RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta’ pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE u 2002/65/KE
20.9.2006 - (COM(2005)0603 – C6‑0411/2005 – 2005/0245(COD)) - ***I
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Jean-Paul Gauzès
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta’ pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE u 2002/65/KE
(COM(2005)0603 – C6‑0411/2005 – 2005/0245(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0603)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), l-ewwel u t-tielet sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-proposta tal-Kummissjoni kienet sottomessa (C6 0411/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6 0298/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirreferi l-kwistjoni mill-ġdid lill-Parlament jekk għandha l-intenzjoni li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tissostitwiha b'test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
| Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 PREMESSA 3 | |
|
(3) L-atti tal-Komunità li diġà hemm ma humiex ta’ rimedju biżżejjed għal din is-sitwazzjoni, jiġifieri, id-Direttiva 97/5/KE tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar it-trasferimenti ta’ kreditu bejn pajjiż u ieħor u r-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar il-pagamenti bejn pajjiż u ieħor bl-Euro , lanqas mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 87/598/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1987 dwar Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar il-ħlas elettroniku (relazzjonijiet bejn istituzzjonijiet finanzjarji, kummerċjanti u stabbilimenti ta’ servizz, u l-konsumaturi) , mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 88/590/KEE tas-17 ta' Novembru 1988 dwar sistemi ta' pagamenti, u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn min ikollu card u min joħroġ il-card , jew mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE tat-30 ta’ Lulju 1997 dwar tranżazzjonijiet bi strumenti ta’ pagament elettroniku u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn min joħroġ u min ikollu card. Għall-kuntrarju, il-ko-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ma’ qafas Komunitarju mhux komplut ta lok għal konfużjoni u nuqqas ta’ ċertezza legali, minħabba regolamenti li jirkbu fuq xulxin.
|
(3) Diversi atti tal-Komunità li diġà ġew adottati f'dan il-qasam, jiġifieri, id-Direttiva 97/5/KE tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar it-trasferimenti ta’ kreditu bejn pajjiż u ieħor u r-Regolament (KE) Nru 2560/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2001 dwar il-pagamenti bejn pajjiż u ieħor bl-Euro, ma kinux ta’ rimedju biżżejjed għal din is-sitwazzjoni kif ma kinux ukoll ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 87/598/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1987 dwar Kodiċi ta’ Kondotta Ewropew dwar il-ħlas elettroniku (relazzjonijiet bejn istituzzjonijiet finanzjarji, kummerċjanti u stabbilimenti ta’ servizz, u l-konsumaturi), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 88/590/KEE tas-17 ta' Novembru 1988 dwar sistemi ta' pagamenti, u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn min ikollu card u min joħroġ il-card , jew ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 97/489/KE tat-30 ta’ Lulju 1997 dwar tranżazzjonijiet bi strumenti ta’ pagament elettroniku u b'mod partikolari r-relazzjoni bejn min joħroġ u min ikollu card. Madankollu, dawn il-miżuri għadhom mhumiex biżżejjed. Il-ko-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ma’ qafas Komunitarju mhux komplut jagħti lok għal konfużjoni u nuqqas ta’ ċertezza legali
|
Emenda 2 PREMESSA 4 | |
|
(4) Huwa għalhekk vitali li fuq il-livell tal-Komunità jitwaqqaf qafas legali modern u koerenti għas-servizzi ta’ pagamenti.
|
(4) Huwa għalhekk vitali li fuq il-livell tal-Komunità jitwaqqaf qafas legali modern u koerenti għas-servizzi ta’ pagamenti kemm jekk is-servizzi huma kompatibbli mas-sistema li tirriżulta mill-inizjattiva tas-settur finanzjarju għaz-Zona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) kemm jekk le, li huwa newtrali sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ugwali għas-sistemi ta’ pagament kollha, sabiex tinżamm l-għażla għall-konsumatur, li għandha tfisser progress konsiderevoli f'termini ta' spejjeż għall-konsumatur, sikurezza u effiċjenza, meta mqabbla mas-sistemi nazzjonali attwali. Għandu jkun hemm dejjem salvagwardji li jiżguraw li l-ispejjeż ta' l-istrumenti ta' pagament għall-utenti ma' jogħlewx b'riżultat ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u bit-twaqqif ta' zona unika ta' pagamenti (SEPA).
|
Emenda 3 PREMESSA 6 | |
|
Madankollu, m'hux xieraq li dak il-qafas legali jkun jinkludi kollox. L-applikazzjoni tiegħu għandha tkun limitata għal fornituri li l-attività ewlenija taghħom tikkonsisti fl-għoti ta’ servizzi ta’ pagament lil utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Lanqas ma huwa xieraq li japplika għal servizzi fejn it-trasferiment tal-fondi minn min iħallas għal min qed jitħallas, jew it-trasportazzjoni tiegħu, isir biss f’karti tal-flus u muniti jew fejn it-trasferiment ikun ibbażat fuq ċekk, kont, kambjala jew strumenti oħra, vawċers jew cards li jgħajtu lil fornitur ta’ servizz ta’ pagament jew xi parti oħra bil-ħsieb li jitqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni ta’ min qed jitħallas. Għalkemm il-qafas legali għandu japplika għal utenti ta’ servizzi ta’ pagament u r-relazzjoni tagħhom ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kull fejn jużaw servizzi ta’ pagament, ċerti dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal transazzjonijiet li jkunu ogħla minn ċertu ammont peress li l-utent x’aktarx li jkun f’pożizzjoni li jinnegozja termini u kundizzjonijiet aktar speċifiċi u xierqa mal-fornitur tas-servizz ta’ pagament.
|
Madankollu, m'hux xieraq li dak il-qafas legali jkun jinkludi kollox. L-applikazzjoni tiegħu għandha tkun limitata għal fornituri li l-attività ewlenija tagħhom tikkonsisti fl-għoti ta’ servizzi ta’ pagament lil utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Lanqas ma huwa xieraq li japplika għal servizzi fejn it-trasferiment tal-fondi minn min iħallas għal min qed jitħallas, jew it-trasportazzjoni tiegħu, isir biss f’karti tal-flus u muniti jew fejn it-trasferiment ikun ibbażat fuq ċekk, kont, kambjala jew strumenti oħra, vawċers jew kards li permezz tagħhom jinġibdu flus mingħand fornitur ta’ servizz ta’ pagament jew xi parti oħra bil-ħsieb li jitqiegħdu fondi għad-dispożizzjoni ta’ min qed jitħallas. Għalkemm il-qafas legali għandu japplika għal utenti ta’ servizzi ta’ pagament u r-relazzjoni tagħhom ma’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kull fejn jużaw servizzi ta’ pagament, ċerti dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal transazzjonijiet li jkunu ogħla minn ċertu ammont u li jsiru mill-intrapriżi peress li l-utent x’aktarx li jkun f’pożizzjoni li jinnegozja termini u kundizzjonijiet aktar speċifiċi u xierqa mal-fornitur tas-servizz ta’ pagament.
|
Emenda 4 PREMESSA 8 | |
|
Madankollu, biex jitneħħa x-xkiel legali għad-dħul fis-suq hu meħtieġ li tkun stabbilita liċenzja waħda għall-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagamenti li ma jkollhomx x’jaqsmu mat-teħid ta’ depożiti jew il-ħruġ ta’ flus elettroniċi. Hu xieraq, għalhekk, li tiddaħħal ir-raba’ kategorija ta’ fornitur ta’ servizz, minn issa ‘l quddiem “istituzzjoni ta’ pagament”, billi jsiru dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, soġġetta għal sett ta’ kundizzjonijiet stretti u li jieħdu kont ta’ kollox, ta’ persuni naturali jew legali barra l-kategoriji eżistenti, biex jipprovdu servizzi ta' pagament madwar il-Komunità. Għaldaqstant, l-istess kundizzjonijiet ikunu jgħoddu madwar il-Komunità kollha għal servizzi bħal dawn.
|
Madankollu, biex jitneħħa x-xkiel legali għad-dħul fis-suq hu meħtieġ li tkun stabbilita liċenzja waħda għall-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ pagamenti li ma jkollhomx x’jaqsmu mat-teħid ta’ depożiti jew il-ħruġ ta’ flus elettroniċi. Hu xieraq, għalhekk, li tiddaħħal kategorija ġdida ta’ fornitur ta’ servizz, minn issa ‘l quddiem “istituzzjoni ta’ pagament”, billi jsiru dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, soġġetta għal sett ta’ kundizzjonijiet stretti u li jieħdu kont ta’ kollox, ta’ persuni legali barra l-kategoriji eżistenti, biex jipprovdu servizzi ta' pagament madwar il-Komunità. Għaldaqstant, l-istess kundizzjonijiet ikunu jgħoddu madwar il-Komunità kollha għal servizzi bħal dawn.
|
Emenda 5 PREMESSA 9 | |
|
Il-kundizzjonijiet għall-għoti u ż-żamma ta’ l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament għandha tinkludi rekwiżiti prudenzjali proporzjonati mar-riskji operazzjonali u finanzjarji li jkollhom korpi bħal dawn fil-kors tan-negozju tagħhom. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jirriflettu l-fatt li istituzzjonijiet ta’ pagament huma mdaħħlin f’attivitajiet aktar speċjalizzati u ristretti, u b’hekk jiġġeneraw riskji li huma ħafna aktar ristretti u li jistgħu ikunu monitorjati u kkontrollati b’aktar ħeffa minn dawk li jqumu madwar il-firxa ta' attivitajiet ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. B’mod partikolari, istituzzjonijiet ta’ pagament m’għandhomx jitħallew jaċċettaw depożiti minn utenti u jitħallew jużaw biss fondi li jkunu aċċettati minn utenti biex jingħataw servizzi ta’ pagament. Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex fondi tal-klijenti jinżammu mifruda mill-fondi ta’ l-istituzzjoni ta’ pagament għal skopijiet ta' negozju ieħor. Istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ukoll ikunu soġġetti għal rekwiżiti effiċjenti kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu.
|
Il-kundizzjonijiet għall-għoti u ż-żamma ta’ l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament għandha tinkludi rekwiżiti prudenzjali proporzjonati mar-riskji operazzjonali u finanzjarji li jkollhom korpi bħal dawn fil-kors tan-negozju tagħhom. Hawnhekk jeħtieġ li jiġi żgurat li l-istess riskji jiġu ttrattati bl-istess mod għal kull fornitur ta' servizz ta' pagament. Ir-rekwiżiti għall-istituzzjonjiet ta' pagament għandhom jirriflettu l-fatt li istituzzjonijiet ta’ pagament huma mdaħħlin f’attivitajiet aktar speċjalizzati u ristretti, u b’hekk jiġġeneraw riskji li huma ħafna aktar ristretti u li jistgħu jkunu monitorjati u kkontrollati b’aktar ħeffa minn dawk li jqumu madwar il-firxa aktar wiesgħa ta' attivitajiet ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. B’mod partikolari, istituzzjonijiet ta’ pagament m’għandhomx jitħallew jaċċettaw depożiti minn utenti u jitħallew jużaw biss fondi li jkunu aċċettati minn utenti biex jingħataw servizzi ta’ pagament. Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex fondi tal-klijenti jinżammu mifruda mill-fondi ta’ l-istituzzjoni ta’ pagament għal skopijiet ta' negozju ieħor. Istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ukoll ikunu soġġetti għal rekwiżiti effiċjenti kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu.
|
Emenda 6 PREMESSA 9 A (ġdida) | |
|
|
(9a) Billi huwa importanti li tkun garantita l-istabbilità finanzjarja ta' l-istituzzjonijiet ta’ pagament, mhux f'loku li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jagħtu self bħal self b'ipoteka fuq il-proprjetà jew self għall-konsum fuq perjodu ta' tul medju, minħabba li dawn huma attivitajiet relatati mill-qrib man-negozju bankarju. Madankollu, fejn il-kreditu huwa mogħti bl-għan li jiffaċilita operazzjonijiet ta' pagament u għal perjodu ta' żmien qasir bħal, pereżempju, fil-każ ta' l-għoti ta' kards ta' kreditu, jew huwa b'xi mod ieħor marbut strettament ma' operazzjonijiet ta' pagament ta' l-istituzzjoni ta’ pagament, huwa xieraq li dan ikun permess fejn dan jiġi ffinanzjati mill-ġdid permezz tal-fondi ta' l-istituzzjoni ta’ pagament innifisha, u mhux mill-fondi miżmuma f'isem il-klijenti għall-operazzjonijiet ta' pagament. |
Emenda 7 PREMESSA 10 | |
|
(10) L-Istati Membri għandhom jindikaw l-awtoritajiet responsabbli li jagħtu awtorizzazzjoni lil istituzzjonijiet ta’ pagament biex iwettqu kontrolli kontinwi u biex jiddeċiedu jekk għandhomx jirtiraw xi awtorizzazzjoni. Biex ikun hemm opportunitajiet u kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd, l-Istati Membri m’għandhomx iżidu rekwiżiti oħra ma’ dawk li hemm f’din id-Direttiva preżenti. Madankollu, għandu jkun hemm il-possibbiltà li d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jkunu kkuntestati. Barra minn dan, il-ħidmiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu bla preġudizzju għas-superviżjoni fuq is-sistemi ta’ pagament li, skond ir-raba' subinċiż ta’ l-Artikolu 105(2) tat-Trattat tal-KE, hija ħidma li għandha ssir mis-Sistema Ewropea tal-banek Ċentrali.
