rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+)

19.9.2006 - (6284/1/2006 – C6‑0226/2006 – 2004/0218(COD)) - ***II

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Marie Anne Isler Béguin

Proċedura : 2004/0218(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0288/2006
Testi mressqa :
A6-0288/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+)

(6284/1/2006 – C6‑0226/2006 – 2004/0218(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (6284/1/2006 – C6‑0226/2006),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari [1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2004)0621)[2]

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2004)0621/2)[3]

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel (A6 0288/2006),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni komuni tal-KunsillEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 1

(1) Il-protezzjoni ambjentali hija waħda mill-objettivi ċentrali stabbiliti fid-dikarazzjonijiet dwar il-prinċipji gwida għal żvilupp sostenibbli li adotta l-Kunsill Ewropew. Hija prijorità għall-ko-finanzjament Komunitarju u għandha tiġi finanzjata primarjament permezz ta' l-istrumenti finanzjarji orizzontali Komunitarji, inklużi l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Fond Ewropew għas-Sajd u s-seba' Programm Kwadru għar-Riċerka.

(1) Il-protezzjoni ambjentali hija waħda mid-dimensjonijiet importanti ta’ l-żvilupp sostenibbli ta’ l-Unjoni Ewropea. Hija prijorità għall-ko-finanzjament Komunitarju u għandha tiġi finanzjata primarjament permezz ta' l-istrumenti finanzjarji orizzontali Komunitarji, inklużi l-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Fond Ewropew għas-Sajd u s-seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv ta’ żvilupp sostenibbli huwa stipulat fit-Trattati, aktar milli fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Għalhekk ikun aktar xieraq li ssir referenza għall-prinċipju b’mod ġenerali.

Emenda 2

Premessa 4

(4) Il-miżuri u l-proġetti finanzjati taħt LIFE+ għandhom jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà sabiex jiżguraw l-aħjar użu possibbli tal-fondi Komunitarji. B'mod partikolari, għal dik il-parti tal-baġit suġġetta għall-amministrazzjoni delegata, il-miżuri u l-proġetti għandhom jissodisfaw kriterji addizzjonali ta' eliġibbiltà sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew u sabiex jiġi evitat il-finanzjament ta' attivitajiet rikorrenti, bħal operazzjonijiet ta' kuljum.

(4) Il-miżuri u l-proġetti finanzjati taħt LIFE+ għandhom jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà sabiex jiżguraw l-aħjar użu possibbli tal-fondi Komunitarji. Il-miżuri u l-proġetti għandhom jissodisfaw kriterji addizzjonali ta' eliġibbiltà sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew u sabiex jiġi evitat il-finanzjament ta' attivitajiet rikorrenti, ħlief fejn attivitajiet bħal dawn ikollhom valur ta’ dimostrazzjoni ċar jew funzjoni ta' varar (start-up).

Ġustifikazzjoni

B'konformità ma' emendi oħra li jħassru l-prinċipju ta' amministrazzjoni delegata. Filwaqt li l-ispirtu tat-test huwa korrett, il-mod kif inhu mqiegħed il-kliem huwa oneruż wisq. Ħafna proġetti ta' valur miżjud Ewropew leġittimu bħal ma huma l-proġetti ta' dimostrazzjoni jirrikjedu t-twettiq ta' attivitajiet ta' kuljum. It-test propost inaqqas ir-riskju ta' l-esklużjoni ta' attivitajiet leġittimi filwaqt li jibqa' jsostni l-kundizzjoni li l-gvernijiet m'għandhomx jużaw il-fondi ta' LIFE+ għal attivitajiet ta' rutina li għandhom jiġu finanzjati mill-baġits nazzjonali.

Emenda 3

Premessa 5

(5) Fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità, l-implimentazzjoni stess tal-politika Komunitarja u l-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprovdi qafas għal valur miżjud Ewropew. Il-miżuri u proġetti ta' l-aħjar prattika jew ta' dimostrazzjoni, inklużi dawk relatati mal-ġestjoni u t-tfassil tas-siti Natura 2000, għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju taħt LIFE+, ħlief fejn ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt strumenti finanzjarji Komunitarji oħrajn.

(5) Fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità, l-implimentazzjoni stess tal-politika Komunitarja u l-leġiżlazzjoni Komunitarja tipprovdi qafas għal valur miżjud Ewropew. Il-miżuri u proġetti ta' l-aħjar prattika jew ta' dimostrazzjoni, inklużi dawk relatati mal-ġestjoni u t-tfassil tas-siti Natura 2000, għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament Komunitarju taħt LIFE+, ħlief fejn ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt strumenti finanzjarji Komunitarji oħrajn. Il-Kummissjoni se tilħaq tipproduċi reviżjoni tal-kontribuzzjoni ta’ dawn l-istrumenti kumplimentari għall-iffinanzjar ta' Natura 2000 qabel ma ssir ir-revizjoni tal-Qafas Finanzjarju ta’ l-2008/9 bil-għan li LIFE+ jiġi adattat għall-bidliet meħtieġa u jkun assigurat livell għoli ta' kofinanzjament Komunitarju.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni stmat li n-netwerk Natura 2000 jiswa €6.1 biljun biex jiġi finanzjat kull sena. Il-Kummissjoni rrakkomandat b'suċċess it-twassil tal-ħtieġa tal-kofinanzjament permezz ta' "l-approċċ integrat", prinċipalment bl-użu ta' strumenti oħra bħal ma huma l-fondi Strutturali, il-fondi għas-Sajd u l-Iżvilupp Rurali, filwaqt li l-vojt jimtela permezz ta' LIFE+. Madankollu ma hemm l-ebda garanzija li dan l-approċċ integrat se jirnexxi. Għalhekk, huwa meħtieġ li dan l-approċċ jilħaq jiġi rivedut qabel ma ssir ir-reviżjoni tal-baġit ta' l-UE.

