RAKKOMANDAZZJONI dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra

17.7.2006 - (8161/2006C6-0197/2006 – 2006/0044(AVC)) - ***

Dokument ta' sessjoni
Rapporteur: Toomas Hendrik Ilves

Proċedura : 2006/0044(AVC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0246/2006
Testi mressqa :
A6-0246/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra

(8161/2006C6-0197/2006 – 2006/0044(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (8161/2006),

–   wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens preżentata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 300(3), it-tieni paragrafu, b'mod konġunt ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż u l-Artikolu 310 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea (C6‑0197/2006),

–   wara li kkunsidra r-Regola 75 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6‑0246/2006),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu ghall-konkluzzjoni ta' l-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lir-Repubblika ta' l-Albania.

OPINJONI TAl-kumitat għall-kummerċ internazzjonali (11.7.2006)

f'isem il-Kumitat għall-Affarjiet Barranin

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra
(8161/2006 - C6-0197/2006 - 2006/0044(AVC))

Rapporteur għall-opinjoni: Panagiotis Beglitis

INTRODUZZJONI

Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra, titlob il-kunsens tal-Parlament Ewropew;

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Filwaqt li jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Tessaloniki ta' Ġunju 2003, li jsaħħu l-perspettiva Ewropea ta' l-Albanija, ir-Rapporteur iqis li dan il-ftehim jirrappreżenta l-aħjar metodu sabiex tingħata għajnuna fil-manteniment tan-nifs ġdid mogħti lir-riformi politiki u ekononomiċi u sabiex l-Albanija tkun inkoraġġuta tkompli teżerċita l-influenza kostruttiva u li tiffaċilita fir-reġjun. Ir-rapporteur jagħraf il-progress magħmul u jirrakkomanda lill-Parlament Ewropew sabiex jagħti l-kunsens għall-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizazzjoni u Assoċjazzjoni hawn fuq imsemmi. Madankollu r-Rapporteur jiġbed l-attenzjoni lill-awtoritajiet Albaniżi sabiex jagħtu attenzjoni partikolari lis-setturi tal-kummerċ.

Il-moviment liberu ta'l-merkanzija

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu sensibilizzati dwar il-kunċetti tan-normi u l-iċċertifikar kif ukoll dwar l-importanza tagħhom fil-kuntest ta' l-iskambji internazzjonali;

Is-servizzi ta' kreditar għandhom ikun mogħnija b'infrastruttura fiżika u b'ammont ta' personàl xieraq, u jkun addotat programm ta' xogħol komplut fid-dawl tal-parteċipazjoni futura ta' l-Albania fil-Koperazzjoni Ewropea għall-Ikkreditar

Isir provvediment għal tħaddim aħjar b'mod li jikkunsidra l-prattiki komunitarji, il-korpi inkarigati minn-normalizzazzjoni, l-ikkreditar u ċ-ċertifikazzjoni;

L-Assoċjazzjoni Albaniża tal-konsumaturi titħaddem, billi jiżdied il-personàl u billi l-prodotti Albaniżi jigarantixxu li jikkonformaw ma' l-istandards Ewropej ta' sikurezza;

Id-Dritt ta' Stabiliment

Tinbidel il-leġiżlazzjoni attwali fit-tema tad-dritt ta' stabiliment b'mod li jiggarantixxi l-ugwaljanza fit-trattament bejn id-ditti barranin u dawk nazzjonali;

Id-Dwana u t-Taxxi

Jitkompla l-allinjament tal-leġiżlazzjoni u tal-proċeduri tad-dwana ma' l-acquis communautaire, sabiex ikun żgurat b'mod partikolari li d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw għall-ġarr, għal-ħażna fid-dwana, għall-valutazzjoni fid-dwana, għall-kontrolli fisiċi u għall-evalwazzjoni tar-riskji jkunu jaqblu mad-dispożizzjonijiet komunitarji u, jekk ikun il-każ, għall-konvenzjonijiet internazzjonali;

Ikun żgurat li l-leġiżlazzjoni Albaniża fil-qasam tad-dwana u tat-taxxa tkun aktar allineata ma' l-acquis communautaire u li tiżdied il-kapaċità amministrattiva bil-għan li tkun applikata l-leġiżlazzjoni tad-dwana u tkun miġġielda l-korruzzjoni, il-kriminalità transkonfinali u l-evażjoni tat-taxxa;

Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex ir-regoli ta' l-oriġini jkunu applikati kif għandu jkun;

Dritt dwar propjetà intelletwali

Jissaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi fil-qasam tad-drittijiet inerenti għall-propjetà intellettwali, ikluż il-ħolqien ta' uffiċċju Albaniż għad-drittijiet ta' l-awtur;

