RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar ftehima ta’ assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros
13.7.2006 - (COM((2006)0096C6-0103/2006 – 2006/0032(CNS)) - *
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Luis Manuel Capoulas Santos
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar ftehima ta’ assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros
(COM((2006)0096C6-0103/2006 – 2006/0032(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0096[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0103/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0242/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament.
- [1] Għadha mhux ippubblikata tal-ĠU.
NOTA ĠUSTIFIKATTIVA
L-ewwel ftehima ta' sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Islamika tal-Komoros ġiet ffirmata fl-1988. Hi ġiet abrogata u sostitwita bil-ftehima ta' sħubija preżenti nnegozjata u ffirmata miż-żewġ partijiet fl-24 ta' Novembru 2004 u rrenovata permezz ta' perijodi supplimentari ta' 7 snin. Il-protokoll assoċjat, fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2005 u validu sa Diċembru 2010, ġie adottat mill-Parlament f'Ottubru 2005 fil-qafas ta' proċedura distinta.
Ir-rapporteur ma jistax ma jiddispjaċihx mill-irwol subordinat li kellu l-Parlament Ewropew f'din il-proċedura. Il-proposta leġiżlattiva kellha tiġi eżaminata fl-istess żmien tal-protokoll li, fi żmienu, kien suġġett għal rapport eċċellenti min-naħa ta' Carmen Fraga Estévez (A6-0260/2005 def), li n-nota ġustifikattiva tiegħu kienet tanalizza bi preċiżjoni l-politiki koordinati, ekonomiċi u soċjali ta' din il-ftehima ta' sħubija.
Il-ftehima in kwistjoni qed tinkiteb fl-approċċ il-ġdid tad-dimensjoni esterna tal-politika komuni tas-sajd mill-perspettiva ta' "sħubija", bħal ma proponietha l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u kif approvaha l-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2004. Il-ftehimiet ta' sħubija se jieħdu post l-ftehimiet ta' sajd bilaterali antiki, li sal-preżent kienu kkunsidrati sempliċiment bħala ftehimiet ta' aċċess għar-riżorsi, bl-għan li jikkontribwixxu aħjar għall-koerenza ta' l-objettivi tal-politiki tas-sajd, ta' l-ambjent u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. L-objettiv hu li tiġi konċiljata d-difiża ta' l-interessi tas-settur Ewropew għas-sajd u s-sostenn tal-flotta tas-sajd imbiegħed, fir-rispett tal-prinċipji ta' sajd responsabbli u sostenibbli, u tat-titjib tal-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jisfruttaw ir-riżorsi marittimi tagħhom, biex iżidu l-valur miżjud lokali u biex jiksbu l-prezz l-iktar ġust possibli għall-ħlas tad-drittijiet ta' aċċess għall-flotot Komunitarji.
Wara li kkunsidra b'mod partikulari li din hi ftehima miftiehma ma' pajjiż żgħir li għandu problemi gravi ta' żvilupp ekonomiku u soċjali, ir-rapporteur jikkunsidra l-prinċipji u objettivi li fiha bħala xierqa, kif ukoll il-miżuri ta' applikazzjoni li jinsabu fid-dispożizzjonijiet maħsuba għat-twettiq fil-prattika tagħha.
Ir-rapporteur jissottolinja b'sodisfazzjon l-espressjoni ta' rispett totali tas-sovrenità tal-Komoros fil-miżuri kollha li għandhom jittieħdu fil-qafas tal-ftehima u jifraħ bl-enfasi li sar fuq id-djalogu politiku permanenti bejn il-partijiet, jekk hux direttament jew fi ħdan organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti, bl-għan li jiġu trasferiti u maqsuma l-kompetenzi suxxettibbli li jiggarantixxu ġestjoni responsabbli tar-riżorsi tal-ħut u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd fil-Komoros, kif ukoll l-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-aġenti ekonomiċi Komunitarji u tal-Komoros.
Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Parlament Ewropew hu mistieden biex jagħti l-appoġġ politiku tiegħu għall-ftehima in kwistjoni.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (26.4.2006)
għall-attenzjoni tal-Kumitat għas-sajd
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima ta’ assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros
(COM(2006)0096 – C6‑0103/2006 – 2006/0032(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Luisa Morgantini
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
B'mod konformi ma' l-Artikolu 178 tat-Trattat li jistabblixxi Komunità Ewropea, il-politika komuni tas-sajd għandha tikkunsidra l-objettivi ta' żvilupp stipulati fl-Artikolu 177 tat-Trattat, b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna l-ġlieda kontra l-faqar u l-iżvilupp sostenibbli fost il-popolazzjonijiet lokali.
Il-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni lejn dan l-obbligu waqt l-elaborazzjoni ta' l-opinjonijiet suċċessivi dwar il-ftehimiet antiki tas-sajd u l-ftehimiet ta' sħubija ġodda fis-settur tas-sajd li tressqu għandu mill-Kummissjoni Ewropea.
Din il-proposta ġdida għal ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd ma' l-Unjoni tal-Komoros kienet toffri lill-Kummissjoni okkażjoni tajba biex tipproponi lill-Kunsill biex jikkunsidra opinjonijiet espressi fi ħdan il-Kumitat għall-Iżvilupp, u li jikkonforma b'hekk ma' l-obbligi tat-Trattat.
Il-Kumitat jikkunsidra li b'kunsiderazzjoni ta' dawn l-objettivi ta' l-iżvilupp, ir-referenza għall-"attiviatjiet relatati" li tidher fl-aħħar ta' l-Artikolu 1 tal-ftehima ta' sħubija fis-settur tas-sajd mhix biżżejjed.
