RAPPORT dwar it-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali

18.7.2006 - (2006/2058(INI))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: John Bowis

Proċedura : 2006/2058(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0249/2006

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali

(2006/2058(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Green Paper mill-Kummissjoni - "It-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali" (COM(2005)0484),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 13 u 152 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni[1],

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li waqqfet qafas ġenerali għat-trattament ugwali fl-impieg u fix-xogħol[2],

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 1999 dwar il-promozzjoni tas-saħħa mentali[3],

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewropea ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tal-15 ta' Jannar 2005 dwar l-itrattar ta' l-isfidi tas-saħħa mentali fl-Ewropa u l-bini ta' soluzzjonijiet,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Marzu 2006 dwar l-isfidi demografiċi u s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet (2005/2147(INI))[4],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impiegi u l-Affarjiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza tas-Sessi (A6‑0249/2006),

A. 

billi wieħed minn kull erba' persuni fl-Ewropa jgħaddu minn mill-anqas episodju sinjifikanti wieħed ta' mard mentali matul il-ħajja tagħhom;

billi l-mard mentali jaffettwa lil kulħadd fl-Ewropa kemm direttament jew indirettament, u tul kwalunkwe sena 18.4 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea ta' bejn it-18 u 65 sena huma stmati li jbatu minn dipressjoni qawwija; billi saħħa mentali tajba tippermetti liċ-ċittadini jkunu intellettwalment u emozjonalment kuntenti u li jkunu integrati fil-ħajja soċjali, edukattiva u professjonali; billi, min-naħa l-oħra, saħħa mentali ħażina tagħti lok għal spiża, għall-esklużjoni soċjali u għall-istigmatizzazzjoni, B. billi l-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali inaqqsu sostanzjalment il-kwalità tal-ħajja ta' dawk effetwati direttament u ta' dawk affetwati indirettament,

C. billi l-ispiża ekonomika tal-mard mentali għas-soċjeta hija kbira ħafna, b'xi stimi li jwasslu bejn it-3% u 4% tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) fl-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea;

D. billi l-kundizzjonijiet tas-saħħa mentali diġà għandhom impatt ekonomiku, sanitarju u soċjali sinifikanti, li huwa mistenni li jiżdied maż-żieda tar-rata ta' l-inċidenza, meta jitqies li l-popolazzjoni qiegħeda tixjieħ u l-bidliet fis-soċjetà;

E. billi madwar 58,000 ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea jagħmlu suwiċidju kull sena, aktar mill-imwiet kull sena kaġun ta' inċidenti tat-traffiku jew HIV/AIDS, u billi għaxar darbiet din il-figura jagħmlu attentat ta' suwiċidju;

F. billi, meta wieħed jikkunsidra t-tqassim tal-kompetenzi fit-Trattat tal-KE, il-valur miżjud ta' strateġija Komunitarja fuq is-saħħa mentali tan-nies ta' l-Ewropa jiffoka primarjament fuq il-qasam tal-prevenzjoni;

G. billi f'ċerti pajjiżi Ewropej sa 85% tal-flus ivvotati għas-saħħa mentali jintnefqu fuq il-manteniment ta' istituzzjonijiet kbar,

H. billi nuqqas ta' għarfien u investiment fil-promozzjoni tas-saħħa mentali kkontribwew għad-detriment tas-saħħa u tad-diżabilitajiet fost l-individwi u tal-problemi tas-soċjetà;

I. billi madwar 40% tal-ħabsin kollha għandhom xi tip ta' disturb metali u billi huma għandhom il-possibilità ta' seba' darbiet aktar li jagħmlu suwiċidju minn nies fil-komunità, u billi detenzjoni mhux xierqa tista' tiggrava d-disturb u xxekkel ir-riabilitiazzjoni,

J. billi fl-Unjoni Ewropea ma ngħatawx biżżejjed attenzjoni jew riżorsi lis-saħħa mentali tat-tfal u taż-żgħażagħ, u dan anki jekk il-mard mentali qed jiżded b'mod sinjifikanti fost iż-żgħażagħ,

K. billi l-kwistjoni tas-saħħa għandha dimensjoni ta' bejn is-sessi ċara, partikolarment f'dak li jirrigwarda d-distrub fil-prattiċi ta' l-ikel, id-disturbi newrodeġenerattivi, l-iskiżofrenja, d-disturb fil-burdata, l-ansjetà, il-paniku, id-depressjoni, l-abbuż mill-alkoħol u minn sustanzi psikoattivi oħra, kif ukoll is-suwiċidju u d-delinkwenza, oqsma li ukoll għandhom bżonn ta' riċkerka sistematika;

L. billi n-nisa jfittxu għajnuna mis-servizzi aktar mill-irġiel u għalhekk jiġu ordnati lilhom mediċinali psikotropiċi d-doppju ta' kemm orndat lill-irġiel; billi l-istudji farmakokinetiċi wrew li n-nisa għandhom tolleranza aktar baxxa għal dawn il-prodotti;

M. billi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni minn kmieni, l-intervenzjoni u t-trattament ta' mard mentali jnaqqas b'mod sinjifikanti r-riperkussjonijiet personali, finanzjarji u soċjali,

N. billi numru kbir ta' persuni jsofru minn disturbi newrodegenerattivi u dan in-numru huwa mistenni li jiżdied minħabba, inter alia, it-tul tal-ħajja u ż-żieda fil-popolazzjoni anzjana li takkumpanjaha;

O. billi f'ħafna Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea kien hemm ċaqlieqa lejn kura istituzzjonalizzata fit-tul, kemm għat-tfal bi problemi ta' żvilupp u ta' imġieba li jipperikolaw l-iżvilupp normali tagħhom, partikolarment fil-qasam ta' l-edukazzjoni, u kemm għall-adulti b'disturbi kroniċi u severi u għal dawk b'diżabilitajiet marbuta mat-tagħlim, lejn għajxien imsostni mill-komunità, imma billi dan kien mingħajr ippjanar xieraq u mingħajr ma nstabu r-riżorsi għas-servizzi tal-komunità,

P. billi l-problemi tas-saħħa mentali relatati mal-vjolanza fuq in-nisa u t-tfajliet huma ftit li xejn identifikati; billi statistika tal-vittimi ma tiġix ikkunsidrata regolarment u ħafna nisa u tfajliet m'humiex disposti jagħtu rendikont ta' abbuż vjolenti sakemm it-tobba jew l-istaff mediku ma jistaqsux direttament dwar l-abbuż,

Q. billi kundizzjoni minn qabel għas-saħħa fiżika hija trobbija f'ambjent ta' familja b'saħħitha li tipprovdi għas-siġurtà psikoloġika u għall-mħabba tal-ġenituri,

1.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni għall-promozzjoni tas-saħħa mentali; jistieden għal aktar prijorità fil-politika tas-saħħa u fil-politika ta' riċerka ta' l-Unjoni, u jemmen li dan għandu jkun inkluż fil-politiki u fil-leġiżlazzjoni ta' kull Direttorat tal-Kummissjoni u tal-ministeri ta' kull Stat Membru, li għandhom jieħdu impenn sabiex jarmonizzaw l-indikaturi tas-saħħa mentali kurrenti nazzjonali u internazzjonali, bil-għan li jkun żgurat sett komparabbli ta' dejta fuq il-livell ta' l-UE;

2.   Jikkunsidra li d-dimensjoni ta' bejn is-sessi għadha ma ġietx ikkunsidratha fil-Green Paper; għalhekk jistieden sabiex din id-dimensjoni tkun ikkunsidrata b'mod sistematiku fil-miżuri proposti għall-promozzjoni tas-saħħa mentali, fil-miżuri ta' prevenzjoni u fir-riċerka, li s'issa kienu insuffiċċjenti u mhux xierqa, sa l-punt li l-progress dwar il-prevenzjoni u l-kura tal-mard mentali kien b'mod sinjifikanti inqas minn dak magħmul fil-qasam ta' mard ieħor;

3.  Jikkunsidra li l-irwol tat-tobba fil-monitoraġġ tal-pazjenti huwa ta' importanza kbira;

4.  Jemmen li saħħa mentali tajba hija ħtieġa minn qabel għal saħħa ġenerali u l-benessri taċ-ċittadini Ewropej u għal twettiq ekonomiku b'saħħtu fl-UE; jinkoraġġixxi u jappoġġa l-miżuri kollha li għandhom l-għan li jgħinu u jipprevjenu d-disturbi mentali;

5.   Jenfasiżża l-bżonn li jinħaseb l-aħjar mod sabiex jintużaw l-istrumenti Komunitarji disponibbli, bħas-seba' programm ta' qafas ta' riċerka sabiex tinbena kapaċità li tista' tappoġġja r-riċerka fis-saħħa mentali fl-Unjoni;

6.  Jemmen li kwalnkwe proposta futura tal-Kummissjoni rigward is-saħħa mentali għandha tinvolvi sħubija u konsultazzjoni ma' dawk li għaddew jew qegħdin jgħaddu minn problemi ta' saħħa mentali, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom, tal-familji tagħhom u tal-kuraturi u l-appoġġ ta' l-NGOs, l-assoċjazzjonijiet tal-membri familjari u partijiet oħra interessati, sabiex il-proċess ta' deċiżjonijiet ikun aktar rappreżentattiv u jinkludi lil kulħadd, u għandha tippromwovi l-għaqda bejn qraba u l-pazjenti psikjatriċi;

7.   Jenfasizza d-differenzi imdaqqsa fl-ispiża fuq is-saħħa mentali fl-Istati Membri individwali, kemm fl-ammont assolut u kemm bħala proporzjon ta' spiża fuq il-kura tas-saħħa b'mod ġenerali;

