RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tmexxi l-attivitajiet tagħha fl-oqsma li jissemmew fit-Titolu VI tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea
18.9.2006 - (COM(2005)0280 – C6-0289/2005 – 2005/0125(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Magda Kósáné Kovács
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tmexxi l-attivitajiet tagħha fl-oqsma li jissemmew fit-Titolu VI tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea
(COM(2005)0280 – C6-0289/2005 – 2005/0125(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0280)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat UE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, li skond liema l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0289/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0282/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif xieraq, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta mal-Parlament jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 2 a (ġdida) | |
|
(2a) Skond l-Artikolu 11 tat-Trattat KE, l-Unjoni għandha tiddefinixxi u timplimenta politika barranija u ta' sigurtà komuni li tkopri l-oqsma kollha tal-politika barranija u ta' sigurtà, bil-għan li jiġu żviluppati u kkonsolidati d-demokrazija u l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. |
- [1] Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
ll-ħarsien u l-promozzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali huma l-bażi tad-demokrazija u l-kundizzjonijiet essenzjali għall-konsolidazzjoni mill-Unjoni Ewropea tal-qasam tal-libertà, s-sigurtà u l-ġustizzja.
Sabiex tingħata garanzija għall-prinċipji msemmija fl-Artikoli 6 u 7 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u sabiex titjieb is-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem, l-Unjoni Ewropea teħtieġ korp li huwa kapaċi jappoġġja l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet u inter alia l-Ombudsman Ewropew, is-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunità Ewropea.
L-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tista' tkun korp xieraq li jagħti ħarsa ġenerali regolari ta' l-infurzar tad-drittijiet tal-bniedem waqt l-implimentazzjoni tal-liġi u l-politiki Ewropej u korp li jipprovdi t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex tiġi żviluppata l-attività leġiżlattiva ta' l-Unjoni.
Għalhekk l-Aġenzija jrid ikollha mandat b'saħħtu u pożizzjoni speċjali fost l-aġenziji ta' l-UE. Jekk l-Aġenzija jkollha l-indipendenza, ikollha l-kredibilità, bħala kundizzjoni minn qabel għal koperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri. Il-pożizzjoni ta' l-Aġenzija għandha tissaħħaħ permezz ta' ftehim ċar bejn il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Komunità Ewropea, kemm biex tiġi evitati r-repetizzjoni kif ukoll biex l-Aġenzija tingħata t-tagħrif kollu meħtieġ u biex tiġi żgurata l-effettività tagħha.
L-Aġenzija teħtieġ ukoll il-kompetenza mwessa' li tipprovdi d-deċiżjoni tal-Kunsill sabiex ikollha kamp ta' applikazzjoni ikbar fuq l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea. Madankollu, mhux biżżejjed li l-Aġenzija tiġi awtorizzata biex tkun attiva fl-oqsma tat-Titolu VI tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea.
Esperjenzi riċenti li jikkonċernaw inter alia titjiriet tas-CIA fl-Ewropa juru li l-Unjoni Ewropea teħtieġ appoġġ sħiħ biex tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet fundamentali. Għalhekk huwa raġonevoli li t-tagħrif dwar id-drittijiet fundamentali jiġi pprovdut minn korp indipendenti, fuq il-bażi ta' liema l-istituzzjonijiet ta' l-UE jistgħu jsejsu l-attivitajiet u jiżviluppaw il-politiki tagħhom.
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Aġenzija teħtieġ li tiġi konkluża bl-attivitajiet fil-qasam tat-Titolu V (Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista' tappoġġja il-politiki relevanti kollha ta' l-UE.
Għandha tipprovdi l-bażi legali li tippermetti lill-Aġenzija biex tiġbor id-dejta dwar pajjiżi terzi meta tkun fir-riskju l-implimentazzjoni ta' politiki ta' l-UE.
L-inkariga ta' l-Aġenzija biex tmexxi attivitajiet fl-oqsma msemmija fit-Titoli V u VI tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jipprovdu aktar trasparenza f'dawn l-oqsma, li taf issaħħaħ l-operat demokratiku ta' l-istituzzjonijiet u taf issaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-Unjoni Ewropea.
It-trasparenza għandha tagħmel il-popli ta' l-Unjoni Ewropea konxji mid-drittijiet fundamentali li huma jgawdu u għandha ttejjeb il-kultura tad-drittijiet fundamentali fl-UE, li tista' mbagħad tiġi promossa b'suċċess lil hinn mill-fruntieri ta' l-Unjoni bħala waħda mill-valuri bażiċi tagħha.
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tinkariga lill-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tmexxi l-attivitajiet tagħha fl-oqsma li jissemmew fit-Titolu VI tat-Trattat |
||||||
Referenzi |
COM(2005)0280 - C6-0289/2005 - 2005/0125(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
22.9.2005 |
||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
|
|
|
|
|
||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
|
|
|
|
|
||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
||
Rapporteur(s) |
Magda Kósáné Kovács |
|
|||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||
Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni |
|
||||||
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||
Dotazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
|
||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni – data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
4.10.2005 4.5.2006 |
24.1.2006 1.6.2006 |
22.2.2006 |
23.3.2006 |
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
13.9.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 6 1 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Alfredo Antoniozzi, Mihael Brejc, Michael Cashman, Charlotte Cederschiöld, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Lilli Gruber, Timothy Kirkhope, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Sarah Ludford, Jaime Mayor Oreja, Claude Moraes, Lapo Pistelli, Martine Roure, Ioannis Varvitsiotis, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Cappato, Bárbara Dührkop Dührkop, Maria da Assunção Esteves, Anne Ferreira, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in 't Veld, Hubert Pirker, Antonio Tajani, Kyriacos Triantaphyllides, |
||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Thomas Wise |
||||||
Data tat-tressiq |
18.9.2006 |
|
|||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||