ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti fuq passaġġi ta' l-ilma interni u biex tiġi abrogata d-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KE
8.6.2006 - (13274/1/2005 – C6 0091/2006 – 1997/0335(COD)) - ***II
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Renate Sommer
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti fuq passaġġi ta' l-ilma interni u biex tiġi abrogata d-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KE
(13274/1/2005 – C6-0091/2006 – 1997/0335(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (13274/1/2005 – C6-0091/2006),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(1997)0644)[2],
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2000)0419)[3],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u għat-Turiżmu għat-tieni qari (A6-0208/2006),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill |
|
Emendi tal-Parlament |
Emenda 1
Premessa 10a (ġdida)
|
(10a) Fid-dawl tal-fatt li xi bastimenti jaqgħu kemm fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 94/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 1994 għall-avviċinament tar-regolamenti ġuridiċi u amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-bastimenti għal użu ta' divertiment kif ukoll fil-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva preżenti, l-annessi ta' dawn iż-żewġ direttivi għandhom jiġu adattati kemm jista' jkun malajr skond il-proċedura tal-kumitat, f'każ li jkun hemm kuntradizzjonijiet jew inkompatibilità bejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva. |
|
________ * ĠU L 164, 30.6.1994, p. 15; Direttiva emendata l-aħħar permezz tar-Regolament (KE) 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p.1). |
Or. fr
NOTA SPJEGATTIVA
1. Sfond
F'Diċembru 1997 il-Kummissjoni ssottomettiet proposta[1] għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 82/714/KEE ta' l-4 ta' Ottubru 1982 dwar rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti fuq passaġġi ta' l-ilma interni. Il-proposta għandha l-għan li r-rekwiżiti tekniċi tal-Komunità jiġu allineati ma' l-istandards avvanzati ta' navigazzjoni fuq ix-xmara Rhine, sabiex tiġi stabbilita skema waħda għan-netwerk sħiħ Ewropew tan-navigazzjoni interna. Is-suq intern u l-iżvilupp tan-navigazzjoni interna ħielsa fuq ix-xmajjar kollha ta' l-UE jeħtieġu essenzjalment li r-rekwiżiti tekniċi u n-normi ta' sigurtà jiġu armonizzati sa l-ogħla livell. Dan jgħodd kemm għat-trasport ta' merkanzija kif ukoll biex jiġu ggarantiti normi ta' sigurtà u normi ambjentali u soċjali. Fl-istess ħin, permezz ta' l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u r-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikazzjoni fuq ir-Rhine u fl-UE, jitjiebu l-kundizzjonijiet għal kompetizzjoni ġusta u jinħolqu kundizzjonijiet xierqa bl-istess opportunitajiet għan-navigazzjoni fis-suq intern.
Il-Parlament Ewropew adotta fl-20 ta' Ottubru 1998 fl-ewwel qari rapport leġiżlattiv[2] li jemenda ċerti punti mill-proposta tal-Kummissjoni (ara t-tieni kapitlu ta' dan ir-rapport)
Wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta' Amsterdam fl-1 ta' Mejju 1999, il-bażi legali nbidlet u ġiet introdotta l-proċedura ta' kodeċiżjoni għas-settur tat-trasport. Fis-16 ta' Settembru 1999 il-Parlament Ewropew ikkonferma l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[3].
Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, f'Lulju 2000, il-Kummissjoni ippreżentat proposta emendata[4], li adottat l-emendi li xtaq il-Parlament Ewropew mill-proposta oriġinali. Barra minn hekk, fil-qafas tal-proċedura tal-kumitat, għandhom jiġu kkunsidrati l-adattamenti tar-rekwiżiti tekniċi fil-ġejjieni, li huma orjentati kemm lejn il-progress tekniku kif ukoll lejn il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn. Hawnhekk ta' min isemmi l-Kummissjoni Ċentrali ta' Navigazzjoni fuq ir-Rhine (CCNR).
Diskussjonijiet dwar din il-proposta fl-organi tal-Kunsill baqgħu weqfin għal żmien twil minħabba l-kwistjoni tal-permess biex bastimenti b'ċertifikat mill-Komunità jinnavigaw fuq ir-Rhine. Dan għall-ewwel kien impossibbli minħabba regolamenti tal-Kummissjoni Ċentrali ta' Navigazzjoni fuq ir-Rhine (CCNR). Madankollu s-sitwazzjoni nbidlet meta s-CCNR fis-27 ta' Novembru 2002 aċċettat emenda tal-Konvenzjoni ta' Mannheim (Protokoll addizzjonali 7). B'hekk inħolqot il-bażi legali għan-navigazzjoni fuq ir-Rhine biex jiġu rikonoxxuti ċertifikati maħruġa minn istituzzjonijiet oħra minbarra s-CCNR, inklużi dawk mill-Komunità Ewropea. Wara li ħames Stati Membri tas-CCNR kollha rratifikaw li protokoll addizzjonali, dan daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2004.