8.  Jemmen li se jkun hemm bżonn ta' azzjonijiet differenti sabiex jintlaħqu t-tliet għanijiet tal-promozzjoni tas-saħħa mentali, it-titjib tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni tad-disturbi mentali; jemmen li l-għanijiet ta' dawn l-azzjonijiet għanhom jipprovdu informazzjoni xierqa, sabiex jinkiseb l-għarfien relevanti u jiżviluppaw attitudnijiet xierqa u għarfien speċjalizzat sabiex tkunu protetta s-saħħa mentali u fiżika u tittejeb il-kwalità ta' l-għajxien taċ-ċittadini Ewropej;

9.  Jenfasizza l-bżonn li termini bħal "Mard Mentali", "Disturbi Mentali", "Mard Mentali Qawwi" u "Disturb fil-Personalità" jkunu użati b'attenzjoni;

10. Jenfasizza l-importanza tal-bżonn ta' monitoraġġ minn kmieni, ta' detezzjoni u djanjosi u ta' kura integrata, u mfassla għal dak li jkun;

11. Jenfasizza l-bżonn li b'azzjoni xierqa jiġu miġġielda l-inugwaljanzi fit-trattament tal-mard mentali li huma evidenti f'dan il-qasam;

12. Jistieden sabiex nies b'diżabilità fit-tagħlim ikunu inklużi fi kwalunkwe strateġija futura, għaliex huma jiffaċċjaw kwistjonijiet simili għal dawk ta' nies b'disturbi mentali, inkluż ukoll l-esklużjoni soċjali, l-istituzzjonalizzazzjoni, l-abbuż mid-drittijiet tal-bniedem, id-diskriminazzjoni, l-istigma u n-nuqqas ta' appoġġ lejhom infushom u lejn il-familji tagħhom u l-kuraturi; fl-istess ħin jistieden għal aktar sforzi sabiex tfal u żgħażagħ b'don konjittiv ikunu identifikati u appoġġjati b'mod aħjar;

13. Jenfasizza l-importanza ta' għajnuna reċiproka u l-irwol kbir ta' l-esperjenzi tat-trattament ta' persuni, il-mard u l-irkupru;

14. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni enfasizzat bħala gruppi speċifiċi lit-tfal, l-impjegati, l-anzjani u l-membri tas-soċjetà żvantaġġjati, imma kieku tagħmel estenzjoni sabiex tinkludi, per eżempju, dawk b'mard mentali qawwi, dawk b'mard fit-tul u terminali, dawk b'diżabilità, il-ħabsin, il-gruppi ta' minoranza etnika u gruppi oħra, u l-kwistjonijiet ta' mard mentali speċifiċi għan-nisa;

15. Jirrikonoxxi li d-disturbi fil-personalità joffru sfidi ta' djanjosi partikulari, it-trattament jew l-immaniġġjar u l-kura, u jitolbu aktar riċerka u politiki distinti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti aktar attenzjoni lill-aggressjoni, il-fatturi ta' imġieba agressiva u l-konsegwenzi psikoloġiċi;

16. Jirrikonoxxi li l-irġiel u n-nisa jista' jkollhom bżonnjiet ta' saħħa mentali differenti, u jappella għal aktar riċerka partikularment fil-konnessjoni bejn kura in-patient obbligatorja u li wieħed iweġġa' lilu nnifsu u r-rata għola ta' preskrizzjoni ta' mediċinali psikotropiċi fost in-nisa;

17. Jenfasizza l-bżonn ta' riċerka fil-varjetajiet pruvati fl-istruttua u fl-attività ta' l-imħuħ maskili u dawk femminili, sabiex jiġu żviluppati avviċinamenti separati u kura għaż-żewġ sessi fil-qasam tal-mard mentali;

18. Jistieden għall-appoġġ għall-ommijiet fil-perjodi ta' qabel it-twelid u ta' wara sabiex id-dipressjoni jew kundizzjonijiet oħra psikopatoloġiki li jimmanifestaw ruħhom f'numru sinjifikanti ta' każi f'dawn is-sitwazzjonijiet ikunu evitati;

19. Jemmen li s-saħħa mentali tajba ta' l-ommijiet u tal-ġenituri tgħin lit-tfal jiżviluppaw mingħajr xkiel u jsiru adulti f'saħħithom;

20. Jistieden għal tweġiba multi-dixxiplinarja u b'ħafna aġenziji sabiex ikunu kkurati sitwazzjonijiet kumplessi ta' mard mentali, bħal kif l-aħjar ikunu appoġġjati t-tfal jew l-adolexxenti bi problemi ta' żvilupp jew ta' imġiba jew ta' disturbi fil-prattiċi ta' l-ikel, u/jew kif il-ġenituri nfushom f'ħafna mid-drabi huma stess ikunu jsofru minn saħħa mentali ħażina (jew qed jinżammu fit-tul f'istituzzjonijiet);

21. Jinnota li stampi soċjalment definiti ta' kif l-iġsma tat-tfajliet u tan-nisa għandhom ikunu għandhom impatt fuq is-saħħa mentali u l-benessri tan-nisa u tat-tfajliet, bir-riżultat inter alia ta' disturbi tal-prattiċi ta' l-ikel;

22. Jirrimarka li nuqqas ta' saħħa mentali u disturbi mentali b'mod komuni jsibu l-għeruq tagħhom fit-tfulija u jirrimarka l-importanza tar-riċerka fi tfulija b'saħħitha;

23. Jenfasizza l-importanza ta' taħriġ kontinwu u taħriġ tan-nies intermedjarji waqt ix-xogħol: l-għalliema, il-ħaddiema tas-sanità, is-serviżżi soċjali u ġuridiċi u min iħaddem;

24. Jilqa' l-fatt li l-Green Paper tirrikonoxxi li fatturi soċjali u ta' l-ambjent bħal l-esperjenzi personali, il-familja u l-appoġġ soċjali; il-kundizzjonijie ta' l-għajxien bħall-faqar, l-għajxien fi bliet kbar, u l-iżolament rurali; u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħan-nuqqas ta' siġurtà tax-xogħol, il-qgħad u s-siegħat twal tax-xogħol għandhom rwol fis-saħħa mentali tan-nies; jenfasizza li d-disturbi mentali huma waħda mir-raġunijiet ta' rtirar mix-xogħol kmieni u l-pensjonijiet ta' diżabilità;

25. Jikkunsidra li kundizzjonijiet tajba tax-xogħol jikkontribwixxu lejn is-saħħa mentali u jistieden lil min iħaddem sabiex jintroduċi politiki ta' "Saħħa Mentali fuq ix-Xogħol" bħala parti neċessarja tar-responsabbilità tagħhom fil-qasam tas-saħħa u sikurezza fuq ix-xogħol, bil-għan li jkunu żgurati "l-aħjar impjiegi possibbli" għal u għall-aħjar inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta' nies b'disturbi mentali, u li dawn għandhom ikunu publikati u għandu jsir monitoraġġ fil-limitu tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar saħħa u sikurezza, filwaqt li jkunu kkunsidrati l-bżonnijiet u l-opinjonijiet tal-ħaddiema;

26. Jilqa' l-inizjattivi soċjali fi ħdan il-politika soċjali u ta' l-impiegi sabiex ikunu promossi t-trattament mhux diskriminatorju ta' individwi b'mard mentali, l-integrazzjoni soċjali ta' individwi b'diżabilitajiet mentali, u l-prevenzjoni tat-tensjoni fuq il-post tax-xogħol;

27. F'dak li jirrigwarda l-istrateġija ta' l-impiegi ta' l-UE, jenfasizza l-influwezna tas-saħħa mentali fuq l-impjiegi kif ukoll l-influenza tal-qgħad fuq is-saħħa mentali tan-nies;

28. Jemmen li l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien sabiex isibu u jimplimentaw strateġiji effettivi li jnaqqsu s-suwiċidju, partikularment fost iż-żgħażagħ u gruppi oħra fir-riskju;

29. Jistieden għal rikonoxximent akbar tal-konnessjoni bejn id-diskriminazzjoni, il-vjolenza u s-saħħa mentali ħażina, li tenfasizza l-importanza li kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni għandha tiġi miġġielda bħala parti minn strateġija għall-promozzjoni ta' saħħa mentali permezz tal-prevenzjoni;

30. Jikkunsidra li l-popolazzjoni Ewropea li dejjem qed tixjieħ bħala waħda mill-akbar sfidi tas-saħħa mentali u jinkoraġġixxi aktar enfasi fuq r-riċerki f'mekkaniżmi u kawzi ta' mard newrodiġenerattiv u mard ieħor psikjatriku fix-xjuħ u l-prevenzjoni tagħhom kif ukoll il-kura tagħhom, inkulż l-iżviluppar ta' terapiji ġodda;

31. Jemmen ukoll li għandha ssir enfasi fuq il-konnessjoni bejn il-konsum ta' l-alkoħol u d-drogi illegali u l-mard mentali;

jikkunsidra li l-alkoħol u d-dipendenza mid-drogi jikkawżaw problemi ta' saħħa mentali u fiżiċi serji u problemi lis-soċjeta b'mod ġenerali;

jistieden lill-Kummisjoni sabiex tirrevedi bla dewmien liema programmi ta' diżintossikazzjoni u metodi ta' kura huma l-aktar effettivi; 32  Jenfasizza li nies b'disturbi mentali għandhom ikunu trattati u kkurati b'dinjità u umanità u li l-kura medika u s-servizzi ta' l-appoġġ għanhom ikunu effettivi u ta' kwalità għolja, aċċessibbli għal kull min isofri minn mard mentali u għandhom ikunu universali; għandu jkun hemm fehim aktar ċar dwar id-drittijiet tagħhom jekk għandhomx jkunu kkurati; li għandhom ikunu kapaċi jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet dwar il-kura tagħhom stess u kkonsultati kollettivament dwar is-servizzi; li meta jkunu ordnati mediċinali, l-effetti negattivi li jagħmlu għandhom ikunu l-inqas possibli; u għandu jkun hemm informazzjoni u pariri għal dawk li jkunu jixtiequ jwaqqfu l-mediċinali b'mod sikur;

