RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmata Preċedenti għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali
10.7.2006 - (COM(2006)0250 – C6‑0186/2006 – 2006/0080(CNS)) - *
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Johannes Blokland
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmata Preċedenti għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali
(COM(2006)0250 – C6‑0186/2006 – 2006/0080(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0250)[1],
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmata Preċedenti għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 u l-Artikolu 175(1), flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6‑0186/2006),
– wara li kkunsidra r-Regoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6‑0239/2006),
1. Japprova l-konklużjoni tal-konvenzjoni;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
- [1] ĠU C ... / Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Fl-24 ta' Ottubru 2002 il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni favorevoli tiegħu għal approvazzjoni tal-Kunsill, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmata Preċedenti għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali[1] (Rapport A5-0290/2002). Il-Kummissjoni pproponiet biex tibbaża d-Deċiżoni tal-Kunsill fuq l-Artikolu 133 tat-Trattat KE. Iżda, l-Parlament ippropona bidla fil-bażi legali tad-Deċiżjoni ta' l-Artikolu 175 KE. Din l-emenda ġiet maqbula b'mod unanimu mill-Kunsill.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill biex japprova l-Konvenzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 175, ġiet adottata fid-19 ta' Diċembru 2002 (Deċiżjoni 2003/106/EC[2]) u l-istrument ta' ratifika, flimkien mad-dikjarazzjoni ta' kompetenza tal-Komunità Ewropea, ġew imressqa għand is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta' Diċembru 2002. Il-Konvenzjoni ta' Rotterdam daħlet fis-seħħ fl-24 ta' Frar 2004.
Iżda, l-Kummissjoni opponiet it-tibdil tal-bażi legali, u fit-28 ta' Frar 2003 hija ressqet talba, skond l-Artikolu 230 EC, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Peress li l-kwistjoni tal-bażi legali kienet ukoll ta' tħassib għall-Parlament, il-Parlament intervjena fil-Qorti favur il-Kunsill.
Fl-opinjoni tiegħu mogħtija fis-26 ta' Mejju 2005, l-Avukat Ġenerali sostna: "Fil-qosor: jekk jitqiesu l-kontenut u l-objettivi tal-Konvenzjoni u l-kuntest li fih ġew konklużi, il-punt prinċipali tagħha mhux fil-kuntest tal-politika kummerċjali komuni iżda fil-kuntest tal-politika ta' l-ambjent. […] Jien naqbel ma' l-opinjoni adottata mill-Kunsill u dawk li intervenew li l-Konvenzjoni, b'referenza għall-bażi legali għall-approvazzjoni tagħha, hija aktar relatata mal-Protokoll ta' Cartagena dwar il-Bijosikurezza milli mal-Ftehima Energy Star. Għalhekk huwa korrett li l-approvazzjoni tal-Konvenzjoni tkun ibbażata fuq l-Artikolu 175(1) KE, mhux fuq l-Artikolu 133 KE. ”[3]
Kemm għall-Kunsill, għall-Kummissjoni kif ukoll għall-Parlament u għar-rapporteur tiegħek, kienet għalhekk sorpriża li jkunu infurmati li fl-10 ta' Jannar 2006, fis-sentenza tagħha[4], il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-Konvenzjoni, li stipulat li kellu jkun hemm bażi legali doppja inklużi l-Artikoli 133 u 175 l-ewwel paragrafu, minflok l-Artikolu 175 biss, jew l-Artikolu 133 biss li kien mitlub mill-Kummissjoni.
Peress li l-appell mhux possibbli għas-sentenza tal-Qorti, il-leġiżlatur huwa mitlub li jibda mill-ġdid il-proċedura li twassal għall-Deċiżjoni tal-Kunsill, din id-darba bil-bażi legali kif ordnata mill-Qorti.
L-annullament tad-Deċiżoni tal-Kunsill 2003/106/EC ma taffettwax ir-ratifika tal-Konvenzjoni oriġinali tal-Komunità u l-KE tibqa' parti bi qbil mal-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati. Iżda, huwa meħtieġ li tkun adottata Deċiżjoni tal-Kunsill bil-bażi legali doppja stipulata hawn fuq flimkien ma' dikjarazzjoni ta' kompetenza emendata li tirrifletti l-bidla fil-bażi legali. Biex ikun evitat vakwu legali, huwa propost li d-deċiżjoni l-ġdida għandu jkollha effett retroattiv lura għad-data ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill preċedenti.
Il-proposta tal-Kummissjoni attwali tfittex li tissostitwixxi d-deċiżjoni annullata tal-Kunsill b'waħda ġdida bbażata fuq il-bażi legali korretta. Ir-rapporteur jirrakkomanda li l-proposta tal-Kummissjoni tkun approvata mingħajr emenda.
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmata Preċedenti għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali. | |||||
Referenzi |
COM(2006)0250 – C6-0186/2006 – 2006/0080(CNS) | |||||
Data li fiha ġie kkonsultat il-Parlament |
13.6.2006 | |||||
Kumitat responsabbli |
ENVI | |||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
INTA |
|
|
|
| |
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
INTA |
|
|
|
| |
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
|
|
|
| |
Rapporteur(s) |
Johannes BLOKLAND |
| ||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
| ||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni Data tad-deċiżjoni |
| |||||
Bażi legali kkontestata |
|
/ |
| |||
Allokazzjoni finanzjarja emendata |
|
/ |
| |||
Il-Parlament biex jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali - data deċiża fis-seduta plenarja |
| |||||
Il-Parlament biex jikkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni - data deċiża fis-seduta plenarja |
| |||||
Eżami fil-kumitat |
6.7.2006 |
|
|
|
| |
Data ta' l-adozzjoni |
6.7.2006 | |||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 0 0 | ||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Georgs Andrejevs, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Chris Davies, Mojca Drčar Murko, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Satu Hassi, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Peter Liese, Jules Maaten, Marios Matsakis, Riitta Myller, Vittorio Prodi, Guido Sacconi, Richard Seeber, María Sornosa Martínez, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber | |||||
Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali |
Jutta D. Haug, Erna Hennicot-Schoepges | |||||
Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2) |
Zuzana Roithová | |||||
Data tat-tressiq |
10.7.2006 |
| ||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
| |||||