(a) il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur huwa suġġett għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE;

(b) il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur, permezz ta' numru ta' referenza uniku, jista' jirrintraċċa, mir-riċevitur, it-trasferiment ta' fondi mill-persuna legali jew fiżika li għandha ftehim mar-riċevitur għall-għoti ta' prodotti u servizzi; u

(c) l-ammont tat-tranżazzjoni huwa ta' 1000 EUR jew inqas.

Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.

Justification

Din l-eżenzjoni hija maħsuba li tapplika għal sistemi 'giro' li jiżguraw li l-bank li jirċievi jista' jittraċċa lura, permezz tar-riċevitur, l-identita` tal-konsumatur li qed iħallas. L-għan ta' din l-eżenzjoni huwa li ma jinħolqux diffikultajiet fil-prattika f'ċerti Stati Membri u b'hekk partijiet terzi jkunu jistgħu jirregolaw il-kontijiet permezz ta' pagamenti bi kreditu.

Emenda 38

Artikolu 2, paragrafu 2e (ġdid)

2e. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi fejn il-pagatur jiġbed flus kontanti mill-kont tiegħu stess.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika ta' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ġbid ta' flus kontanti huwa eżenti.

Emenda 39

Artikolu 2, paragrafu 2e (ġdid)

2e. Dan ir-Regolament ma japplikax għal trasferimenti ta' fondi fejn il-pagatur jiġbed flus mill-kont tiegħu jew tagħha stess.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżgura li l-ġbid ta' flus mill-kontijiet tal-pagatur stess ma jidħlux fl-iskop tad-direttiva.

Emenda 40

Artikolu 2, paragrafu 2f (ġdid)

2f. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi fejn hemm awtorizzazzjoni għal trasferiment ta' debitu bejn żewġ partijiet li tippermetti pagamenti bejniethom permezz tal-kontijiet, sakemm ma jkunx hemm identifikatur uniku li jakkumpanja t-trasferimenti ta' fondi sabiex jippermetti li l-persuna legali jew fiżika tkun traċċata lura.

Ġustifikazzjoni

Skond il-fatt li trasferimenti ta' debitu huma proċedura komuni f'ċerti Stati Membri, għandha tiġi eżentata wkoll minħabba l-fatt li t-traċċabilità hija mogħtija.

Emenda 41

Artikolu 2, paragrafu 2f (ġdid)

2f. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi fejn hemm awtorizzazzjoni għal trasferiment ta' debitu bejn żewġ partijiet li tippermetti pagamenti bejniethom permezz tal-kontijiet, sakemm ma jkunx hemm identifikatur uniku li jakkumpanja t-trasferimenti ta' fondi sabiex jippermetti li l-persuna legali jew fiżika tkun traċċata lura.

Ġustifikazzjoni

Eżenzjoni għal proċeduri ta' debitu, li huma mezz ta' pagament użat ħafna għal tranżazzjonijiet bħalma huma l-kontribuzzjonijiet ta' assikurazzjoni. Eżenzjoni mis-skop tad-direttiva hija ġustifikabbli peress li t-trasferiment tal-flus jista' jiġi traċċat lura permezz ta' min qed jirċievi u permezz ta' l-awtorizzazzjoni.

Emenda 42

Artikolu 2, paragrafu 2 g (ġdid)

2g. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jużaw ċekkijiet li ġew maqtugħa.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-proposta tal-Kummissjoni rigward ċekkijiet li ġew maqtugħa.

Emenda 43

Artikolu 2, paragrafu 2 g (ġdid)

2g. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jużaw ċekkijiet li ġew maqtugħa.

Ġustifikazzjoni

Tagħmilha ċara li ċekkijiet li huma proċessati elettronikament - bħalma huma wkoll ċekkijiet f'forma ta' karta in ġenerali - ma jidħlux fl-iskop tad-direttiva.

Emenda 44

Artikolu 2, paragrafu 2h (ġdid)

2h. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi lill- awtoritajiet pubbliċi għal taxxi, multi jew 'levies' fi Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Taxxi u pagamenti simili għandhom ikunu eżenti

Emenda 45

Artikolu 2, paragrafu 2 h (ġdid)

2h. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi lill- awtoritajiet pubbliċi għal taxxi, multi jew 'levies' fi Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Ħlas ta' taxxa u 'levies' għal aġenziji pubbliċi huma kkunsidrati mingħajr riskju u li jistgħu jitwettqu, u għalhekk għandhom ikunu eżentati mill-iskop tad-direttiva.

Emenda 46

Artikolu 2, paragrafu 2 i (ġdid)

2i. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-trasferimenti ta’ fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll ir-riċevitur huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li qed jaġixxu f’isimhom stess.

Ġustifikazzjoni

Tibdiliet meħtieġa minħabba preżentazzjoni ġdida ta' l-eżenzjonijiet.

Emenda 47

Artikolu 2, paragrafu 2 i (ġdid)

2i. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-trasferimenti ta’ fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll ir-riċevitur huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li qed jaġixxu f’isimhom stess.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi kkjarifikat il-punt li r-regolament ma japplikax għal negozji bejn il-banek.

Emenda 48

Artikolu 3, paragrafu 1

1. “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser kwalunkwe offiża fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1(3)] tad-Direttiva 2005/…/KE;

1. “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser l-għoti jew il-ġbir ta' fondi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2005/60/KE;

Ġustifikazzjoni

Adattament għad-definizzjoni ta' "finanzjament tat-terroriżmu" fit-tliet direttivi dwar ħasil ta' flus.

Emenda 49

Artikolu 3, punt 1

1. “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser kwalunkwe offiża fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1(3)] tad-Direttiva 2005/…/KE;

1. “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser l-għoti jew il-ġbir ta' fondi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2005/60/KE;

Ġustifikazzjoni

Taqbel mad-definizzjoni tat-tielet direttiva dwar ħasil ta' flus.

Emenda 50

Artikolu 3, paragrafu 2

2. “Il-ħasil tal-flus" tfisser kwalunkwe offiża fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1(2)] tad-Direttiva 2005/.../KE;

2. "il-ħasil ta' flus" tfisser kwalunkwe kondotta li, meta ssir b'mod intenzjonali, hija meqjusa bħala ħasil ta' flus għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1(2) jew (3) tad-Direttiva 2005/60/KE;

Ġustifikazzjoni

Adattament tad-definizzjoni fit-tliet direttivi dwar ħasil ta' flus.

Emenda 51

Artikolu 3, punt 2

2. “Il-ħasil tal-flus" tfisser kwalunkwe offiża fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1(2)] tad-Direttiva 2005/.../KE;

2. "il-ħasil ta' flus" tfisser kwalunkwe kondotta li, meta ssir b'mod intenzjonali, hija meqjusa bħala ħasil ta' flus għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1(2) jew (3) tad-Direttiva 2005/60/KE;

Ġustifikazzjoni

Taqbel mad-definizzjoni tat-tielet direttiva dwar ħasil ta' flus.

Emenda 52

Artikolu 3, paragrafu 3

3. “pagatur” tfisser persuna naturali jew legali li għandha d-dritt li tiddisponi mill-fondi u li tippermettihom ikunu trasferiti lir-riċevitur;

3. "pagatur" tfisser jew persuna fiżika jew legali li l-kont huwa f'isimha u li tippermetti trasferimenti ta' fondi minn kont, jew, fejn m'hemmx kont, persuna fiżika jew legali li tordna trasferiment ta' fondi;

Ġustifikazzjoni

Adattament għad-definizzjoni ta' l-FATF, li huwa meħtieġ minħabba raġunijiet ta' pratikabilità u sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet internazzjonali ndaqs għal fornituri tas-servizz tal-ħlas fl-UE.

Emenda 53

Artikolu 3, punt 3

3. “pagatur” tfisser persuna naturali jew legali li għandha d-dritt li tiddisponi mill-fondi u li tippermettihom ikunu trasferiti lir-riċevitur;

3. "pagatur" tfisser jew persuna fiżika jew legali li l-kont huwa f'isimha u li tippermetti trasferimenti ta' fondi minn kont, jew, fejn m'hemmx kont, persuna fiżika jew legali li tordna trasferiment ta' fondi;

Ġustifikazzjoni

Taqbel mad-definizzjoni tal-FATF. Neċessarja biex tiżgura li hija prattikabbli u li tipprovdi kundizzjonijiet kompetittivi ugwali għall-fornituri tas-servizz tal-ħlas fl-UE.

Emenda 54

Artikolu 3, paragrafu 5

5. “fornitur tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna naturali jew legali li n-negozju tagħha jinkludi l-provvista tas-servizzi tal-ħlas lill-utenti tas-servizzi tal-ħlas;

5. “fornitur tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna fiżika jew legali li n-negozju tagħha jinkludi l-provvista tas-servizzi ta' trasferiment ta' fondi;

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni.

Emenda 55

Artikolu 3, punt 5

Tissimplifika d-definizzjoni, peress li issa t-terminu 'utent ta' servizz tal-ħlas' m'għandux għalfejn jiġi definit.

Emenda 56

Artikolu 3, punt 7

7. “trasferimenti tal-fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni magħmula f’isem pagatur permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas b’mezzi elettroniċi bil-ħsieb li jqiegħed fondi għad-dispożizzjoni ta' riċevitur għand fornitur tas-servizz tal-ħlas ieħor, irrispettivament jekk il-pagatur u r-riċevitur humiex l-istess persuna;

7. “trasferimenti tal-fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni magħmula f’isem pagatur permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas b’mezzi elettroniċi, bil-ħsieb li jqiegħed fondi għad-dispożizzjoni ta' riċevitur għand fornitur tas-servizz tal-ħlas (imħassra), irrispettivament jekk il-pagatur u r-riċevitur humiex l-istess persuna;

Ġustifikazzjoni

Tiċċara li trasferimenti ta' fondi jidħlu fl-iskop tad-direttiva anki jekk il-pagatur u r-riċevitur huma t-tnejn konsumaturi ta' l-istess fornitur tas-servizz tal-ħlas.

Emenda 57

Artikolu 3, paragrafu 8

8. “utent tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna naturali jew legali li tuża servizz tal-ħlas, fil-kapaċità ta’ pagatur jew riċevitur;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-emenda għall-Artikolu 3, paragrafu 5

Emenda 58

Artikolu 3, punt 8

8. “utent tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna naturali jew legali li tuża servizz tal-ħlas, fil-kapaċità ta’ pagatur jew riċevitur;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Taqbel ma' l-emenda għall-Artikolu 3(5).

Emenda 59

Artikolu 3, paragrafu 9 a (ġdid)

9a. "identifikatur uniku" tfisser kombinazzjoni ta' ittri, numri jew simboli, iddeterminati mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, b'konformita mal-protokolli tas-sistema tal-ħlas u pagamenti jew tas-sistema ta' messaġġi li tintuża biex isir it-trasferiment, li tippermetti li jiġi identifikat is-sors tat-trasferimenti.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni meħtieġa

Emenda 60

Artikolu 3, punt 9 a (ġdid)

9a. "identifikatur uniku" tfisser kombinazzjoni ta' ittri, numri jew sillabi, iddeterminati mill-fornitur tas-servizz tal-ħlas, b'konformita mal-protokolli tas-sistema tal-ħlas u pagamenti jew tas-sistema ta' messaġġi li tintuża biex isir it-trasferiment.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni neċessarja tat-terminu 'identifikatur uniku'.

Emenda 61

Artikolu 4, paragrafu 3

Fejn in-numru tal-kont tal-pagatur ma jeżistix, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur jista’ jibdlu b'identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Fejn in-numru tal-kont tal-pagatur ma jeżistix, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur għandu jibdlu b'identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Ġustifikazzjoni

Tipprovdi regola ċara li tgħid li t-trasferiment ta' fondi għandu jkun akkumpanjat jew min-numru tal-kont jew minn identifikatur uniku.

Emenda 62

Artikolu 4, paragrafu 3

Fejn in-numru tal-kont tal-pagatur ma jeżistix, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur jista’ jibdlu b'identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Fejn in-numru tal-kont tal-pagatur ma jeżistix, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur għandu jibdlu b'identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Ġustifikazzjoni

Tneħħi l-ambigwita billi tistipula li jew numru tal-kont jew identifikatur uniku għandu jakkumpanja t-trasferiment.

Emenda 63

Artikolu 5, paragrafu 2, subparagrafu 2

Madankollu, għal trasferimenti ta' fondi lil riċevituri barra l-Komunità sa l-ammont ta’ 1 000 euro, fornituri tas-servizz tal-ħlas jistgħu jiddeterminaw l-estensjoni ta’ din il-verifika in vista tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex ma jitnaqqsux prattiki effiċjenti, għandu jkun hemm distinzjoni fir-rigward tal-verifiki - bi qbil mal-Kunsill - bejn trasferimenti relatati ma' kontijiet u dawk li mhumiex relatati ma' kontijiet.

Emenda 64

Artikolu 5, paragrafu 2, subparagrafu 2

Madankollu, għal trasferimenti ta' fondi lil riċevituri barra l-Komunità sa l-ammont ta’ 1 000 euro, fornituri tas-servizzi tal-ħlas jistgħu jiddeterminaw l-estensjoni ta’ din il-verifika in vista tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex ikun evitat it-tnaqqis fl-effiċjenza tas-sistema tal-ħlas, hemm proposta, bi qbil mal-Kunsill, li jkun hemm distinzjoni bejn sistemi ta' trasferiment li jkunu bbażati fuq kont u dawk li ma jkunux, flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar verifika. Ara hawn taħt.

Emenda 65

Artikolu 5, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi minn kont, il-verifika tista' titqies li diġa saret jekk:

(a) l-identita tal-pagatur ġiet verifikata b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont u l-informazzjoni miksuba minn din il-verifika ġiet miżmuma b'konformita ma' l-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 8(2) u 30(a) tad-Direttiva 2005/60/KE, jew

(b) il-pagatur jidħol fl-iskop ta' l-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2005/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Fornitur tas-servizz tal-ħlas m'għandux ikun obbligat li jivverifika trasferimenti bbażati fuq kontijiet, sakemm ir-regolamenti fit-tliet direttivi dwar il-ħasil tal-flus jiġu sodisfati.

Emenda 66

Artikolu 5, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi minn kont, il-verifika tista' titqies li diġa saret jekk:

(a) l-identita tal-pagatur ġiet verifikata b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont u l-informazzjoni miksuba minn din il-verifika ġiet miżmuma b'konformita ma' l-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 8(2) u 30(a) tad-Direttiva 2005/60/KE, jew

(b) il-pagatur jidħol fl-iskop ta' l-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2005/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' trasferimenti bbażati fuq kont, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas m'għandhomx ikunu obbligati li jivverifikaw informazzjoni dwar ir-riċevitur għal kull tranżazzjoni, sakemm dawn ikunu konformi mat-tielet direttiva dwar il-ħasil ta' flus.

Emenda 67

Artikolu 5, paragrafu 2 b (ġdid)

2b. Madankollu, fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li ma jsirux minn kontijiet, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur għandu jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur biss fejn l-ammont ikun iżjed minn EUR 1 000, sakemm it-tranżazzjoni ma ssirx f'numru ta' operazzjonijiet li jidhru konnessi u li flimkien jammontaw għal iktar minn EUR 1 000.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' trasferimenti indipendenti l-fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jkun obbligat li jivverifika informazzjoni kompluta dwar il-pagatur, filwaqt li fil-każ ta' trasferiment ta' fondi taħt l- € 1000 il-verifika ta' l-isem għandha tkun suffiċjenti.

