RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-eżenzjoni minn taxxi ta’ importazzjoni ta’ kunsinni żgħar ta’ oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata)

20.7.2006 - (COM(2006)0012 – C6‑0059/2006 – 2006/0007(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Giuseppe Gargani
(Proċedura simplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta’ Proċedura)

Proċedura : 2006/0007(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0258/2006
Testi mressqa :
A6-0258/2006
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-eżenzjoni minn taxxi ta’ importazzjoni ta’ kunsinni żgħar ta’ oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata)

(COM(2006)0012 – C6‑0059/2006 – 2006/0007(CNS))

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0012)[1],

-    wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0059/2006),

-    wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

-    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0258/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitolb il-ftuħ tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ l-4 ta’ Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-eżenzjoni minn taxxi ta’ importazzjoni ta’ kunsinni żgħar ta’ oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kkodifikata)

Referenzi

COM(2006)0012 – C6-0059/2006 – 2006/0007(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

31.1.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI
16.2.2006

Rapporteur(s)

Giuseppe Gargani

Manuel Medina Ortega

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

22.6.2006

Eżami fil-kumitat

22.6.2006

 

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

22.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+: 12

-: 0

0: 0

 

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Giuseppe Gargani, Bert Doorn, Klaus-Heiner Lehne, Jaroslav Zvěřina, Maria Berger, Rosa Díez González, Aloyzas Sakalas, Andrzej Jan Szejna

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel Medina Ortega, Michel Rocard, Toine Manders

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sharon Bowles

Data tat-tressiq

20.7.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)