Fid-dawl ta' dan l-iżvilupp sar possibbli li test jerġa jiġi eżaminat. Fl-10 ta' Diċembru 2004 l-Kunsill laħaq ftehim politiku parzjali dwar it-test oriġinali ta' l-abbozz tad-direttiva. Ftit xhur wara, l-organi tal-Kunsill laħqu ftehim ukoll dwar it-test ta' annessi. Wara li t-test sħiħ ġie rivedut minn esperti ġuridiċi u legali, l-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu fit-23 ta' Frar 2006[5]. Minħabba t-tul u l-kumplessità ta' l-annessi dan ix-xogħol ħa ħafna żmien.
2. L-ewwel qari tal-Parlament
L-aktar importanti fost l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fir-Rapport T4-0606/1998 ta' l-20 ta' Ottubru 1998 huma dawn li ġejjin:
· Enfasi fuq il-koeżistenza ta' rekwiżiti tekniċi, minn naħa waħda dwar in-navigazzjoni tas-sistema ta' kontroll fuq ir-Rhine, u min-naħa l-oħra dwar id-Direttiva 82/714/KEE fir-rigward ta' rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti fuq passaġġi ta' l-ilma interni, fejn dawn ir-rekwiżiti tekniċi fil-livell ta' Komunità għandhom jiġu adattati għan-normi ogħla tan-navigazzjoni fuq ir-Rhine.
· Allineament tal-kamp ta' applikazzjoni sabiex jiġu inklużi bastimenti tal-passiġġieri li jġorru aktar minn tnax-il passiġġier.
· Adozzjoni ta' regolamenti speċjali għall-bastimenti bil-qlugħ.
Il-Kummissjoni adottat dawn l-emendi essenzjalment fil-proposta riveduta tagħha tad-19 ta' Lulju 2000. Għaldaqstant żdied l-Artikolu ġdid 15a dwar bastimenti bil-qlugħ tal-passiġġieri fl-Anness II. Barra minn hekk il-Kummissjoni adottat il-proċedura l-ġdida tal-kumitat tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Il-Kunsill, fl-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni tiegħu, ikkunsidra b'mod xieraq l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.
3. Pożizzjoni komuni tal-Kunsill
L-aktar importanti fost l-emendi proposti mill-Kunsill fil-pożizzjoni komuni huma dawn li ġejjin:
· L-Artikolu 3 rigward "l-obbliġu li jinżamm ċertifikat": Bħala riżultat ta' diskussjonijiet preliminari komprensivi bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, li huma wkoll membri tas-CCNR, il-kliem ta' dan l-artikolu ġew emendati xi ftit. Dan it-tibdil jiżgura li r-rekwiżiti tekniċi fl-Anness II tad-Direttiva u l-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni tar-Rhine ikollhom l-istess saħħa.
· L-Artikolu 5 dwar "rekwiżiti tekniċi limitati jew addizzjonali għal ċerti zoni": Fuq talba ta' numru ta' Stati Membri nħolqot il-possibilità li ċerti regolamenti ta' tranżizzjoni skond l-Anness II Kapitolu 24a ma jiġux applikati f'dawk il-każijiet fejn l-applikazzjoni tagħhom tista' twassal sabiex in-normi eżistenti ta' sigurtà ta' Stati individwali jiddgħajfu.
· L-Artikolu 19 ("Proċedura tal-Kumitat") ġie emendat sabiex ir-regolamenti ġenerali tal-proċedura tal-Kumitat skond l-Artikolu 3 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE jiġu kkunsidrati.
· L-Artikolu 25 "Abrogazzjoni tad-Direttiva 82/714/KEE": Il-verżjoni l-ġdida tad-Direttiva għandha tieħu post id-Direttiva eżistenti 82/7/KEE u b'hekk iżżid is-sigurtà legali.
· L-Artikolu 27 rigward "l-Indirizzati": Il-kliem tat-test ġie emendat b'mod li d-Direttiva tkun indirizzata biss lejn l-Istati Membri li għandhom passaġġi ta' l-ilma interni skond l-Artikolu 1 (1).
· Fit-test żdiedu tliet annessi ġodda (Nru 7, 8 u 9). Dawn huma r-riżultat tal-ħidma ta' grupp konġunt ta' esperti minn Stati Membri ta' l-UE, mis-CCNR u mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn ikkunsidraw il-progress tekniku u l-iżviluppi li saru fil-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, b'mod partikolari s-CCNR.