Emenda 68

Artikolu 5, paragrafu 2 b (ġdid)

2b. Madankollu, fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li ma jsirux minn kontijiet, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur għandu jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur biss fejn l-ammont ikun iżjed minn EUR 1 000, sakemm it-tranżazzjoni ma ssirx f'numru ta' operazzjonijiet li jidhru konnessi u li flimkien jammontaw għal iktar minn EUR 1 000.

Ġustifikazzjoni

Fi trasferimenti li ma jsirux minn kontijiet, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur biss għal kull tranżazzjoni individwali li tkun iktar minn €1000. Din għandha twaqqaf numru kbir u mhux mixtieq ta' pagamenti żgħar li jsiru barra mis-sistema ta' trasferiment normali.

Emenda 69

Artikolu 6, paragrafu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5, trasferimenti ta’ fondi, fejn kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizzz tal-ħlas tar-riċevitur huma bbażati fil-Komunità, għandhom ikunu meħtieġa biss li jkunu akkumpanjati min-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1), trasferimenti ta’ fondi, fejn kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizzz tal-ħlas tar-riċevitur huma bbażati fil-Komunità, għandhom ikunu meħtieġa biss li jkunu akkumpanjati min-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta' żball fir-referenza.

Emenda 70

Artikolu 6, paragrafu 2

Madankollu, jekk hu mitlub hekk mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jagħmel disponibbli lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta' xogħol minn meta tasal din it-talba.

Madankollu, jekk għal raġuni valida hu mitlub hekk mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jagħmel disponibbli lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta' xogħol minn meta tasal din it-talba.

Ġustifikazzjoni

Biex ikunu evitati talbiet sistematiċi li jkunu ta' spiża kbira għall-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati, talbiet skond l-Artikolu 6, paragrafu 2 m'għandhomx jiġu esegwiti sakemm ma jkunx hemm raġuni tajba għal din it-talba.

Emenda 71

Artikolu 7, titolu

Trasferimenti ta’ fondi mill-Komunità lir-riċevitur barra mill-Komunità

Trasferimenti ta’ fondi mill-Komunità għall-barra mill-Komunità

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda 72

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Trasferimenti ta' fondi mill-Komunità lil riċevituri barra l-Komunità għandhom ikunu akkumpanjata mill-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur.

1. Trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizz tal-ħlas tar-riċevitur jinsab barra mill-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati minn informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda 73

Tikkjarifika li l-post tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur huwa l-fattur determinanti, u mhux il-post tal-pagatur stess.

Emenda 74

Artikolu 7, paragrafu 2

2. Fil-każ ta’ trasferimenti f’lott minn pagatur uniku għal riċevitur barra l-Komunità, paragrafu 1 ma għandux japplika fuq it-trasferimenti individwali miġbura flimkien fiha, sakemm il-lott fih dik l-informazzjoni u t-trasferimenti indivdwali fihom in-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku.

2. Fil-każ ta’ trasferimenti f’lott minn pagatur uniku meta l-fornituri tas-servizz tal-ħlas tar-riċevitur jinsabu barra l-Komunità, paragrafu 1 ma għandux japplika għat-trasferimenti individwali miġbura flimkien fiha, sakemm il-lott fih dik l-informazzjoni u t-trasferimenti individwali fihom in-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda 75

Artikolu 7, paragrafu 2

2. Fil-każ ta’ trasferimenti f’lott minn pagatur uniku għal riċevitur barra l-Komunità, paragrafu 1 ma għandux japplika fuq it-trasferimenti individwali miġbura flimkien fiha, sakemm il-lott fih dik l-informazzjoni u t-trasferimenti indivdwali fihom in-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku.

2. Fil-każ ta’ trasferimenti f’lott minn pagatur uniku meta l-fornituri tas-servizz tal-ħlas tar-riċevituri jinsabu barra l-Komunità, paragrafu 1 ma għandux japplika għat-trasferimenti individwali miġbura flimkien fiha, sakemm il-lott fih dik l-informazzjoni u t-trasferimenti individwali fihom in-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku.

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika li l-post tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur huwa l-fattur determinanti, u mhux il-post tal-pagatur stess.

Emenda 76

Artikolu 8, parti introduttorja

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jkollu proċeduri effettivi li kapaċi jindunaw bin-nuqqas ta’ l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jivverifika jekk l-ispazji ('fields') fis-sistema tal-messaġġi jew fis-sistema ta' pagamenti u ħlas li tintuża biex isir it-trasferiment li fihom informazzjoni dwar il-pagatur imtlewx b'konformità mal-karattri jew inputs ammissibbli skond il-konvenzjonijiet ta' dik is-sistema ta' messaġġar jew ta' pagamenti u ħlas. Huwa għandu jkollu proċeduri effettivi li kapaċi jindunaw bin-nuqqas ta’ l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

Ġustifikazzjoni

Kjarifika sabiex ikun żgurat li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu biss jagħti prova li l-oqsma rilevanti mtlew kif suppost u mhux li din l-informazzjoni dwar il-kontenut hija korretta.

Emenda 77

Artikolu 8, parti introduttorja

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jkollu proċeduri effettivi li kapaċi jindunaw bin-nuqqas ta’ l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevituri huwa meħtieġ li jinduna li spazji ('fields') fis-sistema ta' messaġġar jew ta' pagamenti u ħlas li tintuża biex isir it-trasferiment fir-rigward ta' l-informazzjoni dwar il-pagatur imtlewx b'konformità mal-karattri jew inputs ammissibbli skond il-konvenzjonijiet ta' dik is-sistema ta' messaġġar jew ta' pagamenti u ħlas. Huwa għandu jkollu proċeduri effettivi li kapaċi jindunaw bin-nuqqas ta’ l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jivverifika biss jekk l-oqsma rilevanti mtlewx jew le, mhux kif imtlew. Fi kliem ieħor, mhuwiex meħtieġ li jivverifika jekk id-dejta hix korretta. Din tissodisfa l-bżonnijiet ta' sistema tal-ħlas awtomatizzata.

Emenda 78

Artikolu 8, punt 2

2. Għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra l-Komunità, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmija fl-Artikolu 4, jew, fejn hu applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 13.

2. Għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra l-Komunità, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmija fl-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Emenda orizzontali, minħabba l-emenda biex ikun imħassar l-Artikolu 13(2).

Emenda 79

Artikolu 8, punt 2

(2) Għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra l-Komunità, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmija fl-Artikolu 4, jew, fejn hu applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 13.

(2) Għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra l-Komunità, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmija fl-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Emenda orizzontali, minħabba l-emenda biex ikun imħassar l-Artikolu 13(2).

Emenda 80

Artikolu 8, punt 2 a (ġdid)

(2a) Għal trasferimenti f'lott fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur jinsab barra mill-Komunita, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmi fl-Artikolu 4 teħtieġ biss li tiġi inkluża fil-lott, u mhux fit-trasferimenti individwali li dan jiġbor flimkien.

Ġustifikazzjoni

Regolamenti speċjali għal trasferimenti f'lott.

Emenda 81

Artikolu 8, punt 2 a (ġdid)

(2) Għal trasferimenti f'lott fejn il-fornitur ta' servizzi tal-ħlas tal-pagatur jinsab barra mill-Komunita, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmi fl-Artikolu 4 fil-lott biss, u mhux fit-trasferimenti individwali li dan jiġbor flimkien.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni speċjali għal trasferimenti f'lott.

Emenda 82

Artikolu 9, paragrafu 1

1. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jinduna li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa skond dan ir-Regolament hija nieqsa jew mhix sħiħa hekk kif jirċievi t-trasferimenti tal-fondi, għandu jew ma jaċċettax it-trasferimenti, jew jitlob għall-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur. Fil-każ ta’ l-aħħar, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jista’ jew iżomm il-fondi sakemm issir inkjesta jew jagħti l-fondi lir-riċevitur. Fil-każijiet kollha, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu josserva kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, partikularment, ir-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001 u (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva 2005/.../KE, kif ukoll miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

1. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jinduna li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa skond dan ir-Regolament hija nieqsa jew mhix sħiħa hekk kif jirċievi t-trasferimenti tal-fondi fil-Komunità jew trasferimenti ta' fondi b'valur ogħla minn EUR 1 000 u USD 1 000 jekk minn barra l-Komunità, huwa għandu jew ma jaċċettax it-trasferimenti, jew jitlob għall-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur. Fil-każijiet kollha, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu josserva kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, partikularment, ir-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001 u (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva 2005/60/KE, kif ukoll miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Miżjuda, peress li r-Rakkomandazzjoni Speċjali VII tipprovdi għal-limitu minimu ta' 1000 EUR/USD, u jekk ikun inqas minn hekk, il-pajjiżi tal-pagaturi mhumiex obbligati jidentifikaw il-pagatur u jagħtu informazzjoni sħiħa. Jekk m'hemmx limitu minimu għal trasferimenti ta' flus li deħlin ukoll, ma jkunx hemm konflitt fis-sistema internazzjonali tal-ħlas. Skond l-Artikolu 9(1) ta' l-abbozz ta' regolament, dawn it-trasferimenti dejjem se jiġu rrifjutati, jew tiġi mitluba informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur f'kull każ individwali.

Emenda 83

Artikolu 9, paragrafu 1

1. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jinduna li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa skond dan ir-Regolament hija nieqsa jew mhix sħiħa hekk kif jirċievi t-trasferimenti tal-fondi, għandu jew ma jaċċettax it-trasferimenti, jew jitlob għall-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur. Fil-każ ta’ l-aħħar, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jista’ jew iżomm il-fondi sakemm issir inkjesta jew jagħti l-fondi lir-riċevitur. Fil-każijiet kollha, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu josserva kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, partikularment, ir-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001 u (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva 2005/.../KE, kif ukoll miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

1. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jinduna li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa skond dan ir-Regolament hija nieqsa jew mhix sħiħa hekk kif jirċievi t-trasferimenti tal-fondi fil-Komunità jew trasferimenti ta' fondi b'valur ogħla minn EUR 1 000 u USD 1 000 jekk minn barra l-Komunità, huwa għandu jew ma jaċċettax it-trasferimenti, jew jitlob għall-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur. Fil-każijiet kollha, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu josserva kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, partikularment, ir-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001 u (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva 2005/60/KE, kif ukoll miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni, minkejja kull ftehima kuntrattwali jew liġi kuntrattwali li tirregola relazzjoni ta' negozju ta' dan it-tip.

Ġustifikazzjoni

Miżjuda, peress li r-Rakkomandazzjoni Speċjali VII tipprovdi għal-limitu minimu ta' 1000 EUR/USD, u jekk ikun inqas minn hekk, il-pajjiżi tal-pagaturi mhumiex obbligati jidentifikaw il-pagatur u jagħtu informazzjoni sħiħa. Jekk m'hemmx limitu minimu għal trasferimenti ta' flus li deħlin ukoll, ma jkunx hemm konflitt fis-sistema internazzjonali tal-ħlas. Skond l-Artikolu 9(1) ta' l-abbozz ta' regolament, dawn it-trasferimenti dejjem se jiġu rrifjutati, jew tiġi mitluba informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur f'kull każ individwali.

Emenda 84

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas repetutament jonqos li jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jirrifjuta kwalunkwe trasferimenti ta' fondi minn dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew iwaqqaf ir-relazzjoni tan-negozju tiegħu ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew f'dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi tat-trasferimenti tal-fondi jew f’dak li għandu x’jaqsam ma' kwalunkwe provvista ta' servizzi reċiproċi.

2. Fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas regolarment jonqos li jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur meta dan jagħmel trasferimenti ta' fondi ta' iktar minn 1000 EUR u 1000 USD, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jikkunsidra li jillimita jew saħansitra jtemm ir-relazzjoni tan-negozju tiegħu ma' dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni Speċjali VII tipprovdi għal-limitu minimu ta' 1000 EUR/USD, u jekk ikun inqas minn hekk, il-pajjiżi tal-pagaturi mhumiex obbligati jidentifikaw il-pagatur u jagħtu informazzjoni sħiħa. Skond l-Artikolu 9(2) ta' l-abbozz tar-regolament, jekk trasferimenti minn pajjiżi terzi ġew riċevuti repetutament u - leġittimament - dettalji sħaħ dwar il-pagatur ma ġewx mogħtija, ir-relazzjoni tan-negozju jkollha tintemm. Dawn is-sanzjonijiet mhumiex fl-interess tal-konsumaturi u tan-negozji fl-UE. Għandu jkun hemm xi marġini għal manuvrar għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fl-UE.

Emenda 85

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas repetutament jonqos li jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jirrifjuta kwalunkwe trasferimenti ta' fondi minn dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew iwaqqaf ir-relazzjoni tan-negozju tiegħu ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew f'dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi tat-trasferimenti tal-fondi jew f’dak li għandu x’jaqsam ma' kwalunkwe provvista ta' servizzi reċiproċi.

2. Fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas regolarment jonqos li jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi ta' iktar minn 1000 EUR u 1000 USD, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jikkunsidra li jillimita jew anki jtemm ir-relazzjoni tan-negozju tiegħu ma' dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni Speċjali VII tipprovdi għal-limitu minimu ta' 1000 EUR/USD, u jekk ikun inqas minn hekk, il-pajjiżi tal-pagaturi mhumiex obbligati jidentifikaw il-pagatur u jagħtu informazzjoni sħiħa. Skond l-Artikolu 9(2) ta' l-abbozz tar-regolament, jekk trasferimenti minn pajjiżi terzi ġew riċevuti repetutament u - leġittimament - dettalji sħaħ dwar il-pagatur ma ġewx mogħtija, ir-relazzjoni tan-negozju jkollha tintemm. Dawn is-sanzjonijiet mhumiex fl-interess tal-konsumaturi u tan-negozji fl-UE. Għandu jkun hemm xi marġini għal manuvrar għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fl-UE.

Emenda 86

Artikolu 10

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jikkunsidra informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur bħala fattur fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferimenti tal-fondi, jew kwalunkwe trażazzjoni relatata, hix suspettuża, u jekk għandhiex tkun irrapuratata, skond l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2005/...?KE, lill-awotritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jikkunsidra informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur bħala fattur fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferimenti tal-fondi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, hix suspettuża, u jekk għandhiex tkun irrappuratata, skond l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2005/60/KE, lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Ġustifikazzjoni

Aġġornata sussegwentement għall-adozzjoni tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus tas-26 ta' Ottubru 2005.

Emenda 87

Artikolu 13, paragrafu 2

2. Jekk, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju ma jirċevix informazzjoni dwar il-pagatur, għandu jinforma l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur kif inhu xieraq, meta jkunu trasferiti l-fondi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-fornitur tas-servizz tal-ħlas tar-riċevitur diġa għandu l-obbligu li jiċċekkja li ġiet provduta l-informazzjoni sħiħa. Verifika oħra minn fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju tfisser duplikazzjoni tax-xogħol u b'hekk il-proċess tal-ħlas, mingħajr ebda ħtieġa, jsir aktar bil-mod. Jidher li tagħmel aktar sens li tillimita d-dmirijiet tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarji għal li jgħaddu d-dejta u jżommu r-reġistri, kif previst skond l-Artikolu 13(1) u (3). Ir-regolament ta' l-UE m'għandux imur 'l hinn mid-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni Speċjali VII ta' l-FATF.

Emenda 88

Artikolu 13, paragrafu 3

3. Fejn japplika l-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol minn meta tasal dik it-talba.

3. Fejn japplika l-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, l-informazzjoni kollha li jkun irċieva dwar il-pagatur, irrispettivament jekk din hijiex sħiħa jew le, fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol minn meta jirċievi dik it-talba.

Ġustifikazzjoni

Fornitur tas-servizz tal-ħlas intermedjarju għandu jkun obbligat li jibgħat l-informazzjoni kollha li jkun irċieva, irrispettivament jekk din hijiex sħiħa jew le.