|
(10) Huwa koerenti li l-Istati Membri jindikaw bħala l-awtoritajiet responsabbli li jagħtu awtorizzazzjoni lil istituzzjonijiet ta’ pagament biex iwettqu kontrolli kontinwi u biex jiddeċiedu jekk għandhomx jirtiraw xi awtorizzazzjoni, lill-awtoritajiet li jaqdu l-istess funzjoni fir-rigward ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Biex ikun hemm opportunitajiet u kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd, l-Istati Membri m’għandhomx iżidu rekwiżiti oħra ma’ dawk li hemm f’din id-Direttiva preżenti. Madankollu, għandu jkun hemm il-possibbiltà li d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jkunu kkuntestati fil-qrati. Barra minn dan, il-ħidmiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu bla preġudizzju għas-superviżjoni fuq is-sistemi ta’ pagament li, skond ir-raba' subinċiż ta’ l-Artikolu 105(2) tat-Trattat tal-KE, hija ħidma li għandha ssir mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. |
Emenda 8 PREMESSA 14 | |
|
(14) Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal tranżazzjonijet ta’ pagament li jkunu saru fi flus kontanti jew dawk ibbażati fuq ċekkijiet peress li, min-natura tagħhom, dawn ma jistgħux ikunu pproċessati b’mod effiċjenti daqs metodi oħra ta’ pagamenti, b’mod partikolari l-pagamenti elettroniċi.
|
(14) Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal tranżazzjonijet ta’ pagament li jkunu saru fi flus kontanti ladarba diġà jeżisti Suq Uniku ta' Pagamenti għall-flus kontanti. Din id-Direttiva lanqas m'għandha tapplika għal dawk it-tranżazzjonijet ta' pagament ibbażati fuq ċekkijiet peress li, min-natura tagħhom, dawn ma jistgħux ikunu pproċessati b’mod effiċjenti daqs metodi oħra ta’ pagament. Madankollu, prattika tajba f'dan il-qasam għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji stipulati f'din id-Direttiva.
|
Emenda 9 PREMESSA 15 | |
|
(15) Ir-regoli f’din id-Direttiva dwar it-trasparenza tal-kundizzjonijiet għal servizzi ta’ pagament u dawk dwar drittijiet u obbligi marbuta ma’ l-għoti u l-użu ta’ servizzi ta’ pagament m’għandhomx japplikaw meta l-ammont ta’ transazzjoni ta’ pagament ikun akbar minn EUR 50,000 peress li pagamenti li jkunu akbar minn hekk ġeneralment ma jkunux ipproċessati bl-istess mod, u ħafna drabi dawn jgħaddu minn netwerks differenti u jgħaddu minn proċeduri tekniċi u legali li għandhom jinżammu.
|
imħassra
|
Emenda 10 PREMESSA 18 | |
|
(18) L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun propozjonali għal mal-ħtiġijiet ta’ l-utenti u kkomunikata f’manjiera stabbilita. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal transazzjoni ta’ pagament waħda għandha tkun differenti minn dawk għal ftehim ta’ qafas li jipprovdi għal sensiela ta' transazzjonijiet ta' pagament. |
(18) L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonali għall-ħtiġijiet ta’ l-utenti u kkomunikata f’manjiera stabbilita. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal tranżazzjoni ta’ pagament waħda għandha tkun differenti minn dawk għal kuntratt ta' qafas li jipprovdi għal sensiela ta' tranżazzjonijiet ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Bl-iskop li l-koerenza tat-test tkun żgurata. | |
Emenda 11 PREMESSA 21 | |
|
(21) Biex ikun hemm inċentiv għall-utent tas-servizz ta’ pagament li jgħarraf lill-fornitur tiegħu dwar xi serq jew telf ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament mingħajr dewmien bla bżonn u għalhekk biex jitnaqqas ir-riskju ta’ transazzjonijiet mhux awtorizzati, l-utent għandu jkun responsabbli biss għal ammont limitat sa dak iż-żmien li fih jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament dwar it-telf jew is-serq, sakemm l-utent tas-servizz ta' pagament ma jkunx aġixxa b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira. Barra minn dan, darba li utent ikun għarraf lil fornitur ta’ servizz ta’ pagament li l-istrument tiegħu ta’ verifika ta’ pagament seta’ ġie mqiegħed fil-periklu, dan m'għandux jintalab li jkopri aktar telf li jkun ġej mill-użu mhux awtorizzat ta’ dak l-istrument. Jekk l-istrument ta’ verifika ta' pagament ta' l-utent ma jkunx intilef jew insteraq, huwa m’għandu jġorr l-ebda konsegwenza finanzjarja ta’ użu mhux awtorizzat.
|
(21) Biex ikun hemm inċentiv għall-utent tas-servizz ta’ pagament li jgħarraf lill-fornitur tiegħu dwar xi serq jew telf ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament mingħajr dewmien bla bżonn u għalhekk biex jitnaqqas ir-riskju ta’ transazzjonijiet mhux awtorizzati, l-utent għandu jkun responsabbli biss għal ammont limitat sa dak iż-żmien li fih jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament dwar it-telf jew is-serq, sakemm l-utent tas-servizz ta' pagament ma jkunx aġixxa b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira. Barra minn dan, darba li utent ikun għarraf lil fornitur ta’ servizz ta’ pagament li l-istrument tiegħu ta’ verifika ta’ pagament seta’ ġie mqiegħed fil-periklu, dan m'għandux jintalab li jkopri aktar telf li jkun ġej mill-użu mhux awtorizzat ta’ dak l-istrument. Il-fornituri ta' servizzi ta’ pagament huma responsabbli mis-sigurtà teknika tal-prodotti tagħhom stess.
|
Emenda 12 PREMESSA 21 A (ġdida) | |
|
|
(21a) Fil-każ ta' użu mhux awtorizzat ta' strumenti ta' verifika l-imġieba li ġejja, fost affarijiet oħra, għandha titqies bħala traskuraġni kbira: - il-fatt li l-pussessur jieħu nota tan-numru, jew kwalunkwe kodiċi ieħor, ta' identifikazzjoni tiegħu b'mod li jista' jingħaraf faċilment, b'mod partikulari fuq l-istrument tat-trasferiment elettroniku tal-fondi jew fuq oġġett jew dokument li l-pussessur iżomm jew iġorr flimkien ma' l-istrument, u - in-nuqqas tal-possessur li jinforma lill-fornitur dwar xi serq jew telf ta’ strument ta’ verifika malli jinduna bih. Biex tiġi evalwata n-negliġenza ta' l-utent tas-servizz ta' pagament, għandhom jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha. Il-preżentazzjoni min-naħa tal-fornitur tad-dokumentazzjoni msemmija u l-użu ta' l-istrument għall-pagament bil-kodiċi li l-pussessur biss ikun jaf, m'għandhomx jitqiesu bħala prova biżżejjed ta' traskuraġni tal-pussessur. Termini u kundizzjonijiet kuntrattwali relatati ma' l-għoti u l-użu ta' strument tat-trasferiment elettroniku tal-fondi, li l-effett tagħhom ikun li jżidu r-responsabilità tal-prova li taqa' fuq il-konsumatur jew li jnaqqsu r-responsabilità tal-prova li taqa' fuq min joħroġ l-istrument għandhom jitqiesu nulli u bla effett. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda hija bbażata fuq l-Emenda 63 tar-rapporteur għal opinjoni u għandha titqies bħala premessa biex tispjega l-Artikolu 46. | |
Emenda 13 PREMESSA 22 | |
|
(22) Għandu jkun hemm allokazzjoni għal telf li jiġġarrab fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal utenti ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu impriżi li jkunu akbar mid-daqs ta’ mikro-intrapriża kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' mikro-intrapriżi, intrapriżi zgħar u ta’ daqs medju kif ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fl-20 ta’ Mejju 2003 , peress li intrapriżi bħal dawn ikunu normalment f’pożizzjoni li jevalwaw ir-riskju ta’ frodi u jieħdu miżuri biex jilqgħu għalihom. |
(22) Għandu jkun hemm allokazzjoni għal telf li jiġġarrab fil-każ ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati. Dispożizzjonijiet differenti jistgħu japplikaw għal utenti ta’ servizzi ta’ pagament li jkunu utenti professjonali, peress li utenti bħal dawn ikunu normalment f’pożizzjoni li jevalwaw ir-riskju ta’ frodi u jieħdu miżuri biex jilqgħu għalihom. |
Ġustifikazzjoni | |
L-intrapriżi jagħmlu aktar pagamenti mill-konsumaturi u għalhekk statistikament dan jagħti lok għal aktar żbalji. Għalhekk huma għandu jkollhom ukoll protezzjoni simili waqt li jsostnu parti ikbar mit-telf. | |
Emenda 14 PREMESSA 24 | |
|
Fid-dawl tal-ħeffa li biha sistemi moderni ta’ pagament totalment awtomatizzati jistgħu jipproċessaw transazzjonijiet ta’ pagament, jiġifieri li wara ċertu punt l-ordnijiet ta’ pagament ma jkunux jistgħu jiġu revokati mingħajr spejjeż kbar ta’ interventi manwali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat terminu ta’ żmien ċar għar-revoki biex ikun jista’ jsir ipproċessar effiċjenti fil-waqt li jkun hemm żgur ċertezza legali għall-partijiet kollha involuti. Huwa xieraq li jiġi definit dak il-mument preċiż bħala l-mument ta’ l-aċċettazzjoni mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament u li jkun stipulat li dan għandu jiġi mgħarraf mingħajr telf ta’ żmien espliċitament jew impliċitament lill-utent tas-servizz ta’ pagament. |
(24) Fid-dawl tal-ħeffa li biha sistemi moderni ta’ pagament totalment awtomatizzati jistgħu jipproċessaw tranżazzjonijiet ta’ pagament, jiġifieri li wara ċertu punt l-ordnijiet ta’ pagament ma jkunux jistgħu jiġu revokati mingħajr spejjeż kbar ta’ interventi manwali, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat mument li fih ordni ta' pagament issir irrevokabbli biex ikun jista’ jsir ipproċessar effiċjenti fil-waqt li jkun hemm żgur ċertezza legali għall-partijiet kollha involuti. Huwa xieraq li jiġi definit dak il-mument preċiż bħala l-mument li fih l-ordni ordni ta' pagament ġiet irċevuta mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament. Iżda, fejn il-fornitur ta' servizz ta’ pagament ma pproċessax il-pagament, għandu jkun possibbli għall-utent ta' servizz ta’ pagament li jitlob li dan ma jsirx. |
Emenda 15 PREMESSA 26 | |
|
(26) Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ miżati, l-esperjenza wriet li t-tqassim ta’ miżati bejn min iħallas u min jitħallas huwa l-aktar sistema effiċjenti peress li tiffaċilita l-ipproċessar dirett tal-pagamenti. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni biex il-miżati jinġabru direttament mingħand min qed iħallas u mingħand min jitħallas mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom. Madankollu, dan għandu japplika biss meta sew il-fornitur ta’ min qed iħallas kif ukoll dak ta’ min qed jitħallas ikunu fil-Komunità u fejn it-transazzjoni ma tkunx teħtieġ tisrif ta’ munita.
|
(26) Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ miżati, l-esperjenza wriet li t-tqassim ta’ miżati bejn min iħallas u min jitħallas huwa l-aktar sistema effiċjenti peress li tiffaċilita l-ipproċessar dirett tal-pagamenti. Għandha għalhekk issir dispożizzjoni sabiex, f'kundizzjonijiet normali l-miżati jinġabru direttament mingħand min qed iħallas u mingħand min jitħallas, mill-fornituri tas-servizzi ta’ pagament rispettivi tagħhom. Madankollu, dan għandu japplika biss fejn it-tranżazzjoni ma tkunx teħtieġ tisrif ta’ munita. F'ħafna tranżazzjonijiet kummerċjali, ta' xogħol jew tat-tassazzjoni huwa solitu jew essenzjali li waħda mill-partijiet ikkonċernati tħallas l-ispejjeż kollha. Għalkemm il-qsim ta' l-ispejjeż għandu jkun in-norma, għalhekk, eċċezzjonijiet li jħallu lil min iħallas jew min jitħallas, iġarrab l-ispiża kollha hu, jistgħu jkunu miftehma bejn min iħallas jew min qed jitħallas u mill-fornitur tas-servizz ta' pagament rispettiv tagħhom.
