Proċedura : 2005/0019(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0209/2006

Testi mressqa :

A6-0209/2006

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2006 - 6.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2006)0303

RAPPORT     *
PDF 205kWORD 178k
9.6.2006
PE 370.299v02-00 A6-0209/2006

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jissimplifikaw il-proċedura tat-teħid tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jgħinu fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa, u li tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jikkonċedu derogi.

(COM(2005)0089 – C6‑0100/2005 – 2005/0019(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Christoph Konrad

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jissimplifikaw il-proċedura tat-teħid tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jgħinu fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa, u li tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jikkonċedu derogi.

(COM(2005)0089 – C6‑0100/2005 – 2005/0019(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0089)1,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6‑0100/2005),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6‑0209/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 1 A (ġdida)

 

(1a) Kif l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jagħmlu skond l-Artikolu 280 tat-Trattat, sabiex il-Komunità tiġi mħarsa minn danni kontra l-interessi finanzjarji tagħha fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u b'mod partikulari kontra t-telf li ġej minn attivitajiet transkonfinali qarrieqa jew illegali, l-Istati Membri għandhom jikkoperaw mill-qrib ma' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Emenda 2

PREMESSA 9 A (ġdida)

 

(9a) Din id-Direttiva għandha tħalli mhux mittiefsa s-sovranità fiskali ta' l-Istati Membri.

Emenda 3

PREMESSA 9 B (ġdida)

 

(9b) Sabiex tikkumbatti b'mod effettiv l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa, is-simplifikazzjoni tad-derogi għandha tkun biss komponent limitat ta' programm komprensiv ta' riforma tad-dispożizzjonijiet ta' l-UE dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud, u, għaldaqstant, riformi ulterjuri tad-dispożizzjonijiet għandhom jitwettqu bl-objettiv, fost l-oħrajn, li jikkumbattu l-frodi fiskali, bil-ħsieb li jiġu mmodernizzati u ssimplifikati, pereżempju, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi elettroniċi, is-sitwazzjonijiet ta' taxxa doppja, u s-servizzi pubbliċi.

Emenda 4

PREMESSA 9 D (ġdida)

(9d) Il-kriterji għall-kunsiderazzjoni ta' bidla eventwali fis-sistema ta' ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandhom ikunu l-effettività tal-ġbir tat-taxxa, il-ġustizzja (ugwaljanza) fiskali u l-prattikabilità għall-intrapriżi.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tad-diversità u l-kumplessità tal-leġiżlazzjoni tal-VAT li attwalment diġà teżisti, kwalunkwe bidla fis-sistema għandha jkollha l-għan li jintlaħqu l-objettivi politiki kollha bl-aktar mod faċli possibbli. Il-bidla trid twassal għal dispożizzjonijiet legali li l-applikazzjoni tagħhom hija eħfef u li huma aktar effettivi.

Emenda 5

ARTIKOLU 1, PUNT 1
Artikolu 4, paragrafu 4 , (Direttiva 77/388/KEE)

(5a) Fl-Artikolu 4 (4), jiżdied il-punt li ġej:

imħassar

“Where a Member State exercises the option provided for in the second subparagraph, it shall ensure that the application of this option creates neither unjustifiable benefit nor unjustified disadvantage for taxable persons.”

 

Ġustifikazzjoni

Il-premessi legali li fuqhom hija bbażata d-dispożizzjoni t'hawn fuq mhumiex ċari u għaldaqstant jimplikaw periklu ta' inċertezza legali u/jew ta' applikazzjoni abbużiva.

Emenda 6

ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 5, paragrafu 8, it-tieni sentenza (Direttiva 77/388/KEE)

(2)Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 8 hu sostitwit b'dan li ġej:

imħassra

“Where appropriate, Member States may, in cases where the recipient is not wholly liable to tax, take the necessary measures to prevent distortion of competition. They shall ensure that there is no unjustifiable benefit or unjustified disadvantage conferred.”

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-Emenda 2.