Emenda 4

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a) F’Malahide, fl-2004, l-Istati Membri qablu li hemm bżonn li jiġu stabbiliti arrangamenti li jiżguraw finanzjament adegwat għan-netwerk Natura 2000, inkluż il-kofinanzjament Komunitarju. Peress li dan ir-Regolament se jiffinanzja biss l-aħjar prattika jew miżuri ta’ dimostrazzjoni relatati ma’ mmaniġġjar tas-siti tan-Natura 2000, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jridu jiżguraw li jkunu disponibbli fondi suffiċċjenti permezz ta’ strumenti oħra għall-immaniġġjar tan-netwerk, li l-infiq annwali għalih huwa stmat għal madwar € 6 100 miljun għall-UE kollha.

Ġustifikazzjoni

Emenda 3 ta’ l-ewwel qari f’forma mmodifikata.

Emenda 5

Premessa 20

(20) Il-miżuri implimentattivi li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta bis-saħħa ta' dan ir-Regolament huma miżuri ta' amministrazzjoni relatati ma' l-implimentazzjoni ta' programm b' implikazzjonijiet sostanzjali għall-baġit fis-sens ta' l-Artikolu 2(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni . Għandhom għalhekk jiġu adottati ċerti miżuri implimentattivi skond il-proċedura amministrattiva prevista fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni. Madankollu, dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas ġenerali u sejjer japplika għal seba' snin. Il-prijoritajiet Komunitarji u nazzjonali x'aktarx jevolvu b'mod sinifikattiv matul dan il-perjodu. Dan ir-Regolament ukoll jiddifferixxi ħafna deċiżjonijiet essenzjali għal programmi strateġiċi pluriennali u programmi ta' ħidma annwali nazzjonali. Tali kwistjonijiet huma ta' tħassib kritiku għall-Istati Membri individwali u huma ta' importanza kruċjali għall-politika ambjentali nazzjonali tagħhom. Huwa għalhekk iktar xieraq li ċerti miżuri oħrajn jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, sabiex l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jressqu l-miżuri proposti għal konsiderazzjoni quddiem il-Kunsill. Il-proċedura regolatorja hija adatta wkoll għall-adozzjoni ta' emendi għall-Annessi ma' dan ir-Regolament, li jispeċifikaw dispożizzjonijiet essenzjali, partikolarment il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament, u għat-twaqqif ta' regoli ta' implimentazzjoni lil hinn mill-miżuri tekniċi espliċitament imsemmija fir-Regolament,

 

(20) Dan ir-Regolament jiddifferixxi ħafna deċiżjonijiet essenzjali għal programmi strateġiċi pluriennali u programmi ta' ħidma annwali nazzjonali. Tali kwistjonijiet huma ta' tħassib kritiku għall-Istati Membri individwali u huma ta' importanza kruċjali għall-politika ambjentali nazzjonali tagħhom. Huwa għalhekk iktar xieraq li ċerti miżuri oħrajn jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja prevista fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, sabiex l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jressqu l-miżuri proposti għal konsiderazzjoni quddiem il-Kunsill. Il-proċedura regolatorja hija adatta wkoll għat-twaqqif ta' regoli ta' implimentazzjoni lil hinn mill-miżuri tekniċi espliċitament imsemmija f'dan ir-Regolament. Il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni1 għandha tapplika għall-adozzjoni u għall-emenda possibbli ta' programmi strateġiċi pluriennali mfassla skond l-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament u għall-adozzjoni ta' emendi għall-Annessi ta' dan ir-Regolament, li jispeċifikaw dispożizzjonijiet importanti, b'mod partikulari l-miżuri eliġibbli għall-finanzjament, sabiex iż-żewġ dirgħajn ta' l-awtorità leġiżlattiva jkunu jistgħu jiskrutinizzaw miżuri bħal dawn qabel ma jiġu adottati.

 

1 ĠU L 184, 17.7.1999, p 23.

1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (2006/512/KE) (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma' emendi ta' qabel. Din hija emenda konsegwenzjali ta' l-emendi fl-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 15(1).

Emenda 6

Artikolu 3, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li se jitqiesu l-proġetti interreġjonali u transkonfinali fil-programmi ta' xogħol annwali nazzjonali, b'mod speċjali fejn il-koperazzjoni transkonfinali hija essenzjali sabiex tkun assigurata l-konservazzjoni ta' l-ispeċi.

Ġustifikazzjoni

Rijintegrazzjoni parzjali ta' l-emenda 14 mill-ewwel qari. Il-proġetti transnazzjonali u interreġjonali huma eżempju ewlieni tal-valur miżjud Ewropew u għandhom jiġu promossi. Hemm riskju li, bl-approċċ ta' l-ipprogrammar u bil-baġit żgħir u diżappuntanti allokat għal LIFE+, jinħoloq diżinċentiv għall-Istati Membri biex japprovaw proġetti transnazzjonali peress li dan ikun ifisser "flus sejrin għand il-ġirien". Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-proġetti transkonfinali jibqgħu jiġu finanzjati.

Emenda 7

Artikolu 4, paragrafu 2, punt (c a) (ġdid)

 

(ca) li jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki sabiex tingħeleb it-theddida li qed jiffaċċjaw in-natura u l-bijodiversità minħabba l-bidla fil-klima, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-ekosistemi li jirkupraw minn bidliet fil-klima u sabiex ikun iffaċilitat l-adattament tagħhom għal bidliet fil-klima;

Ġustifikazzjoni

Il-bidla fil-klima hija theddida serja għall-bijodiversità u għalhekk dan għandu jkun iddikjarat b'mod ċar fl-objettivi ta' l-intestatura "In-Natura u l-Bijodiversità".