L-Artikoli 1 u 7 tal-ftehima ta' sħubija fis-settur tas-sajd għandhom jiddisponu b'mod ċar li l-firxa tal-ftehima u l-kontribuzzjoni finanzjarja li tipprevedi jridu jagħtu benefiċċji lill-proġetti maħsuba għall-iżvilupp tal-popolazzjonijiet tal-kosta li jgħixu mill-qligħ tas-sajd.
Wasal iż-żmien għall-Kummissjoni u għall-Kunsill li josservaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi Komunità Ewropea. L-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu l-ewwel li josservaw it-termini tat-Trattat.
Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill ġiet preżentata lill-Parlament biss ħames xhur qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) nru 1660/2005 tas-6 ta' Ottubru 2005, skond liema l-bastimenti Ewropej huma awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Komoros sal-31 ta' Diċembru 2010.
Fl-opinjoni tagħna għall-intenzjoni tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament Ewropew, datata Mejju 2005, iddikjarajna b'mod ċar li l-Kummissjoni missha osservat il-qafas integrat applikabbli għall-ftehimiet ta' sħubija fil-qasam tas-sajd konklużi mal-pajjiżi terzi.
Il-Kummissjoni preferiet tagħmel in-negozjati billi tappoġġja fuq is-sistemi tal-ftehimiet ta' sajd antiki, u t-tressiq ta' l-att legali preżenti jikkonferma li l-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament kellu raġun.
Minn issa 'l quddiem il-Parlament hu mitlub li jaċċetta li l-att legali eżistenti jinbidel b'att ġdid, innegozzjat mill-ġdid b'konformità mal-qafas ġdid applikabbli għall-ftehimiet ta' sħubija fil-qasam tas-sajd.
Aħna ma naraw l-ebda oġġezzjoni għal dan it-tibdil; aħna sempliċiment jiddispjaċina li l-Kummissjoni ħliet il-ħin u l-flus, meta dan seta' kien evitat li kieku kkunsidrat l-opinjoni tagħna.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora dawn l-emendi fi-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 3 | |
(3) Dan il-ftehim jipprevedi tisħiħ tal-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi kif ukoll arranġamenti ta' assoċjazzjoni bejn intrapriżi li għandhom l-għan li jiżviluppaw, fl-interess komuni, attivitajiet ekonomiċi li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tas-sajd u attivitajiet relatati.
|
(3) Din il-ftehima tipprevedi tisħiħ tal-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fil-qasam tas-sajd sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi, arranġamenti ta' assoċjazzjoni bejn intrapriżi li għandhom l-għan li jiżviluppaw attivitajiet ekonomiċi li għandhom x'jaqsmu mal-qasam tas-sajd u kif ukoll l-iżvilupp tal-popolazzjonijiet tal-kosta li jgħixu mill-qligħ tas-sajd, prinċipalment permezz ta' l-għajnuna lill-ħolqien ta' industriji żgħar lokali ta' ħarsien u ta' trasformazzjoni tal-ħut u lill-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd.
|
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima ta’ assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros | |||||
Numru tal-proċedura |
(COM(2006)0096 – C6‑0103/2006 – 2006/0032(CNS)) | |||||
Kumitat responsabbli |
PECH | |||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
DEVE 3.4.2006 | |||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
| |||||
Rapporteur(s) għal opinjoni |
Luisa Morgantini 21.3.2006 | |||||
Rapporteur(s) għal opinjoni preċedenti |
| |||||
Eżami fil-kumitat |
25.4.2006 |
|
|
|
| |
Data ta' l-adozzjoni |
25.4.2006 | |||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: -: 0: |
20 0 0 | ||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Margrietus van den Berg, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Thierry Cornillet, Nirj Deva, Fernando Fernández Martín, Michael Gahler, Filip Andrzej Kaczmarek, Ģirts Valdis Kristovskis, Maria Martens, Luisa Morgantini, Toomas Savi, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Jan Zahradil | |||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Milan Gaľa, Jan Jerzy Kułakowski, Linda McAvan, Manolis Mavrommatis, Zbigniew Zaleski | |||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
| |||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
| |||||
- [1] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
PROĊEDURA
Tittolu |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehima ta’ assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros | ||||||
Referenzi |
COM(2006)0296 – C6‑0103/2006 – 2006/0032(CNS) | ||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
27.3.2006 | ||||||
Kumitat responsabbli |
PECH | ||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
BUDG |
DEVE |
|
|
| ||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
BUDG |
|
|
|
| ||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
|
|
|
| ||
Rapporteur(s) |
[Luis Manuel Capoulas Santos] |
| |||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
| |||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
| ||||||
Bażi legali kkontestata |
|
|
| ||||
Dotazzjoni finanzjarja emendata |
|
/ |
| ||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
| ||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
| ||||||
Eżami fil-kumitat |
18.4.2006 |
20.6.2006 |
|
|
| ||
Data ta' l-adozzjoni |
12.7.2006 | ||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
15 1 2 | |||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Iles Braghetto, Niels Busk, David Casa, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Carmen Fraga Estévez, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Heinz Kindermann, Albert Jan Maat, Rosa Miguélez Ramos, Willi Piecyk, Struan Stevenson, Daniel Varela Suanzes-Carpegna | ||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Francesco Musotto, Helga Trüpel | ||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
| ||||||
Data tat-tressiq |
13.7.2006 | ||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... | ||||||