33.  Jemmen li l-użu tal-forza huwa kontroproduċenti, bħalma hu l-użu obligatorju tal-mediċini; jemmem li kull forma ta' kura in-patient u medikazzjoni obligatorja għandha jkollha limitu u għandha, fejn possibli, tkunu eżaminata regolarment u tkun suġġetta għall-kunsens tal-pazjent jew, fl-assenza ta' dan il-kunses, għall-awtorizzazzjoni minn awtoritajiet xierqa u dan biss bħala l-aħħar għażla;

34. Huwa ta' l-opinjoni li kull restrizzjoni għal-libertajient personali għandha tkun evitata, b'referenza partikulari għad-detenzjoni fiżika li teħtieġ il-monitoraġġ, il-verifikazzjoni u l-viġilanza minn istituzzjonijiet demokratiċi responsabbli mill-ħarsien tad-drittijiet individwali, sabiex ikun hemm protezzjoni kontra l-abbużi;

35. Jistieden sabiex ir-rebħa fuq l-istigma tkun iċ-ċentru ta' kull strateġija futura, eżempju billi jkunu stabbiliti kampanji annwali dwar kwistjonijiet ta' saħħa mentali sabiex jintgħelbu l-injoranza u l-inġustizzja bħall-istigma konnessa mal-mard mentali li twassal għar-rifjut mis-soċjeta f'kull qasam mill-impjieġ sal-familja, u mill-komunità sa l-professjonisiti fil-qasam tas-saħħa; jikkunsidra wkoll li bil-għan li jkunu mtejba s-saħħa mentali u l-kundizzjonijiet tal-pazjenti, id-drittijiet soċjali bażiċi u d-drittijiet ċivili għandhom ikunu garantiti, bħad-dritt għal abitazzjoni u appoġġ ekonomiku għal dawk li ma jistgħux jaħdmu u d-dritt taż-żwieġ u d-dritt li wieħed jimmaniġġja l-affarjiet personali; jemmen ukoll li l-istigma hija forma ta' diskriminazzjoni u għandha tkun ikkunsidrata minn liġijiet kontra d-diskriminazzjoni;

36. Jirrikonoxxi li l-element ta' l-istigma huwa l-perċezzjoni mifruxa li disturbi fis-saħħa mentali huma kbar u għal tul il-ħajja kollha, meta huwa importanti li jkun enfasizzat li, b'għajnuna xierqa, in-nies jistgħu jirkupraw, u oħrajn jagħmlu progress fuq livell suffiċċjenti ta' funzjonalità jew stabbilità;

37. Jenfasizza l-bżonn ta' riforma fis-servizzi relatati mas-saħħa mentali sabiex jissejsu fuq kura komunitarja ta' kwalità għolja fid-dar jew f'akkomodazzjoni protetta b'aċċess għall-kura soċjali u tas-saħħa xierqa; b'monitoraġġ regolari u b'evalwazzjoni; b'kura ta' mistrieħ għal nies bi problemi mentali u għall-kuraturi tagħhom; b'avviċinament permezz ta' ċentri apposta li jservu għal kollox sabiex ikun hemm aċċess għall-benefiċċji tas-saħħa, soċjali, tad-djar, tat-taħriġ, tat-trasport u tas-servizzi l-oħra; jenfasizza li dan għandu jkun appoġġjat minn medda ta' servizzi in-patient għal bżonnijiet kbar, kroniċi jew sikuri imma għandu jkun hemm dejjem monitoraġġ indipendenti ta' kull min jirċievi kura obbligatorja b'żamma fl-isptar;

38. Meta jżomm f'moħħu dan, jenfasizza l-bżonn li koperattivi iffurmati minn pazjenti psikjatriċi u l-attivitajiet kollha bil-għan li jinkludu l-utenti u dawk li kienu pazjenti jkunu appoġġjati u r-riżorsi għat-taħriġ ta' l-istaff ikunu identifikati sabiex ikunu jistgħu jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-pazjenti psikjatriċi;

39. Jenfasizza l-bżonn ta' taħriġ kontinwu dwar kwistjonijiet ta' saħħa mentali għat-tobba tal-familja u professjonisti oħra fis-servizzi tal-kura tas-saħħa primarji;

40. Jirrikonoxxi li l-gvern lokali għandu rwol integrali fil-promozzjoni ta' saħħa mentali tajba, fl-appoġġ ta' dawk b'saħħa mentali dgħajfa fil-komunità lokali tagħhom u sabiex ilaqqgħa punti diversi ta' avviċinament b'ħafna agenziji għat-twassil ta' servizzi tas-saħħa mentali;

41. Jemmen li d-dijanjosi doppja ta' nies bi problemi ta' saħħa mentali u bi problemi ta' dipendenza għandhom iwasslu għal trattament simultanju;

42. Jenfasizza li l-aspetti mentali u fiżiċi tas-saħħa huma magħquda u li d-disturbi mentali jistgħu jkollhom bażi bijoloġika, soċjali, emozzjonali jew storika li għandha tkun indirizzta sabiex avviċinamenti oħra jkunu ta' suċċess;

43. Jistieden għal attenzjoni akbar lill-konsegwenzi psikoloġiċi u s-sintomi ta' mard somatiku; jenfasizza l-bżonn li tingħata importanza ugwali lill-benessri mentali u fiżiku fil-protokolli tal-kura fl-isptar, inkulż it-trattament ta' mard serju u/jew li m'hemmx kura għalih; u jemmen li huwa essenzjali għall-personàl mediku u paramediku li jaħdem f'oqsma speċjalizzati li jingħata taħriġ kontinwu fil-psikopatoloġija għaliex ħafna drabi d-disturbi jibqgħu bla dijanjosi jew ikunu sottovalutati;

44. Jappoġġja l-kummenti tal-Kummissjoni fuq id-deistituzzjonalizzazzjoni, għax qagħda fit-tul f'istituzzjonijiet pskikjatriċi tista' twassal għal tkomplija u għal aggravament ta' kundizzjonijiet psikopatoloġiċi, l-infurzar ta' l-istigma u l-esklużjoni soċjali, imma jirrikonoxxi li għandhom isiru sforzi akbar sabiex il-pubbliku jkun konvint li jinkisbu riżultati aħjar meta nies b'disturbi mentali kbar u disturbi relatati mat-tagħlim jingħataw kura fil-komunità;

45. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni, permezz tal-Programm ta' Saħħa Pubblika, għandha tiġbor dejta dwar il-mard mentali, ir-rati ta' l-irkupru ta' pazjenti li jkunu ħadu l-kura u l-effikaċja ta' l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-soċjeta;

46. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tidentifika siti u eżempji ta' prassi tajba u xxerred id-dettalji tagħhom ma' l-Istati Membri kollha, u li dawn is-"Siti ta' Dimostrazzjoni" jkunu kumparabbli mas-siti tad-WHO tal-programm tan-"Nazzjonijiet għas-Saħħa Mentali"; jikkunsidra li s-siti ta' demostrazzjoni, il-"kuri ta' dimostrazzjoni" u d-"dimostrazzjoni ta' l-istrateġiji ta' prevenzjoni" jistgħu jkunu metodi importanti kif jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa mentali bejn l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinvolvi istituzzjonijiet ta' għarfien fl-identifikazzjoni ta' siti ta' dimostrazzjoni, ta' kura ta' dimostrazzjoni u ta' dimostrazzjoni ta' l-istrateġiji ta' prevenzjoni;

47. Jemmen li, minħabba li l-persuni kollha (skond ir-Reżoluzzjoni 46/199 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti) għandhom id-dritt għall-aħjar kura tas-saħħa mentali disponibbli, l-aħjar prassi għandhom jinxterdu u jkun disponibbli għaċ-ċittadini kollha l-informazzjoni rilevanti;

48. Jemmen li l-kelma "kura" għandha tkun interpretata b'mod wiesa', b'enfasi fuq l-identifikar u l-eliminazzjoni tal-fatturi soċjali u ambjentali, u l-użu ta' mediċini għandu jkun l-aħħar għażla, partikularment fil-każ ta' tfal u żgħażagħ; jikkritika t-tkattir tal-medikalizzazzjoni u l-ippatoliġiżżar ta' l-istadji tal-ħajja, mingħajr tfittix komprensiv għall-kawżi; jistieden sabiex jiġu kkunsidrati fatturi bħall-esperjenzi personali, il-familja, l-appoġġ soċjali u l-kundizzjonijiet ta' l-għejxien u tax-xogħol li għandhom irwol importanti fil-mard mentali kif ukoll fil-fatturi ġenetiċi;

49. Jemmen ukoll li barra mill-kura, l-ambjent soċjali u tax-xogħol xieraq, kif ukoll l-appoġġ tal-familja u tal-komunita' huma bżonnjużi għall-prevenzjoni tal-problemi relatati mas-saħħa mentali u mat-titjib u l-promozzjoni tal-benessri u ta' l-istrateġija terapewtika għar-rijabilitazzjoni ta' min isofri minn disturb mentali; jenfasizza l-bżonn ta' riċerka fl-ambjenti li jwasslu għas-saħħa mentali u l-irkupru;

50. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja riformi kontinwi fi kwalunkwe Stat Membru li kien jipprattika l-abbuż tal-psikjatrija, l-użu tal-mediċini aktar mill-bżonn, prattiki inumani bħas-soddod f'għamla ta' ġaġġa jew l-użu eċċessiv ta' ċelel ta' iżolament, partikolarment fl-Istati Membri l-ġodda, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tpoġġi r-riforma tal-psikjatrija fuq l-aġenda tan-negozjati għas-sħubija ma' l-UE; jikkunsidra li l-ħabs mhux ambjent xieraq għal dawk li jbatu minn mard tal-moħħ u li għandhom jinstabu alternattivi;