Emenda 8

Artikolu 5, paragrafu 5

5. Jekk Stat Membru jiddeċiedi hekk, l-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu eliġibbli għal ko-finanzjament Komunitarju bil-kondizzjoni li:

(a)       fil-każ ta' aġenziji nazzjonali, tali finanzjament Komunitarju jirrappreżenta mhux aktar minn 2% tal-kontribut Komunitarju għall-programm ta' ħidma annwali nazzjonali ta' l-Istat Membru għas-sena konċernata. Il-persunal konċernat għandu jkun qiegħed iwettaq kompiti addizzjonali li l-amministrazzjonijiet nazzjonali ma wettqux qabel in konnessjoni ma' l-implimentazzjoni ta' programmi Komunitarji;

(b)       l-ispejjeż tas-salarji tal-ħaddiema taċ-ċivil jistgħu jiġu finanzjati biss sakemm dawn ikunu relatati ma' l-ispiża ta' l-attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-proġett li l-awtorità pubblika relevanti ma kinetx twettaq kieku l-proġett konċernat ma sarx. Il-persunal konċernat għandu jkun sekondat b'mod speċifiku għal proġett u għandu jirrappreżenta spiża addizzjonali fir-rigward tal-persunal permanenti eżistenti.

 

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-persunal sekondat mill-Istati Membri li s'issa kien responsabbli għall-immaniġġjar tal-programm għandu jkompli l-istess ħidma. Madankollu, dan bl-ebda mod ma jfisser li għandu jiġi impjegat aktar persunal jew li għandu jitħallas mill-baġit tal-Komunità għal dan il-għan.

Emenda 9

Artikolu 6, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha tfassal l-ewwel programm strateġiku pluriennali għall-perjodu 2007 sa 2010 u t-tieni programm strateġiku pluriennali għall-perjodu 2011 sa 2013. Dawn il-programmi għandhom jiddefinixxu l-objettivi prinċipali, l-oqsma prijoritarji ta' azzjoni, it-tip ta' miżuri u r-riżultati mistennija għall-finanzjament Komunitarju fir-rigward ta' l-objettivi u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 1, 3 u 4. Huma għandhom jinkludu allokazzjonijiet bejn l-Istati Membri u jindikaw dawk il-partijiet tal-baġit suġġetti għal amministrazzjoni ċentrali diretta u dawk suġġetti għal amministrazzjoni delegata skond l-Artikolu 7(2).

Għall-inqas 80% tal-baġit għandu jkun suġġett għall-amministrazzjoni delegata.

 

1. Il-Kummissjoni għandha tfassal l-ewwel programm strateġiku plurijennali għall-perjodu 2007 sa 2010 u, wara reviżjoni li tqis l-objettivi stipulati, it-tieni programm strateġiku plurijennali għall-perjodu 2011 sa 2013. Dawn il-programmi għandhom jiddefinixxu l-objettivi prinċipali, l-oqsma prijoritarji ta' azzjoni, it-tip ta' miżuri u r-riżultati mistennija għall-finanzjament Komunitarju fir-rigward ta' l-objettivi u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 1, 3 u 4.

Ġustifikazzjoni

Emenda orizzontali: il-programmi LIFE irnexxielhom jippruvaw il-valur tagħhom bħala mezzi effettivi ta' immaniġjar b'konformità ma' l-objettivi tal-programm. Dan ifisser li l-apporċċ maniġerjali kurrenti għandu jkompli, minħabba li kemm l-amministraturi u kif ukoll l-uffiċjali diġà familjari miegħu.

Emenda 10

Artikolu 6, paragrafu 2

2.        L-allokazzjonijiet ta' l-Istati Membri għall-parti tl-baġit suġġetta għal immaniġġjar iddelegat għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali stipulata fl-Artikolu 11(3). Il-Kummissjoni għandha tibbaża dawn l-allokazzjonijiet fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)       popolazzjoni:

(i)       (i) il-popolazzjoni totali ta' kull Stat Membru. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 50% lil dan il-kriterju; u

(ii)      id-densità tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru, sa limitu li jkun id-doppju tad-densità medja tal-popolazzjoni ta' l-UE. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 5% lil dan il-kriterju;

(b)       natura u bijodiversità:

(i)       l-erja totali tas-siti ta' importanza Komunitarja għal kull Stat Membru, espressa bħala proporzjon ta' l-erja totali tas-siti ta' importanza Komunitarja. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 25% lil dan il-kriterju; u

(ii)      il-proporzjon tat-territorju ta' Stat Membru kopert minn siti ta' importanza Komunitarja relattivament għall-proporzjon tat-territorju Komunitarju kopert minn siti ta' importanza Komunitarja. Għandha tiġi attribwita peżatura ta' 20% lil dan il-kriterju;

Hekk kif id-data rilevanti tkun disponibbli għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kalkoli għan-natura u l-bijodiversità abbażi kemm tas-siti ta' importanza Komunitarja kif ukoll taż-żoni ta' protezzjoni speċjali, filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tagħmel allokazzjonijiet addizzjonali lil Stati Membri li ma jmissux mal-baħar. L-ammont totali ta' tali allokazzjonijiet ma għandux ikun aktar minn 3% tal-baġit totali delegat.

Madankollu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ebda allokazzjoni ta' Stat Membru ma tkun inqas minn minimu xieraq ta' bejn EUR 1 u 3 miljun kull sena, b'kont meħud tad-densità tal-popolazzjoni, tan-nefqa ambjentali, tal-ħtieġa ambjentali u tal-kapaċità ta' assorbiment.

 

imħassar

Ġustifikazzjoni

Horizontal amendment: the LIFE programmes have proved their worth as an effective means of management in line with the programmes' objectives. It follows that the current management approach should continue, given that both administrations and officials are already familiarised with it.