Emenda 7

ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 21, paragrafu 2, punt (ċ a) (ġdid) (Direttiva 77/388/KEE)

 

(ca) Id-distinzjoni bejn dawk is-servizzi li fuqhom ir-riċevitur taxxabbli huwa responsabbli li jħallas it-taxxa u servizzi oħrajn li fuqhom, kif kien il-każ sa issa, l-intrapriża li tforni s-servizz hija responsabbli li tħallas it-taxxa, għandha tkun rikonoxxibbli u aċċertabbli b'mod ċar u mingħajr ekwivoku, għall-intrapriżi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu megħjuna n-negozji huwa ferm importanti li s-setturi li fihom huwa applikat ir-'reverse charge' għandhom ikunu definiti b'termini preċiżi u bla ekwivoki u li jkun hemm distinzjoni ċara bejnhom u bejn servizzi fejn, kif kien il-każ sa issa, it-taxxa titħallas mill-intrapriża li tipprovdi s-servizz. Inċertezzi u tilwimiet dwar in-natura tat-talbiet ta' ħlas jimplikaw aktar burokrazija u nefqa għan-negozji.

Emenda 87

 

(7a) L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

"Artikolu 30a

Sabiex tiġi miġġielda l-frodi transkonfinali fuq il-VAT li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunità, u b'mod partikulari l-hekk imsejħa frodi tat-tip 'carousel', l-Istati Membri għandhom jappellaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jikkoperaw mill-qrib ma' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) meta jkun hemm suspett ta' frodi. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-progress f'dan il-qasam fl-ambitu tar-rapport annwali tagħha, b'konformità ma' l-Artikolu 280(5) tat-Trattat."

Emenda 98

ARTIKOLU 1, PUNT 7 (B) (ġdid)

Artikolu 34 a (ġdid) (Direttiva 77/388/KE)

 

(7b) L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

"Artikolu 34a

Sabiex jiġu ddeterminati l-aħjar arranġamenti fit-tul għall-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għanha tfassal sinossi komparattiva u komprensiva li tevalwa l-fehmiet nazzjonali dwar is-suġġett u li tispeċifika l-konsegwenzi varji u numerużi tal-bidla tas-sistema għall-mudell 'reverse charge', u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi għall-Istati Membri u għan-negozji li joperaw fl-Unjoni."


NOTA SPJEGATTIVA

I.         Sfond leġiżlattiv

L-ewwel direttiva dwar il-VAT tmur lura sa l-1967(1) u hija meqjusa bħala l-ewwel impenn politiku u legali ta' l-UE sabiex twaqqaf sistema komuni tal-VAT, li tkun ta' sisien għall-objettiv li jitwaqqaf suq komuni li jkun sod u kompetittiv u b'sistemi 'kompatibbli' ta' VAT; sa kmieni fis-snin sebgħin l-Istati Membri kollha kienu diġà introduċew arranġamenti komuni dwar il-VAT.

Il-pass importanti li kien imiss sar bis-Sitt Direttiva dwar il-VAT(2), bl-introduzzjoni ta' bażi ta' taxxa, li fil-biċċa l-kbira tagħha kienet identika, għat-tranżazzjonijiet. Aktar tard, b'konformità mal-'White Paper dwar is-Suq Waħdieni', il-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta' proposti dwar il-kwistjoni. Madankollu, dawn ma kienux aċċettabbli għall-gvernijiet u kien jidher ċar li ma kienx possibbli li tinżamm l-iskeda stabbilita li tintlaħaq pożizzjoni komuni sal-1993. Għalhekk il-Kunsill iddeċieda li jintroduċi sistema ta' tranżtorja li tneħħi l-kontrolli fiskali fil-fruntieri. Minn dak iż-żmien, is-sistema tal-VAT li suppost kellha tkun tranżitorja (li suppost skadiet fl-aħħar ta' l-1996) ġiet applikata fuq skala kbira għall-kummerċ fl-UE.

II.       Stimoli għall-bidla u l-objettivi tal-proposta

Fl-1996 il-Kummissjoni reġgħet ippreżentat proposta ġdida bl-iskop li tintroduċi sistema komuni. Minkejja l-fatt li l-metodu 'big bang' ta' l-1987 (qalba immedjata) kien ġie abbandunat u li l-proposta ta' l-1996 kienet taspira lejn qalba gradwali, is-sistema malajr uriet li kienet diffiċli biex tiġi implimentata.