Emenda 89

Artikolu 13, paragrafu 3

3. Fejn japplika l-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol minn meta tasal dik it-talba.

3. Fejn japplika l-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, l-informazzjoni kollha dwar il-pagatur li hija tkun irċeviet, irrispettivament jekk din hix kompluta jew le, fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol minn meta tasal dik it-talba.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara l-fatt li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu jgħaddi biss l-informazzjoni li huwa jkun irċieva (jiġifieri f'xi każi informazzjoni mhux kompluta).

Emenda 90

Kapitolu V, titolu

Obbligi ġenerali, poteri li jimplimntaw u jemendaw

Obbligi ġenerali u poteri ta' implimentazzjoni

Ġustifikazzjoni

Ara l-emendi ta' l-Artikolu 16 u 17.

Emenda 91

Artikolu 14, paragrafu 1

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jirrispondu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien għal mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas hu bbażat, li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja l-fondi jew rekords li jikkorrispondu magħhom, skond il-limitu taż-żmien u r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jirrispondu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien, skond ir-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, għal mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas hu bbażat, li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja l-fondi jew rekords li jikkorrispondu magħhom.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika biex tevita kwalunkwe konfużjoni bejn it-termini "limiti ta' żmien" u "bla dewmien".

Emenda 92

Artikolu 14, paragrafu 1

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jirrispondu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien għal mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas hu bbażat, li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja l-fondi jew rekords li jikkorrispondu magħhom, skond il-limitu taż-żmien u r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jirrispondu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien, skond ir-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, għal mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas hu bbażat, li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja l-fondi jew rekords li jikkorrispondu magħhom.

Ġustifikazzjoni

Telimina l-kunċett ta "limitu taż-żmien", biex tevita l-kunflitt mal-kliem "bla dewmien".

Emenda 93

Artikolu 14, paragrafu 2

Dawk l-awtoritajiet jistgħu jużaw din l-informazzjoni biss għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Dawk l-awtoritajiet li jieħdu azzjoni skond il-liġi kriminali nazzjonali u d-drittijiet fundamentali jistgħu jużaw din l-informazzjoni biss għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-awtoritajiet responsabbli biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroristi, jieħdu azzjoni skond il-liġijiet kriminali nazzjonali u d-drittijiet bażiċi.

Emenda 94

Artikolu 15, titolu

Penali

Penali u monitoraġġ

Ġustifikazzjoni

Adattament ta' l-emenda għal Artikolu 15, paragrafu 2 (ġdid).

Emenda 95

Artikolu 15, titolu

Penali

Penali u monitoraġġ

Ġustifikazzjoni

Konformi ma' l-emenda għall-Artikolu 15, it-tieni paragrafu (ġdid).

Emenda 96

Artikolu 15, paragrafu 1 a (ġdid)

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw b'mod effettiv u jieħdu l-miżuri neċessarji bil-għan li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu monitoraġġ ta' dan ir-regolament.

Emenda 97

Artikolu 15, paragrafu 1 a (ġdid)

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw b'mod effettiv u jieħdu l-miżuri neċessarji bil-għan li jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jiċċara l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu monitoraġġ ta' l-użu tar-regolament.

Emenda 98

Artikolu 16

Artikolu 16
Poteri ta' implimentazzjoni u emendi

imħassar

1. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) u fil-waqt li jitqiesu kwalunkwe żviluppi fil-qasam tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-bidliet li jikkorrispondu magħhom fl-istandards internazzjonali, notevolment dawk maqbula fit-Task Force ta’ l-Azzjoni Finanzjarja dwar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (FATF), tadotta l-miżuri li jikkonċernaw il-kjarifika tad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(5) u (7).

2. Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2) u fil-waqt li jitqiesu kwalunkwe żviluppi fil-qasam tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u l-bidliet li jikkorrispondu magħhom fl-istandards internazzjonali, notevolment dawk maqbula fil-FATF, tadotta miżuri li jikkonċernaw l-aġġornament tal-limiti monetarji stabbiliti għall-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 u 19.

Ġustifikazzjoni

L-eliminazzjoni ta' l-Artikolu 16 flok l-Artikolu 17 ineħħi l-miżuri kollha ta' implimentazzjoni li huma delegati lill-Kummissjoni filwaqt li permezz ta' l-Artikolu 18 tiżgura li l-proċess trasparenti huwa miżmum. B'hekk tippermetti lil ċerti territorji li għandhom rabtiet ma' Stati Membri biex jibqgħu fis-sistema nazzjonali tal-ħlas ta' l-Istat Membru li għandhom rabtiet miegħu.

Emenda 99

Artikolu 17, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilit bid-Direttiva 2005/.../KE, minn hawn 'il quddiem, “il-Kumitat”.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilit bid-Direttiva 2005/60/KE, minn hawn 'il quddiem, “il-Kumitat”.

Emenda 100

Artikolu 17, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilit bid-Direttiva 2005/.../KE, minn hawn 'il quddiem, “il-Kumitat”.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilit bid-Direttiva 2005/60/KE, minn hawn 'il quddiem, “il-Kumitat”.

Ġustifikazzjoni

Ġie komplut in-numru tad-direttiva.

Emenda 101

Artikolu 17, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha, u jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati ma' din il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Żieda neċessarja biex jiġi żgurat li jinżammu d-dispożizzjonijiet essenzjali ta' dan ir-regolament.

Emenda 102

Artikolu 17, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha, u jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati ma' din il-proċedura ma jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Żieda neċessarja biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet essenzjali ta' dan ir-regolament jinżammu.

Emenda 103

Artikolu 17, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Bla preġudizzju għall-miżuri ta' implimentazzjoni li diġà ġew adottati, fl-1 ta' April 2008 għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jirrikjedu l-adozzjoni ta' regoli tekniċi, emendi u deċiżjonijiet skond il-paragrafu 2. Permezz ta' azzjoni fuq proposta mingħand il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu iġeddu d-dispożizzjonijiet kkonċernati skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat u, għal dan il-għan, huma għandhom jirreveduhom qabel l-iskadenza tad-data msemmija hawn fuq.

Ġustifikazzjoni

L-għan hu li d-dispożizzjonijiet kumitoloġiċi tar-regolament dwar informazzjoni dwar il-pagatur ikunu konformi ma' dawk adottati fid-direttiva ta' l-Adegwatezza tal-Kapital. Hija tistipula l-1 ta' April 2008 bħala skadenza biex tidħol fis-seħħ il-klawżola tat-tmiem gradwat.

Emenda 104

Artikolu 17, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Bla preġudizzju għall-miżuri ta' implimentazzjoni li diġà ġew adottati, fl-1 ta' April 2008 għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrikjedu l-adozzjoni ta' regoli tekniċi, emendi u deċiżjonijiet skond il-paragrafu 2. Permezz ta' azzjoni fuq proposta mingħand il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jġeddu d-dispożizzjonijiet ikkonċernati skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat u, għal dan il-għan, huma għandhom jirreveduhom qabel l-iskadenza tad-data msemmija hawn fuq.

Ġustifikazzjoni

L-għan hu li d-dispożizzjonijiet kumitoloġiċi tar-regolament dwar informazzjoni dwar il-pagatur jkunu konformi ma' dawk adottati fid-direttiva ta' l-Adegwatezza tal-Kapital. Hija tistipula l-1 ta' April 2008 bħala skadenza biex tidħol fis-seħħ il-klawżola tat-tmiem gradwat.

Emenda 105

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim ma' pajjiż jew territorju li ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Komunità kif stabbilit skond l-Artikolu 299 tat-Trattat, li fihom derogi minn dan ir-Regolament sabiex jipprovdu sabiex trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f’dak l-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim taħt arranġamenti nazzjonali ma' pajjiż jew territorju li ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Komunità kif stabbilit skond l-Artikolu 299 tat-Trattat, li fihom derogi minn dan ir-Regolament sabiex jipprovdu sabiex trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f’dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Emenda neċessarja biex tkopri l-ftehimiet kostituzzjonali bejn uħud mill-Istati Membri u t-territorji tagħhom.

Emenda 106

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim ma' pajjiż jew territorju li ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Komunità kif stabbilit skond l-Artikolu 299 tat-Trattat, li fihom derogi minn dan ir-Regolament sabiex jipprovdu sabiex trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f’dak l-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim taħt arranġamenti nazzjonali ma' pajjiż jew territorju li ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Komunità kif stabbilit skond l-Artikolu 299 tat-Trattat, li fihom derogi minn dan ir-Regolament sabiex jipprovdu sabiex trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f’dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Emenda li l-Kunsill iqis bħala neċessarja biex tkopri l-arranġamenti kostituzzjonali ta' wħud mill-Istati Membri u 't-territorji' tagħhom.

Emenda 107

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, parti introduttorja

Dawn il-ftehim jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk il-pajjiż jew t-territorju kkonċernat jissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Dawn il-ftehimiet jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk:

Ġustifikazzjoni

Miktuba mill-ġdid biex tippermetti żidiet u ħarsa ġenerali aħjar. Ara hawn taħt.

Emenda 108

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, parti introduttorja

Dawn il-ftehim jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk il-pajjiż jew t-territorju kkonċernat jissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Dawn il-ftehimiet jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk:

Ġustifikazzjoni

Miktuba fi kliem ieħor għal aktar ċarezza u minħabba ż-żidiet. Ara hawn taħt.

Emenda 109

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (a)

(a) ikun f’unjoni monetarja ma’ l-Istat Membru konċernat jew jagħmel parti miż-żona tal-valuta ta' l-Istat Membru konċernat;

(a) il-pajjiż jew territorju konċernat ikun f'unjoni monetarja ma' l-Istat Membru konċernat jew jagħmel parti miz-zona tal-valuta ta' dak l-Istat Membru jew ikun iffirma konvenzjoni monetarja ma' l-Unjoni Ewropea rappreżentata minn Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

Żieda biex jiġu koperti wkoll iz-zoni fl-UE li huma rappreżentati minn Stat Membru, bħall-Monaco.

Emenda 110

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (a)

ikun f’unjoni monetarja ma’ l-Istat Membru konċernat jew jagħmel parti miż-żona tal-valuta ta' l-Istat Membru konċernat;

(a) il-pajjiż jew territorju konċernat ikun f'unjoni monetarja ma' l-Istat Membru konċernat jew jagħmel parti miz-zona tal-valuta ta' dak l-Istat Membru jew iffirma Konvenzjoni Monetarja ma' l-Unjoni Ewropea rappreżentata minn Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

Żieda li l-Kunsill iqis li hija neċessarja biex jiġu kkunsidrati territorji fi ħdan l-UE bħalma hu l-Monaco.

Emenda 111

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (b)

(b) hu msieħeb fis-sistemi tal-ħlas u l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat;

(b) il-pajjiż jew it-territorju konċernat hu msieħeb fis-sistemi tal-ħlas u l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat;

Ġustifikazzjoni

Miktub mill-ġdid biex jippermetti żidiet u ħarsa ġenerali aħjar. Ara hawn fuq.

Emenda 112

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (b)

b) hu msieħeb fis-sistemi tal-ħlas u l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat;

(b) fornituri ta' servizzi tal-ħlas fil-pajjiż u fit-territorji konċernati jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi tal-ħlas u tal-pagamenti f'dak l-Istat Membru; u

Ġustifikazzjoni

Il-Kunsill ħass li din l-emenda hija neċessarja għax mhumiex it-territorji iżda il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas lokali li huma parti mis-sistema tal-ħlas.

Emenda 113

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (c)

jeżiġi li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(c) il-pajjiż jew it-territorju konċernat jeżiġi lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu biex japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Reġgħet inkitbet biex tippermetti ħarsa ġenerali u żidiet aħjar. See above

Emenda 114

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (c)

jeżiġi li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament.

il-pajjiż jew territorju konċernat jeżiġi lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu biex japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Miktub fi kliem ieħor għal aktar ċarezza u minħabba ż-żidiet. Ara hawn fuq.

Emenda 115

Artikolu 19, titolu

Trasferimenti ta’ fondi lil organizzazzjonijiet tal-karità fl-Istat Membru

Trasferimenti ta’ fondi lil organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ fl-Istat Membru

Ġustifikazzjoni

Adattament ta' l-emenda għal Artikolu 19. Ara hawn taħt.

Emenda 116

Artikolu 19, titolu

Trasferimenti ta’ fondi lil organizzazzjonijiet tal-karità fl-Istat Membru

Trasferimenti ta’ fondi lil organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ fl-Istat Membru

Ġustifikazzjoni

Konformi ma' l-emenda għal Artikolu 19.

Emenda 117

Artikolu 19, paragrafu 1

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasferimenti ta' fondi lil organizzazzonijiet li jwettqu attivitajiet għal skopijiet ta’ karità, reliġjużi, kulturali, edukattivi, soċjali, jew fraterni, sakemm dawn l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtaġġ u verifika esterna jew superviżjoni minn awtorità pubblika, u li dawk it-trasferimenti tal-fondi huma limitati għal ammont massimu ta' 150 euro kull trasferiment u jsiru esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasferimenti ta' fondi lil organizzazzonijiet bla skop ta' qligħ li jwettqu attivitajiet għal skopijiet ta’ karità, reliġjużi, kulturali, edukattivi, soċjali, xjentifiċi jew fraterni, sakemm dawn l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtaġġ u verifika esterna jew superviżjoni minn awtorità pubblika jew korp awtoregolatorju li huwa rikonoxxut taħt il-liġi nazzjonali, u li dawk it-trasferimenti tal-fondi huma limitati għal ammont massimu ta' 150 euro kull trasferiment u jsiru esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din l-eċċezzjoni għandha tkopri biss organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ. Biex jitqiesu l-kundizzjonijiet nazzjonali, korpi rikonoxxuti awtoregolatorji għandhom jiġu inklużi bħala korpi bil-potenzjal ta' superviżjoni. Żieda fil-limitu massimu għal €1000 biex donazzjonijiet anonimi xorta jkunu possibbli sa ċertu limiti. Il-problema hawnhekk mhix id-donaturi, iżda l-organizzazzjonijiet infushom, li jistgħu joperaw b'mod sigriet. Trid tkun prekundizzjoni li jkun hemm kontrolli stretti fuq organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ.

Emenda 118

Artikolu 19, paragrafu 1

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasferimenti ta' fondi lil organizzazzonijiet li jwettqu attivitajiet għal skopijiet ta’ karità, reliġjużi, kulturali, edukattivi, soċjali, jew fraterni, sakemm dawn l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtaġġ u verifika esterna jew superviżjoni minn awtorità pubblika, u li dawk it-trasferimenti tal-fondi huma limitati għal ammont massimu ta' 150 euro kull trasferiment u jsiru esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru.

1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasferimenti ta' fondi lil organizzazzonijiet bla skop ta' qligħ li jwettqu attivitajiet għal skopijiet ta’ karità, reliġjużi, kulturali, edukattivi, soċjali, jew fraterni, sakemm dawn l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtaġġ u verifika esterna jew superviżjoni minn awtorità pubblika jew korp awtoregolatorju li huwa rikonoxxut taħt il-liġi nazzjonali, u li dawk it-trasferimenti tal-fondi huma limitati għal ammont massimu ta' 150 euro kull trasferiment u jsiru esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Tagħmilha ċara li huma biss l-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li jaqgħu taħt din l-eżenzjoni. Dawn jinkludu stabbilimenti xjentifiċi bħalma huma istituti ta' riċerka dwar il-kanċer. Biex jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi fi Stati Membri individwali, korpi li jamministraw lilhom infushom li huma rikonoxxuti taħt il-liġi nazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Emenda 119

Artikolu 19, paragrafu 2

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri li adottaw biex japplikaw l-għażla mogħtija fl-ewwel paragrafu.

2. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri li adottaw biex japplikaw l-għażla mogħtija fl-ewwel paragrafu, inkluża lista ta' organizzazzjonijiet koperti minn din l-eżenzjoni, l-ismijiet tal-persuni naturali li jikkontrollaw l-organizzazzjoni, u spjegazzjoni ta' kif se tiġi aġġornata l-lista. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet responsabbli biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Ġustifikazzjoni

L-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet eżenti għandhom jitniżżlu f'lista u mgħoddija lill-Kummissjoni.

Emenda 120

Artikolu 19, paragrafu 2

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri li adottaw biex japplikaw l-għażla mogħtija fl-ewwel paragrafu.

2. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri li adottaw biex japplikaw l-għażla mogħtija fl-ewwel paragrafu, inkluża lista ta' organizzazzjonijiet koperti minn l-eżenzjoni, l-ismijiet tal-persuni fiżiċi li jikkontrollaw l-organizzazzjoni, u spjegazzjoni ta' kif se tiġi aġġornata l-lista. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet responsabbli biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Ġustifikazzjoni

L-organizzazzjonijiet li huma eżentati minn dan ir-regolament għandhom jiġu mniżżla b'isimhom f'lista li tkun mgħoddija lill-Kummissjoni.

Emenda 121

Artikolu 19, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Lista aġġornata ta' l-organizzazzjonijiet koperti minn din l-eżenzjoni għandha tiġi kkomunikata mill-Istat Membru konċernat lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li joperaw f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Din il-lista aġġornata għandha tingħata wkoll lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li joperaw fl-Istat Membru konċernat.

Emenda 122

Artikolu 19, paragrafu 2 a (ġdid)

2a. Lista aġġornata ta' l-organizzazzjonijiet koperti bl-eżenzjoni għandha tiġi kkomunikata mill-Istat Membru konċernat lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li joperaw f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Lista ta' organizzazzjonijiet eżenti mir-regolament għandha tkun magħmula disponibbli wkoll lill-fornituri tas-serviizi tal-ħlas li joperaw fil-pajjiż konċernat.

Emenda 123

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikoli 4 sa 14 u 19 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007.

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom bżonn 12-il xahar biex jippreparaw għall-implimentazzjoni tar-Regolament, skond il-konfigurazzjoni tas-sistema u l-istadju ta' żvilupp tal-parti l-kbira ta' l-istituzzjonijiet. Dawn it-tnax-il xahar huma neċessarji biex jindirizzaw it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-ittestjar ta' sistemi ta' IT imma wkol biex jinfurmaw u biex jirrevedu relazzjonijiet kuntrattwali mal-klijenti.

Emenda 124

Artikolu 20, paragrafu 2 a (ġdid)

Sa mhux aktar tard mis-sena 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implikazzjonijiet ta' l-użu ta' l-Artikolu 2 dwar esperjenza iktar fir-rigward tal-flus elettroniċi, kif definiti fl-Artikolu 1 (3) tad-Direttiva 2000/46/KE, u mezzi oħra ta' ħlas li ġew żviluppati riċentement għal skopijiet ta' ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Jekk ikunu hemm riskju ta' użu ħażin fir-rigward ta' ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li għad m'hemmx biżżejjed għarfien dwar ir-riskji attwali u futuri ta' ħasil ta' flus u finanzjament ta' terroristi permezz ta' flus elektroniċi u ħlasijiet permezz ta' telefoni ċellulari, ir-rapporteur għall-opinjoni iqis li klawżola ta' reviżjoni għall-eżenzjonijiet hija meħtieġa. Barra minn hekk, kwalunkwe ħtieġa għal regoli fuq sistemi ġodda u innovattivi ta' ħlas għandhom ikunu evalwati. Il-Kummissjoni għandha tħejji raport dwar jekk għandhiex tittieħed azzjoni u jekk huwa neċessarju, tipproponi emendi xierqa.

Emenda 125

Artikolu 20 b (ġdid)

Artikolu 20b

Konferma tar-Regolament

Dan ir-Regolament għandu jkun konfermat ħames snin wara li jidħol fis-seħħ skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat; jekk le, il-validità tiegħu tispiċċa.

Deċiżjonijiet li jittieħdu fuq il-bażi tar-Regolament waqt il-perjodu ta' validità tiegħu m'għandhomx jiġu effettwati.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li r-regolament jerġa' jkun evalwat wara perjodu ta' żmien li huwa suffiċjenti biex tevalwa l-effettività u l-implimentazzjoni b'suċċess tar-regolament. Regolamenti li fir-rigward ta' l-għan tagħhom juru li huma bħala effettivi u ta' suċċess biss għandhom jibqgħu validi. Dan jevita leġiżlazzjoni eċċessiva fi ħdan l-Unjoni Ewropea, iħeġġeġ il-Parlament u l-istituzzjonijiet l-oħra biex jimmonitorjaw il-ħolqien ta' liġijiet li jkunu ta' suċċess u jipprovdu f'dan il-qafas għall-possibilità li jsiru t-tibdiliet neċessarji għat-test.

  • [1]  ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  ĠU L …, ……2005, p. .. (trid tkun ippubblikata, 2004/0137/COD).

NOTA SPJEGATTIVA

Wara l-attakki terroristiċi tal-11 ta' Settembru 2001 fl-Istati Uniti u l-attakki ta' Madrid fil-11 ta' Marzu 2004, il-ġlieda kontra t-terroriżmu saret u għadha prijorità ewlenija fid-dinja kollha. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li din il-ġlieda hija waħda mill-aktar objettivi importanti għall-Unjoni Ewropea, u approva pjan ta' azzjoni. L-Unjoni Ewropea wegħdet ukoll li tieħu miżuri biex tnaqqas l-aċċess tat-terroristi għal riżorsi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra. Waħda mill-miżuri proposti hi li jitpoġġew fil-prattika r-rakkomandazzjonijiet tal-Task Force għal Azzjoni Finanzjarja (FATF)[1] L-Istati Membri ta' l-UE għandhom impenn li jwettqu ir-Rakkomandazzjoni Speċjali VII (SR VII) dwar trasferimenti ta' flus fuq il-livell Ewropew, biex jiġġieldu b'mod effettiv kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

L-għan ta' din il-proposta hu li jgħin lill-awtoritajiet responsabbli biex jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroristi, jiġifieri billi jiżguraw li b'mod immedjat ikollhom informazzjoni bażika dwar dak li qed iħallas, billi jistipulaw regoli dwar l-informazzjoni li għandha takkumpanja t-trasferiment tal-fondi. It-traċċabilità sħiħa tat-trasferimenti ta’ fondi tista’ tkun għodda partikularment importanti u ta’ valur fil-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejba u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Għalhekk huwa xieraq, sabiex tkun żgurata t-trażmissjoni ta’ l-informazzoni dwar il-pagatur matul il-katina kollha tal-ħlas, li jkun hemm sistema li timponi l-obbligu fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li t-trasferimenti ta’ fondi jkunu akkumpanjati b’informazzoni preċiża u utli dwar il-pagatur.

Skond in-nota interpretattiva riveduta tagħha, li kienet adottata fl-10 ta’ Ġunju 2005, l-SR VII għandha tkun trasposta sa Diċembru 2006.

Il-proposta preżenti hija marbuta direttament mar-Regolamenti 2001/2580/KE tas-27 ta' Diċembru 2001[2] u 2002/881/KE tas-27 ta' Mejju 2002[3], li jirrigwardaw l-iffriżar ta' l-assi ta' terroristi.Id-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-regolamenti japplikaw biss, madankollu, għal individwi jew gruppi speċifiċi li huma kkunsidrati bħala terroristi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. It-tielet Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus[4], adottata fis-26 ta' Ottubru 2005, fiha dispożizzjonijiet dwar il-prevenzjoni ta' l-użu tas-sistema finanzjarja għal skop ta' ħasil tal-flus, inkluż il-finanzjament ta' terroristi.

Ir-rapporteur jappoġġja l-ġlieda kontra t-terroriżmu u jinnota l-bżonn li jittieħdu miżuri ta' prevenzjoni kontra l-finanzjament tat-terroristi. Fil-prinċipju, għalhekk, l-approċċ segwit f'din il-proposta jixraqlu appoġġ.

Madankollu, huma ssuġġeriti it-tibdiliet li ġejjin għall-proposta tal-Kummissjoni:

Rigward l-applikabilità tar-regolament, l-eċċezzjonijiet li ġejjin għandhom jinżammu:

· Trasferimenti elettroniċi fejn l-ammont li ġie trasferit hu ta' inqas minn EUR 1000;

· L-użu ta' karta ta' kreditu jew debitu għal tranżazzjonijiet kummerċjali;

· Ħlas għal oġġetti jew servizzi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas huwa marbut permezz tad-dispożizzjonijiet tat-tielet Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus, it-traċċabilità tad-dejta hija żgurata u l-ammont tat-transfer huwa ta' inqas minn EUR 1000;

· Ġbid ta' flus kontanti li tagħmel persuna mill-kont tagħha stess;

· L-użu tad-debitu dirett;

· L-użu ta' ċekkijiet elettroniċi;

· Il-pagament ta' taxxi, miżati jew ħlasijiet oħra;

· Operazzjonijiet li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jagħmel miegħu nnifsu

· Ħlasijiet permezz ta' mowbajl telefown

Barra minn dan, ir-rapporteur jiġbed l-attenzjoni dwar il-bżonn ta' diversi kjarifiki u żidiet fir-rigward tad-definizzjonijiet użati.

Ir-rapporteur huwa ta' l-opinjoni li għandha ssir distinzjoni bejn it-trasferimenti li mhumiex ibbażati fuq kont fir-rigward tar-rekwiżit li jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur. Għaldaqstant, fil-każ ta' trasferimenti li huma bbażati fuq kont, ir-rekwiżit tal-verifikazzjoni tad-dejta hija skaduta, sakemm l-informazzjoni neċessarja kollha ġiet iċċekkjati meta nfetaħ il-kont u sakemm it-trasferiment jidħol fl-iskop ta' l-Artikolu 9(6) tat-tielet Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus. Fil-każ ta' trasferimenti li mhumiex ibbażati fuq kont, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jiġi mitlub biss li jikkonferma l-isem tal-pagatur meta l-ammont tat-trasferiment ma jaqbiżx EUR 1000. Min-naħa l-oħra, għandha tiġi vverifikata l-informazzjoni kollha meta jsiru diversi trasferimenti separati li flimkien jammontaw għal aktar minn EUR 1000.

Ir-rapporteur iqis li huwa xieraq li t-trasferimenti tad-dħul u tal-ħruġ jiġu trattati bl-istess mod.

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, huwa ċar li l-perjodu ta' żamma ta' ħames snin li ġie propost mill-Kummissjoni, skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament mhuwiex dubjuż mill-perspettiva ta' protezzjoni tad-dejta u jista', għalhekk, jiġi appoġġjat. Il-possibilità ta' estensjoni ta' dan il-perjodu mhix xierqa, għax l-armonizzazzjoni ma tkunx qed titqies, u tkun tfisser ukoll qabża lil hinn mill-qafas stabbilit permezz tat-tielet Direttiva dwar il-Ħasil tal-Flus.

Fir-rigward tas-sistemi bankarji li għandhom jiġu użati biex jirreġistraw l-informazzjoni (SWIFT), għandu jkun iċċarat li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jistgħu jiġu mitluba biss li jikkonfermaw li l-ispazji (fields) imtlew, u mhux li jiċċekkjaw li l-informazzjoni hija preċiża. In-natura speċjali tat-trasferimenti f'lott għandha tkun ikkunsidrata wkoll.

Fl-opinjoni tar-rapporteur, il-konsegwenzi stipulati fil-proposta għal regolament dwar fornituri tas-servizzi tal-ħlas li b'mod ripetut u sistematiku jonqsu milli jgħaddu d-dejta meħtieġa, huma iebsa wisq. Barra minn dan, għandhom jiġu kkunsidrati biss fil-każ ta' trasferimenti li jaqbżu EUR 1000. Dan għandu jevita li jkun hemm ammonti kbar ta' xogħol ta' pproċessar u jiżguraw l-aspett prattiku tad-dispożizzjonijiet.

Sabiex jitqiesu il-bżonnijiet different taħt il-liġi ta' proċedura dwar l-intervenzjoni, għandha tiżdied dispożizzjoni li tikkorrispondi.

Huwa importanti ħafna li l-użu ta' dejta trażmessa u maħżuna għandha tkun ristretta għall-oqsma ta' użu li huma msemmija, kif jgħid it-test tal-Kummissjoni, sabiex jiġi evitat li l-ħżin tad-dejta dwar iċ-ċittadini jiġi awtorizzat b'mod ġenerali, u biex jillimita safejn huwa possibbli l-indħil fid-drittijiet bażiċi permezz ta' l-użu ta' dan ir-regolament.

Minbarra l-introduzzjoni ta' monitoraġġ mill-Istati Membri, ir-rapporteur iqis li m'għandhomx jintużaw il-poteri ta' implimentazzjoni u ta' emendar, u lanqas il-proċedura ta' komitoloġija. Minflok, għandu jkun possibbli li d-dispożizzjonijiet legali li ssawru permezz tal-proċedura ta' kodeċiżjoni jiġu emendati biss permezz ta' kodeċiżjoni.

Dwar it-trasferimenti ta' donazzjonijiet, għandu jiġi ċċarat li l-eżenzjoni msemmija għandha tapplika għal organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ. Għandha tkopri wkoll lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi u awtoritajiet lokali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet li għalihom japplika dan ir-regolament ikunu mniżżla f'listi f'pajjiżhom, u li dawn il-listi ikunu aġġornati u magħmula disponibbli għal kwalunkwe Stat Membru ieħor ikkonċernat.

Finalment, ir-rapporteur jemmen li għandha tiddaħħal klawżola ta' reviżjoni dwar trasferimenti elettroniċi u ħlasijiet permezz ta' mowbajl telefown li tkun applikabbli minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament, flimkien ma' klawżola għal tmiem gradwali li tkun applikabbli ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament. L-għan tal-klawżola ta' reviżjoni hu li tosserva u jekk huwa meħtieġ, tqis l-aħħar żviluppi fis-settur finanzjarju. Filwaqt li l-ħlasijiet permezz ta' mowbajl telefown illum għadhom rudimentarji u mhux komuni, is-sitwazzjoni tista' tinbidel kompletament fit-tliet snin li ġejjin. M'għandhomx jiġu mxekkla żviluppi fl-informatika. Il-proposta għal reviżjoni tar-regolament fis-sħuħija tiegħu wara ħames snin hija intenzjonata bħala mezz ta awto-monitoraġġ ta' l-istituzzjonijiet, u taħdem kontra l-possibilità ta' regolazzjoni żejda. Il-ħtieġa li l-korpi leġiżlattivi jirrevedu u jikkonfermaw il-bżonn tad-dispożizzjonijiet li huma jkunu adottaw hija konformi ma' l-objettiv ta' l-UE li tnaqqas il-burokrazija.

19.4.2006

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u MonetarjI(*)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja trasferimenti ta' fondi

(COM(2005)0343 – C6‑0246/2005 – 2005/0138(COD))

'Rapporteur' għal opinjoni (*): Udo Bullmann

(*)       Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta ta' regolament tal-Kummissjoni COM(2005)0343 għandha l-għan aħħari li tbiddel ir-Rakkomandazzjoni Speċjali VII ta' l-FATF[5] dwar it-trasferimenti elettroniċi(transazzjonijiet ta' ħlas elettroniċi) fi Dritt Komunitarju. Kien intlaħaq ftehim internazzjonali li r-rakkomandazzjonijiet speċjali ta' l-FATF għandhom japplikaw sa mhux aktar mill-2007.