Emenda 11

Artikolu 6, paragrafu 3

3. Fi ħdan il-qafas ta' programmi strateġeiċi plurijennali imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom, għall-parti tal-baġit suġġetta għal delegazzjoni, jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi tal-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali għal kull sena fil-perjodi 2007 sa 2010 u 2011 sa 2013

3. Għall-iskop li jiġu mfassla programmi strateġeiċi plurijennali imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni abbozzi tal-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali għal kull sena fil-perjodi 2007 sa 2010 u 2011 sa 2013.

Dawn għandhom, bħala minimu u għal kull sena:

Dawn għandhom, bħala minimu u għal kull sena:

(a)       jidentifikaw oqsma ta' prijorità filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet fuq perjodu ta' żmien twil identifikati;

(b)       ifissru l-objettivi nazzjonali speċifiċi;

(c)       jiddiskrivu l-miżuri li għandhom jiġu finanzjati u kif jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 3;

(d)       jipprovdu stimi ta' l-ispejjeż; u

(e)       jiddiskrivu l-qafas ta' monitoraġġ propost.

(a)       jidentifikaw oqsma ta' prijorità filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet fuq perjodu ta' żmien twil identifikati;

(b)       ifissru l-objettivi nazzjonali speċifiċi;

(c)       jiddiskrivu l-miżuri li għandhom jiġu finanzjati u kif jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 3;

(d)       jipprovdu stimi ta' l-ispejjeż; u

(e)       jiddiskrivu l-qafas ta' monitoraġġ propost.

L-Istati Membri jistgħu jinkludu miżuri transnazzjonali fl-abbozz tal-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinkludu miżuri transnazzjonali fl-abbozz tal-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Għall-implimentazzjoni ta' programmi plurijennali, il-Kummissjoni jeħtieġ li jkollha biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' tqis b'mod xieraq il-bżonnijiet u l-potenzjal ta' l-Istati Membri. Ladarba tinġabar din l-informazzjoni, il-programmi jkunu jistgħu jitfasslu.

Emenda 12

Artikolu 6, paragrafu 4

4. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri dwar l-abbozz ta' programmi strateġiċi pluriennali fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14(1). Il-programmi għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 15(1)(a). Għall-programmi strateġiċi pluriennali għall-perjodu mill-2007 sa 2010, l-adozzjoni għandha sseħħ mill-iktar fis possibbli, u mhux iktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Istati Membri dwar l-abbozz ta' programmi strateġiċi plurijennali fi ħdan il-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14(1) u fi ħdan il-Kumitat msemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 92/43/KEE. Il-programmi għandhom jiġu adottati skond l-Artikolu 15(1a). Għall-programmi strateġiċi plurijennali għall-perjodu mill-2007 sa 2010, l-adozzjoni għandha sseħħ mill-iktar fis possibbli, u mhux iktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiddisponi għall-parteċipazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-programmi strateġiċi plurijennali.

Ġustifikazzjoni

Il-Kumitat għall-Ambjenti Naturali għandu jiġi konsultat ukoll minħabba l-importanza tal-baġit allokat għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tan-natura.

Emenda 13

Artikolu 6, paragrafu 5, subparagrafu 1

5. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fuq bażi bilaterali dwar l-abbozz ta' programmi ta' ħidma annwali nazzjonali, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma annwali nazzjonali skond l-Artikolu 15(1)(b). L-Istati Membri għandhom jippreżentaw abbozzi tal-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali għall-2007 lill-Kummissjoni mill-iktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni ta' l-ewwel programm strateġiku pluriennali. Huma għandhom, kif meħtieġ, jippreżentaw programmi ta' ħidma annwali nazzjonali għas-snin sussegwenti, u aġġornamenti ta' abbozzi diġà preżentati, skond il-programm stabbilit skond l-Artikolu 15(2)(b).

5. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri fuq bażi bilaterali dwar l-abbozz ta' programmi ta' ħidma annwali nazzjonali wara konsultazzjoni mal-Kumitat msemmi fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 92/43/KEE, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma annwali nazzjonali skond l-Artikolu 15(1)(b). L-Istati Membri għandhom jippreżentaw abbozzi tal-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali għall-2007 lill-Kummissjoni mill-iktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni ta' l-ewwel programm strateġiku plurijennali. Huma għandhom, kif meħtieġ, jippreżentaw programmi ta' ħidma annwali nazzjonali għas-snin sussegwenti, u aġġornamenti ta' abbozzi diġà preżentati, skond il-programm stabbilit skond l-Artikolu 15(2)(b). L-Istati Membri għandhom jiddisponu għall-parteċipazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-programmi nazzjonali annwali skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/35/KE.

Ġustifikazzjoni

Il-Kumitat għall-Ambjenti Naturali għandu wkoll jingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar programmi nazzjonali peress li parti prinċipali tal-baġit delegat għandu jikkonċerna komponiment Natura u Bijodiversità.

Emenda 14

Artikolu 6, paragrafu 6

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenziji nazzjonali jimplimentaw il-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali adottati skond l-Artikolu 15(1)(b). L-aġenziji nazzjonali għandhom jistiednu applikazzjonijiet ta' proġetti għall-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali. Huma għandhom jiżguraw li l-proġetti jissodisfaw il-kriterji disposti fl-Artikolu 3, fil-waqt li jagħtu prijorità lil dawk il-proġetti li jagħmlu l-akbar kontribut għall-kisba ta' l-objettivi ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma' emendi ta' qabel.