51. Jistieden għal aktar riċerka fl-intervenzjonijiet terapewtiċi u psikoloġiċi, fl-iżvilupp ta' mediċini aktar effettivi u b'inqas effetti mhux mixtieqa, fil-fatturi li jwasslu għad-disturbi mentali u s-suwiċidju, fl-eżitu ta' miżuri għall-investiment fil-promozzjoni tas-saħħa mentali u fil-metodi li jikkontribbwixxu għall-irkupru b'suċċess u għat-titfija; b'mod partikolari jistieden sabiex tingħata attenzjoni speċjali lir-riċerka f'mediċini aktar adattati għat-tfal; jenfasizza wkoll li r-riċerka m'għandhiex tkun limitata għall-prodotti farmaċewtiċi imma għandha testendi wkoll għal studji epidemoloġiċi, psikoloġiċi u ekonomiċi dwar il-komunità u l-fatturi soċjali tal-mard mentali; jistieden ukoll għal żieda fl-involviment ta' l-utenti tas-servizzi f'kull aspett tar-riċerka fil-mard mentali;

52. Jemmen li hemm bżonn aktar riċerka fil-fatturi li jwasslu għall-istigma u l-metodi ta' kif tista' tintgħeleb; l-esperjenza ta' utenti individwali tas-servizz u tal-kuraturi tagħhom; relazzjonijiet li jaħdmu bejn servizzi differenti u l-professjonijiet u l-utenti preċedenti tas-servizz; u d-dispożizzjoni lilhinn mill-fruntieri;

53. Jemmen li s-servizzi għas-saħħa mentali għandhom jirċievu biżżejjed fondi sabiex jirriflettu l-ispiża fuq id-disturbi mentali għall-individwi, għas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali, u għas-soċjetà ġenerali, sabiex tkun effettiva u tispira l-fiduċja tal-pubbliku;

54. Jemmen li huwa essenzjali li jkunu applikati metodi individwali ta' kwalità għolja sabiex tkun promossa s-saħħa mentali, b'mod li jitqiesu il-bżonnijiet partikulari ta' l-individwi u l-gruppi fil-mira;

55. Jirrikonoxxi l-kontribut siwi li l-membri tal-familja u l-kuraturi informali jagħtu fl-appoġġ ta' nies bi problemi mentali, u bl-istess mod jirrikonoxxi li ħafna minnhom ikollhom il-bżonnijiet ta' kura tagħhom infushom, u jkollhom bżonn ta' informazzjoni u appoġġ minn nies professjonali jekk ikunu jridu jkomplu jipprovdu kura; jirrikonoxxi wkoll il-kontribut siwi li l-utenti tas-servizz jagħtu fl-appoġġ lil xulxin;

56. Jenfasizza l-bżonn li jkunu użati vokabularju u terminoloġija li jgħinu fil-ġlieda kontra l-istigma, per eżempju miżuri li jneħħu l-preġudizzi, li jibdlu l-attitudnijiet u li jikkritikaw l-isterjotipi fir-rigward ta' kull kategorija ta' disturb mentali;

57. Jistieden għall-formazzjoni ta' "Grupp għall-Koordinazzjoni u l-Monitoraġġ tas-Saħħa Mentali" stabbilit mill-Kummissjoni sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-prassi fis-saħħa mentali u l-promozzjoni fl-UE, sabiex ssir evalwazzjoni tas-suffiċċjenza (kemm ta' numru u kemm ta' taħriġ) tan-nies professjonali u ta' l-infrastruttura eżistenti fil-kamp tas-saħħa mentali; jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti li jipprovdu t-trattament, l-istituzzjonijiet ta' kura u l-istituzzjonijiet ta' għarfien għandhom ikunu involuti f'dan il-Grupp ta' Koordinazzjoni u Monitoraġġ;

58. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex issegwi l-Green Paper bi proposta għal direttiva dwar is-saħħa mentali fl-Ewropa u d-difiża ta' tad-drittijiet ċivili u d-drittijiet fundamentali tal-persuni li jsofru minn disturbi mentali u tar-rispett għalihom;

59. Iħeġġeġ lill-UE u l-pajjiżi ta' l-ACP sabiex jaħdmu mill-qrib fl-investiment f'saħħa mentali tajba permezz ta' l-iżvilupp u l-politiki ta' Kotonou;

60. Jagħti istuzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati, lill-pajjiżi ta' l-ACP u lid-WHO ta' l-Ewropa.

  • [1]  OJ C 310, 16.12.2004, paġna 41.
  • [2]  OJ L 303, 2.12.2000, paġna. 16
  • [3]  OJ C 86, 24.3.2000, paġna. 1.
  • [4]  Test adottat, P6_TA(2006)0115.

NOTA SPJEGATTIVA

‘Wir haben in diesen letzten Wochen unsere Sprachlosigkeit ueberwunden und sind jetzt dabei, den aufrechten Gang zu erlernen.”

('F'dawn l-aħħar gimgħat erġajna sibna leħinna u għal darba oħra tgħallimna li għandna nimxu b'ħarsitna 'l fuq.'

- Stefan Heym - Novembru 1989 Alexanderplatz, Berlin ta' Lvant

Il-kliem ta' Stefan Heym li qal f'Novembru ta' l-1989 lil folla kbira ta' nies minn Berlin ta' Lvant li kienu ngħaqdu biex jeħilsu minn reġim kattiv għandu jkun il-gwida tagħna meta nbiddlu u nirriformaw l-elementi tal-prattiki tas-saħħa mentali fl-Ewropa, li ħafna drabi ma jkunux xierqa f'termini ta' riżorsi u krudili b'mod inkonċepibbli; Għandna bżonn inwasslu s-saħħa mentali lejn livelli ta' kura, trattament, terapija, rijabilitazzjoni u involviment tal-pazjent li nikkunsidraw li huma l-aħjar sistemi ta' saħħa fiżika; Nistgħu nilqgħu bi pjaċir u nappoġġjaw din il-Green Paper dwar is-Saħħa Mentali; Issa nfittxu proposti mgħaġġla u komprensivi biex nibdlu l-kliem tajba f'leġiżlazzjoni effettiva u azzjoni lejn kodifikazzjoni;

L-isfida tas-saħħa mentali hija t-trasformazzjoni tas-sistemi, l-attitudnijiet u l-opportunitajiet. Għal dawn l-aħħar erbgħin sena konna ħerġin minn żminijiet imdallma fil-qasam tal-prassi fid-disturbi mentali. F'xi partijiet tal-kontinent tagħna kien hemm abbuż mill-psikjatrija; f'partijiet oħra l-kunċett tal-manikomju, li ħafna drabi taffa s-sensibbilità tal-pubbliku permezz ta' istituzzjonalizzazzjoni ta' "bogħod mill-għajn, bogħod mill-ħsieb", imma li serva ftit biex jgħin lill-pazjenti jirkupraw u jirrijabilitaw; f'oħrajn dipendenza kbira fuq il-medikamenti; f'ħafna d-dipendenza fuq ħabsijiet minflok sptarijiet; u fl-ebda każ ma hemm fehim veru tal-promozzjoni tas-saħħa mentali.

Nixtiequ nemmnu li mxejna 'l quddiem mill-abbużi tad-drittijiet umani ta' pazjenti morda mentalment. U f'ħafna modi rnexxielna. Għad għandna dibattiti dwar il-kura obbligatorja; id-deċiżjonijiet tal-ħelsien mill-isptar jew l-għeluq fl-isptar huma xi kultant ħżiena; minn żmien għal żmien jinkixfu abbużi mill-pazjenti fil-kura residenzjali; hemm ħafna argumenti diskutibbli dwar drittijiet konfliġġenti tal-pazjenti, tal-familji u tal-komunitajiet; Imma żgur għandna anqas irbit, aktar għażla u kunsens tal-pazjent, aktar kontrolli u bbilanċjar sabiex ikun żgurat li d-drittijiet ċivili tal-pazjent ma jkunux abbużati.

Imma għadna ngħixu fi żminijiet imdallma għallinqas fuq punt wieħed - l-istigma. Din għadha aggressiva f'kull pajjiż u l-istigma hija forma ta' abbuż tad-drittijiet fundamentali, bla ħażen u titwieled mill-biża li ġġib magħha l-injoranza, iżda xorta tagħmel ħsara lill-individwu daqs kull forma oħra ta' abbuż. Huwa diġà diffiċli li wieħed jgħix bil-mard mentali, mingħajr it-tagħbija żejda ta' l-uġiegħ li ġġib magħha ċ-ċaħda u l-istigma.

Filwaqt li jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa l-Green Paper tagħha f'Qafas għas-Saħħa Mentali hemm bżonn li din il-politika tkun ibbażata fuq il-fatti dwar id-disturbi mentali u fuq l-urgenza ta' l-Aġenda ta' Liżbona għal aktar rikonoxximent tal-valur ta' l-investiment fil-benessri mentali.

Dawn il-fatti jsejsu l-politika tagħna:

· Id-disturb mentali hija l-aktar problema tas-saħħa li qed tikber malajr, u d-dipressjoni unipolari hija d-disturb ewlieni.

· 450 miljun ruħ fid-dinja jgħixu b' disturb newroloġiku jew mentali.

· 1 minn 4 minna se jkun affetwat f'ħajtu.

· 121 miljun ruħ ibatu mid-Dipressjoni - 3 f'kull 100 minna kull sena.

· Miljun ruħ fid-dinja jikkommettu suwiċidju. Jippruvaw 10 miljuni fis-sena.

· Disturbi newropsikjatriċi huma l-kaġun ta' terz tad-diżabilitajiet, ta' 15% ta' l-ispiża ta' pazjenti miżmuma fl-isptar, ta' kważi kwart ta' l-ispiża fuq il-mediċini, ta' nofs it-tagħbija ta' każi tal-ħaddiema soċjali; u, biss fir-Renju Unit aktar minn 90 miljun ġurnata tax-xogħol mitlufa kull sena.

· Il-ħajja tan-nies qed titwal u, b'mod ġenerali, qed tkun aktar b'saħħitha, imma aktar ma jikbru numru kbir qed isiru fiżikament u mentalment debboli.

· Il-kuraturi ta' tifel, ta' adult jew ta' qarib anzjan ma ġewx mejgħuna sabiex jadattaw għall-kura ta' komunità ġdida ta' nies bi problemi ta' saħħa mentali.