|
Emenda 16 PREMESSA 27 | |
|
(27) Biex titjieb l-effiċjenza tal-pagamenti madwar il-Komunità, għandu jkun stabbilit perjodu ta’ twettiq ta’ mhux aktar minn ġurnata għal pagamenti kollha mibdijin minn min qed iħallas u li ma jkunux jeħtieġu kambju ta’ munita, inkluż trasferimenti ta’ krediti u sottomissjoni ta’ flus. Għal pagamenti mibdija minn jew permezz ta’ min qed jitħallas, inklużi debiti diretti u pagamenti bil-card, fin-nuqqas ta’ ftehim espliċitu li jistabbilixxi perjodu ta’ twettiq itwal bejn il-fornitur ta' servizz ta' pagament u l-utent ta' servizz ta' pagament, għandu japplika l-perjodu ta’ ġurnata waħda. Fil-każ ta’ pagament purament fi ħdan pajjiż wieħed, madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-infrastrutturi ta’ pagament nazzjonali huma ħafna drabi effiċjenti ħafna u biex il-livell preżenti ta’ servizz ma jmurx lura, l-Istati Membri għandhom jitħallew li jkollhom regoli li jispeċifikaw perjodu ta’ twettiq ta' anqas minn ġurnata.
|
(27) Biex titjieb l-effiċjenza tal-pagamenti madwar il-Komunità, għandu jkun il-mira perjodu ta’ twettiq ta’ mhux aktar minn jumejn għal pagamenti kollha mibdijin minn min qed iħallas bl-euro u bil-muniti Ewropej l-oħra kollha, inkluż trasferimenti ta’ krediti u sottomissjoni ta’ flus. Għal pagamenti l-oħra kollha, bħall-pagamenti mibdija minn jew permezz ta’ min qed jitħallas, inklużi debiti diretti u pagamenti bil-kard, fin-nuqqas ta’ ftehim espliċitu li jistabbilixxi perjodu ta’ twettiq itwal bejn il-fornitur ta' servizz ta' pagament u l-utent ta' servizz ta' pagament, għandu wkoll japplika l-perjodu ta’ jumejn. Fil-każ ta’ pagament purament fi ħdan pajjiż wieħed, madankollu, fid-dawl tal-fatt li l-infrastrutturi ta’ pagament nazzjonali huma ħafna drabi effiċjenti ħafna u biex il-livell preżenti ta’ servizz ma jmurx lura, l-Istati Membri għandhom jitħallew li jkollhom regoli li jispeċifikaw, fejn hu xieraq, perjodu ta’ twettiq ta' anqas minn ġurnata. |
Emenda 17 PREMESSA 27 A (ġdida) | |
|
|
Billi fil-preżent mhux fattibbli li jintalab investiment f'sistemi maħsuba biex jiffaċilitaw il-pagamenti biex isiru f'ħin iqsar mit-tmiem tat-tieni ġurnata ta' xogħol wara l-ġurnata li fiha tkun saret it-tranżazzjoni (D+2), huwa mixtieq li sa l-2014, kull tranżazzjoni ta' pagament tkun disponibbli għal min qed jitħallas l-ewwel ġurnata ta' xogħol wara li din tkun saret. |
Emenda 18 PREMESSA 27 A (ġdida) | |
|
|
(27b) Jeħtieġ li tiġi inkoraġġuta l-mobilità ta' klijenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, b'mod partikolari bl-introduzzjoni tal-portabilità ta' numri ta' kontijiet tal-bank, jew permezz ta' servizzi oħrajn bl-istess skop, meta jibdlu l-istituzzjoni ta' kreditu tagħhom u billi jsir aktar sempliċi l-ftuħ ta' kont ġdid fi Stat Membru ieħor. |
Emenda 19 PREMESSA 28 | |
|
(28) Fid-dawl tad-differenzi bejn ir-regoli li jirregolaw it-tħaddim ta’ sistemi ta’ pagament fi ħdan il-Komunità u dawk li jirregolaw sistemi ta’ pagament f’pajjiżi terzi, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq għall-ammont sħiħ u l-perjodu tat-twettiq ikunu ristretti għal każijiet fejn il-fornituri tas-servizz ta’ pagament kemm ta’ min iħallas kif ukoll ta’ min qed jitħallas ikunu fil-Komunità.
|
(28) Id-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq għall-ammont sħiħ u l-perjodu tat-twettiq għandhom jikkostitwixxu prattika tajba f'każijiet fejn wieħed mill-fornituri tas-servizz ta’ pagament ma jkunx fil-Komunità.
|
Emenda 20 PREMESSA 29 | |
|
(29) Huwa essenzjali li l-utenti ta’ servizz ta’ pagament ikun jaf l-ispejjeż reali u l-ħlasijiet għas-servizz ta’ pagament biex ikun jista’ jagħmel għażla xierqa. Għaldaqstant, m’għandhomx jitħallew jintużaw metodi ta’ ipprezzar li ma jkunux trasparenti, peress li normalment wieħed jifhem li dawk il-metodi jagħmluha diffiċli ħafna għall-utenti biex jistabbilixxi l-prezz reali tas-servizz ta’ pagament. Speċifikament, l-użu ta’ value dating li jkun ta’ żvantaġġ għall-utent m'għandux jitħalla.
|
(29) Huwa essenzjali li utenti ta’ servizz ta’ pagament ikunu jafu l-ispejjeż reali u l-ħlasijiet għas-servizz ta’ pagament biex ikunu jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom. Għaldaqstant, m’għandhomx jitħallew jintużaw metodi ta’ ipprezzar li ma jkunux trasparenti, peress li normalment wieħed jifhem li dawk il-metodi jagħmluha diffiċli ħafna għall-utenti biex jistabbilixxu l-prezz reali tas-servizz ta’ pagament. Speċifikament, l-użu ta’ value dating li jkun ta’ żvantaġġ għall-utent m'għandux jitħalla.
|
Emenda 21 PREMESSA 30 | |
|
(30) Biex ikun żgurat li s-sistema ta' pagament taħdem mingħajr skossi u b’mod effiċjenti, l-utent irid jistrieħ fuq il-fornitur, li jwettaq kif suppost it-transazzjoni ta’ pagament u fi żmien li jkun miftiehem. Madankollu, f'temini formali, ftit hemm xi jtellef lill-fornitur milli jagħmel hekk. L-ewwelnett, il-fornitur jinsab f’pożizzjoni li jevalwa r-riskji involuti fit-transazzjoni ta’ pagament li jkun aċċetta li jwettaq. It-tieni, huwa l-fornitur li ipprovdi s-sistema ta' pagament, jagħmel arranġamenti biex jerġa’ jiġbor fondi li jkunu ntilfu jew li jkunu ġew trasferiti ħażin, u jiddeċiedi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dwar l-intermedjarji involuti fit-twettieq ta’ transazzjoni. It-tielet, bin-numru kbir ta’ transazzjonijiet ta’ pagament li jsiru, ikun eħfef għall-fornitur li jara x’riskji hemm li s-sistema ta' pagament tagħmel żbalji jew taħdem ħażin, u li jirrifletti dan ir-riskju fil-ħlasijiet li jitlob. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, huwa għal kollox xieraq li tkun imposta responsabbiltà stretta fuq il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament f’dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’ transazzjoni ta’ pagament aċċettata mill-utent. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet dwar responsabbiltà stretta m'għandhomx ikunu applikabbli għal kollox meta l-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas ikun jinsab barra l-Komunità.
|
(30) Biex ikun żgurat li s-sistema ta' pagament taħdem mingħajr skossi u b’mod effiċjenti, l-utent irid jistrieħ fuq il-fornitur, li jwettaq kif suppost it-tranżazzjoni ta’ pagament u fi żmien li jkun miftiehem. Normalment, il-fornitur jinsab f’pożizzjoni li jevalwa r-riskji involuti fit-tranżazzjoni ta’ pagament li jkun aċċetta li jwettaq. Huwa l-fornitur li jipprovdi s-sistema ta' pagament, jagħmel arranġamenti biex jerġa’ jiġbor fondi li jkunu ntilfu jew li jkunu ġew trasferiti ħażin, u jiddeċiedi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dwar l-intermedjarji involuti fit-twettieq ta’ transazzjoni. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, huwa għal kollox xieraq, minbarra f'każijiet ta' force majeure, li tkun imposta responsabbiltà stretta fuq il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament f’dak li għandu x’jaqsam mat-twettiq ta’ tranżazzjoni ta’ pagament aċċettata mill-utent.
|
Emenda 22 PREMESSA 31 A (ġdida) | |
|
|
(31a) Din id-Direttiva għandha tħares l-effettività ta' strumenti ta’ pagament, li jintużaw b'mod effettiv ħafna u f'numru kbir ta' tranżazzjonijet annwali f'xi Stati Membri u li jippreżentaw riskji negliġibbli għall-għanijiet ta' din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Irreferi għall-ġustifikazzjoni ta' l-Artikolu 53a ġdid propost. Din il-premessa hija marbuta miegħu. | |
Emenda 23 PREMESSA 32 | |
|
(32) Biex titħaffef il-prevenzjoni effettiva tal-frodi, u biex tkun miġġielda l-frodi madwar il-Komunità, għandha ssir dispożizzjoni għal skambju effiċjenti ta’ data bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li għandhom jitħallew jiġbru, jipproċessaw u jiskambjaw data personali li għandha x’taqsam ma’ persuni involuti fi frodi ta’ pagament. Dawk l-attivitajiet kollha għandhom isiru f’ konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.
|
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija) |
Emenda 24 PREMESSA 40 | |
|
(40) Fl-interess taċ-ċertezza legali, ikun xieraq li jsiru arranġamenti transizzjonali li permezz tagħhom persuni li jkunu bdew l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament skond il-liġi nazzjonali li tkun fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jkomplu dawk l-attivitajiet fi ħdan l-Istat Membru konċernat għal perjodu speċifiku.
|
(40) Fl-interess taċ-ċertezza legali, ikun xieraq li jsiru arranġamenti tranżizzjonali li permezz tagħhom persuni legali li jkunu bdew l-attivitajiet ta’ istituzzjonijiet ta’ pagament skond il-liġi nazzjonali li tkun fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jkunu jistgħu jkomplu dawk l-attivitajiet fi ħdan l-Istat Membru konċernat għal perjodu speċifiku.