· Anness 2 Kapitolu 15a rigward bastimenti bil-qlugħ li jġorru l-passiġġieri: Ir-regolamenti speċjali mitluba mill-Parlament għall-bastimenti tal-passiġġieri li jimxu bil-qlugħ huma speċifikati fl-anness.
Ir-rapporteur hija ta' l-opinjoni li dawn l-emendi huma aċċettabbli. Huma neċessarji jew (per eżempju, regolamenti ġodda fil-proċedura tal-komitoloġija jew annessi aġġornati) jew ġustifikabbli għaliex huma ta' interess kbir għal ċerti Stati Membri (per eżempju, Artikoli 5 u 27) u ma jwasslu għall-ebda tnaqqis fis-sigurtà. Barra minn hekk l-emendi proposti mill-Parlament fl-ewwel qari ġew ikkunsidrati b'mod suffiċjenti.
4. Proposta tar-Rapporteur għall-proċedura fit-tieni qari
Ir-rapporteur tqis li huwa mixtieq li rekwiżiti tekniċi ġenerali li huma applikabbli għan-netwerk kollu tal-passaġġi ta' l-ilma interni tal-Komunità jiġu adottati kemm jista' jkun malajr sabiex jiġu garantiti l-kompetizzjoni ħielsa u s-sigurtà fis-settur tan-navigazzjoni interna u b'mod partikulari tiġi żgurata malajr l-armonizzazzjoni tar-regolamenti
L-anness tad-direttiva jirrifletti s-sitwazzjoni fin-negozjati kif kienet fl-2004, fejn fih jiġi kkunsidrat l-iskop ta' użu tal-bastiment rispettiv ta' aktar minn ċertu kobor, li jinnaviga fuq passaġġi ta' l-ilma interni (bastimenti tal-merkanzija, batimenti tal-passiġġieri, bastimenti għad-divertiment, bastimenti tal-kontejners).
Sfortunatament it-traduzzjoni ta' dan l-anness estensiv fil-lingwi kollha ta' l-Unjoni Ewropea ħadet żmien twil ħafna. Fl-opinjoni tar-rapporteur, aktar dewmien f'din il-proċedura għandu assolutament jiġi evitat. Għalhekk, id-deċiżjonijiet tas-CCNR ta' l-2005, dwar il-Kapitolu 15 fost l-oħrajn (dispożizzjonijiet speċjali għall-bastimenti tal-passiġġieri) għandhom jiġu inklużi fil-proċedura tal-kumitati. Hekk biss jista' jiġi żgurat li l-armonizzazzjoni tas-sistemi legali preżenti tkun kompluta malajr kemm jista' jkun u tinħoloq sigurtà ġuridika għall-industrija u s-sengħa. Quddiem dan kollu, ir-rapporteur tipproponi li ma jsirux emendi għall-pożizzjoni komuni.
- [1] COM(1997)0644 finali, 9.12.1997
- [2] Rapport Christoph Werner Konrad T4-0606/1998, 20.10.1998
- [3] Rapport Konstantinos Hatzidakis, Riżoluzzjoni T5-0015/1999, 16.9.1999
- [4] COM(2000)0419, 19.7.2000.
- [5] Pożizzjoni komuni tal-Kunsill 13274/1/05REV1, 23.2.2006
PROĊEDURA
Titolu |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti fuq passaġġi ta' l-ilma interni u biex tiġi abrogata d-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KE | ||||||
Referenzi |
13274/1/2005 – C6 0091/2006 – 1997/0335(COD)) | ||||||
Data ta' l-1 qari tal-PE – |
20.10.1998 |
||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(1997)0644 – C4 0066/1998 | ||||||
Proposta ġdida tal-Kummissjoni |
|||||||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
16.3.2006 | ||||||
Kumitat responsabbli |
TRAN | ||||||
Rapporteur |
Renate Sommer |
| |||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
| |||||
Eżami fil-kumitat |
19.4.2006 |
1.6.2006 |
|
|
| ||
Data ta' l-adozzjoni |
1.6.2006 | ||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ : 28 –: 1 0 : 5 |
| |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Philip Bradbourn, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Mathieu Grosch, Ewa Hedkvist Petersen, Jeanine Hennis-Plasschaert, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Fernand Le Rachinel, Eva Lichtenberger, Seán Ó Neachtain, Josu Ortuondo Larrea, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Georgios Toussas, Marta Vincenzi, Roberts Zīle | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Fausto Correia, Den Dover, Elisabeth Jeggle, Helmuth Markov, Kathy Sinnott | ||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Raül Romeva i Rueda, Thomas Wise | ||||||
Data tat-tressiq |
8.6.2006 | ||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... | ||||||