Il-proposta tirregola r-rekwiżit li l-banek u l-fornituri oħra tas-servizzi tal-ħlas għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-pagaturi li jitrasferixxu l-fondi, jiġifieri l-obbligi tal-fornituri kollha tas-servizzi tal-ħlas li huma involuti fit-trasferiment ta' fondi. Billa jagħmilha ħtieġa ġenerali għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jgħaddu d-dettalji kollha dwar il-pagatur, ir-regolament jimmira li jagħmel it-trasferiment ta' flus traċċabbli.

Ir-'rapporteur' għall-opinjoni jilqa' l-fatt li l-proposta b'mod ġenerali ssegwi n-nota interpretattiva ta' l-FATF dwar ir-Rakkomandazzjoni Speċjali VII, imma jqis ukoll li huwa xieraq li jinħolqu eżenzjonijiet mill-iskop tar-regolament, biex jikkunsidraw is-sitwazzjonijiet speċjali tas-sistema ta' pagamenti ta' wħud mill-Istati Membri. Fl-opinjoni tar-'rapporteur', irid jinħoloq bilanċ bejn il-ħtieġa li jitqiesu l-partikularitajiet nazzjonali, il-ħtieġa li l-azzjoni tkun proporzjonata, u l-opportunitajiet ta' użu ħażin fil-qasam tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroristi li jistgħu' jinħolqu b'riżultat ta' l-eżenzjonijiet mil-liġi.

Importanti li jissemmew il-punti li ġejjin.

· L-interpretazzjoni li tintuża għal trasferimenti ta' flus ta' inqas minn €1000 hija stretta wisq, u r-'rapporteur' ta' l-opinjoni jilqa' dan. Għalkemm il-limitu massimu ta' €1000 li huwa permess mill-FATF għal miżuri anqas stretti fil-fatt hija wżata, ma tintużax biex tevita li ssir kwalunkwe talba għal verifika u trasferiment ta' informazzjoni dwar il-pagatur. F'kull każ, it-trasferiment tal-fondi għandu jkun ikkumpanjat minn informazzjoni kompluta. Fil-każ ta' ħlas fi flus kontanti, l-isem tal-pagatur għandu jiġi verifikat ukoll. Minħabba li t-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus għandha biżżejjed rekwiżiti dwar l-immaniġġjar tal-kontijiet, meta l-ħlasijiet isiru minn kontijiet fl-UE għandu jkun neċessarju biss li jingħata n-numru tal-kont jew numru identifikatur.

· Ir-'rapporteur' għall-opinjoni jilqa' l-eżenzjonijiet mniżżla f'Artikolu 2 dwar kards ta' kreditu jew debitu, ġbid minn magni awtomatiċi, awtorizzazzjonijiet ta' trasferimenti ta' debitu, ċekkijiet ipproċessati b'mod elettroniku, pagamenti lill-awtoritajiet pubbliċi u tranżazzjonijiet bejn banek. Huwa jaċċetta wkoll l-eżenzjoni fuq ħlasijiet li jirregolaw il-kontijiet jekk tinħoloq sistema fi Stat Membru li tippermetti lill-pagatur li jiġi identifikat permezz tar-riċevitur, pereżempju permezz ta' fornitur ta' servizzi pubbliċi u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ta' dan ta' l-aħħar. L-eżenzjoni tal-fondi elettroniċi skond it-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus ġiet inkorporata. Skond ir-rakkomandazzoni ta' l-FATF, fiż-żewġ każi ġie stipulat limitu massimu ta' €1000 fuq tranżazzjonijiet.

It-tkabbir mgħaġġel ta' sistemi ġodda elettroniċi ta' ħlas bħall-e-money jew is-sistemi ta' ħlas offruti mill-kumpanniji tat-mowbajl telefown joħolqu sfida għal regolazzjoni adegwata. Għar-rapporteur ta' l-opinjoni, il-forma ta' eżenzjoni magħżula għall-e-money jidher li s'issa hija ristrettiva biżżejjed; fil-każ ta' kumpanniji ta' mowbajl telefown hemm bżonn ta' iktar konsultazzjoni tul din il-proċedura leġiżlattiva. Hemm nuqqas ta' qbil dwar l-evalwazzjoni tar-riskji ta' ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroristi fil-qasam tal-ħlasijiet permezz ta' e-money u sistemi ta' ħlas permezz ta' mowbajl telefown. Għaldaqstant ir-'rapporteur għall-opinjoni' iqis li għall-għanijiet ta' dan ir-regolament hemm bżonn li jkun hemm klawżola ta' reviżjoni dwar l-eżenzjoni ta' l-'e-money' u l-inklużjoni ta' sistemi ġodda elettroniċi ta' ħlas.

· Ir-rekwiżiti fuq il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur hawnhekk ġew iċċarati. Ir-riċevitur għandu jivverifika jekk l-ispazji (fields) pprovduti fis-sistemi ta' pagament imtlewx, kif jaqbel mal-bżonnijiet ta' sistema ta' ħlas awtomatizzata. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jiddeċiedi li l-informazzjoni mhix kompluta, għandu jirrifjuta t-trasferiment jew inkella jitlob id-dettalji kollha mingħand il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas relevanti li jkun qed jagħmel it-trasferiment. Fil-każ li fornitur tas-servizzi tal-ħlas jibqa' jagħmel trasferimenti mhux kompluti, l-aġenzija li tirċievi hija mitluba li toħloq djalogu mal-fornitur tas-servizz li qed jagħmel it-trasferiment u b'mod gradwali, tnaqqas jew twaqqaf ir-relazzjoni ta' kummerċ għal tranżazzjonijiet ta' trasferimenti.

· Ir-'rapporteur' għall-opinjoni jilqa' l-eżenzjoni proposta għall-donazzjonijiet lill-karità, sakemm dawn jiġu applikati f'qafas ċar u monitorjati mill-awtoritajiet fi Stat Membru.

· Waqt li jkomplu n-negozjati bejn l-istituzzjonijiet dwar il-kumitoloġija, ir-rapporteur għall-opinjoni jipproponi li jitneħħew id-dispożizzjonijiet ta' komitoloġija f'dan ir-regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[6]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

Sabiex ikun evitat il-finanzjament tat-terroriżmu, ittieħdu miżuri bl-għan li jkunu ffriżati fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, gruppi u entitajiet, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jkun miġġieled it-terroriżmu, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, ix-xibka ta' l-Al-Qaida u t-Talibani, u li jneħħi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afghanistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjir u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rispett tat-Talibani ta’ l-Afghanistan. Għall-istess skop, ittieħdu miżuri bl-għan li tiġi mħarsa s-sistema finanzjarja kontra d-devjazzjoni tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għal skopijiet ta’ terroriżmu. Id-Direttiva 2005/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskopijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu[7] fiha numru ta’ miżuri bl-għan li jkun miġġieled l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu dawk il-miżuri kollha ma jipprevenux bis-sħiħ it-terroristi u kriminali oħra milli jkollhom aċċess għal sistemi ta’ ħlas biex iċaqilqu l-fondi tagħhom.

_______________

1 ĠU L ..., ......2005, p. .. (trid tkun ippubblikata, 2004/0137/COD).

(2) Sabiex ikun evitat il-finanzjament tat-terroriżmu, ittieħdu miżuri bl-għan li jkunu ffriżati fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni, gruppi u entitajiet, inkluż ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-ħsieb li jkun miġġieled it-terroriżmu, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, ix-xibka ta' l-Al-Qaida u t-Talibani, u li jneħħi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u servizzi lejn l-Afghanistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tat-titjir u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra fir-rispett tat-Talibani ta’ l-Afghanistan. Għall-istess skop, ittieħdu miżuri bl-għan li tiġi mħarsa s-sistema finanzjarja kontra d-devjazzjoni tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għal skopijiet ta’ terroriżmu. Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskopijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fiha numru ta’ miżuri bl-għan li jkun miġġieled l-użu ħażin tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Madankollu dawk il-miżuri kollha ma jipprevenux bis-sħiħ it-terroristi u kriminali oħra milli jkollhom aċċess għal sistemi ta’ ħlas biex iċaqilqu l-fondi tagħhom.

________________

1 ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

Ġustifikazzjoni

Aġġornata wara l-adozzjoni tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus tas-26 ta' Ottubru 2005.

Emenda 2

Premessa 5 a (ġdida)

(5a) Persuni li sempliċiment jikkonvertu d-dokumenti fuq il-karta għal dejta elettronika filwaqt li jaħdmu fuq kuntratt ma' fornitur tas-servizzi tal-ħlas ma jaqgħux taħt l-iskop ta' dan ir-regolament. Persuni fiżiċi jew legali li sempliċiment ifornu lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas sempliċiment b'messaġġ jew sistemi oħra ta' appoġġ għat-trasferiment ta' fondi jew b'sistemi ta' approvazzjoni u sistemi ta' pagament lanqas ma jaqgħu taħt l-iskop ta' dan ir-regolament.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika li diġà hija neċessarja fid-direttiva dwar il-ħasil tal-flus, biex turi li r-regolament m'għandux japplika għal persuni li jipprovdu sistemi ta' appoġġ għall-fornituri tas-servizzi ta' ħlas, u għalhekk sempliċiment qed jgħaddu messaġġ lil fornituri oħra tas-servizzi tal-ħlas jew qed ifornu xi sistema oħra biex tappoġġja t-trasferiment ta' fondi. Lanqas ma għandu japplika għal sistemi ta' approvazzjoni u sistemi ta' pagament (ara wkoll Premessa 34 tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus).

Emenda 3

Premessa 6

(6) Minħabba li hemm riskju iżgħar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mat-trasferimenti tal-fondi minn transazzjoni kummerċjali jew fejn il-pagatur u dak li jħallas huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li jaġixxu f’isimhom, hu xieraq li dawn it-trasferimenti jkunu eżentati mill-iskop ta' dan ir-Regolament, fuq il-kondizzjoni li tibqa’ dejjem possibbli li l-pagatur ikun ittraċċat.

(6) Fejn ikun hemm riskju iżgħar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu assoċjat mat-trasferimenti tal-fondi, hu xieraq li dawn it-trasferimenti jkunu eżentati mill-iskop ta' dan ir-Regolament. Dawn l-eżenzjoniiet għandhom ikopru kards ta' kreditu u debitu, ġbid ta' flus minn magni awtomatiċi, debiti diretti, ċekkijiet maqtugħa, ħlasijiet ta' taxxi, multi u 'levies' oħra, fejn il-pagatur u r-riċevitur huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li qed jaħdmu għan-nom tagħhom stess.

Barra minn dan, sabiex jiġu riflessi l-karatteristiċi speċjali tas-sistemi nazzjonali tal-pagamenti, Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-pagamenti elettroniċi tal-'giro', sakemm ikun dejjem possibbli li t-trasferiment jiġi traċċat lura għall-pagatur. Fejn Stati Membri applikaw id-deroga għall-flus elettroniċi fid-Direttiva 2005/60/KE, għandhom japplikaw dik id-deroga skond dan ir-Regolament sakemm l-ammont tat-tranżazzjoni ma jaqbiżx EUR 1 000.

Ġustifikazzjoni

Konformita` ma' l-emenda għall-estensjoni tar-regoli dwar l-eċċezzjonijiet skond l-Artikolu 2, li tiżgura eċċezzjoni effettiva għas-sistemi tal-'giro' f'xi Stati Membri li jiggarantixxu t-traċċabilità.

Emenda 4

Premessa 6 a (ġdida)

(6a) L-eżenzjoni għall-flus elettroniċi, kif definita fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/46/KE, tkopri l-flus elettroniċi irrispettivament jekk dak li joħroġ il-flus elettroniċi jgawdix minn rinunzja jew le skond l-Artikolu 8 ta' dik id-direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li jiġi ċċarat il-punt li l-eżenzjoni ta' l-e-money tirreferi għall-prodotti ta' l-e-money, fi kliem ieħor, li tista' wkoll, jekk hemm bżonn, tiġi applikata lin-nies li joħorġu l-e-money li huma eżentati permezz tad-direttiva ta' l-e-money.

Emenda 5

Premessa 7

Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-transazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi minħabba l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ identifikazzjoni stretti ħafna mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar, l-obbligu li ssir verifika li l-informazzjoni hi preċiża għandu jkun applikat abbażi tas-sensitività tar-riskju, fir-rigward ta’ trasferimenti ta' fondi lil min jħallas barra l-Komunità sa 1000 euro.

(7) Sabiex ma jkunx hemm xkiel għall-effiċjenza tas-sistemi tal-ħlas, ir-rekwiżiti għall-verifika ta' trasferimenti bbażati fuq kontijiet u dawk mhux ibbażati fuq kontijiet għandhom jiġu separati. Sabiex ikunu bbilanċjati r-riskji li t-tranżazzjonijiet jibdew isiru bil-moħbi minħabba l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ identifikazzjoni stretti ħafna mat-theddida terroristika potenzjali ppreżentata minn trasferimenti żgħar, fil-każ ta' trasferimenti mhux magħmula minn kont, l-obbligu li ssir verifika li l-informazzjoni tal-pagatur hi preċiża għandu jkun applikat biss għat-trasferimenti individwali li jaqbżu EUR 1 000. Għal trasferimenti bbażati fuq kont, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas mhumiex obbligati li jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-pagatur għal trasferimenti ta' fondi fejn l-obbligi tad-Direttiva 2005/60/KE ikunu ntlaqgħu.

Ġustifikazzjoni

Premessa emendata konformi ma' l-emenda proposta għall-Artikolu 5.

Tieħu post l-Artikolu 5.

Emenda 6

Premessa 12

(12) Minħabba t-theddida potenzjali tal-finanzjament tat-terroriżmu ppreżentata mit-trasferimenti anonimi, huwa xieraq li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur ikun jista' jevita jew jikkorreġi dawn is-sitwazzjonijiet meta jiġi konxju ta’ nuqqas ta' preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur. F’dan ir-rigward, għandha titħalla flessibilità fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur fuq bażi tas-sensittività tar-riskju. Barra minn hekk, il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur għandha tibqa’ r-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur. Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra mill-Komunità, għandhom jkunu applikati obbligi msaħħin ta’ diliġenza fir-rapport mal-klijent, skond l-Artikolu [11] tad-Direttiva 2005/…/KE, fir-rispett ta’ relazzjonijiet bankarji korrispondenti bejn il-fruntieri ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

(12) Minħabba t-theddida potenzjali tal-finanzjament tat-terroriżmu ppreżentata mit-trasferimenti anonimi, huwa xieraq li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur ikun jista' jevita jew jikkoreġi dawn is-sitwazzjonijiet meta jiġi konxju ta’ nuqqas ta' preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur. F’dan ir-rigward, għandha titħalla flessibilità fir-rigward ta’ l-estensjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur fuq bażi tas-sensittività tar-riskju. Barra minn hekk, il-preċiżjoni u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni dwar il-pagatur għandha tibqa’ r-responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur. Fil-każ fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra mill-Komunità, għandhom ikunu applikati obbligi msaħħin ta’ diliġenza fir-rapport mal-klijent, skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2005/60/KE, fir-rispett ta’ relazzjonijiet bankarji korrispondenti bejn il-fruntieri ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

Ġustifikazzjoni

Adozzjoni aġġornata li ssegwi t-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus tas-26 ta' Ottubru 2005.

Emenda 7

Premessa 13

(13) Fi kwalunkwe eventwalità, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jeżerċita viġilanza speċjali, fuq valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju, meta jsir konxju ta’ nuqqas ta’ preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur, u għandu jirraporta transazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti.