|
Emenda 25 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
Din id-Direttiva tfassal regolamenti li skondhom l-Istati Membri għandhom jiddistingwu l-erba’ kategoriji li ġejjin ta’ fornitur ta’ servizz ta’ pagament: |
1. Din id-Direttiva tfassal regolamenti li skondhom l-Istati Membri għandhom jiddistingwu l-ħames kategoriji li ġejjin ta’ fornitur ta’ servizz ta’ pagament: |
Emenda 26 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 1, PUNT (A) | |
|
(a) istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2000/12/KE; |
(a) istituzzjonijiet ta’ kreditu skond it-tifsira ta' Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2000/12/KE; |
Emenda 27 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 1, PUNT (B) | |
|
(b) istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE; |
(b) istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi skond it-tifsira ta' Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2000/46/KE; |
Emenda 28 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 1 , PUNT (D) | |
|
(d) persuni naturali jew legali oħrajn li jkunu ngħataw l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva biex jipprovdu u jwettqu servizzi ta’ pagament madwar il-Komunità, minn issa ‘l quddiem “istituzzjonijiet ta’ pagament”. |
(d) istituzzjonijiet ta’ pagament skond it-tifsira ta' din id-Direttiva; |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-fehma tar-rapporteur mhux f'loku li persuni naturali jitħallew jeżerċitaw l-attivitajiet ta' istituzzjoni ta’ pagament. | |
Emenda 29 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 1 , PUNT (D A) (ġdid) | |
|
|
(da) banek ċentrali, meta dawn ma jissodisfawx id-dmirijiet partikolari assenjati lilhom fl-Artikolu 105(2) tat-Trattat KE. |
Emenda 30 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 1 A (ġdid) | |
|
|
L-Istati Membri jew l-awtoritajiet reġjonali jew lokali tagħhom m'għandhomx jitqiesu bħala fornituri ta' servizzi ta' pagament. |
Emenda 31 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 2 | |
|
Din id-Direttiva tfassal regolamenti dwar kundizzjonijiet ta’ trasparenza, u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ l-utenti u tal-fornituri, f'relazzjoni ma’ l-għoti ta’ servizzi ta’ pagamenti bħala ħidma regolari jew attività tan-negozju. |
2. Din id-Direttiva tfassal regolamenti dwar kundizzjonijiet ta’ trasparenza, u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ l-utenti ta' servizzi ta' pagament u tal-fornituri ta' servizzi ta' pagament, f'relazzjoni ma’ l-għoti ta’ servizzi ta’ pagamenti bħala ħidma regolari jew attività tan-negozju. |
Emenda 32 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 3 | |
|
Il-banek ċentrali li jaġixxu ta’ awtoritajiet monetarji u awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' pagament mhumiex ikkunsidrati li huma fornituri ta' servizzi ta' pagament.; |
imħassar |
Emenda 33 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 3 A (ġdid) | |
|
|
Din id-Direttiva ma tapplikax għal għaqdiet ta' kreditu rregolati mil-liġijiet nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għaqdiet ta' kreditu normalment huma fornituri żgħar ta' servizzi għat-tifdil u għas-self lil membri li għandhom konnessjoni komuni. Għandhom irwol important ħafna fil-ġlieda kontra l-esklużjoni finanzjarja. Ħafna minnhom ma joffrux servizz ta' kuljum u għalhekk ma jkunux jistgħu jikkonformaw ma' wħud mid-dispożizzjonijiet għan-negozju fid-direttiva. Dawn, minn natura tagħhom huma istituzzjonijiet lokali u mhux probabbli li fil każ tagħhom ikunu involuti fi tranżazzjonijiet transkonfinali. | |
Emenda 34 ARTIKOLU 2 | |
|
1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal attivitajiet ta’ negozju, elenkati fl-Anness, li jikkonsistu fit-twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ pagament f’isem persuna naturali jew legali, minn issa msejħa “servizzi ta’ pagament”, fejn mill-anqas wieħed mill-fornturi ta’ servizz ta’ pagament ikun jinsab fil-Komunità. |
Din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi ta' pagament fil-Komunità. Madankollu, minkejja Artikolu 65, it-Titoli III u IV ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw biss fejn iż-żewġ servizzi ta' pagament u jew l-uniku fornitur ta’ servizz ta’ pagament ikunu jinsabu fil-Komunità. |
|
Madankollu, għal dawk is-servizzi ta’ pagament fejn l-ammont tat-transazzjoni jkun ogħla minn EUR 50,000, it-Titoli III u IV m’għandhomx japplikaw. |
Madankollu, it-Titoli III u IV m’għandhomx japplikaw fejn l-utent tas-servizz tal-pagament:
a) huwa utent professjonali kif definit fl-Artikolu 4, u b) qabel ma' kundizzjonijiet alternattivi permezz ta' kuntratt. |
|
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, transazzjoni ta’ pagament għandha tikkonsiti fl-att, mibdi minn min iħallas jew minn min qed jitħallas, ta’ depożitu, ġbid, jew trasferiment ta’ fondi minn xi ħadd li jħallas lejn min jitħallas, irrispettivament minn xi obbligi sottostanti bejn l-utenti tas-servizz ta' pagament. |
|
|
2. Ħlief fejn hemm dispożizzjonijiet mod ieħor, din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi ta’ pagament magħmula fi kwalunkwe munita.
|
Ħlief fejn hemm dispożizzjonijiet mod ieħor, din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi ta’ pagament magħmula f'euro jew fi kwalunkwe munita uffiċjali oħra ta' l-Istati Membri. |
Emenda 35 ARTICLE 3, POINT (A) | |
|
(a) transazzjonijiet li jikkonsistu biss minn trasferiment ta’ flus kontanti minn min iħallas lejn min qed jitħallas; |
(a) transazzjonijiet ta' pagament li jikkonsistu biss minn trasferiment ta’ flus kontanti direttament minn min iħallas lejn min qed jitħallas, mingħajr trasformazzjoni fi flus skritturali jew flus elettroniċi kif imfissra fid-Direttiva 2000/46/EC, inklużi tranżazzjonijiet ta' pagament fejn min iħallas u min qed jitħallas huma l-istess persuna, jew li min iħallas awtorizza lil min qed jitħallas biex jiġbed il-flus u meta din it-tranżazzjoni tinvolvi flus kontanti; |
Ġustifikazzjoni | |
Din hija neċessarja biex jitneħħa l-obbligu li tingħata informazzjoni fuq transazzjoni għall-irtirar ta' flus minn kont għall-pagamenti, fejn min iħallas u min jitħallas huma l-istess persuna. | |
Emenda 36 ARTIKOLU 3, PUNT (D) | |
|
ħlasijiet lura ta’ flus kontanti minn min qed jitħallas lil min qed iħallas wara transazzjoni ta’ pagament, wara li tkun saret talba espliċita mill-utent tas-servizz ta’ pagament li tkun saret eżatt qabel it-twettiq ta’ transazzjoni ta’ pagament permezz ta’ karta ta’ pagament u totalment indipendenti minn kemm jiswew il-prodotti jew is-servizzi mixtrija. |
(d) flus kontanti minn min qed jitħallas lil min qed iħallas bħala parti minn transazzjoni ta’ pagament, wara li tkun saret talba espliċita mill-utent tas-servizz ta’ pagament eżatt qabel it-twettiq ta’ transazzjoni ta’ pagament għax-xiri ta' prodotti jew servizzi; |
Emenda 37 ARTIKOLU 3, PUNT (E) | |
|
(e) tisrif ta’ munita barranija f'munita lokali u bil-maqlub fejn il-fondi ma jkunux miżmuma bħala depożitu fi flus kontanti fuq kont ta’ pagament (ħidmiet “cash to cash”); |
(e) negozju ta' kambju tal-flus, fejn il-fondi ma jkunux miżmuma fuq kont ta’ pagament (ħidmiet “cash to cash”); |
Emenda 38 ARTIKOLU 3, PUNT F, PUNT (IIA) (ġdid) | |
|
|
(iia) kambjali stampati skond il-Konvenzjoni ta' Ġinevra tas-7 ta' Lulju 1930, li tipprevedi leġiżlazzjoni uniformi dwar kambjali u noti promissorji; |
Emenda 39 ARTIKOLU 3, PUNT F, PUNT (III) | |
|
(iii) vawċers stampati; |
imħassar |
Emenda 40 ARTIKOLU 3, PUNT F, PUNT (IV) | |
|
(iv)traveller’s cheques stampati; |
imħassar |
Emenda 41 ARTIKOLU 3, PUNT F, PUNT (V) | |
|
(v) noti promissorji stampati; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Strumenti ta' pagament fuq karti, minbarra ċekkijiet (jiġifieri, vawċers għal ammonti sostanzjali jew traveller's cheques), li huma rregolati mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra, għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. L-esklużjoni, kif inhu l-ħsieb attwalment, ta' dan tmur kontra l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, minħabba li strumenti bbażati fuq il-karti ma jaqgħux taħt ir-regolamenti fl-livell Ewropew, filwaqt li strumenti elettroniċi huma suġġetti għar-regoli tad-Direttiva 2000/46/EC, l-hekk imsejħa Direttiva għall-Flus Elettroniċi. | |
Emenda 42 ARTIKOLU 3, PUNT (G) | |
|
(g) transazzjonijiet ta’ pagament li jsiru fi ħdan sistema ta’ pagament jew ta’ ħlas ta’ sigurtà, jew bejn aġenti ta’ l-ikklerjar u tal-ħlas, kontroparti ċentrali u/jew banek ċentrali, u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, kif ukoll l-aġenti marbuta tagħhom jew is-sussidjarji tagħhom, ħlief għall-Artikolu 23; |
(g) tranżazzjonijiet ta’ pagament li jsiru fi ħdan sistema ta’ pagament jew ta’ ħlas ta’ sigurtà, jew bejn aġenti ta’ l-ikklerjar u tal-ħlas, kontroparti ċentrali u/jew banek ċentrali, u fornituri ta’ servizzi ta’ pagament, kif ukoll l-aġenti marbuta tagħhom jew is-sussidjarji tagħhom, bla ħsara għall-Artikolu 23; |
Emenda 43 ARTIKOLU 3, PUNT I | |
|
(i) servizzi li jistgħu jintużaw biex jiġu akkwistati prodotti u servizzi biss fi ħdan netwerk limitat ta’ fornituri ta’ servizz affiljati u li huma bbażati fuq strumenti bħal vawċers u cards sakemm strumenti bħal dawn ma jkunux jistgħu jinfdew; |
(i) servizzi bbażati fuq strumenti li huma jew i) imħallsa minn qabel u li ma jistgħux jinfdew għall-utent u fejn il-valur nominali huwa ddedikat għall-użu definit, jew ii) strumenti ta' natura aktar ġenerali, fejn dawn jintużaw biex ikunu akkwistati prodotti u servizzi biss ġewwa netwerk limitat ta' fornituri ta' servizz affiljati kif definiti mill-emittent. |
Emenda 44 ARTIKOLU 3, PUNT (J) | |
|
(j) transazzjonijiet ta’ pagament imwettqa permezz ta’ sett tat-telefon ċellulari jew xi strument ieħor diġitali jew ta’ IT, fejn ikunu rispettati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: |
(j) tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa permezz ta’ kwalunkwe mezz ta' telekomunikazzjoni ,jew xi strument ieħor diġitali jew ta’ IT, fejn il-prodott jew is-servizz huwa pprovdut lill-mezz innifsu u l-pagament isir direttament lill-fornitur tas-servizz li jopera l-mezz ta' telekomunikazzjoni jew sistema jew netwerk ta' IT u mhux lil xi parti terza. |
|
(i) il-fornitur tas-servizz li jkun qed jopera s-sistema ta’ telekomunikazzjoni jew ta’ IT jew netwerk ikollu sehem mill-qrib fl-iżvilupp tal-prodotti diġitali jew tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jkunu qed jiġu pprovduti;; |
|
|
ii) il-prodotti u s-servizzi ma jkunux jistgħu jiġu mqassma fl-assenza tal-fornitur tas-servizz; |
|
|
(iii) ma jkun hemm l-ebda għażla oħra għar-rimunerazzjoni; |
|
Emenda 45 ARTIKOLU 3, PUNT (K) | |
|
(k) transazzjonijiet ta’ pagament imwettqa bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif ukoll aġenti marbuta jew sussidjarji. |
(k) tranżazzjonijiet ta’ pagament imwettqa bejn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament kif ukoll bejn aġenti marbuta jew fergħat, f'isimhom stess. |
Emenda 46 ARTIKOLU 4, PUNT 1 (I), PUNTI (I) u (II) | |
|
(i) jekk l-istituzzjoni ta' pagament tkun persuna naturali, l-Istat Membru fejn ikun ibbażat l-uffiċċju ewlieni tal-fornitur tas-servizz tal-pagament; |
|
|
(ii) jekk l-istituzzjoni ta’ pagament tkun persuna legali, l-Istat Membru li fih qiegħed l-uffiċċju reġistrat tiegħu; |
(ii) l-Istat Membru li fih qiegħed l-uffiċċju reġistrat ta' l-istituzzjoni ta’ pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla b’konsegwenza għal modifika ta’ l-Artikolu 1 (1) (d).. | |
Emenda 47 ARTIKOLU 4, PUNT 2 | |
|
(2)“Stat Membru li jilqa’” tfisser l-Istat Membru, barra l-Istat Membru ta’ domiċilju li fih fornitur ta’ servizz ta’ pagament ikollu fergħa jew aġent tiegħu jew fejn jipprovdi servizzi ta’ pagament; |
(2)“Stat Membru li jilqa’” tfisser l-Istat Membru, barra l-Istat Membru ta’ domiċilju li fih istituzzjoni ta’ pagament ikollha fergħa jew aġent tagħha jew fejn tipprovdi servizzi ta’ pagament; |
Emenda 48 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
(2a) "sistema ta' pagament" tfisser attivitajiet ta' negozju elenkati fl-Anness, inkluża l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagament f'isem persuna naturali jew legali; |
Emenda 49 ARTIKOLU 4, PUNT 2 B (ġdid) | |
|
|
(2b) "istituzzjoni ta' pagament" tfisser persuni legali li ngħataw awtorizzazzjoni skond Artikolu 6 ta' din id-Direttiva biex jipprovdu u jesegwixxu servizzi ta' pagament fil-Komunità kollha; |
Emenda 50 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 2 C (ġdid) | |
|
|
(2a)"tranżazzjoni ta' pagament" tfisser l-att, mibdi minn min qed iħallas jew min qed jitħallas, li jqiegħed, jittrasferixxi jew jiġbed fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn min qed iħallas jew min qed jitħallas; |
Emenda 51 ARTIKOLU 4, PUNT 3 A (ġdid) | |
|
|
(3a) "uffiċċju reġistrat" tfisser l-uffiċċju reġistrat ta' intrapriża, fejn u sa fejn dik l-intrapriża topera bħala fornitur ta' servizz ta’ pagament; apparti l-post reġistrat ta' rappreżentanza prinċipali, dan jista' jkun kull post fejn l-intrapriża żżomm sussidjarja, fergħa, aġenzija fuq barra, punt fejn jintlaqgħu applikazzjonijiet jew uffiċċju lokali, jew kwalunkwe post fejn rappreżentant ta' l-intrapriża jżomm l-indirizz tan-negozju tiegħu f'isem l-intrapriża bħala rappreżentant tagħha.