· Id-dipendenza mid-drogi u l-kriminalità, is-sakra, l-inċidenti, l-assenteiżmu, il-vandaliżmu, l-istudenti diżordinati, dawk li jorqdu ftit, u ħafna mill-"problemi" tas-soċjetà huma fil-fatt konnessi mal-problemi ta' saħħa mentali;

Jekk ma ninvestux f'medda tajba ta' servizzi - fiż-żamma fl-isptar, f'każi gravi, f'dawk li jinżammu fit-tul, f'dawk li għandhom bżonn is-siġurtà, f'dawk li għandhom bżonn siġurtà medja, fl-attenzjoni tul il-ġurnata, fil-kura fid-djar u personàl imħarreġ għal kull kategorija - ma nikkurawx, ma niħdux ħsieb jew ma nirrijabilitawx dawk li huma morda issa. Jekk ma ninvestux f'ħajja mentali tajba għaċ-ċittadini tagħna, it-tabella se tkompli titla' b'mod mgħaġġel, kemm f'numri u kemm fi spiża. Jekk ma ninvestux biex inwasslu fehim dwar is-saħħa mentali u d-disturbi mentali, allura l-baġits se jkomplu jkunu kbar u l-istigma u l-preġudizzju se jkunu aggressivi.

Pazjenti u Utenti ta' Servizz qegħdin b'mod sod u bir-raġun joqorbu lejn iċ-ċentru ta' l-attenzjoni. Qegħdin ikunu infurmati aħjar, ikunu involuti aħjar fid-deċiżjonijiet li jaffetwawhom u jużaw id-dritt tagħhom li jevitaw servizzi ineffettivi u jaffettwaw il-bidla. Għandhom jitqiesu bħala msieħba fil-pjanijiet ta' kura tagħhom u anki fl-ippjanar tas-servizzi. Professjonisti tas-saħħa għandhom jagħmlu l-aħjar fil-qasam tal-kura tas-saħħa - jispjegaw u jikkonsultaw qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet. Il-pazjent mhux biss għandu jirrispetta l-ġudizzju professjonali tagħhom imma anki jifhem ftit aktar x'kien hemm ħażin u jifhem inqas dak li jkun se jsir għalih. Dak huwa ġust fit-termini tad-drittijiet tal-bniedem; jakkonta wkoll għal aktar konformità u riżultat aħjar mit-trattament u l-programm ta' kura.

Kien hemm ċaqliq sod minn kura f'istituzzjonijiet remoti lejn is-servizzi komunitarji. Dan kien applikat lil nies b'disturbi fit-tul u xi kultant severi u lil nies li għandhom diżabilità relatata mat-tagħlim. Sabiex dawn is-servizzi jkunu suċċess għandhom bżonn riżorsi xierqa u xogħol f'tim ta' ħafna dixxiplini. Għandhom bżonn jikkonvinċu lill-pubbliku li dawn il-metodi jaħdmu kemm għall-pazjenti u kemm għall-komunitajiet. Stejjer tat-tkexkix fil-midja ta' pazjenti li jintbagħtu mill-isptar u li wara jweġġgħu lilhom infushom jew lill-oħrajn jistgħu jħottu snin twal ta' xogħol lejn il-formazzjoni ta' sistema aktar umana u tista' turi kemm il-kontrolli u l-ibbilanċjar huma kruċjali. Kull inċertezza pubblika dwar jekk xi ħadd hux qed iġġib ruħu b'mod "stramb" fit-triq qed tkun issorveljata b'mod xieraq.

Hemm ħames difetti prinċipali fis-sistema tas-saħħa mentali tagħna:

· l-insuffiċjenza tas-servizzi tal-komunità;

· in-nuqqas li jinstemgħu l-utenti tas-servizz u l-kuraturi tagħhom;

· l-inabilità jew in-nuqqas ta' rieda ta' aġenziji differenti jaħdmu flimkien;

· nuqqas ta' fondi serju;

· u politika ta' promozzjoni ta' saħħa tal-moħħ li f'ħafna pajjiżi hija kważi kompletament assenti.

Persuna bi problemi ta' mard mentali għandha bżonn ċentri apposta li jservu għal kollox f'organizzazzjoni waħda li tiżgura l-kuntatt, l-aċċess għall-kura medika, l-abitazzjoni u l-bżonnijiet oħra ta' kura soċjali, id-dħul, is-servizzi legali u r-rijabilitazzjoni. Fi kliem oħra, aġenzija waħda li taħseb għall-bżonnijiet kollha tal-persuni, li tkun ukoll ħabib fdat li jkun jaf kif jinnegozja ma' l-organizzazzjonijiet tal-fornituri. Dan għandu jimxi mal-kapaċitajiet u d-dedikazzjoni tat-tobba, tat-terapisti u ta' l-infermieri, tax-xjentisti tar-riċerka, tad-diretturi ta' l-isptarijiet, mal-kliniki u t-tims tal-komunità u ma' l-appoġġ ta' avukatura ta' l-NGOs. Imma jekk persuna tkun marida, jew tkun qed tirkupra minn marda, għandha bżonn is-siġurtà ta' dar mhux l-iżolament ta' appartamenti għolja f'oqsma ta' bini mitluqin, imma f'komunitajiet fejn l-ambjent ta' l-għajxien ikun parti mill-appoġġ u l-istabilità li wieħed ikollu bżonn. Wieħed għandu bżonn aċċess għal attivitajiet li jgħinu l-irkupru, lill-appoġġ mill-familja u mill-ġirien. Dan kollu huma importanti daqs il-medikament jew is-sessjonijiet ta' terapija, imma li tkun organizzata dil-medda ta' appoġġ huwa lilhinn mill-possibilitajiet ta' issa;

Ħafna minna se jiġu bżonn din il-kura mhux preġudikata. L-avvanzi xjentifiki u soċjali ġabru flimkien sfidi ġodda u spiżi ġodda fil-kura tas-saħħa mentali u tal-kura soċjali. Popolazzjoni aktar b'saħħitha u li tgħix aktar fit-tul issarraf f'dipendenza għolja, spiss bi dgħjufija mentali kif ukoll fiżika; l-istil tal-ħajja, l-edukazzjoni u l-pressjoni fuq ix-xogħol, it-tibdil fl-istrutturi tal-familji, l-iżolament, iċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni, kollha jistgħu jwasslu għal problemi ta' saħħa mentali - psikożi, newrożi u ħafna drabi b'konnessjoni mad-dipendenza; l-ispiża fuq il-mediċini ġodda, fuq it-terapiji u fuq il-kura qed dejjem tiżdied; jiġu spiżi ġodda ma' sodod ġodda, maċ-ċentri, mal-kura ta' matul il-jum u mat-timijiet komunitarji. Il-bidliet fil-politiki dwar fejn u kif tittratta u tikkura ħafna drabi żiedu l-inċertezza mal-problemi regolari ta' nuqqas ta' għarfien u riżorsi mhux xierqa li flimkien iwasslu għal preġudizzju u art fertili għall-formazzjoni ta' l-istigma.

Il-kwistjoni kruċjali hija dwar kif l-attenzjoni politika u r-riżorsi finanzjarji se jiddawru fuq is-saħħa mentali. Is-saħħa mentali taffettwa l-imħuħ tal-politiċi u tal-pubbliku biss meta jkun hemm kriżi. F'Ingilterra ksibna aktar minn kulll żmien ieħor, iżjed progress fis-saħħa mentali msarrfa fi flus kontanti, f'inizjattivi u f'riformi, meta raġel qabeż fil-gaġġa ta' l-iljuni fiż-Żoo ta' Londra u meta ieħor nifed bi strument bil-ponta lil persuna barranija fl-Underground, imbagħad għax xi żmien wara il-Kollegi fil-Gvern raw il-bżonn li jsir xi ħaġa u l-Istampa, il-Parlament, il-Pubbliku u l-NGOs appellaw għaliha. Imma kien hemm prezz x'jitħallas - stima pubblika aktar baxxa u żieda fl-istigma.

Il-promozzjoni tas-saħħa mentali ma tibbenefikax f'dak is-sens minn stejjer negattivi. Il-gvernijiet, il-politiċi u anki dawk li jfasslu s-servizzi tas-saħħa ftit jifhmu fil-promozzjoni tas-saħħa mentali. Ir-raġuni prinċipali hi li m'għandhomx idea ta' f'xiex tikkonsisti jew ta' għalfejn għandhom ikunu interessati. Is-saħħa mentali tbati minn saħta kwadrupula. Ma hemmx pressjoni kontinwa fuq il-Gvern u fuq id-diretturi tas-servizzi tas-saħħa mill-pubbliku, mill-professjonisiti u mill-medja sabiex isir aktar, jintnefaq aktar u jinkseb aktar. B'differenza mill-mard tal-qalb jew l-AIDS jew il-kanċer, ftit hemm għarfien dwar x'għandu jsir sabiex isiru t-trattament, il-kura u r-rijabilitazzjoni. Hemm inqas u inqas għarfien dwar x'jista' jsir għall-prevenzjoni tal-mard mentali u l-promozzjoni tas-saħħa mentali. U hemm ferm anqas miżuri ta' eżitu li d-Dipartimenti tas-Saħħa u d-Diretturi, u wisq inqas il-pubbliku u l-politiċi, jistgħu jifhmu. Il-Gvernijiet, dawk li jimpjegaw, it-trejdjunjins, l-iskejjel, il-kulleġġi, il-kunsilli lokali u l-komunitajiet, il-familji u l-individwi kollha għandhom bżonn ikunu mgħejuna jifhmu l-irwol li jista' jkollhom favur il-benessri u sabiex jevitaw, inaqqsu jew itaffu l-problemi mentali.