Emenda 15

Artikolu 6, paragrafu 7

7. Aġenziji nazzjonali għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' programmi ta' ħidma annwali nazzjonali. Huma għandhom jagħmlu r-rapporti finali tal-proġett imsemmija fl-ARtikolu 12(1), jew it-taqsiriet tagħhom, disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment listi ta' proġetti finanzjati permezz ta' LIFE+, inklużi deskrizzjoni qasira ta' l-objettivi u tar-riżultati miksuba u taqsira tal-fondi li ntefqu. Hija għandha tagħmel dan billi tuża midja u tekonoloġiji adattati, inkluż l-Internet.

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment listi ta' proġetti finanzjati permezz ta' LIFE+, inklużi deskrizzjoni qasira ta' l-objettivi u tar-riżultati miksuba u taqsira tal-fondi li ntefqu. Hija għandha tagħmel dan billi tuża midja u tekonoloġiji adattati, inkluż l-Internet.

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma' emendi ta' qabel.

Emenda 16

Artikolu 7, paragrafu 2

2. Il-Kummissjoni tista' tiddeċedi li tafda parti mill-implimentazzjoni tal-baġit lil aġenziji nazzjonali magħżula bi ftehim ma' l-Istat Membru konċernat abbażi ta' l-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament Finanzjarju u skond il-kriterji ta' l-għażla disposti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

B'konformità ma' emendi oħra li jħassru l-prinċipju ta' amministrazzjoni delegata.

Emenda 17

Artikolu 10

Dan ir-Regolament ma għandhux jiffinanzja miżuri li jaqgħu fi ħdan il-kriterji ta' eliġibbiltà ta', jew li jirċievu għajnuna għall-istess skop minn, strumenti finanzjarji Komunitarji oħra, inklużi l-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Programm Kwadru dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni, il-Fond tas-Sajd Ewropew, u s-seba' Programm Kwadru ta' Riċerka. Il-benefiċjarji skond dan ir-Regolament għandhom jipprovdu informazzjoni dwar finanzjament li huma jkunu rċivew mill-baġit tal-Komunità u dwar l-applikazzjonijiet tagħhom, li jkunu għaddejjin għall-finanzjament, lill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżuri finanzjarji ċentrali jew lill-aġenzija nazzjonali fir-rigward ta' miżuri delegati. Għandhom jinstabu sinerġiji u komplementarjetà ma strumenti Komunitarji oħra.

 

Dan ir-Regolament ma għandhux jiffinanzja miżuri li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' pllikazzjoni prinċipali ta', jew li jirċievu għajnuna għall-istess skop minn, strumenti finanzjarji Komunitarji oħra, inklużi l-Fond ta' Żvilupp Reġjonali Ewropew, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, jew il-Fond tas-Sajd Ewropew. Il-benefiċjarji skond dan ir-Regolament għandhom jipprovdu informazzjoni dwar finanzjament li huma jkunu rċivew mill-baġit tal-Komunità u dwar l-applikazzjonijiet tagħhom, li jkunu għaddejjin għall-finanzjament, lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni u komplementarjetà ma strumenti Komunitarji oħra.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi taħt il-Programm ta' Qafas għar-riċerka u l-Programm ta' Qafas dwar l-Innovazzjoni u l-Kompetittività jistgħu joperaw b'mod komplementarju għal dawk imwettqa taħt il-programm LIFE+. Għalhekk din m'hijiex raġuni biex jiġu esklużi minn finanzjar jekk il-mira hija li jinkisbu programmi integrati.

Emenda 18

Artikolu 11, paragrafu 2

2. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' LIFE+ għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' EUR 1 854 372 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

2. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' LIFE+ għandu jiġi ffissat bħala wieħed ta' EUR 1 911 000 000 (fi prezzijiet ta’ l-2004) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Ġustifikazzjoni

Il-€ 100 miljun extra li kien sar ftehim dwarhom fil-kuntest ta’ FINP għal intestatura 2 għandu jiġi assenjat bi sħiħ lil LIFE+ biex ikopri l-ispejjeż ta’ dimostrazzjoni relatata ma' N2000 u attivitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ bijodiversità. Il-Kummissjoni żiedet biss 50 miljun ma’ l-ammont li kellu jirriżulta mid-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew. Il-€ 50 miljun l-oħra li issa twarrbu mill-Kummissjoni għall-marġini ta’ intestatura tal-baġit għandhom għalhekk jiġu miżjuda ma’ LIFE+. Aktar minn hekk it-tqassim dettaljat indikattiv tal-Kummissjoni kif muri fil-Fiche 94 REV1 (prezzijiet ta’ l-2004) isemmi ammont ta' 1 861 miljun u mhux 1 854. Allura l-ammont għandu jkun ta' 1 861 + 50 miljun = 1 911 miljun (prezzijiet ta’ l-2004).

Emenda 19

Artikolu 11, paragrafu 4

4. Mill-inqas 40% tar-riżorsi tal-baġit għal LIFE+ għandhom jiġu allokati għal miżuri li jappoġġaw il-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità.

4. Mill-inqas 55% tar-riżorsi tal-baġit għal LIFE+ għandhom jiġu allokati għal miżuri li jappoġġjaw il-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità.

Ġustifikazzjoni

LIFE+ huwa strument finanzjarju mill-aktar importanti għall-ħarsien ta' l-ambjent u, b'mod partikulari, għan-natura u l-bijodiversità. L-ammont ta' € 100 miljun iżjed li ġie negozjat matul il-Perspettiva Finanzjarja kien intenzjonat għal Natura 2000. Minn dak iż-żmien 'l hawn l-importanza li għandu LIFE+ għan-natura u għall-bijodiversità żdiedet minħabba n-nuqqas ta' provvediment adegwat madwar il-parti l-kbira ta' l-Ewropa taħt il-fondi Strutturali u dawk għas-Sajd u l-Iżvilupp Rurali, pereżempju fl-abbozzi ta' dokumenti għall-ipprogrammar.