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-kwistjoni dwar l-uffiċju reġistrat (ta' intrapriza) mhix definita b'mod ċar. | |
Emenda 52 ARTIKOLU 4, PUNT 3 B (ġdid) | |
|
|
(3b) "sistema ta' pagament miftuħa" tfisser sistema ta' pagament fejn min iħallas u min qed jitħallas ikollhom ġeneralment fornituri ta' servizzi ta’ pagament differenti, li tnejn joperaw fl-istess sistema ta' pagament, jew fil-każ ta' kard ta' debitu u kreditu u tranżazzjonijiet simili, sistema ta' pagament fejn min iħallas u min qed jitħallas ġeneralment ikollhom fornituri ta' servizzi ta’ pagament differenti li qed joperaw fis-sistema tal-pagament li huma kuntrattwalment marbuta b'mod dirett ma' fornituri oħra fis-sistema u mhux biss ma' entità ċentrali ta' l-għoti ta' liċenzji, u li, minn naħa tagħhom, jistgħu jkunu marbuta ma' fornituri oħra skond ir-regoli tas-sistema ta' pagament permezz ta' ftehim ma' fornitur li jopera fis-sistema ta' pagament; |
Emenda 53 ARTIKOLU 4, PUNT 4 | |
|
(4) “min qed iħallas” tfisser persuna naturali jew legali li għandha d-dritt li tiddisponi minn fondi u li tħallihom li jgħaddu għal min qed jitħallas; |
(4) “min qed iħallas” tfisser persuna naturali jew legali li hija l-pussessur ta' kont ta’ pagament jew li bħala pussessur tal-kont tippermetti t-trasferiment ta' fondi minn kont jew, fejn m'hemmx kont ta' pagament, persuna naturali jew legali li għandha d-dritt li tiddisponi minn fondi u li tqiegħed l-ordni għal tranżazzjoni ta' pagament; |
Emenda 54 ARTIKOLU 4, PUNT 5 | |
|
(5) “min qed jitħallas” tfisser persuna naturali jew legali li għaliha jkun intenzjonat li jaslu l-fondi li jkunu ġew mgħoddija permezz ta’ servizz ta’ pagament; |
(5) “min qed jitħallas” tfisser persuna naturali jew legali li għaliha jkun intenzjonat li jaslu l-fondi li jkunu ġew mgħoddija permezz ta’ servizz ta’ pagament; |
Emenda 55 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 6 A (ġdid) | |
|
|
(6a) 'utent professjonali' tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li qed taġixxi esklussivament għal skopijiet relatata mal-kummerċ, negozju jew professjoni ta' dik il-persuna; |
Emenda 56 ARTIKOLU 4, PUNT 6 B (ġdid) | |
|
|
(6b) “kuntratt ta' qafas” tfisser ftehim dwar servizz ta' pagament ikkaratterizzat mill-fatt li jikkommetti fornitur ta' servizz ta' pagament għat-twettiq fil-futur ta' tranżazzjonijiet ta' pagament individwali jew suċċessivi fuq l-ordni ta' min iħallas; |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda għall-Artikolu 29. | |
Emenda 57 ARTIKOLU 4, PUNT 7 | |
|
(7) “kont ta’ pagament” tfisser kont li jkun f’isem utent ta’ servizz ta' pagament li jintuża biss għal transazzjonijiet ta’ pagament; |
(7) “kont ta’ pagament” tfisser kont li jkun f’isem utent jew utenti ta’ servizz ta' pagament li jintuża għal transazzjonijiet ta’ pagament; |
Emenda 58 ARTIKOLU 4, PUNT 8 | |
|
(8) “fondi” tfisser flus kontanti, flus ta’ skrittura u flus elettroniċi kif definiti fid-Direttiva 2000/46/KE; |
(8) “fondi” tfisser flus tal-karta u muniti, flus ta’ skrittura u flus elettroniċi kif definiti fid-Direttiva 2000/46/KE; |
Emenda 59 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 11 A (ġdid) | |
|
|
(11a) “perjodu ta' twettiq” tfisser in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol bejn il-ġurnata ta’ l-aċċettazzjoni ta’ ordni ta’ pagament mill-fornitur ta’ servizz u l-mument li fih min qed jirċievi l-ħlas jista’ jiddisponi mill-ammont. |
Emenda 60 ARTIKOLU 4, PUNT 12 | |
|
(12) “rata ta’ kambju ta’ referenza” tfisser ir-rata tal-kambju li hija użata bħala l-bażi li fuqha jiġi kkalkolat kull tisrif ta’ munita u li jiġi minn sors li jkun jista’ jiġi vverifikat miż-żewġ partijiet ta’ ftehim dwar servizz ta’ pagament; |
(12) "ir-rata ta' riferenza tal-kambju" tfisser ir-rata tal-kambju li jew tkun disponibbli mingħand il-fornitur ta' servizz ta' pagament jew minn sors pubbliku, li l-fornitur tas-servizz ta' pagament u l-utent tas-servizz ta' pagament jiftehmu li għandha tintuża bħala l-bażi li fuqha rata ta' kambju għal tranżazzjoni ta' pagament tiġi kkalkulata; |
Ġustifikazzjoni | |
Ma hemm ebda rata "bażika jew indiċi indipendenti" għal rati ta' kambju u għalhekk forsi ma jkunx possibbli għaż-żewg partijiet li jivverifikaw separatament is-sors tar-rata tal-kambju ta' riferenza. Din l-emenda qed issir biex tiċċara dan il-punt, filwaqt li żżomm ir-rekwiżit importanti tat-trasparenza favur il-konsumatur u l-kompetizzjoni, u li jkun hemm ftehim dwar is-sors bejn il-partijiet. | |
Emenda 61 ARTIKOLU 4, PUNT 13 | |
|
(13) “awtentikar” tfisser proċedura li tippermetti lill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jivverifika li l-utent li joħroġ l-ordni ta’ pagament ikun awtorizzat li jagħmel hekk; |
(13) “awtentikar” tfisser proċedura li tippermetti lill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jivverifika li l-utent li jibda l-ordni ta’ pagament ikun awtorizzat li jagħmel hekk; |
Emenda 62 ARTIKOLU 4, PUNT 14 | |
|
(14)“ rata ta’ interessi ta’ referenza” tfisser ir-rata ta’ l-interessi li hija użata bħala l-bażi li fuqha jiġu kkalkolati kull interessi u li tiġi minn sors li jkun jista’ jiġi vverifikat miż-żewġ partijiet ta’ ftehim dwar servizz ta’ pagament; |
(14)“ rata ta’ interessi ta’ referenza” tfisser ir-rata ta’ l-interessi li hija użata bħala l-bażi li fuqha jiġu kkalkolati kull interessi u li tiġi minn sors disponibbli pubblikament li jkun jista’ jiġi vverifikat miż-żewġ partijiet ta’ ftehima dwar servizz ta’ pagament; |
Emenda 63 ARTIKOLU 4, PUNT 15 | |
|
(15) identifikatur uniku” tfisser l-informazzjoni speċifikata mill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament u li għandu jkun provdut mill-utent tas-servizz ta’ pagament biex jidentifika mingħajr dubju l-utent l-ieħor ta' servizz ta' pagament involut fi transazzjoni ta' pagament, u li jikkonsisti mill-IBAN (Numru Internazzjonali ta' Kont Bankarju), il-BIC (Kodiċi ta’ Identifikazzjoni tal-Bank), numru ta’ kont tal-bank, numru ta’ card, jew isem; |
(15) "identifikatur uniku" tfisser kombinazzjoni ta' ittri, numri jew simboli, speċifikata għall-utent ta' servizz ta' pagament mill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament u li għandu jkun provdut mill-utent tas-servizz ta’ pagament biex jidentifika mingħajr dubju l-utent l-ieħor ta' servizz ta' pagament involut fi tranżazzjoni ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Din id-definizzjoni tippermetti flessibilità għal sistemi ta' pagament differenti biex jiddefinixxu r-rekwiżiti tagħhom, filwaqt li jippermettu lis-sistemi tas-SEPA li jesiġu l-użu ta' l-IBAN. Hija taħseb ukoll għall-flessibilità għal identifikaturi li fil-futur jistgħu joħorġu minn teknoloġija ġdida jew fuq talba tal-konsumatur. | |
Emenda 64 ARTIKOLU 4, PUNT 16 | |
|
(16) “aġent marbut” tfisser persuna naturali jew legali li taġixxi f’isem istituzzjoni ta' pagament meta din tkun qed twettaq is-servizzi ta' pagament;
|
(16) “aġent marbut” tfisser persuna legali li taġixxi f’isem istituzzjoni ta' pagament meta din tkun qed twettaq is-servizzi ta' pagament;
|
Emenda 65 ARTIKOLU 4, PUNT 19 | |
|
(19) “mezz dewwiemi” tfisser kull strument li jippermetti lill-klijent li jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lilu b'mod aċċessibbli għal referenza fil-futur għal perjodu ta' żmien adegwat għall-għanijiet ta' l-informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula ta' l-informazzjoni maħżuna B’mod speċifiku, mezzi dewwiemidewwiemi jinkludu materjal stampat, floppy disks, CD-ROMs, DVDs, u hard drives ta’ kompjuters personali li fuqhom tinżamm il-posta elettronika, iżda ma jinkludux siti ta’ l-Internet, sakemm dawn ma jżommux mal-kriterji speċifikati fl-ewwel subinċiż ta’ dan il-punt. |
(19) “mezz dewwiemi” tfisser kull strument li jippermetti lill-utent tas-servizz ta' pagament li jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lilu b'mod aċċessibbli għal referenza fil-futur għal perjodu ta' żmien adegwat għall-għanijiet ta' l-informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula ta' l-informazzjoni maħżuna; |
Emenda 66 ARTIKOLU 4, PUNT 19 A (ġdid) | |
|
|
(19a) "ġurnata ta’ xogħol" tfisser ġurnata li fiha l-fornitur ta' servizz ta’ pagament ta' wieħed bejn min iħallas jew min qed jitħallas, jew, jekk huwa l-każ, l-intermedjarju involut fl-eżekuzzjoni ta' tranżazzjoni ta' pagament, huma miftuħin għan-negozju, kif mitlub għat-tranżazzjoni; |
Emenda 67 ARTIKOLU 4, PUNT 19 B (ġdid) | |
|
|
(19b) "amministratur" tfisser kwalunkwe persuna jew korp maħtur mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li xogħlhom ikun li jamministraw miżuri ta' rijorganizzazzjoni; |
Emenda 68 ARTIKOLU 4, PUNT 19 C (ġdid) | |
|
|
(19c) "awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji" tfisser awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta' l-Istati Membri li huma kompetenti għall-għanijiet ta' miżuri ta' rijorganizzazzjoni u proċedimenti ta' stralċ; |
Emenda 69 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 19 D (ġdid) | |
|
|
(19d) "miżuri ta' rijorganizzazzjoni" tfisser miżuri li huma intenzjonati biex jippreservaw jew jirrestawraw is-sitwazzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni ta' pagament u li jistgħu jaffettwaw id-drittijiet pre-eżistenti ta' partijiet terzi, inklużi miżuri li jinvolvu l-possibilità ta' sospensjoni ta' pagamenti, sospensjoni ta' miżuri ta' infurzar jew tnaqqis ta' klejms;
|
Emenda 70 ARTIKOLU 4, PUNT 19 E (ġdid) | |
|
|
(19b) "likwidatur" tfisser kwalunkwe persuna jew korp maħtur mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji li xogħlhom ikun li jamministraw proċedimenti ta' stralċ; |
Emenda 71 ARTIKOLU 4, PUNT 19 F (ġdid) | |
|
|
(19f) "proċedimenti ta' stralċ" tfisser proċedimenti kollettivi miftuħa u mmonitorjati mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji bl-għan tar-realizzazzjoni ta' l-assi taħt is-superviżjoni ta' dawk l-awtoritajiet, inkluż fejn il-proċedimenti jintemmu bi ftehima jew miżura simili oħra; |
Emenda 72 ARTIKOLU 4, PUNT 19 H (ġdid) | |
|
|