Fi kwalunkwe eventwalità, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jeżerċita viġilanza speċjali, fuq valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju, meta jsir konxju ta’ nuqqas ta’ preżenza ta' informazzjoni jew informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur, u għandu jirrapporta tranżazzjonijiet suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti b'konformita` ma' l-obbligi tar-rapport stipulati fil-Kapitlu III tad-Direttiva 2005/60KE u l-miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Jikkjarifika l-punt li l-Artikolu 9 japplika irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus.

Emenda 8

Premessa 13a (ġdida)

(13a) Id-dispożizzjonijiet dwar trasferimenti ta' fondi li għandhom informazzjoni nieqsa dwar il-pagatur japplikaw mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obligazzjonijiet li l-fornituri tas-servizzi ta' ħlas iridu jissospendu u/jew jirrifjutaw trasferimenti ta' fondi li jivvjolaw dispożizzjonijiet fil-liġi ċivili, amministrattiva jew kriminali.

Ġustifikazzjoni

Jikkjarifika l-punt li l-Artikolu 9 japplika irrispettivament minn leġiżlazzjoni oħra li tista' tirrikjedi li l-pagatur tas-servizzi tal-ħlas li jissospendi jew jirrifjuta pagament.

Emenda 9

Premessa 16a (ġdida)

(16a) Il-limitu ta' żmien ta' tliet ijiem ta' xogħol biex ikun hemm risposta għal rikjesti dwar informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur għandu jkun determinat b'referenza għal dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxi ġranet ta' xogħol tal-bank fl-Istati Membri fejn jinsab il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

Ġustifikazzjoni

Neċessarju biex ikunu kkjarifikati l-perjodi msemmija fl-Artikoli 6 u 13, peress li hemm regoli differenti fl-Istati Membri u f'ċerti każi anki bejn fornituri varji ta' servizzi ta' ħlas.

Emenda 10

Premessa 18a (ġdida)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2002 dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-servizzi finanzjarji1, il-Parlament Ewropew talab li hu u l-Kunsill għandu ikollhom rwol indaqs fis-sorveljanza tal-mod kif il-Kummissjoni teżerċita l-irwol eżekuttiv tagħha sabiex jiġu riflessi s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 251 tat-Trattat. Fid-dikjarazzjoni solenni li saret quddiem il-Parlament Ewropew fl-istess ġurnata mill-President tagħha, il-Kummissjoni appoġġjat din it-talba. Fil-11 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni pproponiet emendi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 u stabbiliet il-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni2, u mbagħad ippreżentat proposta emendata fit-22 ta' April 2004. Il-Parlament ma jikkunsidrax li din il-proposta tippreserva l-prerogattivi leġiżlattivi tagħha. Skond il-Parlament Ewropew, hu u l-Kunsill għandu jkollhom l-opportunità li jevalwaw l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni f'perjodu stabbilit. Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu li matulu l-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' implimentazzjoni jiġi limitat.

___________________

1 ĠU C 284 E, 21.11.2002, p. 115.

2 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

Ġustifikazzjoni

L-għan hu li d-dispożizzjonijiet kumitoloġiċi tar-regolament dwar informazzjoni dwar il-pagatur jkunu konformi ma' dawk adottati fid-direttiva ta' l-adegwatezza tal-kapital.

Emenda 11

Premessa 18 b (ġdida)

(18b) Il-Parlament Ewropew għandu jingħata perjodu ta' tliet xhur mill-ewwel trażmissjoni ta' abbozz ta' emendi u ta' miżuri ta’ implimentazzjoni biex ikun jista' jeżaminahom u jagħti l-opinjoni tiegħu. Madankollu, f'każijiet urġenti u ġustifikati kif suppost, għandu jkun possibbli li dak il-perjodu jitqassar. Jekk, waqt dak il-perjodu, tiġi adottata xi riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina l-abbozz ta' emendi jew miżuri.

Ġustifikazzjoni

L-għan hu li d-dispożizzjonijiet kumitoloġiċi tar-regolament dwar informazzjoni dwar il-pagatur jkunu konformi ma' dawk adottati fid-direttiva ta' l-Adegwatezza tal-Kapital.

Emenda 12

Premessa 19

(19) Numru ta' pajjiżi u territorji li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Komunità jaqsmu unjoni monetarja jew jiffurmaw parti miż-żona monetarja ta’ Stat Membru u stabbilixxew sħubija fis-sistemi ta’ ħlas u approvazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Sabiex ikun evitat effett negattiv sinifikattiv fuq l-ekonomiji ta’ dawk il-pajjiżi jew territorji li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq it-trasferimenti ta’ fondi bejn l-Istati Membri konċernati u dawk il-pajjiżi u territorji, hu xieraq li jkun hemm provvediment għall-possibbiltà ta’ dawn it-trasferimenti li għandhom ikunu trattati bħala trasferimenti ta’ fondi f'dak l-Istat Membru.

(19) Numru ta' pajjiżi u territorji li ma jiffurmawx parti mit-territorju tal-Komunità jaqsmu unjoni monetarja jew jiffurmaw parti miz-zona monetarja ta’ Stat Membru jew iffirmaw konvenzjoni monetarja ma' l-Unjoni Ewropea rrappreżentata minn Stat Membru u għandhom fornituri ta' servizzi ta' ħlas li jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi ta’ ħlas u approvazzjoni ta’ dak l-Istat Membru. Sabiex ikun evitat effett negattiv sinifikattiv fuq l-ekonomiji ta’ dawk il-pajjiżi jew territorji li jista’ jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fuq it-trasferimenti ta’ fondi bejn l-Istati Membri konċernati u dawk il-pajjiżi u territorji, hu xieraq li jkun hemm provvediment għall-possibbiltà ta’ dawn it-trasferimenti li għandhom ikunu trattati bħala trasferimenti ta’ fondi f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Konformi ma' l-emenda għall-Artikolu 18.

Emenda 13

Premessa 20

(20) Sabiex ma jiġux skoraġġiti għotjiet għal skopijiet karitattivi, hu xieraq li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom milli jiġbru, jivverifikaw, jirreġistraw, jew jibagħtu informazzojni dwar il-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa l-ammont massimu ta' 150 euro. Huwa wkoll xieraq li din l-għażla tingħata fuq il-kondizzjoni ta’ eżiġenzi li jridu jkunu sodisfatti mill-organizzazzjonijiet karitattivi sabiex jippermettu l-Istati Membri jiżguraw li din l-eżenzjoni ma tagħtix lok ta' abbuż mit-terroristi bħala kopertura għal jew bħala mezz biex jiffaċilitaw il-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom.

(20) Sabiex ma jiġux skoraġġiti għotjiet għal skopijiet karitattivi, hu xieraq li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom milli jiġbru, jivverifikaw, jirreġistraw, jew jibagħtu informazzojni dwar il-pagatur għal trasferimenti ta' fondi sa l-ammont massimu ta' 1000 EUR. Huwa wkoll xieraq li din l-għażla tingħata fuq il-kondizzjoni ta’ eżiġenzi li jridu jkunu sodisfati mill-organizzazzjonijiet karitattivi sabiex jippermettu l-Istati Membri jiżguraw li din l-eżenzjoni ma tagħtix lok ta' abbuż mit-terroristi bħala kopertura għal jew bħala mezz biex jiffaċilitaw il-finanzjament ta' l-attivitajiet tagħhom

Ġustifikazzjoni

Konformita` ma' l-emenda għall-Artikolu 19(1) li jgħolli l-limitu għal €1000, sabiex donazzjonijiet anonimi xorta jistgħu jkunu possibbli sa ċerti limiti, bil-kundizzjoni li jkun hemm monitoraġġ strett fuq organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profit.

Emenda 14

Artikolu 2, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jgħaddu minn tranżazzjoni kummerċjali li jsiru permezz ta’ credit card jew debit card jew permezz ta’ kwalunkwe strument simili ieħor ta’ ħlas, sakemm identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi kollha li jgħaddu mit-tranżazzjoni kummerċjali.

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta’ kards ta' kreditu jew ta' debitu bil-kundizzjoni li:

(a) r-riċevitur għandu ftehim mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jippermettilu li jħallas għall-għoti ta' prodotti u servizzi; u

(b) identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi.

Ġustifikazzjoni

Kif jipproponi l-Kunsill, u kif jilqa' r-rapporteur ta' opinjoni, il-mod kif inhu ntużat il-kliem hawnhekk jiċċara l-kontenut u jippreżentah b'mod aktar ċar. Is-sinifikat tal-proposta tal-Kummissjoni jibqa' l-istess.

Emenda 15

Artikolu 2, paragrafu 2, subparagrafu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-trasferimenti ta’ fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll ir-riċevitur huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li qed jaġixxu f’isimhom stess.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni reġa' sar abbozz tagħha fl-Artikolu 2, paragrafu 2g (ġdid) (emenda 22 ta' l-abbozz tar-rapport).

Emenda 16

Artikolu 2, paragrafu 2a (ġdid)

2a. Fejn Stat Membru jagħżel li japplika d-deroga stipulata fl-Artikolu 11(5) (d) tad-Direttiva 2005/60/KE, dan ir-Regolament m'għandux jiġi applikat għal trasferimenti ta' fondi fejn qed jintużaw flus elettroniċi koperti minn din id-deroga, ħlief fejn l-ammont tat-transazzjoni huwa iktar minn 1000 EUR.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjonijiet dwar abbużi possibbli apparti, ir-rapporteur għal opinjoni jiffavorixxi eżenzjoni għall-e-money li tinkorpora d-dispożizzjoni relevanti fit-tielet direttiva dwar ħasil ta' flus, u hija wkoll, b'konformita` mar-rakkomandazzjoni ta' l-FATF, limitata għat-trasferimenti uniċi ta' mhux iktar minn 1000 EUR. Ir-rapporteur għal opinjoni iqis il-mod kif inhu mqiegħed il-kliem bħala kjarifika ta' l-eżenzjoni li ġiet diskussa mill-Kunsill.

Emenda 17

Artikolu 2, paragrafu 2 b (ġdid)

2b. Mingħajr ebda preġudizzju għall-Artikolu 2(2a), dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta' mowbajl jew kwalunkwe apparat ieħor diġitali jew ta' IT meta dawn it-trasferimenti ġew imħallsa bil-quddiem u mhumiex aktar minn 150 EUR.

Ġustifikazzjoni

Għall-għan ta' dan ir-regolament, u kull dubju dwar il-possibilta` ta' abbuż apparti, ir-rapporteur għal opinjoni jargumenta favur eċċezzjoni għall-kards tal-mowbajl li jitħallsu bil-quddiem. Din ir-regola m'għandha bl-ebda mod toħloq preġudizzju kontra d-definizzjoni ta' dawn il-kards fil-kuntest tad-direttiva ta' l-e-money..

Emenda 18

Artikolu 2, paragrafu 2c (ġdid)

2c. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jsiru permezz ta' mowbajl jew apparat ieħor diġitali jew ta' IT meta dawn it-trasferimenti ġew imħallsa bil-quddiem u meta jilħqu dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

- ir-riċevitur għandu ftehim mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jippermettilu li jħallas għall-għoti ta' prodotti u servizzi;

- identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lill-pagatur, jakkumpanja t-trasferimenti tal-fondi; u

- il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas huwa suġġett għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm eċċezzjoni għal trasferimenti magħmula bil-mowbajl, sakemm ikun hemm garanzija li dawn jistgħu jiġu traċċati. Għalhekk huwa sensibbli li din l-eċċezzjoni tkun tiddependi fuq l-applikazzjoni tar-regoli skond it-tielet direttiva tal-ħlas ta' flus.

Emenda 19

Artikolu 2, paragrafu 2d (ġdid)

2d. Stati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx dan ir-Regolament għal trasferimenti ta' fondi f'dak l-Istat Membru f'kont ta' riċevitur li jippermetti ħlas għall-għoti ta' prodotti u servizzi jekk:

(a) il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur huwa suġġett għall-obbligazzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE;

(b) il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, permezz ta' numru ta' referenza uniku, jista' jirrittraċċa, mir-riċevitur, it-trasferiment ta' fondi mill-persuna legali jew fiżika li għandha ftehim mar-riċevitur għall-għoti ta' prodotti u servizzi; u

(c) l-ammont tat-tranżazzjoni huwa ta' 1000 EUR jew inqas.

Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-eżenzjoni hija maħsuba li tapplika għal sistemi 'giro' li jiżguraw li l-bank li jirċievi jista' jittraċċa lura, permezz tar-riċevitur, l-identita` tal-konsumatur li qed iħallas. L-għan ta' din l-eżenzjoni huwa li ma jinħolqux diffikultajiet fil-prattika f'ċerti Stati Membri u b'hekk partijiet terzi jkunu jistgħu jirregolaw il-kontijiet permezz ta' pagamenti bi kreditu.

Emenda 20

Artikolu 2, paragrafu 2e (ġdid)

2e. Dan ir-Regolament ma japplikax għal trasferimenti ta' fondi fejn il-pagatur jiġbed flus mill-kont tiegħu stess.

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiżgura li l-ġbid ta' flus mill-kontijiet tal-pagatur ma jidħlux fl-iskop tad-direttiva.

Emenda 21

Artikolu 2, paragrafu 2f (ġdid)

2f. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi fejn hemm awtorizzazzjoni għal trasferiment b'debitu bejn żewġ partijiet li tippermetti pagamenti bejniethom permezz tal-kontijiet, sakemm ma jkunx hemm identifikatur uniku li jakkumpanja t-trasferimenti ta' fondi sabiex jippermetti li l-persuna legali jew fiżika tkun traċċata lura.

Ġustifikazzjoni

Eżenzjoni għal proċeduri ta' debitu, li huma mezz ta' pagament użat ħafna għal transazzjonijiet bħalma huma l-kontribuzzjonijiet ta' assikurazzjoni. Eżenzjoni mis-skop tad-direttiva hija ġustifikabbli peress li t-trasferiment tal-flus jista' jiġi traċċat lura permezz ta' min qed jirċievi u permezz ta' l-awtorizzazzjoni.

Emenda 22

Artikolu 2, paragrafu 2g (ġdid)

2g. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi li jużaw ċekkijiet maqtugħa.

Ġustifikazzjoni

Tagħmilha ċara li ċekkijiet li huma proċessati elettronikament - bħalma ma huma wkoll ċekkijiet f'forma ta' karta in ġenerali - ma' jidħlux fl-iskop tad-direttiva.

Emenda 23

Artikolu 2, paragrafu 2h (ġdid)

2h. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal trasferimenti ta' fondi lill- awtoritajiet pubbliċi għal taxxi, multi jew 'levies' fi Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Ħlas ta' taxxa u 'levies' għal aġenziji pubbliċi huma kkunsidrati mingħajr risku u, jekk le, huma komprensivi, u għalhekk għandhom ikunu eżentati mill-iskop tad-direttiva.

Emenda 24

Artikolu 2, paragrafu 2i (ġdid)

2i. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għat-trasferimenti ta’ fondi fejn kemm il-pagatur kif ukoll ir-riċevitur huma fornituri tas-servizzi tal-ħlas li qed jaġixxu f’isimhom stess.

Ġustifikazzjoni

Biex tikkjarifika l-punti li r-regolament ma japplikax għal negozji bejn il-banek.

Emenda 25

Artikolu 3, punt 1

1. “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser kwalunkwe offiża fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1(3)] tad-Direttiva 2005/…/KE;

1. “finanzjament tat-terroriżmu” tfisser l-għoti jew il-ġbir ta' fondi fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2005/60/KE;

Ġustifikazzjoni

Taqbel mad-definizzjoni tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus.