Emenda 20

Artikolu 12, paragrafu 1

1. Għal kwalunkwe miżura u proġett finanzjat minn LIFE+, il-benefiċjarju għandu jippreżenta, lill-Kummisjoni fir-rigward ta' miżuri finanzjati ċentralment jew lill-aġenzija nazzjonali fir-rigward ta' miżuri delegati, rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tax-xogħol. Għandu jiġi preżentat ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur mit-tlestija tal-proġett.

1. Għal kwalunkwe miżura u proġett finanzjat minn LIFE+, il-benefiċjarju għandu jippreżenta, lill-Kummisjoni fir-rigward ta' miżuri li jirċievu finanzjament, rapporti tekniċi u finanzjarji dwar il-progress tax-xogħol. Għandu jiġi preżentat ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur mit-tlestija tal-proġett.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporti għandhom jiġu preżentati lill-korp responsabbli għall-iffinanzjar.

Emenda 21

Artikolu 12, paragrafu 2

2. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li jsiru mill-Qorti ta' l-Awdituri flimkien mal-korpi jew dipartimenti kompetenti tal-verifika nazzjonali skond l-Artikolu 248 tat-Trattat, jew għal kwalunkwe ispezzjoni li ssir skond l-Artikolu 279(1)(b) tat-Trattat, l-uffiċjali u persunal ieħor tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli fuq il-post, inklużi kontrolli ta' kampjuni, fuq proġetti finanzjati taħt LIFE+, b'mod partikolari sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 3.

2. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li jsiru mill-Qorti ta' l-Awdituri flimkien mal-korpi jew dipartimenti kompetenti tal-verifika nazzjonali skond l-Artikolu 248 tat-Trattat, jew għal kwalunkwe spezzjoni li ssir skond l-Artikolu 279(1)(b) tat-Trattat, l-uffiċjali u persunal ieħor tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu spezzjonijiet għal għarrieda, inklużi kontrolli ta' kampjuni, fuq proġetti finanzjati taħt LIFE+, b'mod partikulari sabiex jivverifikaw il-konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fl-Artikolu 3, u sabiex jevalwaw il-kontribuzzjoni tagħhom għall-objettivi tal-politiki tal-UE.

Ġustifikazzjoni

L-ispezzjonijiet għal għarrieda mill-Kummissjoni għandhom jivverifikaw u jevalwaw sa fejn irnexxew l-objettivi tal-politika ta' l-UE kif ukoll il-proċeduri finanzjarji.

Emenda 22

Artikolu 14, paragrafu 2a (ġdid)

 

2a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (2006/512/KE).

Ġustifikazzjoni

Wara l-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-komitoloġija (Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006), huwa meħtieġ li l-leġiżlazzjoni pendenti tiġi adottata. Din l-emenda tintroduċi l-"proċedura regolatorja bi skrutinju" l-ġdida lill-programm LIFE+ .

Emenda 23

Artikolu 15, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 (2):

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2):

(a) sabiex jiġu adottati u, jekk meħtieġ, jiġu emendati programmi strateġiċi pluriennali mfassla skond l-Artikolu 6(1);

 

(b) sabiex jiġu adottati u, jekk meħtieġ, jiġu emendati programmi ta' ħidma annwali nazzjonali bbażati fuq abbozzi li Stati Membri jkunu ppreżentaw skond l-Artikolu 6(3);

(b) sabiex jiġu adottati u, jekk meħtieġ, jiġu emendati programmi ta' ħidma annwali nazzjonali bbażati fuq abbozzi li Stati Membri jkunu ppreżentaw skond l-Artikolu 6(3);

(c) sabiex jiġu miżjuda miżuri ma' l-Anness I jew jiġi emendat l-Anness II; u

 

(d) sabiex jiġu stabbiliti regoli dettaljati meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(d) sabiex jiġu stabbiliti regoli dettaljati meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, minbarra miżuri ta' applikazzjoni ġenerali intenzjonati biex jemendaw elementi li m'humiex essenzjali ta' dan ir-Regolament, fi ħdan it-tifsira tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (2006/512/KE).

 

1a. Id-deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li jissemmew hawn taħt għandhom jittieħdu f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 (2a):

 

(a) sabiex jiġu adottati u, jekk meħtieġ, jiġu emendati programmi strateġiċi plurijennali mfassla skond l-Artikolu 6(1); u

 

(b) sabiex jiżdiedu miżuri ma' l-Anness.

Ġustifikazzjoni

Wara l-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-komitoloġija (Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006), huwa meħtieġ li l-leġiżlazzjoni pendenti tiġi adottata. Fil-każ ta' LIFE+, il-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida għandha tapplika għall-adozzjoni tal-programmi strateġiċi plurijennali u ta' l-Anness I li jiddefinixxi l-miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar. Huma miżuri "kważi legiżlattivi" fi ħdan it-tifsira tad-Deċiżjoni 2006/512/KE.

Emenda 24

Artikolu 15, paragrafu 2

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 (3):

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawn il-miżuri f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(3):

(a)       sabiex jiġi deċiż li tiġi delegata l-implimentazzjoni tal-baġit lil aġenzija jew aġenziji nazzjonali skond l-Artikolu 7(2) u sabiex tiġi kkonfermata l-konformità ta' l-aġenzija jew aġenziji mal-kriterji ta' selezzjoni disposti fl-Anness II;

 

 

(b) sabiex jiġu speċifikati l-format, il-kontenut u d-dati ta' preżentazzjoni għall-abbozzi tal-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali għall-finijiet ta' l-Artikolu 6(3) u tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 6(7);

(b) sabiex jiġu speċifikati l-format, il-kontenut u d-dati ta' preżentazzjoni għall-abbozzi tal-programmi ta' ħidma annwali nazzjonali għall-finijiet ta' l-Artikolu 6(3);

(c) sabiex jiġu determinati il-forma, il-kontenut u r-riċevituri tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 12(1); u

(c) sabiex jiġu determinati il-forma u l-kontenut tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 12(1); u

(d) sabiex jiġu stabbiliti indikaturi li jgħinu fil-monitoraġġ ta' miżuri finanzjati minn LIFE+.