Biex ikun hemm l-konsistenza bejn l-inizjattivi l-ġodda u l-leġiżlazzjoni li kienet diġà eżistenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tbiddel l-enfasi tagħha għal fuq it-titjib ta' l-arranġamenti tranżitorji dakinhar attwali. L-istrateġija l-ġdida kienet imħabbra fis-sena 2000(3) u r-rakkomandazzjonijiet inklużi fiha kienu jinkludu osservazzjoni ewlenija, jiġifieri li s-sistema tal-VAT attwali tinvolvi spejjeż u restrizzjonijiet eċċessivi fuq in-negozju. F'Ottubru ta' l-2003 l-Kummissjoni ppreżentat strateġija reveduta.Il-proposta tista' titqies bħala 'eżerċizzju ta' razzjonalizzazzjoni' bl-għan aħħari li tiġi emendata s-Sitt Direttiva dwar il-VAT sabiex l-Istati Membri jingħataw l-għażla li, fi żmien qasir, jadottaw miżuri legalment sodi biex jikkumbattu l-kompetizzjoni inġusta u t-telf ta dħul, u biex jissimplifikaw il-proċedura dwar it-teħid tal-VAT.

         Id-derogi: joperaw skond l-Artikolu 27 u jawtorizzaw lil kwalunkwe Stat Membru biex jintroduċi miżuri speċjali sabiex jissimplifikaw il-ġbir tat-taxxi u jikkumbattu l-problemi ta' l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa. Fil-preżent hemm fis-seħħ 140 deroga, u n-numru tagħhom se jiżdied fi żmien qasir. Konxja tan-nuqqas ta' trasparenza u ċertezza legali, il-Kummissjoni ddeċidiet li timpenja ruħha sabiex tirrazzjonalizza dan il-fenomenu billi ċerti derogi individwali li huma partikolarment effettivi tagħmilhom applikabbli f'kull Stati Membru, mingħajr ma dan jeħtieġlu li jfittex awtorizzazzjoniji individwali, kif inhu l-każ fil-preżent. Il-Kummissjoni temmen li l-użu aktar wiesa' ta' dawn jipproteġi lin-negozji li jikkonformaw mar-regoli mill-vantaġġi ta' kompetizzjoni li minnhom igawdu dawk li jevitaw u jevadu t-taxxa.

         l-evitar u l-evażjoni ta' taxxa: skond l-Artikolu 22(8), l-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li huma jqisu neċessarji għall-ġbir tal-VAT u biex tiġi skansata l-evażjoni tat-taxxa;

–         simplifikazzjoni ta' l-applikazzjoni tat-taxxa: it-Titolu XIV jagħti awtorizzazzjoni għall-applikazzjoni mhux obbligatorja ta' proċeduri ta' simplifikazzjoni għall-ġbir tal-VAT jew ħelsien mit-taxxa għal xi persuni mhux taxxabbli (skemi speċjali għal negozji żgħar, bdiewa, eċċ.). Id-dritt ta' l-għażla f'dik id-dispożizzjoni wasslet għal reġimi ssimplifikati li kienu jvarjaw ħafna bejn Stat Membru u ieħor, u għaldaqstant ħolqot konfużjoni.

Skond il-klassifikazzjoni tal-Kummissjoni, hemm tliet kategoriji ta' miżuri stipulati fil-proposta, skond kif ġej:

Miżuri ta' prekawzjoni: li ma joriġinawx direttament mid-derogi

–         it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet preventivi fl-oqsma tal-'grouping' (persuni taxxabbli li huma legalment indipendenti iżda li għandhom rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzazzjonali mill-qrib) u tat-trasferiment ta' negozji vijabbli (trasferiment ta' l-assi kollha, jew parti minnhom);

–         il-kjarifikazzjoni ta' l-aġġustamenti tat-tnaqqis li għandu x'jaqsam ma' assi ta' kapital (Artikoli 20(2) u (3)) li jistgħu japplikaw għal servizzi ta' natura kapitali, jiġifieri li jirrigwardaw investiment fuq tul ta' żmien;

Dispożizzjonijiet minuri:

–         estensjoni fakultattiva tal-miżuri speċjali li jikkonċernaw il-kummerċ fid-deheb sabiex jiġi oppost kwlaunkwe evitar ta' VAT fuq id-deheb bħala investiment (eżentat mill-VAT) li jiġi wżat bħala materja prima għall-produzzjoni ta' prodotti għall-konsum (VAT miżmuma fil-ħin tal-provvista);