L-isfida tagħna bħala dawk li nfasslu l-politiki hija li nifhmu x'jiġifieri li persuna jkollha problemi ta' saħħa mentali. Kważi b'ċertezza dan ifisser li wieħed ikun ittimbrat, ippatroċinjat, mistmell, mistkerraħ u fuq livell aktar baxx jew għoli , emarġinat - fis-soċjetà, fil-familja, fuq ix-xogħol, waqt il-logħob u anki fi ħdan is-servizzi tas-saħħa u soċjali tagħna. F'xejra opposta perversa, wieħed jista' jinħeba imma ma jistax jaħrab; wieħed ma jistax jiffunzjona; wieħed ma jistax jikkontribwixxi lejn is-soċjetà kif mixtieq; wieħed ma jkunx jista' jgħix ħajja sħiħa u sodisfaċenti kif irid.

Imbagħad ikollna naċċettaw ir-responsabbilitajiet tat-tfassil tal-politiki. Servizz li ma jiksibx l-appoġġ professjonali, pubbliku u politiku, jonqos lill-pazjenti u l-familji tagħhom b'mod doppju. Jonqos milli jikkura u jieħu ħsieb b'mod xieraq u b'hekk iqajjem tnaqqis kontinwu fil-kunfidenza tal-pubbliku u ssaħħaħ l-istigma.

Għandna bżonn nedukaw u ninfurmaw, sabiex ikunu kapaċi nkissru l-vina vizzjuża tal-preġudizzju li teżisti fl-attitudnijiet tal-pubbliku, fl-istampa u fil-prijoritajiet tal-gvern. Għandna bżonn nisimgħu u nitgħallmu mill-utenti tas-servizz u narawhom u ninvolvuhom bħala msieħba u mhux biss pazjenti. Għandna bżonn nagħtu titwila lejna nfusna u fis-soċjetà tagħna u nammettu li nħallu l-istigma istituzzjonalizzata tniġġes lis-sistemi politiċi, soċjali u tas-saħħa tagħna. L-għanijiet doppji tagħna għandhom ikunu li nikkonvinċu lill-pubbliku sabiex jemmen u nikkonvinċu lill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jieħdu azzjoni. Jekk il-pubbliku jemmen, jagħmel pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea biex tieħu passi. Jekk l-Unjoni Ewropea tagixxi, il-fiduċja tal-pubbliku tkun possibbli.

Għandna bżonn inħarsu f'għajnejn in-nies bi problemi ta' saħħa mentali. Meta nagħmlu dan naraw f'għajnejhom il-konfuzjoni ta' emozjonijiet u ħsibijiet. Naraw il-biża' u l-inkwiet. Naraw id-dmugħ tal-frustrazzjoni u d-disperazzjoni. Imma naraw ukoll it-tama - it-tama li se nisimgħu; li se nifhmu; li se nagħtu każ; li se nieħdu azzjoni; li nistgħu ngħinu.

25.4.2006

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar it-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali

2005/2058(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Kathy Sinnott

PROPOSTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jitlob lill-Kumitat għal-Ambjent, is-saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:

1.   Jilqa' l-Green Paper u l-proposta tal-Kummissjoni sabiex tiġi stabbilita strateġija ta' l-UE dwar is-Saħħa Mentali; jaqbel li s-saħħa mentali tal-popolazzjoni ta' l-UE għandha tkun imtejba b'mod konsiderevoli; jaqbel li dan it-titjib huwa importanti għall-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-popolazzjoni ta' l-UE;

2.   Jirrimarka li hemm ħafna tipi ta' mard mentali li għandhom bżonnijiet differenti u jitolbu tip ta' appoġġ differenti;

3.   Jikkunsidra li, flimkien mal-faċilitajiet għat-trattament tal-mard mentali, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jiġu attivati mekkaniżmi li jipprevjenu d-disturbi mentali, fejn possibli; f'dan il-kuntest jikkunsidra li huwa essenzjali li jinżamm rekord tal-fatturi soċjali, ambjentali u fatturi oħra li jistgħu jkunu kawżi ta' instabbilità jew mard mentali għaċ-ċittadini ta' l-UE;

4.   Jirrakkomanda li kull strateġija fil-qasam tas-saħħa mentali għandha tikkunsidra d-differenzi soċjo-ekonomiċi u kulturali tal-popolazzjoni li tkun qed tiġi studjata;

5.   Jilqa' l-fatt li l-Green Paper tirrikonoxxi li l-fatturi soċjali u ta' l-ambjent bħal l-esperjenzi personali, il-familja u l-appoġġ soċjali; il-kundizzjonijiet ta' l-għajxien bħall-faqar, l-għajxien fi bliet kbar, u l-iżolament rurali; u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħan-nuqqas ta' siġurtà tax-xogħol, il-qgħad u s-sigħat twal tax-xogħol għandhom irwol fis-saħħa mentali tan-nies; jenfasizza li d-disturbi mentali huma wieħed mir-raġunijiet ta' rtirar mix-xogħol kmieni u l-pensjonijiet ta' diżabilità;

6.   Jilqa' l-inizjattivi soċjali fi ħdan il-politika soċjali u ta' l-impiegi sabiex ikunu promossi t-trattament mhux diskriminatorju ta' individwi b'mard mentali, l-integrazzjoni soċjali ta' individwi b'diżabilitajiet mentali, u l-prevenzjoni tat-tensjoni fuq il-post tax-xogħol;

7.   Jirrimarka li d-deistituzzjonalizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa mentali u l-istabilizzar ta' servizzi fi ħdan is-sistema primarja tal-kura tas-saħħa għandhom jappoġġjaw l-integrazzjoni soċjali;

8.   Jinnota li l-Green Paper tippjana li l-ewwel prijorità fil-ġlieda kontra l-mard mentali hija li jkunu provduti servizzi ta' trattament ta' saħħa mentali effettivi u ta' kwalità għolja permezz ta' intervenzjonijiet mediċi u bbażati fuq il-psikoloġija, u dan ifisser li infrastruttura xierqa u riżorsi finanzjarji suffiċjenti għandhom ikunu disponibbli; imma jemmen li l-ewwel prijorità fil-ġlieda kontra l-mard mentali hija l-istess avviċinament bħal dak li jappoġġja s-saħħa mentali u jipprevjeni l-mard mentali; jikkunsidra li t-trattament mediku ma jistax jieħu post il-fatturi soċjali li jmantnu s-saħħa tas-soċjetà b'mod ġenerali; jemmen li għandu jkun hemm aktar enfasi fuq il-prevenzjoni tal-mard mentali permezz ta' intervenzjonijiet soċjali u ambjentali aċċessibbli lil nies b'mard mentali bħal dawk deskritti fis-sezzjoni 6.1 tal-Green Paper;

9.   Jirrimarka li pazjenti li jsofru minn mard mentali għandhom ikollhom aċċess għall-kura kollha li teżisti u li tista' ttejjeb is-saħħa tagħhom lilhinn mill-fatturi soċjali jew ekonomiċi; għaldaqstant jitlob lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li kull kura tas-saħħa mentali tkun aċċessibbli għall-pazjenti li għandhom polza ta' assikurazzjoni fuq is-saħħa; Jitlob lill-Istati Membri sabiex jiżguraw miżura ta' sikurezza fil-kura medika ta' dawk iċ-ċittadini li mhux koperti minn skemi ta' assikurazzjoni nazzjonali; jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm politiki ta' Saħħa u ta' Sikurezza fuq il-post tax-xogħol, li b'mod espliċitu jindirizzaw il-promozzjoni tas-saħħa mentali kif ukoll il-prevenzjoni tagħha, l-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tad-dipressjoni u l-prevenzjoni tas-suwiċidju, u li l-Istati Membri jidentifikaw u jappoġġjaw il-postijiet tax-xogħol fejn hemm riskju partikulari li l-impjegati jbatu minn disturbi mentali;

10. Jikkunsidra li kundizzjonijiet tax-xogħol tajba jikkontribbwixxu lejn is-saħħa mentali u li għalhekk il-kumpaniji għandhom ikollhom politiki li jappoġġjaw il-ħaddiema li jistgħu jiżviluppaw jew li diġà jsofru minn mard mentali;

11. Jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom isegwu b'mod attiv it-taħriġ u t-tqegħid ta' professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa;

12. Jikkunsdira li jista' jkun hemm il-bżonn ta' appoġġ finanzjarju għal dawk li jduru b'nies mentalment morda fuq bażi personali; jikkunsidra li hemm bżonn ukoll ta' appoġġ għall-gruppi li jgħinu lilhom infushom;

13. Jikkunsidra li fil-kuntest ta' prevenzjoni u kura xierqa, il-ħabs mhux ambjent xieraq għal dawk li jbatu minn mard tal-moħħ u għandhom jinstabu alternattivi;

14. Jikkunsidra li peress li l-pulizija jistgħu jkunu involuti ma' nies li juri sintomi ta' mard mentali, l-għarfien ta' dawn il-kundizzjonijiet għandu jkunu parti mit-taħriġ tagħhom;

15. Jilqa' l-fatt li l-Green Paper, f'sezzjoni 6.1 tirrikonoxxi l-importanza tal-promozzjoni tas-saħħa mentali u tal-prevenzjoni tal-mard mentali sabiex titjieb is-saħħa mentali tal-popolazzjoni ta' l-UE; jemmen li għandu jsir kull sforz lejn konnessjonijiet inter-settorali sostenibbli u li jinkorporaw avviċinament multi-settorali u multi-dixxiplinari;

16. Jitlob għal miżuri sabiex tiġi miġġielda l-istigma u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-diskriminazzjoni kontra nies b'mard mentali, u sabiex tkun promossa b'mod attiv l-inklużjoni soċjali tagħhom; jikkunsidra li l-utenti, il-familji u dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti huma msieħba essenzjali fl-iżvilupp ta' servizzi fuq il-post tax-xogħol u fil-komunità; jenfasizza l-importanza ta' taħriġ ta' għarfien fuq il-post tax-xogħol; jikkunsidra li l-utenti, il-familji u dawk li jieħdu ħsieb il-pazjenti huma msieħba essenzjali fl-iżvilupp ta' servizzi u għalhekk iħeġġeġ li huma jingħataw grad ta' poter u jħeġġeġ il-parteċipazzjoni tagħhom f'kull aspett ta' l-ippjanar u tat-tħaddim tas-servizzi;