(d) sabiex jiġu stabbiliti indikaturi li jgħinu fil-monitoraġġ ta' miżuri finanzjati minn LIFE+.

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma' emendi ta' qabel.

Emenda 25

Anness I, punt 1, frażi introduttorja

1. fir-rigward tal-baħit suġġett għal amministrazzjoni ċentrali diretta:

imħassra

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma' emendi ta' qabel.

Emenda 26

Anness I, punt 1 (a)

(a) ċerti attivitajiet operattivi ta' NGOs li jkunu primarjament attivi sabiex jipproteġu u jtejbu l-ambjent fil-livell Ewropew,

(a) attivitajiet operattivi ta' NGOs li jkunu primarjament attivi sabiex jipproteġu u jtejbu l-ambjent fil-livell Ewropew u jkunu involuti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE,

Ġustifikazzjoni

Emenda 36 tal-PE.

Emenda 27

Anness I, punt 1 (b)

(b) l-iżvilupp u l-manutenzjoni tan-networks u tas-sistemi tal-kompjuter direttament marbuta ma' l-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Komunità;

(b) l-iżvilupp u l-manutenzjoni tan-networks, tad-'databases' u tas-sistemi tal-kompjuter direttament marbuta ma' l-implimentazzjoni tal-politika u tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Komunità, b’mod partikulari meta jiġi mtejjeb l-aċċess pubbliku għal informazzjoni ambjentali;

Ġustifikazzjoni

Emendi 12 u 42 tal-PE għall-Artikolu 2.

Emenda 28

Anness I, punt 2, frażi introduttorja

2. fir-rigward tal-baħit suġġett għal amministrazzjoni ċentrali diretta:

imħassra

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma' emendi ta' qabel.

Emenda 29

Anness I, punt 2 (c)

(c) għajnuna għall-bini tal-kapaċità;

(c) għajnuna għall-bini u t-titjib tal-kapaċità;

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju mhux biss li wieħed joħloq għarfien iżda wkoll li dan l-għarfien jitjieb fejn diġà jeżisti.

Emenda 30

Anness I, punt 2 (h)

(h) l-ispejjeż tal-persunal ta' l-aġenziji nazzjonali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma' emendi ta' qabel.

Emenda 31

Anness II

 

Dan l-anness huwa mħassar

Ġustifikazzjoni

Konsistenza ma' emendi ta' qabel.

  • [1]  Testi Adottati, 7.7.2005, P6_TA(2005)0291.
  • [2]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [3]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Ix-xogħol magħmul mill-PE fl-ewwel qari tal-proposta għal regolament dwar LIFE+ ġab għadd sinifikattiv ta' riżultati.

Il-Parlament Ewropew għaraf unanimamet li l-istrument finanzjarju Life+ m'huwiex kapaċi jlaħħaq ma' l-isfidi ambjentali. Ir-riżorsi finanzjarji limitati tiegħu ma jistgħux ilaħħqu ma' l-implimentazzjoni tal-politiki ambjentali kollha li nbdew mill-Unjoni Ewropea.

Il-kwistjoni ewlenija indirizzata matul l-ewwel qari tal-Parlament kienet li jiġi garantit li Natura 2000 ikollha l-mezzi finanzjarji biex tiżgura t-tħaddim effettiv ta' dan in-netwerk eżemplari għall-konservazzjoni, il-ħarsien u l-immaniġġjar in situ tad-diversità bijoloġika Ewropea.

Reġa ġie introdott it-tielet aspett, kif kien ġara għall-istrument Life+ ta' qabel, fil-pożizzjoni komuni tal-Kunsill u fil-komunikazzjoni tal-Kummisjoni dwar pożizzjoni komuni. Dan l-aspett, Natura u Bijodiversità, se jappoġġja u jippermetti fost affarijiet oħra żvilupp ulterjuri u implimentazzjoni tan-netwerk Natura 2000 inklużi l-ħabitats u l-ispeċji tal-kosti u tal-baħar.

Madankollu, ir-rebħa li kellna dwar is-somma biex tiġi inkluża għall-iffinanzjar ta' Natura 2000 (terz tal-kontribuzzjoni Ewropea għall-21 biljun euro f'finanzjament li stmat il-Kummissjoni) ma ġietx riflessa fil-baġit tal-2007-2013. Minkejja l-pressjoni kostanti matul in-neġozjati tal-perspettivi finanzjarji, 100 miljun euro biss ġew dedikati għal Life+ Natura 2000. U filwaqt li din-is somma globali trid titniżżel taħt l-istrument Life+, hemm nuqqas ta' 50 miljun euro. Biex dan jiġi rranġat, qiegħda titressaq emenda li titlob biex terġa' tiddaħħal is-somma ta' 100 miljun euro approvata matul in-negozjati dwar il-perspettivi finanzjarji

Barra minn hekk, anki jekk il-garanzija ta' kofinazjament ta' Natura 2000 permezz tal-fondi strutturali (bħall-ERDF u l-EAFRD) m'hijiex totalment sodisfaċenti, diġà ttieħdu l-impenji favur proġetti ambjentali u jeħtieġ li jinżammu permezz ta' l-għoti tal-finanzjament Ewropew. Biex jiġi żgurat li dan iseħħ, qed terġa' titressaq l-emenda 3 ta' l-ewwel qari.