Emenda 26

Artikolu 3, punt 2

2. “Il-ħasil tal-flus" tfisser kwalunkwe offiża fit-tifsira ta’ l-Artikolu [1(2)] tad-Direttiva 2005/.../KE;

2. "il-ħasil tal-flus" tfisser kwalunkwe kondotta li, meta ssir b'mod intenzjonali, hija meqjusa bħala ħasil ta' flus għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1(2) jew (3) tad-Direttiva 2005/60/KE;

Ġustifikazzjoni

Taqbel mad-definizzjoni tat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus.

Emenda 27

Artikolu 3, punt 3

3. “pagatur” tfisser persuna naturali jew legali li għandha d-dritt li tiddisponi mill-fondi u li tippermettihom ikunu trasferiti lir-riċevitur;

3. "pagatur" tfisser jew persuna fiżika jew legali li l-kont huwa f'isimha u li tippermetti trasferimenti ta' fondi minn kont, jew, fejn m'hemmx kont, persuna fiżika jew legali li tordna trasferiment ta' fondi;

Ġustifikazzjoni

Taqbel mad-definizzjoni tal-FATF. Neċessarja biex tiżgura li hija prattikabbli u li tipprovdi kundizzjonijiet kompetittivi ugwali għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas ta' l-UE.

Emenda 28

Artikolu 3, punt 5

5. “fornitur tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna naturali jew legali li n-negozju tagħha jinkludi l-provvista tas-servizzi tal-ħlas lill-utenti tas-servizzi tal-ħlas;

5. “fornitur tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna fiżika jew legali li n-negozju tagħha jinkludi l-provvista tas-servizzi ta' trasferimenti ta' fondi;

Ġustifikazzjoni

Tissimplifika d-definizzjoni, peress li issa t-terminu 'utent tas-servizzi tal-ħlas' m'għandux għalfejn jiġi definit.

Emenda 29

Artikolu 3, punt 7

7. “trasferimenti tal-fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni magħmula f’isem pagatur permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas b’mezzi elettroniċi, bil-ħsieb li dawn il-fondi jsiru disponibbli għal pagatur f'fornitur ieħor ta' servizz ta' ħlas, irrispettivament jekk il-pagatur u r-riċevitur humiex l-istess persuna;

7. “trasferimenti tal-fondi” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni magħmula f’isem pagatur permezz ta’ fornitur tas-servizzi tal-ħlas b’mezzi elettroniċi, bil-ħsieb li dawn il-fondi jsiru disponibbli għal pagatur f'fornitur ta' servizz ta' ħlas, irrispettivament jekk il-pagatur u r-riċevitur humiex l-istess persuna;

Ġustifikazzjoni

Tiċċara li trasferimenti ta' fondi għadhom jidħlu fl-iskop tad-direttiva jekk il-pagatur u r-riċevitur huma t-tnejn konsumaturi ta' l-istess fornitur tas-servizzi tal-ħlas.

Emenda 30

Artikolu 3, punt 8

8. “utent tas-servizzi tal-ħlas” tfisser persuna naturali jew legali li tuża servizz ta' ħlas, fil-kapaċità ta’ pagatur jew riċevitur;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Taqbel ma' l-emenda għall-Artikolu 3(5).

Emenda 31

Artikolu 3, punt 9a (ġdid)

9a. "identifikatur uniku" tfisser kombinazzjoni ta' ittri, numri jew sillabi, iddeterminati mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, b'konformita mal-protokolli tas-sistema ta' ħlas u pagamenti jew tas-sistema ta' messaġġi li jintużaw biex jiġi effettwat it-trasferiment.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni neċessarja tat-terminu 'identifikatur uniku'.

Emenda 32

Artikolu 4, paragrafu 3

Fejn in-numru tal-kont tal-pagatur ma jeżistix, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur jista’ jibdlu b'identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Fejn in-numru tal-kont tal-pagatur ma jeżistix, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur għandu jibdlu b'identifikatur uniku, li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Ġustifikazzjoni

Tneħħi l-ambigwita billi tistipula li jew numru tal-kont jew identifikatur uniku għandu jakkumpanja t-trasferiment.

Emenda 33

Artikolu 5, paragrafu 2, subparagrafu 2

Madankollu, għal trasferimenti ta' fondi lil riċevituri barra l-Komunità sa l-ammont ta’ 1 000 euro, fornituri tas-servizzi tal-ħlas jistgħu jiddeterminaw l-estensjoni ta’ din il-verifika in vista tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex ikun evitat it-tnaqqis fl-effiċjenza tas-sistema ta' ħlas, hemm proposta, bi qbil mal-Kunsill, li jkun hemm distinzjoni bejn sistemi ta' trasferiment li jkunu bbażati fuq kont u dawk li ma jkunux ibbażati fuq kont, flimkien mad-dispożizzjonijiet dwar verifika. Ara hawn taħt.

Emenda 34

Artikolu 5, paragrafu 2a (ġdid)

2a. Fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi minn kont, il-verifika tista' titqies li diġa saret jekk:

(a) l-identita tal-pagatur ġiet verifikata b'konnessjoni mal-ftuħ tal-kont u l-informazzjoni li ttieħdet minn din il-verifika ġiet miżmuma b'konformita ma' l-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikoli 8(2) u 30(a) tad-Direttiva 2005/60/KE, jew

(b) il-pagatur jidħol fl-iskop ta' l-Artikolu ta' l-Artikolu 9(6) tad-Direttiva 2005/60/KE.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' trasferimenti bbażati fuq kont, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas m'għandhomx ikunu obbligati li jivverifikaw informazzjoni dwar ir-riċevitur għal kull tranżazzjoni, sakemm dawn ikunu konformi mat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus.

Emenda 35

Artikolu 5, paragrafu 2 b (ġdid)

2b. Pero, fil-każ ta' trasferimenti ta' fondi li ma jsirux minn kontijiet, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur għandu jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur biss fejn l-ammont ikun iżjed minn 1000 EUR, sakemm it-tranżazzjoni ma ssirx f'numru ta' operazzjonijiet li jidhru konnessi u li flimkien jitilgħu għal iktar minn 1000 EUR.

Ġustifikazzjoni

Fi trasferimenti li ma jsirux minn kontijiet, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jivverifika l-informazzjoni dwar il-pagatur biss għal kull transazzjoni individwali li tkun iktar minn €1000. Din għandha tipprevjeni numru kbir u mhux mixtieq ta' pagamenti żgħar li jsiru barra mis-sistema ta' trasferiment normali.

Emenda 36

Artikolu 6, paragrafu 1

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5, trasferimenti ta’ fondi, fejn kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizzz tal-ħlas tar-riċevitur huma bbażati fil-Komunità, għandhom ikunu meħtieġa biss li jkunu akkumpanjati min-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(1), trasferimenti ta’ fondi, fejn kemm il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur kif ukoll il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur huma bbażati fil-Komunità, għandhom ikunu meħtieġa biss li jkunu akkumpanjati min-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku li jippermetti li t-tranżazzjoni tkun traċċata lura sal-pagatur.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta' żball ta' referenza.

Emenda 37

Artikolu 6, paragrafu 2

Madankollu, jekk hu mitlub hekk mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jagħmel disponibbli lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta' xogħol minn meta tasal din it-talba.

Madankollu, jekk hu mitlub hekk mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, u hemm raġuni tajba għal dan, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għandu jagħmel disponibbli lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta' xogħol minn meta tasal din it-talba.

Ġustifikazzjoni

Biex ikunu evitati talbiet sistematiċi li jkunu ta' spiża kbira għall-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati, talbiet skond l-Artikolu 6, paragrafu 2 m'għandhomx jiġu eżegwiti sakemm ma jkunx hemm raġuni tajba għal din it-talba.

Emenda 38

Artikolu 7, titolu

Trasferimenti ta’ fondi mill-Komunità lir-riċevitur barra mill-Komunità

Trasferimenti ta’ fondi mill-Komunità għal barra mill-Komunità

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda 39

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Trasferimenti ta' fondi mill-Komunità lil riċevituri barra l-Komunità għandhom ikunu akkumpanjata mill-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur.

1. Trasferimenti ta' fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jinsab barra mill-Komunità għandhom ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur.

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika li l-lokal tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur huwa l-fattur determinanti, u mhux il-lokal tar-riċevitur stess.

Emenda 40

Artikolu 7, paragrafu 2

2. Fil-każ ta’ trasferimenti f’lott minn pagatur uniku għal riċevitur barra l-Komunità, paragrafu 1 ma għandux japplika fuq it-trasferimenti individwali miġbura flimkien fiha, sakemm il-lott fih dik l-informazzjoni u t-trasferimenti indivdwali fihom in-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku.

2. Fil-każ ta’ trasferimenti f’lott minn pagatur uniku fejn il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevituri jinsabu barra mill-Komunità, paragrafu 1 ma għandux japplika għal trasferimenti individwali miġbura flimkien fiha, sakemm il-lott fih dik l-informazzjoni u t-trasferimenti indivdwali fihom in-numru tal-kont tal-pagatur jew identifikatur uniku.

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika li l-post tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur huwa l-fattur determinanti, u mhux il-post tar-riċevitur stess.

Emenda 41

Artikolu 8, parti introduttorja

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jkollu proċeduri effettivi li kapaċi jindunaw bin-nuqqas ta’ l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

Il-fornitur tas-servizzi ta' ħlas tar-riċevituri huwa meħtieġ li jinduna li l-ispazji ('fields') fis-sistema ta' messaġġar jew ta' pagamenti u ħlas li tintuża biex jiġi effettwat it-trasferiment fir-rigward tal-pagatur ġew mimlija kif suppost skond in-numru ta' karattri ammissibbli fil-konvenzjonijiet ta' dik is-sistema ta' messaġġar jew ta' pagamenti u ħlas. Huwa għandu jkollu proċeduri effettivi li kapaċi jindunaw bin-nuqqas ta’ l-informazzjoni li ġejja dwar il-pagatur:

Ġustifikazzjoni

Tikkjarifika li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jivverifika biss jekk l-ispazji relevanti ġewx mimlija jew le, imma mhux kif. Fi kliem ieħor, mhuwiex meħtieġ jiċċekkja jekk id-dejta hix korretta. Din tissodisfa l-bżonnijiet ta' sistema ta' ħlas awtomatizzata.

Emenda 42

Artikolu 8, punt 2

(2) Għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra l-Komunità, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmija fl-Artikolu 4, jew, fejn hu applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikolu 13.

(2) Għal trasferimenti ta’ fondi fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur hu bbażat barra l-Komunità, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif imsemmija fl-Artikolu 4.

Ġustifikazzjoni

Emenda orizzontali, minħabba l-emenda biex ikun imħassar l-Artikolu 13(2).

Emenda 43

Artikolu 8, punt 2a (ġdid)

(2) Għal trasferimenti f'lott fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur jinsab barra mill-Komunita, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur kif hemm referenza fl-Artikolu 4 fil-lott biss, u mhux fit-trasferimenti individwali fil-lott imsemmi.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni speċjali għal trasferimenti f'lott.

Emenda 44

Artikolu 9, paragrafu 1

1. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jinduna li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa skond dan ir-Regolament hija nieqsa jew mhix sħiħa hekk kif jirċievi t-trasferimenti tal-fondi, għandu jew ma jaċċettax it-trasferimenti, jew jitlob għall-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur. Fil-każ ta’ l-aħħar, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jista’ jew iżomm il-fondi sakemm issir inkjesta jew jagħti l-fondi lir-riċevitur. Fil-każijiet kollha, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu josserva kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, partikularment, ir-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001 u (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva 2005/.../KE, kif ukoll miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni.

1. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur jinduna li l-informazzjoni dwar il-pagatur meħtieġa skond dan ir-Regolament hija nieqsa jew mhix sħiħa hekk kif jirċievi t-trasferimenti tal-fondi mill-Komunita, jew trasferimenti ta' fondi 'l fuq minn 1000 EUR u 1000 USD minn barra l-Komunita, għandu jew ma jaċċettax it-trasferimenti, jew jitlob għall-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur. Fil-każijiet kollha, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu josserva kwalunkwe liġi applikabbli jew dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, partikularment, ir-Regolamenti (KE) Nru 2580/2001 u (KE) Nru 881/2002 u d-Direttiva 2005/60/KE, kif ukoll miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni, minkejja kwalunkwe ftehimiet kuntrattwali u liġi kuntrattwali li tiggverna relazzjoni ta' negozju bħal din.

Ġustifikazzjoni

Miżjuda peress li r-Rakkomandazzjoni Speċjali VII tipprovdi għal-limitu minimu ta' 1000 EUR/USD, u jekk ikun inqas minn hekk, il-pajjiżi tal-pagaturi mhumiex obbligati jidentifikaw il-pagatur u jagħtu informazzjoni sħiħa. Jekk m'hemmx limitu minimu għal trasferimenti ta' flus li deħlin ukoll, ma jkunx hemm kunflitt fis-sistema internazzjonali tal-ħlas. Skond l-Artikolu 9(1) ta' l-abbozz ta' regolament, dawn it-trasferimenti dejjem se jiġu rrifjutati, jew, f'kull każ individwali, informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur tiġi mitluba.

Emenda 45

Artikolu 9, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas repetutament jonqos li jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jirrifjuta kwalunkwe trasferimenti ta' fondi minn dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew iwaqqaf ir-relazzjoni tan-negozju tiegħu ma' dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew f'dak li għandu x’jaqsam mas-servizzi tat-trasferimenti tal-fondi jew f’dak li għandu x’jaqsam ma' kwalunkwe provvista ta' servizzi reċiproċi.

2. Fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas regolarment jonqos li jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar il-pagatur bi trasferimenti ta' fondi ta' iktar minn 1000 EUR u 1000 USD, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jikkunsidra li jillimita jew anki jtemm ir-relazzjoni tan-negozju tiegħu ma' dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rakkomandazzjoni Speċjali VII tipprovdi għal-limitu minimu ta' 1000 EUR/USD, u jekk ikun inqas minn hekk, il-pajjiżi tal-pagaturi mhumiex obbligati jidentifikaw il-pagatur u jagħtu informazzjoni sħiħa. Skond l-Artikolu 9(2) ta' l-abbozz tar-regolament, jekk trasferimenti minn pajjiżi terzi ġew riċevuti ripetutament u - leġittimament - dettalji sħaħ dwar il-pagatur ma ġewx provduti, ir-relazzjoni tan-negozju jkollha tintemm. Dawn is-sanzjonijiet mhumiex fl-interess tal-konsumaturi u tan-negozji fl-UE. Għandu jkun hemm xi marġini għal manuvrar għall-fornituri tas-servizzi tal-ħlas fl-UE.

Emenda 46

Artikolu 10

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jikkunsidra informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur bħala fattur fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferimenti tal-fondi, jew kwalunkwe trażazzjoni relatata, hix suspettuża, u jekk għandhiex tkun irrapuratata, skond l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2005/...?KE, lill-awotritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur għandu jikkunsidra informazzjoni mhux sħiħa dwar il-pagatur bħala fattur fil-valutazzjoni ta' jekk it-trasferimenti tal-fondi, jew kwalunkwe tranżazzjoni relatata, hix suspettuża, u jekk għandhiex tkun irrappuratata, skond l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2005/60/KE, lill-awtoritajiet responsabbli mill-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu.

Ġustifikazzjoni

Adozzjoni aġġornata li ssegwi t-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus tas-26 ta' Ottubru 2005.