Tkun adottata leġiżlazzjoni ġdida dwar il-propjetà industrijali u n-negozju jkun sensibilizzat aktar u l-korpi inkarigati mill-applikazzjoni tal-liġi, inkluża l-kompetenza ġudizzjarja dwar il-kwistjonijiet inerenti għad-dritt tal-propjetà intelletwali, bil-ħatra ta' tribunal kompetenti sabiex jisma' litigazjoni f'dan il-qasam;

Tkun żgurata l-applikazzjoni tad-drittijiet dwar propjetà intelletwali u jinkisbu l-aħjar riżultati fil-ġlieda kontra il-piraterjia u l-falsifikazzjoni;

L-Industrija u l-SME

Jittrażżnu l-ostakli amministrattivi li jfixklu l-investiment u jassiguraw applikazzjoni xierqa u mhux b'diskrezzjoni u mhux diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni, tar-regoli tal-proċeduri relativi għall-intrapriżi;

L-Agrikoltura

Ikunu msaħħa s-sistemi ta' sikurezza ta' l-ikel u s-sistemi ta' kontroll relattivi;

Ikunu mtejba l-kundizzjonijiet tal-pestiċidi u l-kundizzjonijiet veterinarji skond ir-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti li l-biċċa l-kbira tagħhom ikunu esportati; Is-sistema ta' reġistrazzjoni u ta' identifikazzjoni ta' l-annimali għanda tkun konformi mar-rekwiżiti ta' l-Unjoni Ewropea;

Titnieda strateġija għall-iżvilupp rurali u għad-diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet agrikoli, tittejjeb il-kompetittività f'dan il-qasam u titħaffef il-proċedura ta' ksib ta' kreditu mill-bdiewa;

L-Enerġija u t-Trasport

Jiġi implimentat pjan ta' azzjoni nazzjonali fil-qasam ta' l-enerġija, b'mod partikolari bil-għan li l-problema tal-qtugħ tad-dawl meqjusa spissa, tkun solvuta;

Jiġi implimentat pjan ta' azzjoni nazzjonali fil-qasam tat-trasport sabiex jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex titjieb is-sikurezza, l-infrastruttura u l-manutenzjoni;

*******

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarjiet Barranin, bħala kumitat responsabbli, sabiex jipproponi lill-Parlament sabiex jagħti l-kunsens tiegħu.

PROĊEDURA

Titlu

Pproposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra

Referenzi

8161/2006 – C6‑0197/2006 – 2006/0044(AVC)

Kumitat responsabbli

AFET

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.7.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għall-opinjoni:
  Data tal-ħatra

Panagiotis Beglitis
19.4.2006

Rapporteur għall-opinjoni mibdul

 

Eżami fil-kumitat

19.6.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.7.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Enrique Barón Crespo, Daniel Caspary, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Sajjad Karim, Javier Moreno Sánchez, Georgios Papastamkos, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Albert Deß, Antolín Sánchez Presedo, Jonas Sjöstedt

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar ilkonklużjoni tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta’ l-Albanija, min-naħa l-oħra

Referenzi

8161/2006 - C6‑0197/2006 – 2006/0044(AVC)

Data tat-talba għall-kunsens tal-Parlament

21.6.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET
4.7.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħtu opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.7.2006

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni akar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Toomas Hendrik Ilves
19.10.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura ssimplifikata - data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data tal-opinjoni tal-JURI

 

 

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2006 11.7.2006

 

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

12.7.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Vittorio Agnoletto, Angelika Beer, Panagiotis Beglitis, André Brie, Elmar Brok, Marco Cappato, Simon Coveney, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Camiel Eurlings, Jas Gawronski, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Richard Howitt, Toomas Hendrik Ilves, Georgios Karatzaferis, Ioannis Kasoulides, Bogdan Klich, Vytautas Landsbergis, Cecilia Malmström, Willy Meyer Pleite, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Baroness Nicholson of Winterbourne, Raimon Obiols i Germà, Cem Özdemir, Tobias Pflüger, Mirosław Mariusz Piotrowski, Paweł Bartłomiej Piskorski, Bernd Posselt, Poul Nyrup Rasmussen, Michel Rocard, Raül Romeva i Rueda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Emil Saryusz-Wolski, István Szent-Iványi, Konrad Szymański, Antonio Tajani, Paavo Väyrynen, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Árpád Duka-Zólyomi, Milan Horáček, Georg Jarzembowski, Doris Pack, Athanasios Pafilis, Aloyzas Sakalas, Anders Samuelsen

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Mauro, Francesco Musotto

Data tat-tressiq

17.7.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...