Dispożizzjonijiet fundamentali:

–         dispożizzjonijiet fakultattivi li skond ċerti ċirkustanzi imma mhux applikabbli għal tranżazzjonijiet normali ta' kuljum jippermettu, il-valutazzjoni u r-rivalutazzjoni tal-provvisti bil-prezz tas-suq tagħhom, peress li dan il-qasam huwa wieħed mill-aktar vulnerabbli fejn jidħol l-evitar ta' taxxa;

–         l-estensjoni ta' l-użu fakultattiv ta' mekkaniżmu ta' 'reverse charge' għal provvisti speċifiċi lil persuni taxxabbli, bħalma huma: servizzi relatati ma' bini u l-provvista ta' ħaddiema relatati; skart, skrapp u materjali riċiklabbli; artijiet u bini li, fir-rigward tagħhom, il-fakulta ta' ntaxxar ġiet eżerċitata; oġġetti miżmuma bħala garanzija; it-twellija ta' oġġetti li ssegwi ċ-ċessjoni tad-dritt ta' proprjetà lil persuna terza (ċessjonarju) u għal-eżerċizzju ta' dan (ċessjonarju) tad-dritt tal-proprjetà; il-bejgħ ta' art u bini waqt stralċ ġudizzjarju, li fuqhom saret għażla ta' impożizzjoni. Dawn huma l-oqsma identifikati li kienu problematiċi għall-Istati Membri, u li għalihom id-dispożizzjonijiet regolari mhumiex biżżejjed.

III.      L-opinjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jitkellem favur u jappoġġja l-għan tal-proposta tal-Kummissjoni. Fil-preżent l-Istati Membri, skond l-arranġamenti individwali rispettivi tagħhom, japplikaw aktar minn 140 deroga nazzjonali mid-direttiva dwar il-VAT fis-seħħ, u dawn ta' spiss jirrigwardaw ċirkustanzi ta' tipi ta' frodi ta' VAT li jixtiebhu. Wara t-tkabbir ta' l-UE, hemm mill-ġdid attendenza ta' żieda fir-rigward tat-talbiet għal derogi nazzjonali. Għaldaqstant qed jintlaqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni rrazzjonalizzat id-derogi diġà fis-seħħ f'xi Stati Membri, liema derogi wrew l-effettività tagħhom fil-ġlieda konta l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa peress li dan jippermetti lill-Istati Membri - jekk huma hekk jixtiequ - li jużaw dawk l-arranġamenti sabiex jeradikaw il-frodi fiskali. Jekk id-dispożizzjonijiet eżistenti jittejbu u jiġu ssimplifikati, il-mezzi ta' azzjoni jistgħu jiġu applikati b'ħeffa, mingħajr ma' l-Istati Membri jkollhom bżonn li huma nfushom ifittxu dawn id-derogi b'mod individwali u għaldaqstant - f'ċerti każi - ma jkollhomx għalfejn jirrepetu talbiet li kienu diġà saru minn Membri oħrajn. Għaldaqstant, b'mod partikulari għall-Istati Membri ta' l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, il-miżuri biex jikkumbattu l-frodi fil-VAT jsiru aktar ċari, kif ukoll jistgħu jiġu implimentati b'aktar ħeffa. B'dan il-mod, l-evażjoni ta' taxxa tista' tingħeleb b'mod aktar effettiv u b'aktar ħeffa fuq livell Ewropew bl-użu tal-mezzi diġà eżistenti u mingħajr il-ħtieġa li tiġi ttrasformata s-sistema Ewropea tal-ġbir tal-VAT. In-negozji li joperaw fl-inħawi kollha ta' l-UE u fl-Istati Membri jakkwistaw ċertezza legali akbar. Barra minn hekk, hemm dispożizzjoni għal miżuri li jirrazzjonalizzaw id-derogi kkumplikati f'każijiet fejn persuna soġġetta għat-taxxa tinsab f'diffikultà finanzjarja.