17. Jenfasizza l-irwol vitali ta' min iħaddem fir-reklutaġġ u fiż-żamma ta' individwi li jbatu minn disturbi mentali u l-irwol ta' l-UE fil-ġlieda kontra l-istigma u d-diskriminazzjoni li individwi b'disturbi mentali jiffaċċjaw; jinnota li d-Direttiva Qafas dwar l-Impjegar 2000/78/EC tipprovi għal qafas li jipprevjeni d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' diżabilità u għandha tkun implimentata b'mod sħiħ; jikkunsidra li huwa vitali li l-mard mentali jkun ikkunsidrat bħala diżabilità fl-Istati Membri kollha;

18. Jinnota li skond il-Green Paper hemm varjazzjonijiet konsiderevoli bejn ir-rati ta' suwiċidju fl-Istati Membri differenti; jikkunsidra li l-fatturi soċjo-ekonomiċi, ambjentali u tas-saħħa responsabbli għal din il-varjazzjoni għandha tkun investigata, kif ukoll l-effet ta' dawn il-fatturi fuq is-saħħa mentali taċ-ċittadini; jirrakkomanda li l-Istati Membri jipprovdu netwerks ta' appoġġ lil nies b'disturbi mentali u ta' imġiba u lill-familji tagħhom, jevalwaw u jsostnu l-politiki u l-programmi li jnaqqsu l-istigma u l-esklużjoni soċjali u jimplimentaw programmi ta' informazzjoni pubblika sabiex l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kawżi, is-sintomi u l-kura possibbli għad-disturbi mentali jkun imtejjeb;

19. Jinnota wkoll li għandhom ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet rigward l-użu ta' strumenti Komunitarji, bħas-seba' programm ta' qafas għar-riċerka, għall-iżvilupp ta' opportunitajiet ta' riċerka u l-appoġġ tar-riċerka fis-saħħa mentali fl-UE;

20. Ifakkar lill-Kummissjoni li anki persuni b'diżabilità u mard kroniku huma vulnerabbli u għandhom bżonn l-appoġġ b'mod partikulari sabiex ikun evitat li jiżviluppaw id-dipressjoni u kundizzjonijiet mentali oħra;

21. Jemmen li l-isfuzar huwa estremament kontroproduttiv fil-kura tal-mard mentali; jaqbel li ż-żamma fl-isptar u/jew il-kura ibbażata fuq il-Komunità għandha tkun applikata darba biss u b'mod anqas restrittiv, meta alternattivi volontarji jfallu; jenfasizza li mekkaniżmi effettivi li jirrispettaw d-drittijiet fundamentali tal-bniedem għandhom ikunu inklużi fil-proċess u l-proċeduri relatat ma' l-dħul fl-isptar u l-kura obbligatorja; jħeġġeġ li jsir ċaqliq mill-istituzzjonalizzazzjoni u jenfasizza l-importanza ta' kura ibbażata fuq il-komunità;

22. Jikkunsidra wkoll li żieda fl-għarfien tal-pubbliku, ta' l-imsieħba soċjali u ta' korpi oħra responsabbli mill-mard mentali, il-prevenzjoni tiegħu, u l-għażliet tal-kura u jinkoraġixxi l-integrazzjoni ta' dawk morda mentalment u ta' individwi b'diżabilitajiet fil-ħajja tax-xogħol, jista' jirriżulta f'aktar aċċettazzjoni u l-fehim tas-soċjetà;

23. Jemmen li l-objettiv li tkun promossa s-saħħa mentali għandu jkun mogħti prijorità fis-sistemi tas-saħħa nazzjonali, minħabba l-konsegwenzi li għandu fuq il-benessri personali, tal-familja u dak soċjali u bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO u ta' l-ILO;

24. Jemmen li huwa neċessarju li aktar riżorsi jkunu ddedikati lill-promozjoni tas-saħħa mentali permezz ta' azzjonijiet ta' riċerka preventiva, b'mod notevoli fir-rigward tal-popolazzjoni dejjem tixjieħ ta' l-UE u għalhekk id-disturbi newrodeġentrattivi bħall-Alzheimer's u Parkinson's huma aktar spissi;

25. Jenfasizza li l-medikalizzazzjoni tas-sitwazzjonijiet tal-ħajja li dejjem qed tiżdied, fejn ċerti sitwazzjonijiet tal-ħajja qed ikunu aktar interpretati bħala mard, u għaldaqstant ikunu kkurati b'mod mediku;

26. Jinnota li r-responsabbilità għall-organizzazzjoni u l-iffinanzjar tal-kura mentali, inkluża l-kura ta' dawk morda mentalment, hija biss kwistjoni tal-gvernijiet nazzjonali;

27. Jenfasizza li s-saħħa mentali hija kwistjoni kemm ta' saħħa u kemm soċjali; jirrimarka li ż-żieda fl-inċidenza tal-mard mentali, flimkien mat-titjib tal-kuri għalih li l-ispiża fuqu qegħda dejjem tikber, joffru sfida konsiderevoli lis-sistemi tas-siġurtà soċjali nazzjonali;

28. Jenfasizza d-differenzi imdaqqsa fl-ispiża fuq is-saħħa mentali fl-Istati Membri individwali, kemm fl-ammont assolut u kemm bħala proporzjon ta' spiża fuq il-kura tas-saħħa b'mod ġenerali;

29. F'dak li jirrigwarda l-istrateġija ta' l-impjiegi ta' l-UE, jenfasizza l-influwezna tas-saħħa mentali fuq l-impjiegi kif ukoll l-influenza tal-qgħad fuq is-saħħa mentali tan-nies;

30. Jenfasizza l-bżonn li l-pubbliku jkun aktar infurmat dwar kwistjonijiet ta' saħħa mentali u l-importanza kbira li mard mentali li huwa diffiċili li jkun identifikat, jkun identifikat mill-bidu sabiex l-impatt tiegħu fuq is-saħħa u l-impatt soċjali u ekonomiku tiegħu jitnaqqas;

31. Jemmen li hemm bżonn ta' riċerka fil-fond fl-ispjegazzjoni ta' differenzi eżistenti fl-organizzazzjoni u l-provvista ta' kura medika u soċjali għal nies li jsofru minn disturbi mentali kif ukoll fir-riżultati differenti ta' din il-kura; jemmen li sabiex din ir-riċerka ssir huwa neċessarju li jkun hemm definizzjonijiet uniti u metodoloġija u li l-karatteristiċi bażiċi tal-kura għall-morda mentalment għandhom ikunu l-kwalità, id-diversità, il-kumplessità u l-kontinwità; jemmen li l-istituzzjonijiet mediċi u soċjali li mhux qed jissodisfaw il-kriterji m'għandhomx jipparteċipaw fil-provista tal-kura tas-saħħa;

32. Jemmen li l-kura għal dawk morda mentalment għandha tkun mibnija b'mod konsistenti u b'mod li tevita ż-żamma fl-isptar mhux neċessarja u fit-tul ta' pazjenti li jistgħu jkunu kkurati fi kliniki mmexxija minn personàl kwalifikat; jemmen li huwa dejjem neċessarju li jkun żgurat l-użu terapewtiku tal-komunikazzjoni ma' l-isfond soċjali ta' pazjent u l-provvista tal-pazjent b'servizzi soċjali u bi programm utli maħsub biex jilħaq il-massimu tal-potenzjal soċjali u ta' l-impjieg tal-pazjent; jemmen li għal din ir-raġuni l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-fondi neċessarji sabiex jgħinu fl-iffinanzjar ta' akkomodazzjoni indipendenti u impjiegar ta' pazjenti xierqa u sabiex jipprovdu kura tas-saħħa u soċjali xierqa għall-oħrajn;

PROĊEDURA

Titolu

It-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali

Numru tal-proċedura

2005/2058(INI)]

Kumitat responsabbli

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarjay

EMPL
16.3.20006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

'Rapporteur' għal opinjoni Data tal-ħatra

Kathy Sinnott
27.10.2005

'Rapporteur' għal opinjoni mibdul

 

Eżami fil-kumitat

Marta Vincenzi 21.3.2006

19.4.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

20.4.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Andersson, Roselyne Bachelot-Narquin, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Jean Louis Cottigny, Proinsias De Rossa, Harald Ettl, Carlo Fatuzzo, Joel Hasse Ferreira, Stephen Hughes, Karin Jöns, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Jean Lambert, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Mario Mantovani, Jan Tadeusz Masiel, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda, Kathy Sinnott, Jean Spautz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Mihael Brejc, Udo Bullmann, Françoise Castex, Marian Harkin, Anne E. Jensen, Jamila Madeira, Leopold Józef Rutowicz, Elisabeth Schroedter, Evangelia Tzampazi, Yannick Vaugrenard

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)

 

22.6.2006

OPINJONI tal- Kumitat dwar id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza tas-sessi

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

dwar it-titjib fis-saħħa mentali tal-popolazzjoni - Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali

(2006/2058(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marta Vincenzi

PROPOSTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel bħala l-kumitat responsabbli biex jinkludi fil-proposta għal riżoluzzjoni s-suġġerimenti li ġejjin:

A. billi saħħa mentali tajba tippermetti liċ-ċittadini jkunu intellettwalment u emozjonalment kuntenti u li jkunu integrati fil-ħajja soċjali, edukattiva u professjonali; billi, b'mod kuntrarju, saħħa mentali dgħajfa tagħti lok għal spiża, esklużjoni soċjali u stigmatizzazzjoni,

B. billi l-kwistjoni tas-saħħa għandha dimensjoni ta' bejn is-sessi ċara, partikolarment f'dak li jirrigwarda d-distrub fil-prattiċi ta' l-ikel, id-disturbi newrodeġenerattivi, l-iskiżofrenja, id-disturb fil-burdata, l-ansjetà, il-paniku, id-depressjoni, l-abbuż mill-alkoħol u sustanzi psikoattivi oħra, kif ukoll is-suwiċidju u d-delinkwenza, oqsma li wkoll għandhom bżonn ta' riċkerka sistematika;