Jekk il-finanzjament ta' Natura 2000 kien ċentrali fir-rapport fl-ewwel qari dwar Life+, partikularment minħabba n-negozjati dwar il-perpspettiva finanzjarja u aġġustament tal-baġit, ir-rapporteur tagħkom tixtieq tikkonċentra t-tieni qari dwar l-aspetti relatati ma' kif jitqassmu l-allokazzjonijiet tar-riżorsi baġitarji.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li 80% ta' l-iffinanzjar jiġu allokati lill-Istati Membri. Dan ifisser li l-valur miżjud Ewropew jintilef kollu, u aktar minn hekk jagħti setgħa mingħajr riserva lill-Istati Membri sabiex isegwu objettivi nazzjonali. L-eżempju ta' l-iffinanzjar ta' l-ispejjeż tal-persunal huwa tajjeb ħafna. Fl-opinjoni tar-rapporteur tagħkom, l-iffinanzjar Ewropew għall-ambjent m'għandux jintuża biex jagħmel tajjeb għad-defiċitijiet finanzjarji ta' l-Istati Membri sabiex jiġu finanzjati spejjeż ta' persunal fil-qasam ta' l-ambjent, iżda għandu jintuża biex jiġu implimentati proġetti Ewropej.

Fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-programm, ir-rapporteur tagħkom hija ta' l-opinjoni li għandha tkun organizzata fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u mhux fuq il-bażi ta' ridistribuzzjoni awtomatika ta' fondi tal-Komunità lill-Istati Membri.

L-aspett l-ieħor li għandu jerġa' jiġi enfasizzat huwa l-importanza tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, b'mod partikulari permezz ta' NGOs u kumitati tal-ħabitats, fit-tfassil ta' programmi plurijennali u ta' programmi annwali nazzjonali.

Il-Parlament għandu wkoll, wara l-preżentazzjoni tal-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni, jiġi infurmat dwar il-fażijiet varji ta' l-ipprogrammar. Il-Parlament għandu jkun jista' jeżerċita s-setgħa ta' skrutinju tiegħu.

Naturalment, Life+ seta' bbenefika minn baġit ambizzjuż. F'dan il-kuntest, l-istrateġija żviluppata mill-Kummisjoni bl-iskop li tintegra l-aspetti ambjentali ma' strumenti politiċi oħrajn għad trid tiġi ppruvata u ttestjata. Barra l-istrument finanzjarju, il-Parlament Ewropew għandu bżonn joqgħod attent ħafna għall-mod kif titqies l-istrateġija ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' Goteborg fl-iffinanzjar, speċjalment fir-rigward ta' politiki tat-trasport, tas-sajd u ta' l-iżvilupp u rigward miżuri ta' qabel is-sħubija.

Għandna responsabiltà kbira. Il-bijodiversità hija proċess dinamiku u li ma jieqafx u li jeħtieġ li jiġi appoġġjat. Billi t-territorji Ewropew jikkostitwixxu xenarju ta' relazzjonjiet bijoloġiċi kumpless, li jgħin biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-soċjetajiet tagħna, iz-zoni miżgħudin b'diversità ta' speċji jeħtieġ li tingħatalhom importanza ċentrali. U billi l-politika Ewropea qiegħda qabel kollox għas-servizz ta' l-interessi tal-popli ta' l-Ewropa, huwa ta' importanza ewlenija li tiġi żgurata għalihom il-preservazzjoni ta' riżorsi essenzjali u li m'humiex sostitwibbli.

Il-bidla klimatika hija l-isfida l-oħra li hemm bżonn li nindirizzaw. Fil-ġlieda iebsa kontra t-temperaturi li qegħdin jogħlew, Life+ jagħti appoġġ finanzjarju għat-teknoloġiji ġodda, b'mod partikulari dwak maħsuba biex jiksbu effiċenza ta' l-enerġija. F'dan il-qasam, Life+ għandu jappoġġja miżuri innovattivi li ċ-ċittadini Ewropej jixtiequ jaraw.

Konklużjoni

Ir-rapporteur tagħkom tistieden lill-membri tal-Parlament Ewropew biex jappoġġjaw il-proposti tagħha għall-emendi tat-tieni qari. Bl-għajnuna ta' l-istrument LIFE+, għandna nibqgħu iffokati fuq l-importanza ta' l-ambjent għall-proġett Ewropew. L-ambjent huwa l-unki punt ta' riferiment li ċ-ċittadini għandhom fin-nuqqas ta' direzzjoni fl-Ewropa u fin-nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-Komunità.

PROĊEDURA

Titolu

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE+)

Referenzi

6284/1/2006 – C6‑0226/2006 – 2004/0218(COD)

Data ta' l-ewwel qari tal-Parlament
– numru P

7.7 2005

A6-0131/2005 P6_TA(2005)0291

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2004)621 – C6-0127/2004

Proposta emendata tal-Kummissjoni

 

Data tat-tħabbir tal-wasla tal-pożizzjoni komuni fis-seduta plenarja

4.7.2600

Kumitat risponsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI
4.10.2004

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Marie Anne Isler Béguin
20.1.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

Marie Anne Isler Béguin

 

Eżami fil-kumitat

12.7.2006

14.9.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

14.9.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Irena Belohorská, John Bowis, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Dorette Corbey, Avril Doyle, Anne Ferreira, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Urszula Krupa, Jules Maaten, Linda McAvan, Marios Matsakis, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Vittorio Prodi, Dagmar Roth-Behrendt, Guido Sacconi, Karin Scheele, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Busquin, Milan Gaľa, Jutta D. Haug, Caroline Lucas, Ria Oomen-Ruijten, Thomas Wise

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eva Lichtenberger

Data tat-tressiq

19.9.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)