Emenda 47

Artikolu 13, paragrafu 2

2. Jekk, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju ma jirċevix informazzjoni dwar il-pagatur, għandu jinforma l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur kif inhu xieraq, meta jkunu trasferiti l-fondi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur diġa għandu l-obbligu li jiċċekkja li ġiet provduta l-informazzjoni sħiħa. Verifika oħra minn fornitur intermedjarju ta' servizzi ta' ħlas tfisser duplikazzjoni tax-xogħol u b'hekk il-proċess ta' ħlas isir iktar bil-mod inutilment. Tagħmel iktar sens li tillimita d-dmirijiet tal-fornitur tas-servizzi ta' ħlas intermedjarji għal li jgħaddu d-dejta u jżommu r-reġistri, kif previst skond l-Artikolu 13(1) u (3). Ir-regolament ta' l-UE m'għandux imur 'l hinn mid-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni Speċjali VII ta' l-FATF.

Emenda 48

Artikolu 13, paragrafu 3

3. Fejn japplika l-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, l-informazzjoni sħiħa dwar il-pagatur, fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol minn meta tasal dik it-talba.

3. Fejn japplika l-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas intermedjarju għandu, fuq talba mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tar-riċevitur, jagħmel disponibbli lil dak il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, l-informazzjoni kollha li rċieva dwar il-pagatur, irrispettivament jekk din hijiex sħiħa jew le, fi żmien tlitt ijiem ta’ xogħol minn meta tasal dik it-talba.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara l-fatt li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li huwa intermedjarju għandu jgħaddi biss l-informazzjoni li huwa jkun irċieva (jiġifieri f'xi każi informazzjoni mhux kompluta).

Emenda 49

Artikolu 14, paragrafu 1

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jirrispondu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien għal mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas hu bbażat, li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja l-fondi jew rekords li jikkorrispondu magħhom, skond il-limitu taż-żmien u r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru.

Il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jirrispondu b’mod sħiħ u mingħajr dewmien, skond ir-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru, għal mistoqsijiet mill-awtoritajiet responsabbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu ta' l-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas hu bbażat, li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja l-fondi jew rekords li jikkorrispondu magħhom.

Ġustifikazzjoni

Telimina l-kunċett ta "limitu taż-żmien", biex tevita l-kunflitt mal-kliem "bla dewmien".

Emenda 50

Artikolu 14, paragrafu 2

Dawk l-awtoritajiet jistgħu jużaw din l-informazzjoni biss għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Dawk l-awtoritajiet li qed jaġixxu b'konformita mal-liġi kriminali u d-drittijiet fundamentali jistgħu jużaw din l-informazzjoni biss għal skopijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-awtoritajiet responsabbli li jiġġieldu kontra l-ħasil tal-flus jew l-iffinanzjar tat-terroristi, jaġixxu skond il-liġijiet kriminali nazzjonali u d-drittijiet bażiċi.

Emenda 51

Artikolu 15, titolu

Penali

Penali u monitoraġġ

Ġustifikazzjoni

Konformi ma' l-emenda għall-Artikolu 15, it-tieni paragrafu (ġdid).

Emenda 52

Artikolu 15, paragrafu 1a (ġdid)

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw b'mod effettiv u jieħdu l-miżuri neċessarji bil-għan li jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jiċċara l-fatt li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tar-regolament.

Emenda 53

Artikolu 17, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilit bid-Direttiva 2005/.../KE, minn hawn ‘il quddiem, “il-Kumitat”.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar il-Prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilit bid-Direttiva 2005/60/KE, minn hawn ‘il quddiem, “il-Kumitat”.

Ġustifikazzjoni

Ġie komplut in-numru tad-direttiva.

Emenda 54

Artikolu 17, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha, u jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati ma' din il-proċedura ma' jimmodifikawx id-dispożizzjonijiet essenzjali ta' dan ir-regolament.

Ġustifikazzjoni

Żieda neċessarja biex jiġi żgurat li l-proviżjonijiet essenzjali ta' dan ir-regolament jinżammu.

Emenda 55

Artikolu 17, paragrafu 2a (ġdid)

2a. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta' implimentazzjoni diġà adottati, fl-1 ta' April 2008 għandha tiġi sospiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrikjedu l-adozzjoni ta' regoli tekniċi, emendi u deċiżjonijiet skond il-paragrafu 2. Permezz ta' azzjoni fuq proposta mingħand il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu iġeddu d-dispożizzjonijet kkunċernati skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat u, għal dan il-għan, huma għandhom jirreveduhom qabel l-iskadenza tad-data msemmija hawn fuq.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv hu li d-dispożizzjonijiet kumitoloġiċi tar-regolament dwar informazzjoni dwar il-pagatur ikunu konformi ma' dawk adottati fid-direttiva ta' l-Adegwatezza tal-Kapital. Hija tistipula l-1 ta' April 2008 bħala skadenza biex tidħol fis-seħħ il-klawżola 'sunset'.

Emenda 56

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim ma' pajjiż jew territorju li ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Komunità kif stabbilit skond l-Artikolu 299 tat-Trattat, li fihom derogi minn dan ir-Regolament sabiex jipprovdu sabiex trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f’dak l-Istat Membru.

1. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex jikkonkludi ftehim, skond ftehimiet nazzjonali, ma' pajjiż jew territorju li ma jagħmilx parti mit-territorju tal-Komunità kif stabbilit skond l-Artikolu 299 tat-Trattat, li fihom derogi minn dan ir-Regolament sabiex jipprovdu sabiex trasferimenti ta' fondi bejn dak il-pajjiż jew territorju u l-Istat Membru konċernat ikunu meqjusa bħala trasferimenti ta' fondi f’dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Emenda li l-Kunsill iqis bħala neċessarja biex tkopri l-arranġamenti kostituzzjonali ta' xi Stati Membri u 't-territorji' tagħhom.

Emenda 57

Artikolu 18, paragrafu 1, sottoparagrafu 2, parti introduttorja

Dawn il-ftehim jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk il-pajjiż jew t-territorju kkonċernat jissodisfa il-kondizzjonijiet li ġejjin:

Dawn il-ftehimiet jistgħu jkunu awtorizzati biss jekk:

Ġustifikazzjoni

Miktuba fi kliem ieħor għal aktar ċarezza u minħabba ż-żidiet. Ara hawn taħt.

Emenda 58

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (a)

a) ikun f’unjoni monetarja ma’ l-Istat Membru konċernat jew jagħmel parti miż-żona tal-valuta ta' l-Istat Membru konċernat;

(a) il-pajjiż jew territorju konċernat ikun f'unjoni monetarja ma' l-Istat Membru konċernat jew jagħmel parti miz-zona tal-valuta ta' dak l-Istat Membru jew iffirma Konvenzjoni Monetarja ma' l-Unjoni Ewropea rappreżentata minn Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

Żieda li l-Kunsill iqis li hija neċessarja biex jiġu kkunsidrati territorji fl-UE bħalma hu l-Monaco.

Emenda 59

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (b)

b) hu msieħeb fis-sistemi tal-ħlas u l-approvazzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat;

(b) fornituri tas-servizzi tal-ħlas fil-pajjiż u fit-territorji konċernati jipparteċipaw direttament jew indirettament fis-sistemi tal-ħlas u tal-pagamenti f'dak l-Istat Membru; u

Ġustifikazzjoni

Il-Kunsill ħass li din l-emenda hija neċessarja għax mhumiex it-territorji iżda l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas lokali li huma parti mis-sistema tal-ħlas.

Emenda 60

Artikolu 18, paragrafu 1, subparagrafu 2, punt (c)

c) jeżiġi li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(c) il-pajjiż jew territorju kkonċernat jeżiġi li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu japplikaw l-istess regoli bħal dawk stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Miktuba fi kliem ieħor għal aktar ċarezza u minħabba ż-żidiet. Ara hawn fuq.

Emenda 61

Artikolu 19, titolu

Trasferimenti ta’ fondi lil organizzazzjonijiet tal-karità fl-Istat Membru

Trasferimenti ta’ fondi lil organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ fl-Istat Membru

Ġustifikazzjoni

Konformi ma' l-emenda għall-Artikolu 19.

Emenda 62

Artikolu 19, paragrafu 1

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasferimenti ta' fondi lil organizzazzonijiet li jwettqu attivitajiet għal skopijiet ta’ karità, reliġjużi, kulturali, edukattivi, soċjali, jew fraterni, sakemm dawn l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtaġġ u verifika esterna jew superviżjoni minn awtorità pubblika, u li dawk it-trasferimenti tal-fondi huma limitati għal ammont massimu ta' 150 euro kull trasferiment u jsiru esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru.

1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornituri tas-servizzi tal-ħlas ibbażati fit-territorju tagħhom mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 5, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasferimenti ta' fondi lil organizzazzonijiet li jwettqu attivitajiet għal skopijiet reliġjużi, kulturali, edukattivi, soċjali, jew fraterni, u dawk bla skop ta' qligħ sakemm dawn l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal rekwiżiti ta' rappurtaġġ u verifika esterna jew superviżjoni minn awtorità pubblika jew korp li jirregola lilu nnifsu u huwa rikonoxxut mil-liġi nazzjonali, u li dawk it-trasferimenti tal-fondi huma limitati għal ammont massimu ta' 150 EUR kull trasferiment u jsiru esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Tagħmilha ċara li huma biss l-organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ li jaqgħu taħt din id-deroga. Dawn jinkludu stabbilimenti xjentifiċi bħalma huma istituti ta' riċerka dwar il-kanċer. Biex jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi fi Stati Membri individwali, korpi li jamministraw lilhom infushom li huma rikonoxxuti taħt il-liġi nazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Emenda 63

Artikolu 19, paragrafu 2

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri li adottaw biex japplikaw l-għażla mogħtija fl-ewwel paragrafu.

2. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri li adottaw biex japplikaw l-għażla mogħtija fl-ewwel paragrafu, inkluża lista ta' organizzazzjonijiet koperti mill-eżenzjoni, l-ismijiet tal-persuni naturali li jikkontrollaw l-organizzazzjoni, u spjegazzjoni ta' kif se tiġi aġġornata l-lista. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet responsabbli biex jikkumbattu l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroristi.

Ġustifikazzjoni

L-organizzazzjonijiet li huma eżentat minn dan ir-regolament għandhom jiġu mniżżla b'isimhom f'lista li tkun mgħoddija lill-Kummissjoni.

Emenda 64

Artikolu 19, paragrafu 2a (ġdid)

2a. Lista aġġornata ta' l-organizzazzjonijiet koperti bl-eżenzjoni għandha tiġi komunikata mill-Istat Membru konċernat lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li joperaw f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Lista ta' organizzazzjonijiet eżentati mir-regolament għandha tkun magħmula disponibbli wkoll lill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas li joperaw fil-pajjiż konċernat.

Emenda 65

Artikolu 20

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tnax-il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-Artikoli 4 sa 14 u 19 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2007.

Ġustifikazzjoni

Il-Fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom bżonn 12-il xahar biex jippreparaw għall-implimentazzjoni tar-Regolament li hija bbażata fuq il-konfigurazzjoni tas-sistema u l-istadju ta' żvilupp tal-parti l-kbira ta' l-istituzzjonijiet. Dawn it-tnax-il xahar huma neċessarji biex jindirizzaw il-ħolqien, l-implimentazzjoni u l-ittestjar ta' sistemi ta' IT imma wkoll biex jinfurmaw u biex jirrevedu relazzjonijiet kuntrattwali mal-klijenti.

Emenda 66

Artikolu 20, paragrafu 2a (ġdid)

Sa mhux aktar tard mis-sena 2010, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implikazzjonijiet ta' l-applikazzjoni ta' Artikolu 2 fir-rigward ta' aktar esperjenza li tikkonċerna flus elektroniċi, kif definiti f'Artikolu 1 (3) tad-Direttiva 2000/46/KE, u mezzi oħra ta' ħlas li ġew żviluppati riċentement għall-iskopijiet ta' ħasil ta' flus u finanzjament ta' terroristi. Jekk ikun hemm riskju ta' użu ħażin fir-rigward ta' ħasil tal-flus jew finanzjament ta' terroristi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex temenda dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li għad m'hemmx biżżejjed għarfien dwar ir-riskji attwali u futuri ta' ħasil tal-flus u finanzjament ta' terroristi permezz ta' flus elettroniċi u ħlasijiet permezz ta' mowbajl telefowns, ir-rapporteur għall-opinjoni iqis li klawżola ta' reviżjoni għall-eżenzjonijiet hija meħtieġa. Barra minn hekk, kwalunkwe ħtieġa għal regoli fuq sistemi ġodda u innovattivi ta' ħlas għandhom ikunu evalwati. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar jekk għandhiex tittieħed azzjoni u jekk huwa neċessarju, tipproponi emendi xierqa.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja trasferimenti ta' fondi

Referenzi

COM(2005)0343 - C6-0246/2005 - 2005/0138(COD)

Kumitat responsabbli

LIBE

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON
8.9.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

27.10.2005

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Udo Bullmann
27.9.2005

Rapporteur(s) preċedenti

Eżami fil-kumitat

29.11.2005

13.3.2006

18.4.2006

Data ta' l-adozzjoni

19.4.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, David Casa, Elisa Ferreira, José Manuel García-Margallo y Marfil, Jean-Paul Gauzès, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in 't Veld, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Astrid Lulling, Cristobal Montoro Romero, John Purvis, Alexander Radwan, Antolín Sánchez Presedo, Margarita Starkevičiūtė, Ivo Strejček, Sahra Wagenknecht

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harald Ettl, Catherine Guy-Quint, Alain Lipietz, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Diamanto Manolakou, Giovanni Pittella, Poul Nyrup Rasmussen

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Marios Matsakis, Marie-Line Reynaud

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar informazzjoni dwar il-pagatur li takkumpanja trasferimenti ta' fondi

Referenzi

COM(2005)0343 – C6 0246/2005 – 2005/0138(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.7.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE
8.9.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

8.9.2005

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

27.10.2005

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Alexander Alvaro
13.10.2005

Rapporteur(s) preċedenti

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

/

Allokazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

/

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

Eżami fil-kumitat

21.2.2006

18.4.2006

Data ta' l-adozzjoni

15.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

0

37

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Johannes Blokland, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Maria Carlshamre, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Kinga Gál, Elly de Groen-Kouwenhoven, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Romano Maria La Russa, Sarah Ludford, Antonio Masip Hidalgo, Claude Moraes, Lapo Pistelli, Martine Roure, Inger Segelström, Antonio Tajani, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Camiel Eurlings, Giovanni Claudio Fava, Sophia in 't Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Bill Newton Dunn, Marie-Line Reynaud

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Emine Bozkurt, Pasqualina Napoletano

Data tat-tressiq

23.5.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  L-FATF, li ġiet imwaqqfa mill-G7 f'Pariġi fl-1989, hija l-korp responsabbli fuq livell internazzjonali biex tiġġieled kontra l-ħasil ta' flus u l-finanzjament tat-terroristi. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħha huma kkunsidrati bħala l-istandard dinji f'dan il-qasam.
  • [2]  Dwar miżuri speċifiċi ristritti kontra ċerti persuni u entitajiet, bil-għan li jiġġieldu kontra t-terroriżmu. ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2003 (ĠU L 106, 29.04.2003, p. 22).
  • [3]  Li jimponu miżuri ristrettivi speċifiċi indirizzati lejn ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Osama bin Laden, in-netwerk ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, ineħħu r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti jew servizzi lill-Afghanistan, isaħħu l-projbizzjoni fuq it-titjiriet u jestendu l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji fir-rigward tat-Taliban ta' l-Afghanistan. ĠU L 139, 28.12.2001, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2034/2004 (ĠU L 353, 27.11.2004, p. 11).
  • [4]  Direttiva 2005/60/KE.
  • [5]  Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu
  • [6]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
  • [7]  ĠU L …, ……2005, p. .. (trid tkun ippubblikata, 2004/0137/COD).