(19h) "mikropagamenti" tfisser kuntratt dwar pagamenti li mhumiex ogħla minn EUR 10. |
Emenda 73 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
Biex tinkiseb awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament, għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni bil-miktub lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ domiċilju, flimkien ma’ dan li ġej: |
Biex tinkiseb awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ pagament, għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ domiċilju, flimkien ma’ dan li ġej: |
Emenda 74 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PUNT (B) | |
|
(b) il-pjan tan-negozju, inkluż kalkolu tentattiv ta’ baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji li jkun jista’ jippermetti s-suppożizzjoni li l-applikant ikun jista' juża s-sistemi xierqa u proporzjonati, ir-riżorsi u l-proċeduri biex jopera kif imiss; |
(b) il-pjan tan-negozju, inkluż previżjoni ta' kalkolu ta’ baġit għall-ewwel tliet snin finanzjarji li turi li l-applikant ikun jista' juża s-sistemi xierqa u proporzjonati, ir-riżorsi u l-proċeduri biex jopera kif imiss; |
Emenda 75 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PUNT (B A) (ġdid) | |
|
|
(ba) prova li l-ammont ta' kapital inizjali deskritt fl-Artikolu 5b qiegħed għad-dispożizzjoni sħiħa u ħielsa ta' l-istituzzjoni ta' pagament. |
Emenda 76 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PUNT (B B) (ġdid) | |
|
|
(bb) deskrizzjoni tal-proċedura ta' separazzjoni legali tal-fondi skond l-Artikolu 5b(4)(a). |
Emenda 77 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PUNT (C) | |
|
(c) deskrizzjoni tal-proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà ta’ l-applikant, li permezz tagħhom tkun tista’ ssir is-suppożizzjoni li dan jimxi fuq proċeduri u kontrolli xierqa; |
(c) deskrizzjoni tal-proċeduri amministrattivi, ta' mmaniġġjar tar-riskju u tal-kontabbiltà ta’ l-applikant, li turi li dawn il-kontrolli huma proporzjonali, addattati u xierqa; |
Emenda 78 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1 , PUNT (D) | |
|
(d) deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa biex ikun jista' jikkonforma ma' l-obbligi f'dak li għandu x’jaqsam mal-ħasil tal-flus skond id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
|
(d) deskrizzjoni tal-mekkaniżmi interni ta' kontroll li l-applikant ikun stabbilixxa biex ikun jista' jikkonforma ma' l-obbligi f'dak li għandu x’jaqsam mal-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu skond id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
Emenda 79 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1 , PUNT (E) | |
|
(e) deskrizzjoni tal-proċeduri li juża l-applikant biex jimmaniġġja r-riskji; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ingħaqad ma' (c). | |
Emenda 80 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PUNT (H) | |
|
(h) fejn l-applikant ikun persuna legali, l-identità tal-persuni naturali li jkunu r-rappreżentanti tagħha, dawk li għandhom il-maġġoranza ta' l-ishma u li jaġixxu ta' diretturi kif ukoll evidenza li dawk il-persuni jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u li jkollhom għarfien xieraq u ħila li jwettqu servizzi ta' pagament |
(h) l-identità tal-persuni naturali li jkunu r-rappreżentanti tagħha, dawk li għandhom il-maġġoranza ta' l-ishma u li jaġixxu ta' diretturi kif ukoll evidenza li dawk il-persuni jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u li jkollhom għarfien xieraq u ħila li jwettqu servizzi ta' pagament |
Emenda 81 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PUNT (I) | |
|
l-identità tal-maniġer ewlieni u evidenza li l-persuna li b’mod effettiv tmexxi n-negozju ta’ l-applikant huwa ta’ reputazzjoni tajba u li għandu għarfien xieraq u ħila biex iwettaq is-servizzi ta’ pagament tagħha; |
(h) l-identità ta' diretturi, ta' persuni responsabbli għall-immaniġġjar ta' l-istituzzjoni ta' pagament u kif ukoll evidenza li jkunu ta' reputazzjoni tajba u li jkollhom għarfien xieraq u ħila li jwettqu servizzi ta' pagament, kif determinat mill-Istat Membru ta' domiċilju ta' l-istituzzjoni ta' pagament. |
Emenda 82 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PUNT (J) | |
|
(j) l-istatus legali ta' l-applikant; |
(j) l-istatus legali ta' l-applikant u artikoli ta' assoċjazzjoni; |
Emenda 83 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 1, PUNT (K) | |
|
(k) l-indirizz minfejn jistgħu jinkisbu d-dokumenti rilevanti. |
(k) l-indirizz ta' l-uffiċċju ewlieni skond l-Artikolu 14. |
Emenda 84 ARTIKOLU 5, PARAGRAFU 2 | |
|
Għall-iskopijiet tal-punt (c), l-applikant għandu jagħti deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti organizzattivi li jkun waqqaf bil-ħsieb li jieħu l-passi kollha raġjonevoli biex jitħarsu l-interessi ta’ l-utenti tiegħu u biex jara li jkun hemm kontinwità u affidabbiltà fil-mod kif jitwettqu s-servizzi ta’ pagament. |
Għall-iskopijiet tal-punti (b) u (c), l-applikant għandu jagħti deskrizzjoni ta’ arranġament dwar verifiki u l-arranġamenti organizzattivi li jkun waqqaf bil-ħsieb li jieħu l-passi kollha raġjonevoli biex jitħarsu l-interessi ta’ l-utenti tiegħu u biex jara li jkun hemm kontinwità u affidabbiltà fil-mod kif jitwettqu s-servizzi ta’ pagament. |
Emenda 85 ARTIKOLU 5 A (ġdid) | |
|
|
Artikolu 5a Il-Kumitat Ewropew għas-Sorveljanti Bankarji għandu jagħti gwida dwar l-interpretazzjoni tar-rekwiżiti fl-Artikolu 5. |
Ġustifikazzjoni | |
L-integrità tas-settur tas-servizzi finanzjarji tibbenefika minn definizzjoni solida u komuni ta' standards fir-rigward ta' l-interpretazzjoni tar-rekwiżiti biex tiġi reġistrata istituzzjoni ta' pagament. | |
Emenda 86 ARTIKOLU 5 B (ġdid) | |
|
|
5b.
Rekwiżiti ta' solvenza u miżuri oħrajn biex jiżguraw il-protezzjoni tal-fondi tal-klijent waqt it-trasmissjoni.
1. L-Istati Membri jridu jiżguraw li jittieħdu l-miżuri li ġejjin biex jipproteġu l-fondi ta' utenti ta' servizzi ta' pagamenti matul it-trasmissjoni.
2. Istituzzjonijiet ta' pagament għandu jkollhom kapital, kif definit fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48./KE, kif ġej:
a) fejn istituzzjoni ta' pagamenti tiżvolġi dawk l-attivitajiet imsemmija fil-punt 7 ta' l-Anness, il-kapital tagħha m'għandu qatt ikun anqas mill-minimu li titlob il-liġi ta' l-Istat Membru ta' domiċilju tagħha għall-inkorporazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata ;
(c) meta l-istituzzjoni ta' pagament tkun involuta fi kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti 5, 8, jew 9 ta' l-Anness jew fl-Artikolu 10 (1) (b) u (c), il-kapital tagħha m'għandu qatt ikun inqas minn 100 000 EUR ;
a) fejn istituzzjoniji ta' pagamenti tiżvolġi dawk l-attivitajiet imsemmija fil-punti 1, 2 jew 3 ta' l-Anness, il-kapital tagħha m'għandu qatt ikun anqas minn 500,000 EUR jew l-ekwivalenti ta' kwart ta' l-ispejjeż amministattivi ġenerali tas-sena ta' qabel, skond liema jkun l-akbar mit-tnejn.
3. Minkejja r-rekwiżiti minimi ta' kapital stabbiliti hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l-istituzzjoni ta' pagament għandha biżżejjed kapital biex issostni l-attivitajiet ta' negozju kollha tagħha f'kull ħin.
4. Istituzzjoni ta' pagamenti li tiżvolġi dawk l-attivitajiet imsemmija fil-punt 7 ta' l-Anness għandha tieħu l-prekawzjonijiet xierqa biex tipproteġi l-fondi ta' l-utenti tas-servizz ta' pagament. Il-fondi jridu, jew:
a) ikollhom rizerva ta' fondi obbligatorja (ring fence) kif ġej:
(i) rigward fondi rċevuti minn utenti ta' servizzi ta' pagamenti li ġew aċċettati għal transazzjoni ta' pagament, l-istituzzjoni ta' pagament trid twarrab fondi li jkunu ġew aċċettati għal attivitajiet li mhumiex attivitajiet ta' servizzi ta' pagament u żżomm kontijiet separati għalihom fil-kotba tagħha;
(b) l-istituzzjoni ta' pagament iżżomm il-fondi ta' utent ta' servizz ta' pagament taħt isem ta' kont li jidentifika b'mod ċar l-utent tas-servizz ta' pagament;
(iii)l-ebda fondi ta' utent ta' servizz ta' pagament ma jistgħu jitħalltu mal-fondi ta' persuna naturali jew ta' persuna fiżika apparti minn dawk ta' l-utent tas-servizz ta' pagament li f'ismu qed jinżammu l-fondi.
(iv) il-fondi ta' utent tas-servizz ta' pagamenti għandhom ikunu protetti minn kwalunkwe azzjoni minn parti terza kontra l-istituzzjoni ta' pagament.
Fil-każ li jittieħdu miżuri ta' rijorganizzazzjoni jew jinbdew proċeduri ta' likwidazzjoni kontra istituzzjoni ta' pagament, l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji relevanti, jew l-amministratur jew likwidatur relevanti, skond il-każ, għandhom fil-pront jirritornaw il-fondi ta' l-utenti kollha tas-servizz ta' pagament lil dawn l-utenti kollha tas-servizz ta' pagament bi prijorita fuq it-talbiet l-oħra kollha kontra dik l-istituzzjoni ta' pagament. u
Fil-każ li jittieħdu miżuri ta' rijorganizzazzjoni jew jinbdew proċeduri ta' likwidazzjoni kontra istituzzjoni ta' pagament, u m'hemmx biżżejjed fondi disponibbli biex jingħataw lura l-fondi kollha li jmisshom l-utenti tas-servizz ta' pagament, l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji relevanti, jew l-amministratur jew likwidatur relevanti, skond il-każ, għandhom fil-pront iqassmu lill-utenti tas-servizzi ta' pagament il-fondi ta' dawn l-utenti tas-servizzi ta' pagament fuq bażi pro rata skond it-talbiet tagħhom u bi prijorita fuq it-talbiet l-oħra kollha kontra dik l-istituzzjoni ta' pagament.
jew;
b) ikunu koperti minn polza ta' assikurazzjoni jew garanzija minn bank li tkopri t-territorju kollu tal-Komunità minn kumpanija inkorporata ta' assikurazzjoni jew minn bank għal ammont ekwivalenti għal dak li ġie mwarrab u nzammu kontijiet seperati għalih konformi ma' paragrafu 4 (a) (i) fin-nuqqas ta' polza ta' assikurazzjoni jew garanzija minn bank, li titħallas jekk l-istituzzjoni ta' pagamenti ma' tkunx tista' taqdi l-obbligi tagħha. Il-kundizzjonijiet ta' polza ta' assikurazzjoni bħal din, jew garanzija minn bank bħal din, iridu jkunu aċċettabbli għall-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ta' inkorporazzjoni ta' l-istituzzjoni ta' pagamenti.