C. billi n-nisa li għandhom bżonn l-għajnuna ifittxu aktar mill-irġiel servizzi specjalizzati u jirċievu d-doppju ta' riċetti għal prodotti newroleptiċi, waqt li minn studji farmakokinetiċi jirriżulta li n-nisa għandhom l-inqas tolleranza għal dawn il-prodotti,

D. billi bħall-vittmi tal-gwerra, il-vittmi ta' vjolenza jsofru wkoll minn stress post-trawmatiku u li għar-rijabilitazzjoni tagħhom jeħtiġilhom kura fit-tul; u li l-istress minħabba l-biża' kbir li jerġgħu jsofru aggressjoni oħra għandu influwenza diżastruża fuq is-saħħa psikoloġika u fuq is-sistema ta' l-immunità tal-ġisem;

E. billi ftit huma magħrufa l-problemi għas-saħħa mentali kkawżati mill-vjolenza fuq nisa u tfajliet; billi ħafna drabi ma jingħatax kas ta' rapporti ta' fastidji u li ħafna nisa u tfajliet iżommu lura milli jistqarru t-trattament ħażin li jkunu setgħu ġarrbu sakemm tobba jew staff mediku ma jistaqsuhomx direttament,

1 Jifraħ lill-Kummissjoni għall-Green Paper, imma jqis li d-dimensjoni tal-ġens ma ngħatatx l-attenzjoni li tistħoqq: għalhekk jitlob li din tiġi sistematikament inkluża mal-miżuri proposti biex tiġi promossa s-saħħa mentali fl-attivitajiet għall-prevenzjoni u fir-riċerka, fejn l-istudji s'issa kienu insuffiċjenti u inadegwati, tant li l-progress miksub fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-kura ta' dan il-mard huma konsiderevolment inqas minn dak miksub f'mard ieħor.

2. Jenfasizza l-bżonn li jsir eżami dwar l-aħjar mod kif jistgħu jintużaw l-istrumenti Komunitarji disponibbli bħas-seba' programm ta' qafas għar-riċerka sabiex jinħolqu kompetenzi li jistgħu jgħinu fir-riċerka fis-saħħa mentali fl-Unjoni;

3. Jitlob li dawk li jagħtu l-ewwel kura medika jingħataw it-taħriġ li jippermettilhom li jagħmlu dijanjosi tajba tal-problemi tas-saħħa mentali fejn tidħol il-vjolenza domestika, l-abbuż sesswali, id-dissinkronija (tfal mogħnija intellettwalment), it-tossiċità ta' prodotti kimiċi, it-tniġġis ambjentali, kif ukoll l-istress akut u kroniku fin-nisa u t-tfajliet;

4. Jistieden li jkun hemm studju aktar profond dwar it-tbatija psikoloġika u psikopatoloġika fuq is-snin matul it-trobbija tat-tfal u dik fuq il-familji, billi jiġu proposti politiki xierqa, għaliex din hi kwistjoni ta' prevenzjoni ta' mard ta' adulti, li filwaqt li dan jitfaċċa taħt sura gravi fl-adoloxxenza, għandu tendenza li jsir kroniku;

5. Jitlob li tingħata għajnuna lill-ommijiet qabel u wara li jwelldu sabiex tiġi evitata d-dipressjoni jew xi manifestazzjoni ta' mard ieħor psikopatoloġiku, li f'dawn is-sitwazzjonijiet wieħed jinnota li huma numerużi;

6. Jiddikjara ruħu kontra l-medikalizzazzjoni dejjem tikber ta' proċessi u stadji suċċessivi ta' żvilupp fil-ġisem tal-mara u tat-tfajliet, bil-konsegwenza li l-pubertà, it-tqala jew il-menopawża jitqiesu dejjem aktar bħala mard jew problemi li jeħtieġu kura medika, u għaldaqstant b'hekk qed jiġu injorati d-definizzjonijiet soċjali u kulturali ta' dak li huwa normali fis-saħħa u fil-ġisem tan-nisa u tat-tfajliet;

7. Jenfasizza li d-dehera definita mis-soċjetà ta' kif għandu jkun il-ġisem ta' tfajla u ta' mara, għandha impatt fuq is-saħħa mentali u l-benessri tagħhom, u dan b'mod partikolari jġib problemi akbar fl-alimentazzjoni;

8. Ifakkar li problemi mentali jikkostitwixxu l-ewwel kawża ta' rtirar kmieni u ta' rtirar minħabba inkapaċitajiet; jitlob li jkun hemm strateġija konkreta biex ittejjeb il-benessri psikiku ta' l-anzjani u partikularment ta' anzjani nisa minħabba l-għajxien tal-ħajja ta' mara, u dan permezz ta' netwerks ta' appoġġ u programmi tal-volontarjat;

9. Ifakkar li s-saħħa mentali u s-saħħa fiżika huma marbutin ħafna ma' xulxin; jinsisti fuq il-ħtieġa li fil-protokolli tal-kura fl-isptarijiet tingħata importanza ndaqs għas-saħħa mentali u għas-saħħa fiżika tajba, b'mod partikulari rigward il-kura ta' mard serju u/jew inkurabbli, biex hekk jingħata kontribut lit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti;

10. Jaqbel mal-proposta li jiġu deistituzzjonalizzati s-servizz psikjatriċi u li jiġu abbandunati l-istituzzjonijiet psikjatriċi kbar, filwaqt li jiġi promoss minflokhom it-twaqqif ta' strutturi residenzjali ta' daqs medju u l-forniment ta' servizzi speċjali deċentralizzati li jgħinu fl-integrazzjoni soċjali mill-ġdid u li jkunu adatti għall-ħtiġijiet tal-pazjenti u tal-familji tagħhom; jilqa' l-isforzi approvati biex jintegraw lill-persuni mentalment morda fis-soċjetù u jitlob lill-Istati Membri biex jissieħbu f'dawn l-inizjattivi;

11. Jistieden lill-Istati Membri biex joqgħodu attenti li jkun hemm informazzjoni aħjar u sensibilizzazjoni aħjar tal-pubbliku, tal-familji, ta' min jipprovdi l-kura u ta' oħrajn involuti fil-mard mentali, kif ukoll fl-istrateġiji għall-kura u l-prevenzjoni li jistgħu jippermettu li tikber it-tolleranza u li wieħed jifhem aħjar u jaċċetta l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà tal-persuni milqutin.

12. Iqis li l-familji li jgħixu ma' persuni li jsofru minn mard mentali jeħtieġu appoġġ, kemm permezz ta' faċilitajiet residenzjali miftuħin, permezz ta' għajnuna medika jew psikoloġika fi djarhom;

13. Iqis li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jikkontrollaw iż-żieda proporzjonalment kbira ta' mard konness ma' mudelli ġodda ta' ħajja - problemi ta' alimentazzjoni, depressjoni, suwiċidji, użu ħażin ta' mediċini, użu ta' stupefaċenti - li qed jolqot dejjem aktar liż-żgħażagħ.

14. Jitlob li, fi ħdan qafas ta' strateġija għall-promozzjoni tas-saħħa mentali u għall-prevenzjoni, ikun hemm għarfien akbar tar-rabta li hemm bejn id-diskriminazzjoni, il-vjolenza u l-mard mentali u għalhekk għarfien tal-ħtieġa li jkun hemm ġlieda kontra kull sura ta' vjolenza u d-diskriminazzjoni;

15. Huwa tal-parir li rġiel li jkunu vjolenti man-nisa m'għandhomx jiġu biss ikkastigati, imma qabel ma jinħelsu mill-ħabs jeħtieġ li jirċievu edukazzjoni xierqa li tgħallimhom l-empatija, l-introspezzjoni u t-trażżin tagħhom infushom; iqis li rġiel, wara li jkunu għamlu żmien il-ħabs u jkunu reċidivi u jerġgħu jippersegwitaw lin-nisa, jeħtieġ li jitqiegħdu taħt sorveljanza jew jintbagħtu lura l-ħabs;

16. Jenfasizza li esponiment għat-tinġis kimiku u ambjentali għandu impatt fuq il-ġisem tan-nisa u tat-tfajliet u konsegwentement fuq is-saħħa mentali tagħhom.

PROCEDURE

Titolu

dwar it-Titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni - lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali

Numru tal-proċedura

2006/2058 (INI)

Kumitat responsabbli

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM
16.3.2006

'Rapporteur' għal opinjoni Data tal-ħatrad

Marta Vincenzi
21.3.2006

'Rapporteur' għal opinjoni mibdul

-

Eżami fil-kumitat

3.5.2006

22.6.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Maria Carlshamre, Edite Estrela, Věra Flasarová, Nicole Fontaine, Zita Gurmai, Esther Herranz García, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Urszula Krupa, Angelika Niebler, Christa Prets, Teresa Riera Madurell, Raül Romeva i Rueda, Amalia Sartori, Britta Thomsen, Anna Záborská

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kartika Tamara Liotard

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Guido Sacconi

Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)

 

PROĊEDURA

Titolu

It-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali

Numru tal-proċedura

2006/2058 (INI)

Kumitat risponsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

16.3.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

16.3.2006

EMPL

16.3.2006

LIBE

16.3.2006

ITRE

16.3.2006

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

LIBE

19.4.2006

ITRE

20.3.2006

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Date appointed

John Bowis
29.11.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

29.5.2006

13.7.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

13.7.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+ :

- :

0 :

51
0
1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Alessandro Foglietta, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Marie Anne Isler Béguin, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Marie-Noëlle Lienemann, Jules Maaten, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Péter Olajos, Adriana Poli Bortone, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Karin Scheele, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Jonas Sjöstedt, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Antonios Trakatellis, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bairbre de Brún, Jolanta Dičkutė, Jutta D. Haug, Karin Jöns, Caroline Lucas, Justas Vincas Paleckis, Amalia Sartori, Renate Sommer, Glenis Willmott

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

18.7.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)