F'diversi Stati Membri, bl-iskop li jinħolqu metodi effettivi biex jeradikaw il-frodi fiskali fejn jidħol il-bejgħ gross, minn xi żmien qed isiru diskussjonijiet dwar bidla fundamentali fis-sistema tal-ġbir tal-VAT. Il-mudell 'reverse charge', fejn it-taxxa tittieħed mingħand negozji li jakkwistaw prodotti jew jagħmlu użu minn servizz, jidher li joffri ċerti vantaġġi. Dawk li jitkellmu favuriha huma konvinti li s-sistema tkun metodu ħafna aktar effettiv ta' prevenzjoni ta' frodi fiskali nazzjonali u internazzjonali. B'mod partikulari negozji ta' daqs żgħir u medju ta' spiss ikunu vittmi ta' frodi fiskali organizzati fuq livell nazzjonali u internazzjonali: għaldaqstant it-tnaqqis ta' din il-pjaga għandu jkun l-għan ewlieni tal-politika għall-intrapriża tal-UE. Mill-banda l-oħra, dawk li ma jixtiequx li s-sistema tinbidel b'dan il-mod huma ta' l-opinjoni li n-negozji ta' daqs żgħir u medju aktarx ikunu l-ewwel li jbatu minħabba r-restrizzjonijiet u l-formalitajiet amministrattivi akbar li huma assoċjati mal-mudell 'reverse charge'. Peress li l-kwistjoni hija importanti għall-Istati membri daqs kemm hija importanti għan-negozji, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Kummissjoni, li sal-lum dejjem kienet kontra kwalunkwe bidla fis-sistema, tipparteċipa b'mod attiv u intensiv fid-dibattitu fl-Istati Membri sabiex tinstab is-soluzzjoni ideali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta sinossi komparattiva u komprensiva li tevalwa d-diversi fehmiet nazzjonali u tippreżenta l-konsegwenzi ta' kwalunkwe bidla u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi assoċjati magħha. Minn stadju bikri, u wara, fuq bażi regolari, hija għandha tinvolvi lill-Parlament fid-dibattitu.

Apparti din il-kwistjoni fundamentali li trid tissolva fil-futur, il-proposta tal-Kummissjoni ma tikkostitwixxix inizjattiva ġdida, iżda simplifikazzjoni konsolidazzjoni sensibbli tar-regoli eżistenti, bl-introduzzjoni, f'xi każi, ta' aktar flessibilità. Ir-regoli kkonċernati għandhom ikunu disponibbli għall-Istati Membri bħala alternattiva, fi kliem ieħor, flimkien mar-regoli u d-derogi nazzjonali sabiex tiġi miġġielda l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa li se jibqgħu fis-seħħ. L-Istati membri m'għandhomx bżonn japplikawhom - jew jistgħu japplikawhom b'mod selettiv, ngħidu aħna għal każijiet partikulari ta' frodi fiskali fit-territorju tagħhom, iżda mhux għall-imprendituri kollha. Se tibqa' l-possibilità fil-futur, jekk ikun hemm il-ħtieġa, li jintalbu derogi nazzjonali li jieħdu ħsieb problemi speċifiċi. Fl-2004 il-Kummissjoni kienet tejbet il-proċedura ta' applikazzjoni għal derogi, u għamlitha aktar trasparenti (Direttiva 2004/7/KE). Madankollu jibqa' l-fatt li l-proposta tippreżenta pass importanti li għandu jintlaqa' b'sodisfazzjoni minħabba l-fatt li jagħmel possibbli azzjoni rapida biex tiġi miġġielda l-frodi fiskali.