5. Id-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 4 ma japplikawx fejn il-qligħ mill-pagament jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċarju sa' tmiem it-tieni ġurnata ta' xogħol wara l-aċċettazzjoni. |
Emenda 87 ARTIKOLU 5 C (ġdid) | |
|
|
Artikolu 5c L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, meta istituzzjoni ta' pagament twettaq waħda jew iżjed mill-attivitajiet fil-paragrafi 1 sa 3 ta' l-Anness, hija tistabilixxi kont għall-klijent sabiex ikun żgurat li dawk il-fondi huma segregati kif suppost mill-attivitajiet l-oħra li twettaq. |
Emenda 89 ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 1 | |
|
L-awtorizzazzjoni tingħata jekk l-informazzjoni u l-evidenza li tkun ma’ l-applikazzjoni tkun taqbel mar-rekwiżiti kollha kif imfissra fl-Artikolu 5. |
Awtorizzazzjoni tingħata jekk l-informazzjoni u l-evidenza li tkun ma’ l-applikazzjoni tkun taqbel mar-rekwiżiti kollha kif imfissra fl-Artikolu 5 u jekk l-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu eżaminaw l-applikazzjoni, jaslu għal evalwazzjoni globali li tkun favorevoli. Qabel ma tingħata awtorizzazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkonsultaw, meta jkun rilevanti, il-bank ċentrali nazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi rilevanti oħrajn. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istituzzjonijiet ta' pagament iridu jkunu suġġetti għal sorveljanza xierqa tal-kwalità u jilħqu standards definiti f'oqsma ewlenin. | |
Emenda 90 ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 2 | |
|
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni m’għandhiex tkun eżaminata fid-dawl ta’ rekwiżiti barra dawk imniżżla fil-paragrafu 5. |
imħassar |
Emenda 91 ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjoni jekk, meta jqisu l-ħtieġa li jkun żgurat l-immaniġġjar tajjeb u prudenti ta' istituzzjoni ta' pagament, huma ma jkunux sodisfatti bl-adegwatezza ta' l-azzjonisti jew tal-membri li għandhom ishma kwalifikanti. |
Emenda 92 ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 2 B (ġdid) | |
|
|
Meta jkunu jeżistu rabtiet mill-qrib bejn l-istituzzjoni ta' pagament u persuni fiżiċi jew legali oħra, kif definit fl-Artikolu 1(26) tad-Direttiva 2000/12/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu awtorizzazzjoni biss jekk dawn ir-rabtiet ma jimpedixxux l-eżerċizzju effettiv tal-funzjonijiet ta' sorveljanza tagħhom. |
Emenda 93 ARTIKOLU 7, PARAGRAFU 1 | |
|
Fi żmien tliet xhur minn mindu tidħol applikazzjoni jew, fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien tliet xhur minn mindu tidħol l-informazzjoni meħtieġa għad-deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikant jekk l-applikazzjoni tiegħu tkunx ingħatat jew tkunx inċaħdet. |
Fi żmien tliet xhur minn mindu tidħol applikazzjoni jew, fil-każ li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, fi żmien tliet xhur minn mindu tidħol l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikant jekk l-applikazzjoni tiegħu tkunx intlaqgħet jew tkunx iċċaħdet. |
Emenda 94 ARTIKOLU 8, PARAGRAFU 1 | |
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxi reġistru għal istituzzjonijiet ta’ pagament. |
Membri għandhom jistabbilixxi reġistru għal istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati kollha u l-fergħat tagħhom. |
Emenda 95 ARTIKOLU 8, PARAGRAFU 2 | |
|
Ir-reġistru għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. Dan għandu jkun disponibbli għall-pubbliku biex jikkonsultah, u jkun anki aċċessibbli fuq l-internet. |
Ir-reġistru għandu jidentifika s-servizzi u/jew attivitajiet stipulati f'Artikolu 10 li l-istituzzjoni ta' pagament hija awtorizzata għalihom. Dan għandu jkun disponibbli għall-pubbliku biex jikkonsultah, aċċessibbli fuq l-internet, u aġġornat fuq bażi regolari. |
Emenda 96 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
1. L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu intitolati li jwettqu dawn l-attivitajiet li ġejjin: |
1. L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu intitolati li jwettqu esklussivament dawn l-attivitajiet li ġejjin: |
Emenda 97 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 1, PUNT (A) | |
|
(a) jagħtu servizzi ta’ pagament; |
(a) il-provvediment ta' servizzi ta' pagament kif stipulat fl-Anness; |
Emenda 98 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 1, PUNT (B) | |
|
(b) jipprovdu servizzi operazzjonali u servizzi relatati anċillari bħal ma huma l-ħruġ ta’ garanziji għal transazzjonijiet ta’ pagament, servizzi ta’ kambju ta’ munita, attivitajiet ta’ salvagwardja, u ż-żamma u l-ipproċessar tad-data; |
(b) jipprovdu servizzi operazzjonali u servizzi relatati anċillari bħal ma huma l-iżgurar tat-twettiq ta' transazzjonijiet ta’ pagament, servizzi ta’ kambju ta’ munita, attivitajiet ta’ salvagwardja, u ż-żamma u l-ipproċessar tad-dejta; |
Emenda 99 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 1, PUNT (C) | |
|
(c) jkollhom aċċess għal, u joperaw, sistemi ta’ pagament biex jiġu trasferiti, ikklerjati u ssettiljati fondi, inkluż xi strumenti u proċeduri li jkollhom x’jaqsmu mas-sistemi. |
(c) ikollhom aċċess għal, u joperaw, sistemi ta’ pagament biex jiġu trasferiti, ikklerjati u ssettiljati fondi, inkluż xi strumenti u proċeduri li jkollhom x’jaqsmu mas-sistemi, bla ħsara għal Artikolu 23. |
Emenda 101 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
Fil-kuntest ta’ punt (a), fondi li jaslu għandu istituzzjonijiet ta’ pagament minn utenti ta’ servizz ta’ pagament, bil-għan li jkunu pprovduti servizzi ta’ pagament m’għandhomx jitqiesu bħala depożitu jew bħala fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/12/KE, jew flus elettroniċi skond it-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE; |
2. Meta istituzzjonijiet ta' pagament jieħdu sehem fil-provvediment ta' servizzi ta' pagament skond paragrafu 1(a), dawn jistgħu jżommu biss kontijiet ta' pagament li jintużaw esklussivament għal tranżazzjonijiet ta' pagament; kwalunkwe fondi li jaslu għand istituzzjonijiet ta’ pagament minn utenti ta’ servizz ta’ pagament, bil-għan li jkunu pprovduti servizzi ta’ pagament m’għandhomx jitqiesu bħala depożitu jew bħala fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/12/KE, jew flus elettroniċi skond it-tifsira ta' Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2000/46/KE. |
Emenda 102 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
2a. Istituzzjonijiet m'għandhomx ikunu intitolati għal kreditu, sakemm a) il-kreditu hu marbut mill-qrib man-negozju ta' pagamenti ta' l-istituzzjoni ta' pagament; u b) il-kreditu jsir mill-fondi ta' l-istituzzjoni ta' pagament stess u mhux mill-fondi tal-klijenti li jinżammu għan-negozju ta' pagamenti. |
Emenda 100 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 2 B (ġdid) | |
|
|
2b. L-istituzzjonijiet ta' pagament ma jistgħux imexxu negozju ta' depożitu, joffru servizzi ta' kreditu jew jaġixxu ta' garanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-fiduċja tal-klijent fis-sistema finanzjarja, hija meħtieġa restrizzjoni tal-qasam ta' l-attività ta' l-istituzzjoni ta' pagament fuq l-attivitajiet imsemmija fl-Anness. Barra minn dan, l-emenda sservi bħala kjarifika għall-projbizzjoni ta' evażjonijiet. | |
Emenda 103 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Fondi li jidħlu minn utenti ta’ servizz ta’ pagament u speċifikament aċċettati b’konnessjoni ma’ servizz ta’ pagament m’għandhomx jintużaw minn istituzzjonijiet ta’ pagament biex jappoġġjaw attivitajiet oħra ta' negozju ħlief servizzi ta’ pagament. L-istituzzjoni ta’ pagament għandha żżomm fil-kotba tagħha l-fondi ta’ l-utenti tas-servizz ta’ pagament li jkunu aċċettat għal transazzjoni ta’ pagament separatament minn fondi oħra aċċettati għal attivitajiet barra servizzi ta’ pagament. |
3. Fondi li jidħlu minn utenti ta’ servizz ta’ pagament u speċifikament aċċettati b’konnessjoni ma’ servizz ta’ pagament għandhom ikunu allokati għat-tranżazzjoni speċifika li għaliha ġew provduti lill-istituzzjoni ta' pagament u m’għandhomx jintużaw minn istituzzjonijiet ta’ pagament biex jappoġġjaw attivitajiet ta' negozju ħlief is-servizzi ta’ pagament mitluba mill-utent tas-servizz ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjoni dwar is-separazzjoni tal-fondi qed titfassal mill-ġdid fl-Artikolu 10(a) (ġdid )paragrafu 1. | |
Emenda 104 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 3 | |
|
3. L-attivitajiet ta’ negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati għandhom ikunu non-esklussivi u m’għandhomx ikunu ristretti għal servizzi ta’ pagament, tenut kont tal-liġijiet applikabbli nazzjonali u tal-Komunità. |
imħassar |
Emenda 105 ARTIKOLU 11, TITOLU | |
|
Użu ta’ aġenti marbuta, xogħol li jingħata barra, jew sussidjarji |
Użu ta’ fergħat, aġenti marbuta, jew entitajiet esterni mqabbdin biex jagħmlu xogħol minn barra |
Emenda 106 ARTIKOLU 11, PARAGRAFU 1 | |
|
1. F’dawk il-każijiet fejn l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi servizzi ta’ pagament permezz ta’ aġent marbut jew ta’ sussidjarja, għandha twassal l-isem u l-indirizz ta’ l-aġent marbut jew tas-sussidjarja użata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha. |
1. F’dawk il-każijiet fejn l-istituzzjoni ta’ pagament tipprovdi servizzi ta’ pagament permezz ta’ aġent marbut jew ta’ fergħa, għandha twassal l-isem u l-indirizz ta’ l-aġent marbut jew tal-fergħa użata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha. |
Emenda 107 ARTIKOLU 11, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Meta istituzzjoni ta’ pagament ikollha l-intenzjoni li xi wħud, jew l-operazzjonijiet kollha tagħha, twettaqhom billi tuża s-servizzi ta’ kumpanija oħra, għandha tinforma b’dan lill-awtorità kompetenti. |
2. Istituzzjoni ta' pagament tista' tqabbad lil entitajiet esterni biex iwettqu l-funzjonijiet tekniċi, ta' komunikazzjoni, ta' l-operazzjonijiet informatiċi u ta' l-ipproċessar ta' dejta meħtieġa biex jiġu provduti servizzi ta' pagament. Meta istituzzjoni ta’ pagament ikollha l-intenzjoni li xi wħud, jew l-operazzjonijiet kollha tagħha, twettaqhom billi tuża s-servizzi ta’ kumpanija oħra, għandha tinforma b’dan lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn għandha l-uffiċċju prinċipali. |
Emenda 108
ARTIKOLU 11, PARAGRAFU 3
|
3. Istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jaraw li aġenti marbuta jew sussidjarji li jkunu qed jaġixxu f’isimhom jinfurmaw b’dan lill-utenti tas-servizz ta' pagament. |
3. Istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jaraw li aġenti marbuta, fergħat jew entitajiet esterni li jkunu qed jaġixxu f’isimhom jinfurmaw b’dan lill-utenti tas-servizz ta' pagament. L-istituzzjonijiet ta' pagament għandhom jiżguraw li aġenti marbuta jew sussidjarji jew entitajiet esterni ikollom l-għarfien u l-ħila xierqa biex jiżguraw kontinwità u affidabilità fit-twettiq ta' servizzi ta' pagament. |
|
Emenda 109 ARTIKOLU 11, PARAGRAFU 3 A (ġdid) | |
|
|
3a. Aġenti marbuta u persuni naturali jew legali li jwettqu attivitajiet jew li jkunu responsabbli għall-attivitajiet esternalizzati ta’ l-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva rigward il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus. |
Emenda 110 ARTIKOLU 12, PARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li, meta l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikunu jiddependu fuq partijiet terzi għall-mod kif jitħaddmu il-funzjonijiet operattivi, dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jieħdu kull pass raġjonevoli biex ma jkunx hemm riskji operazzjonali bla bżonn. |
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li, meta l-istituzzjonijiet ta’ pagament ikunu jiddependu fuq partijiet terzi għall-mod kif jitħaddmu l-funzjonijiet operattivi, dawk l-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jieħdu kull pass raġonevoli biex jiżguraw li r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva jkunu ssodisfati. |
Emenda 111 ARTIKOLU 12, PARAGRAFU 2 | |
|
2. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta' pagament biex jibqgħu għal kollox responsabbli għal xi azzjoni tal-maniġers tagħhom, u ta’ l-impjegati, jew ta’ kull aġent marbut jew sussidjarja, skond din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta' pagament biex jibqgħu għal kollox responsabbli għal xi azzjoni ta’ l-impjegati tagħhom, jew ta’ kull aġent marbut jew fergħa, u ta’ entitajiet li jingħatawlhom attivitajiet permezz ta’ esternalizzazzjoni, skond din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
