Rapport - A6-0224/2006Rapport
A6-0224/2006

RAKKOMANDAZZJONI proposta għal regolament tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Regjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u jħassar ir-Regolament (KE) No. 1260/1999

26.6.2006 - (9077/2006 – C6‑0192/2006 – 2004/0163(AVC)) - ***

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Konstantinos Hatzidakis


Proċedura : 2004/0163(AVC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0224/2006

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u jħassar ir-Regolament (EC) Numru 1260/1999

(9077/2006 – C6‑0192/2006 – 2004/0163(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra proposta għal regolament tal-Kunsill (9077/2006)[1],

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 161 of the EC Treaty (C6‑0192/2006),

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6‑0224/2006),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu lill-proposta għal regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUMMISSJONI

"Mingħajr preġudizzju tal-Ftehim Interistituzzjonali u tar-Regolamenti fis-seħħ (2007 - 2013), fl-2010 il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Awtorità tal-Baġit b'evalwazzjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Adeżjoni għall-perjodu ta' programmazjoni li jmiss 2007-13 li jinkludi l-konsegwenzi ta' l-applikazzjoni tar-regola numru N+3/N+2"

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (22.6.2006)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u jħassar ir-Regolament (EC) Numru 1260/1999
(9077/2006 - C6-0192/2006 - 2004/0163(AVC))

Rapporteur għal opinjoni: Jacek Protasiewicz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta ġiet abbozzata bħala parti mill-pakett leġiżlattiv ta' koeżjoni. Il-pakkett jikkonsisti f' Regolament dwar il-Fond Soċjali Ewropew, Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni u Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Huma definiti l-objettivi li lejhom għandhom jikkontribwixxu l-Fondi Strutturali, il-kriterji li għandhom jissodisfaw l-Istati Membri u r-reġjuni sabiex ikunu eliġibbli għal dawn il-Fondi, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom.

Fid-dawl ta' dak li intqal aktar 'l fuq, u r-rilevanza diretta ta' dan ir-Regolament ġenerali għall-Fond Soċjali Ewropew, nikkunsidraw li l-proċedura magħżula mill-Kummissjoni (AVC) tillimita bla ġustifikazzjoni l-irwol tal-Parlament. Għalkemm legalment korrett fir-rigward tat-Trattati, iċ-ċittadini Ewropej qegħdin jitolbu aktar trasparenza u aktar parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tagħhom fl-adozzjoni ta' proposta leġiżlattiva daqshekk importanti.

Niġbdu l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Parlament m'għandux jieħu deċiżjonii b'vot uniku u mingħajr possibilità li jippreżenta amendi. Għaldaqstant, il-Kumitat tagħhna talab lill-kumitat responsabbli sabiex jiddeċiedi li japplika l-Artikolu 75(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew u jħejji opinjoni dwar ir-Rapport Interim tal-Parlament Ewropew sabiex ikun hemm riżultat pożittiv tal-proċedua adottata.

Il-Parlament Ewropew adotta Rapport Interim fis-6 ta' Lulju 2005. Fil-5 ta' Mejju 2006 il-Kunsill adotta ftehim politiku li jinkludi wħud mill-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar dan ir-regolament.

Minħabba li l-Kunsill inkorpora b'mod sħiħ il-kunsiderazzjonijiet priċipali tal-kumitat tagħna dwar dan ir-regolament, fil-ftehim politiku tiegħu dwar il-Fond Soċjali Ewropew, aħna nipproponu li l-Parlament jagħti l-kunses tiegħu dwar ir-regolament Ġenerali li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond ERDF, il-Fond ESF u l-Fond ta' Koeżjoni.

*******

Il-Kumitat għax-Xogħol u għall-Affarjiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, jitlob lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali sabiex jipproponi li l-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu.

PROĊEDURA

Titolu

Proposal for a Council Regulation laying down general provisions on the European Regional Development Fund, the European Social Fund and the Cohesion Fund and repealing Regulation (EC) No 1260/1999

Referenzi

9077/2006 - C6-0192/2006 - 2004/0163(AVC)

Kumitat responsabbli

REGI

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL
15.6.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Jacek Protasiewicz
14.9.2005

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Harlem Désir, Harald Ettl, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Roger Helmer, Stephen Hughes, Ona Juknevičienė, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Jean Lambert, Raymond Langendries, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Jan Tadeusz Masiel, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Ria Oomen-Ruijten, Csaba Őry, Pier Antonio Panzeri, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Anne Van Lancker, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mihael Brejc, Françoise Castex, Dieter-Lebrecht Koch, Magda Kósáné Kovács, Lasse Lehtinen, Marianne Mikko, Leopold Józef Rutowicz, Patrizia Toia

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Małgorzata Handzlik

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

PROĊEDURA

Titolu

Proposal for a Council regulation laying down general provisions on the European Regional Development Fund, the European Social Fund and the Cohesion Fund and repealing Regulation (EC) 1260/1999

Referenzi

9077/2006-C6‑0192/2006 – 2004/0163(AVC)

Data tat-talba għall-kunsens tal-PE

13.6.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI
15.6.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
15.6.2006

CONT
15.6.2006

ECON
15.6.2006

EMPL
15.6.2006

ENVI

15.6.2006

ITRE

15.6.2006

TRAN

15.6.2006

PECH

15.6.2006

FEMM

15.6.2006

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

BUDG

30.5.2006

CONT

13.7.2005

ECON

27.8.2004

ENVI

25.4.2006

ITRE

26.10.2004

TRAN

18.5.2006

PECH

15.9.2005

FEMM

24.11.2005

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

-

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Konstantinos Hatzidakis
6.10.2004

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

-

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

-

 

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.5.2006

21.6.2005

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alfonso Andria, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Jean Marie Beaupuy, Jana Bobošíková, Graham Booth, Bernadette Bourzai, Bairbre de Brún, Giovanni Claudio Fava, Gerardo Galeote Quecedo, Iratxe García Pérez, Eugenijus Gentvilas, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Zita Gurmai, Marian Harkin, Konstantinos Hatzidakis, Jim Higgins, Alain Hutchinson, Mieczysław Edmund Janowski, Tunne Kelam, Miloš Koterec, Constanze Angela Krehl, Jamila Madeira, Sérgio Marques, Miroslav Mikolášik, James Nicholson, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Elisabeth Schroedter, Grażyna Staniszewska, Kyriacos Triantaphyllides, Oldřich Vlasák, Vladimír Železný

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Simon Busuttil, Brigitte Douay, Den Dover, Richard Seeber, László Surján, Nikolaos Vakalis

Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Elly de Groen-Kouwenhoven, Milan Horáček

Data tat-tressiq

26.6.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

-