Bl-estensjoni ta' l-iskop tal-mekkaniżmu tar-'reverse charges' f'każijiet speċifiċi, il-Kummissjoni qiegħda, anke jekk b'mod limitat ħafna, tintroduċi r-'reverse charging':l-aġġustament tat-tnaqqis li huwa permess għal assi kapitali (it-terminu għandu jiġi ddefinit mill-Istat Membru) għandu issa japplika wkoll għas-servizzi li għandhom karatteristiċi ta' assi kapitali u li jitqiesu bħala tali. F'ċerti setturi, l-iskrutinju tal-ħlasijiet tal-VAT huwa partikularment diffiċli, pereżempju fl-industrija tal-bini jew fil-provvista ta' ċerti materjali wżati.L-Anness il-ġdid M jelenka t-tipi ta' skart ikkonċernat.Speċjalment f'dan il-punt, għandu jkun żgurat, fl-interess tan-negozji, li s-setturi li għalihom għandu japplika r-'reverse charging' jiġu definiti b'mod preċiż u mhux ekwivoku u li jkun hemm distinzjoni ċara bejnhom u bejn dawk is-servizzi li, bħalma kienu s'issa, jirrikjedu li t-taxxa tittieħed mingħand il-fornitur u tilwim dwar it-tip ta' talbiet ta' ħlas twassal għal aktar burokrazija u nefqa għan-negozji u għaldaqstant tkun kontroproduttiva.Għalhekk jeħtieġ li jiġu evitati.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija tentattiv raġonevoli sabiex tipperfezzjona l-arranġamenti eżistenti mingħajr ma bl-ebda mod tmiss l-iskop tat-teħid ta' deċiżjonijiet fuq skala nazzjonali. Ir-rapporteur jemmen li l-armonizzazzjoni tal-ġbir tal-VAT hija l-unika politika fiskali li għandha tiġi regolamentata fuq livell Ewropew. Barra minn hekk, il-kompetizzjoni fiskali hija fundamentali għall-avvanz ekonomiku ta' l-Istati Membri u huwa essenzjali li din tinżamm.

4.5.2006

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT

-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jissimplifikaw il-proċedura tat-teħid tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jgħinu fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa, u li tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jikkonċedu derogi

(COM(2005)0089 – C6‑0100/2005 – 2005/0019(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Herbert Bösch

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Skond l-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva dwar il-VAT(4), il-Kunsill, b'aġir unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' awtorizza li kwalunkwe Stat Membru jintroduċi miżuri speċjali li joħolqu deroga mid-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva dwar il-VAT , sabiex jissimplifika l-proċedura tat-teħid ta' taxxa jew sabiex ma jħallix ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar ta' taxxa.

Fil-preżent, l-Istati Membri qed japplikaw aktar minn 140 deroga. Fil-futur dan in-numru se jiżdied, peress li l-Istati Membri li ssieħbu ma' l-UE fl-1 ta' Mejju 2004 fil-preżent qed jagħmlu talbiet għal derogi. Barra minn hekk, tista' tgħid li żgur se jiltaqgħu ma' miżuri speċjali fil-leġiżlazzjoni tagħhom li jkunu jirrikjedu bażi legali Komunitarja.

Fil-komunikazzjoni tagħha tas-7 ta' Ġunju 2000 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar strateġija biex jittejjeb l-operat tas-sistema tal-VAT fis-suq intern(5), il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrazzjonalizza wħud mill-għadd kbir ta' derogi li huma attwalment fis-seħħ. Il-Kummissjoni tenniet dan fil-komunikazzjoni tagħha ta' l-20 ta' Ottubru 2003(6), li rrevediet u aġġornat l-istrateġija. B'din ir-razzjonalizzazzjoni kien mistenni li ċerti derogi individwali jitpoġġew għad-dispożizzjoni ta' l-Istati Membri kollha permezz ta' emenda għas-Sitt Direttiva dwar il-VAT. Dawn id-derogi jkunu dawk li jkunu diġà wrew l-effettività tagħhom u li jkunu solvew problemi li kienu jeżistu f'aktar minn Stat Membru wieħed.

In-numru ta' derogi u l-problemi li jixtiebhu li huma jittrattaw juru l-fatt li fl-aħħar snin, b'konsegwenza ta' l-evażjoni u l-frodi fiskali, il-ġbir tal-VAT sar kwistjoni importanti.

Il-frodi fil-VAT, b'mod partikulari l-frodi li jinvolvu l-hekk imsejħa tranżazzjonijiet intra-Komunitarji ta' tip 'carousel', ta' kull sena jikkawżaw telf enormi. L-Istitu IFO għar-Riċerka Ekonomika jistma li t-telf globali ta' dħul nazzjonali ta' VAT fil-Ġermanja fis-snin 2003 sa 2005 jlaħħaq mas-EUR 17 000 miljun sa 18 000 miljun fis-sena, li terz minnu huwa minn frodi li huma ta' natura transkonfinali. Stati Membri oħrajn ukoll qed isofru minn telf ta' dħul tal-VAT li jlaħħaq l-eluf ta' miljuni ta' Euros, li huwa stmat li jirrappreżenta 10% tad-dħul globali tagħhom.

