RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru.
20.9.2006 - COM(2005)0267 – C6‑0226/2005 – 2005/0113(CNS)) - *
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Paolo Costa
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru.
(COM(2005)0267 – C6‑0226/2005 – 2005/0113(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2005)0267)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat tal-KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema Artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0226/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6‑0294/2006),
1. Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tan-New Zealand.
- [1] Għadha mhix ippublikata fil-GU.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-relazzjonijiet dwar l-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi kienu tradizzjonalment irregolati minn ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn l-Istati Membi u l-pajjiżi terzi, u l-Annessi tagħhom u arranġamenti bilaterali jew multilaterali relatati oħra.
Wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-kawżi C-466/98, C-467/98, C-468/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 and C-476/98, il-Komunità għandha l-kompetenza esklussiva f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aspetti varji ta’ l-avjazzjoni esterna. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll id-dritt tal-kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità li jgawdu mid-dritt li jistabbilixxu ruħhom fil-Komunità, inkluż id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għas-suq.
Il-klawsoli tal-ħatra (designation clause) tradizzjonali fi ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru ta’ l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Dawn jippermettu li pajjiż ieħor ikun jista' jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew awtorizzazzjonijiet ta' kumpanija ta' l-ajru li kienet maħtura minn Stat Membru iżda li sostanzjalment ma tappartjenix u mhix sostanzjalment ikkontrollata mill-Istat Membru jew miċ-ċittadini tiegħu. Dan instab li jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra l-kumpaniji ta' l-ajru tal-Komunità stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru li iżda jappartjenu u huma kkontrollati minn ċittadini ta' Stati Membri oħra. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jistabbilixxu ruħhom b’mod ħieles, l-istess trattament fl-Istat Membru li jilqagħhom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.
Wara d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni f'Ġunju ta' l-2003 sabiex tagħti bidu għan-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar it-tibdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżiżtenti bi ftehima Komunitarja.[1]
F’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ dawk in-negozjati, il-Kummissjoni nnegozjat ftehima man-New Zealand li tieħu post ċertu dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru eżistenti bejn l-Istati Membri u n-New Zealand. Din il-ftehima kienet approvata mill-Kunsill f'forma ta' Deċiżjoni tal-Kunsill.
L-Artikolu 2 tal-Ftehima jieħu post il-klawsoli ta’ ħatra bi klawsola ta’ ħatra Komunitarja, li tippermetti l-ħatra ta’ kwalunkwe kumpanija ta’ l-ajru tal-Komunità skond l-istess kundizzjonijiet speċifikati.
L-Artikolu 4 jitratta t-taxxa fuq il-fjuwil għall-avjazzjoni, kwistjoni li ġiet armonizzata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-taxxa fuq il-prodotti ta’ l-enerġija u l-elettriku, partikolarment l-Artikolu 14(2) tiegħu.
L-Artikolu 5 tal-Ftehima jindirizza l-kwistjoni tat-tariffi.
Il-ftehimiet negozjati mill-Kummissjoni għandhom jiġu ffirmati u applikati proviżorjament. Id-Deċiżjoni proposta mill-Kunsill tagħti l-setgħa lill-President tal-Kunsill li jaħtar persuna jew persuni kompetenti sabiex jiffirmaw f'isem il-Komunità l-Ftehima msemmija hawn fuq, fuq bażi proviżorja sakemm tidħol fis-seħħ wara t-tkomplija tal-proċeduri neċessarji.
Il-Parlament huwa intitolat li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-Ftehima skond il-proċedura ta' konsultazzjoni skond l-Artikolu 83 ΄Ftehimiet Internazzjonali`, paragrafu 7, li jaqra kif ġej:
"Il-Parlament jagħti l-opinjoni jew il-kunsens tiegħu dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali jew ta' protokoll finanzjarju li jsir mill-Komunita` Ewropea f'votazzjoni waħda b'maġġoranza tal-voti mitfugħa mingħajr l-ammissibiltà ta' emendi għat-test tal-ftehima jew ta' protokoll."
Fuq il-bażi ta’ dak kollu msemmi hawn fuq ir-rapporteur tagħkom jissuġġerixxi li l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta’ din il-Ftehima.
- [1] Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju ta' l-2003 (dokument ristrett)
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsil dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta' l-ajru. |
||||||
Referenzi |
COM(2005)0267 – C6-0226/2005 – 2005/0113(CNS) |
||||||
Date of consulting Parliament |
6.7.2005 |
||||||
Kumitat responsabbli |
TRAN |
||||||
Committee(s) asked for opinion(s) |
|
|
|
|
|
||
Not delivering opinion(s) |
|
|
|
|
|
||
Enhanced cooperation |
|
|
|
|
|
||
Rapporteur(s) |
Paolo Costa |
|
|||||
Previous rapporteur(s) |
|
|
|||||
Proċedura simplifikata Data tad-deċiżjoni |
Artikolu 43(1) / Artikolu 43(2) |
||||||
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||
Allokazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
|
||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
13.9.2006 |
|
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
13.9.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 0 1 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Margrete Auken, Philip Bradbourn, Michael Cramer, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Luis de Grandes Pascual, Ewa Hedkvist Petersen, Jeanine Hennis-Plasschaert, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Jörg Leichtfried, Fernand Le Rachinel, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Janusz Onyszkiewicz, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Reinhard Rack, Gilles Savary, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Marta Vincenzi |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Helmuth Markov, Willem Schuth, Luis Yañez-Barnuevo García |
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Brian Simpson |
||||||
Data tat-tressiq |
20.9.2006 |
|
|||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||