F'dan il-kuntest, għandu jitqies li għall-finijiet ta' ġbir tar-riżorsi proprji ta' VAT, jista' jiġi kkunsidrat biss id-dħul attwali u għaldaqstant it-telf ta' VAT qiegħed idgħajjef il-ħidma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunità.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni  Emendi tal-Parlament

Emenda 1

PREMESSA 1 A (ġdida)

 

(1a) Kif l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jagħmlu skond l-Artikolu 280 tat-Trattat, sabiex il-Komunità titħares minn danni kontra l-interessi finanzjarji tagħha fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u b'mod partikulari kontra t-telf li ġej minn attivitajiet transkonfinali, l-Istati Membri għandhom jikkoperaw mill-qrib ma' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Emenda 2

ARTIKOLU 1, PUNT 7A (ġdid)

Artiklu 30 a (ġdid) (Direttiva 77/388/KEE)

 

(7a) L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

"Artikolu 30a

Sabiex tiġi miġġielda l-frodi transkonfinali fuq il-VAT, u b'mod partikulari l-hekk imsejħa frodi tat-tip 'carousel', li jolqtu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jappellaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex jikkoperaw mill-qrib ma' l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) meta jkun hemm suspett ta' frodi. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress f'dan il-qasam lill-Parlament Ewropew fl-ambitu tar-rapport annwali tagħha, bi qbil ma' l-Artikolu 280(5) tat-Trattat."

Emenda 3

ARTIKOLU 1, PUNT 7 (B) (ġdid)

Artikolu 34a (ġdid) (Direttiva 77/388/KE)

 

(7b) L-Artikolu li ġej għandu jiġi miżjud:

"Artikolu 34a

Sabiex jiġi ddeterminat l-aħjar arranġament fit-tul għall-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud fl-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni se tfassal sinossi komparattiva u komprensiva li tevalwa l-fehmiet nazzjonali dwar is-suġġett u li tispeċifika l-għadd ta' konsegwenzi varji tal-bidla tas-sistema għall-mudell 'reverse charge', u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dan għall-Istati Membri u għan-negozji li joperaw fl-Unjoni."

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jissimplifikaw il-proċedura tat-teħid tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jgħinu fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa, u li tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jikkonċedu derogi.

Referenzi

COM(2005)0089 – C6-0100/2005 – 2005/0019 (CNS)

Kumitat responsabbli

ECON

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT
27.4.2005

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Herbert Bösch
20.4.2005

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

19.4.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

4.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

 

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Bösch, Paul van Buitenen, Simon Busuttil, Szabolcs Fazakas, Ingeborg Gräßle, Ona Juknevičienė, Nils Lundgren, Hans-Peter Martin, Jan Mulder, Borut Pahor, José Javier Pomés Ruiz, Bart Staes, Kyösti Virrankoski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Janusz Wojciechowski

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' ċerti miżuri li jissimplifikaw il-proċedura tat-teħid tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jgħinu fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar ta' taxxa, u li tirrevoka ċerti Deċiżjonijiet li jikkonċedu derogi.

Referenzi

COM(2005)0089 – C6-0100/2005 – 2005/0019(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

14.4.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON
27.4..2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT
27.4.2005

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Christoph Konrad
11.4.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni
  Data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Allokazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2006

20.3.2006

18.4.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

30.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, David Casa, Jan Christian Ehler, Jonathan Evans, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Cristobal Montoro Romero, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Karin Riis-Jørgensen, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Harald Ettl, Donata Maria Assunta Gottardi, Werner Langen, Andrea Losco, Giovanni Pittella, Gilles Savary

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María del Pilar Ayuso González, Godfrey Bloom, Ville Itälä, Holger Krahmer

Data tat-tressiq

9.6.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

(1)

Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 [ĠU 71, 14.4.1967].

(2)

Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 [ĠU L 145, 13.6.1977].

(3)

COM(2000)348 tas-7 ta' Ġunju 2000.

(4)

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1997 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill bejgħ – Is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, 13.6.1977, p 1.) Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2006/18/KE (ĠU L 51, 22.2.2006, p.12).

(5)

COM(2000)0348.

(6)

COM(2003)0614.

Avviż legali - Politika tal-privatezza