“Maniġer” mhux definit u huwa dejjem impjegat. | |
Emenda 112 ARTIKOLU 13 | |
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ pagament biex iżommu s-servizzi u t-transazzjonijiet kollha dokumentati għal perjodu raġjonevoli, iżda għal mhux aktar minn ħames snin. |
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ pagament biex iżommu d-dokumentazzjoni kollha adattata għall-iskop ta’ dan it-Titolu għal mill-inqas ħames snin, bla ħsara għad-Direttiva 2005/60/KE jew leġiżlazzjoni Komunitarja jew nazzjonali rilevanti oħra. |
Emenda 113 ARTIKOLU 14, PARAGRAFU 1 | |
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil kull istituzzjoni ta’ pagament li tkun persuna legali u li, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' domiċilju tagħha, jkollha uffiċċju reġistrat, biex ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikun l-uffiċċju reġistrat tagħha. |
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lil kull istituzzjoni ta’ pagament li, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' domiċilju tagħha, jkollha uffiċċju reġistrat, biex ikollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-istess Stat Membru fejn ikun l-uffiċċju reġistrat tagħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla konsegwenzjali. | |
Emenda 114 ARTIKOLU 14, PARAGRAFU 2 | |
|
Kull istituzzjoni ta’ pagament li ma tkunx koperta mill-ewwel paragrafu għandha tkun obbligata li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fl-Istat Membru li fih realment twettaq in-negozju tagħha. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla b’konsegwenza tat-tħassir ta’ l-Artikolu 21. | |
Emenda 115 ARTIKOLU 15, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru bħala l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu jew awtoritajiet pubbliċi, jew korpi magħrufa mil-liġi nazzjonali jew mill-awtoritajiet pubbliċi li jkollhom is-setgħa speċifika għal dak il-għan mil-liġi nazzjonali. |
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-istess awtoritajiet kompetenti li jkunu mogħtija s-setgħa mill-liġi jew minn regolament biex jissorveljaw istituzzjonijiet ta’ kreditu bħala responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ dan it-Titolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur jikkonsidraha xierqa li l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-sorveljanza tal-banek isiru responsabbli għas-sorveljanza ta’ l-istituzzjonijiet ta’ pagament minħabba x-xebh fl-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ pagamenti ma’ xi attivitajiet tal-banek sabiex il-kompetenza regolatorja neċessarja tkun assigurata. | |
Emenda 116 ARTIKOLU 15, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu ta’ sura tali li jkollhom independenza garantita minn operaturi ekonomiċi u li jevitaw kunflitti ta’ interess. M’għandhomx ikunu istituzzjonijiet ta’ pagament, istituzzjonijiet ta’ kreditu, istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi, jew istituzzjonijiet ta’ kontijiet postali. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla b’konsegwenza għal modifikazzjoni ta’ l-Artikolu 15 il-paragrafu 1. | |
Emenda 117 ARTIKOLU 15, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 1 A (ġdid) | |
|
|
Fejn istituzzjoni ta’ pagament tkun awtorizzata skond id-deroga stipulata fl-artikolu 21, l-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità kompetenti differenti għal kategoriji ta’ fornituri ta’ servizz ta’ pagament fejn l-attivitajiet ikunu tali li tkun meħtieġa kompetenza differenti. |
Emenda 118 ARTIKOLU 16, TITOLU | |
|
Superviżjoni |
Sorveljanza kontinwa |
Emenda 119 ARTIKOLU 16, PARAGRAFU 2 | |
|
Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu biss il-passi li ġejjin: |
Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu l-passi li ġejjin, b’mod partikolari: |
Emenda 120 ARTIKOLU 16, PARAGRAFU 2, PUNT (B) | |
|
(b) jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post ma’ l-istituzzjoni ta’ pagament, l-entità li tkun qed tagħti servizzi f'isem l-istituzzjoni, jew is-sussidjarja li tkun taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni ta’ pagament; |
(b) jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post ma’ l-istituzzjoni ta’ pagament, kwalunkwe entità li tingħatalha attivitajiet permezz ta’ esternalizzazzjoni, aġent marbut jew kwalunkwe fergħa li tkun taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni ta’ pagament; |
Emenda 121 ARTIKOLU 16, PARAGRAFU 2, PUNT (C) | |
|
(c) joħorġu rakkomandazzjonijiet u linji ta’ gwida; |
(c) joħorġu rakkomandazzjonijiet u linji gwida u, jekk applikabbli, azzjonijiet amministrattivi oħra li jorbtu; |
Emenda 122 ARTIKOLU 16, PARAGRAFU 2 , PUNT (E) | |
|
(e) jissospendu jew ineħħu l-awtorizzazzjoni f'dawk il-każi fejn il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 5 ma jibqgħux jintlaqgħu. |
(e) jissospendu jew ineħħu l-awtorizzazzjoni f'dawk il-każi fejn il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 5 jew id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 5b jew 10 ma jkunux jew ma jibqgħux ikunu ssodisfati. |
Emenda 124 ARTIKOLU 18, PARAGRAFU 1 | |
|
L-Istati Membri għandhom jaraw li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam ma' istituzzjoni ta' pagament skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati. |
L-Istati Membri għandhom jaraw li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti f’dak li għandu x’jaqsam ma' istituzzjoni ta' pagament skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skond din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati mill-persuni naturali u legali kkonċernati, inkluż minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur. L-organizzazzjonijiet tal-konsumatur għandu jkollhom id-dritt li jiġu kkonsultati fi proċeduri li ma jkunux bdewhom huma. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-finijiet tal-ħarsien tal-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur irid ikollhom ukoll id-dritt għal rikors il-qorti, kif jipprovdi l-Artikolu 18, u li jiġu kkonsultati meta jkollhom interess leġittimu f’tali proċeduri. | |
Emenda 125 ARTIKOLU 19, PARAGRAFU 2, PUNT (B) | |
|
(b) banek ċentrali, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji, u, fejn ikun japplika, awtoritajiet pubbliċi oħra responsabbli biex jissorveljaw sistemi ta’ pagament u ta’ ħlas ta' dejn; |
(b) banek ċentrali, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew, fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet monetarji u ta’ sorveljanza; |
Emenda 126 ARTIKOLU 20, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli u jittieħdu l-passi meħtieġa stipulati fl-Artikolu 16 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fergħa, aġent marbut jew sussidjarja taħt ir-responsabbiltà ta’ istituzzjoni ta’ pagament ibbażata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkoopera ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membru li jilqa’. |
2. Biex ikunu jistgħu jsiru l-kontrolli u jittieħdu l-passi meħtieġa stipulati fl-Artikolu 16 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fergħa, aġent marbut jew entità li tingħata xogħol permezz ta’ esternalizzazzjoni taħt ir-responsabbiltà ta’ istituzzjoni ta’ pagament ibbażata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkopera ma’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membru li jilqa’. |
Emenda 127 ARTIKOLU 20, PARAGRAFU 4 | |
|
4. Awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur jew ksur suspettat minn xi fergħa, aġent marbut jew sussidjarja. |
4. Awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari fil-każ ta’ ksur jew ksur suspettat minn xi fergħa, aġent marbut jew entità li tingħata xogħol permezz ta’ esternalizzazzjoni. |
Emenda 128 ARTIKOLU 20, PARAGRAFU 4 A (ġdid) | |
|
|
4a. Bla ħsara għal dak li għadu kif ingħad, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru li jilqa’ għandhom ikunu responsabbli għas-sorveljanza tal-konformità ma’ l-obbligi fir-rigward ta’ ħasil tal-flus skond id-Direttiva 2005/60/KE u r-regolamenti kontra t-terroriżmu. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 20 jista’ jwassal għal nuqqas ta’ ċarezza. Il-ħidmiet ta’ kull awtorità kompetenti m’humiex kompletament ċari. Il-konformità mat-tielet direttiva dwar il-ħasil tal-flus u l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta din id-direttiva tista’ biss tiġi sorveljata effettivament mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri fejn fir-realtà qed jiġu offruti s-servizzi ta’ pagament. | |
Emenda 129 ARTIKOLU 21 | |
|
1. Bħala deroga mill-punt (d) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu, każ b’każ, iħallu persuni naturali jew legali jiddaħħlu fir-reġistru stabbilit skond l-Artikolu 8, mingħajr ma tkun applikata l-proċedura mfissra fis-Sezzjoni 1, fejn ikunu soddisfatti dawn iż-żewġ kundizzjonijiet: |
1. Bħala deroga mill-punt (d) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu, każ b’każ, iħallu negozji (inklużi, għall-finijiet ta’ din id-deroga biss, persuni naturali li jkollhom negozju) jiddaħħlu fir-reġistru stabbilit skond l-Artikolu 8, mingħajr ma tkun applikata l-proċedura mfissra fis-Sezzjoni 1, fejn ikunu ssodisfati dawn iż-żewġ kundizzjonijiet: |
|
(a) l-attivitajiet totali ta' negozju tal-persuna kkonċernata, inkluż kwalunkwe aġent marbut jew sussidjarja li għaliha tassumi r-responsabbiltà sħiħa, jiġġeneraw ammont totali ta’ fondi disponibbli li kienu aċċettati biex jiġu pprovduti servizzi ta’ pagament u li ma jaqbżux il-medja ta’ 5 miljun EUR fix-xahar u 6 miljun EUR fi kwalunkwe ħin; |
(a) l-ammont totali aċċettat min-negozju kkonċernat, inkluż kwalunkwe aġent marbut jew sussidjarja li għaliha tassumi responsabilità sħiħa, għall-provediment ta’ servizzi ta’ pagamenti ma jaqbiżx EUR 5 miljun fi kwalunkwe xahar tas-sena jew EUR 300,000 fi kwalunkwe ġurnata, u; |
|
(b) reġistrazzjoni bħal din tkun meqjusa li hi fl-interess pubbliku għal waħda minn dawn iż-żewġ raġunijiet: |
(b) fl-opinjoni ta’ l-awtorità kompetenti tali reġistrazzjoni titqies li jew: |
|
(i) il-persuna kkonċernata jkollha rwol vitali fl-intermedjazzjoni finanzjarja, billi tipprovdi aċċess għal servizzi ta’ pagament lil gruppi soċjali anqas privileġġjati, b’mod partikolari fejn il-provvista minn fornituri oħra tas-servizzi konċernati x'aktarx ma sseħħx jew tieħu żmien twil; |
(i) tkun ta’ benefiċċju għall-implimentazzjoni effettiva tar-regoli dwar il-ħasil tal-flus jew tal-mekkaniżmi biex ikun evitat l-iffinanzjar tat-terroriżmu; jew
|
|
(ii) ikun hekk meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta’ regoli dwar il-ħasil tal-flus jew mekkaniżmi biex ma jħallux li jsir iffinanzjar tat-terroriżmu. |
(ii) tiffaċilita l-aċċess għal servizzi ta’ pagament lil gruppi soċjali emarġinati, u
|
|
|
(c) l-ebda persuna naturali involuta fil-kontroll jew fl-operazzjoni tan-negozju ma jkun instab ħati ta’ offiżi relatati ma’ ħasil tal-flus jew ma’ ffinanzjar tat-terroriżmu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-negozji mdaħħla fir-Reġistru miżmum skond l-Artikolu 8 bħala riżultat ta’ din id-deroga jkunu identifikati b’mod ċar bħala tali.
|
|
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ttrattat bħala istituzzjonijiet ta’ pagament. Madankollu, għandhom jitħallew jipprovdu servizzi ta’ pagament fi ħdan il-Komunità biss fi ħdan l-Istat Membru fejn ikunu reġistrati. |
2. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ttrattati bħala istituzzjonijiet ta’ pagament. Madankollu, għandhom jitħallew jipprovdu biss is-servizz ta’ pagament deskritt fil-punt 7 ta’ l-Anness 1 u biss fi ħdan l-Istat Membru fejn ikunu reġistrati. |
|
L-Istati Membru jistgħu jistipulaw li huma jkunu jistgħu jwettqu biss xi wħud mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 10. |
|
|
3. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kull bdil fis-sitwazzjoni tagħhom li tkun relevanti mal-kundizzjoni speċifikata f’punt (a) ta’ paragrafu 1. |
3. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kull bdil fis-sitwazzjoni tagħhom li tkun rilevanti għall-kundizzjoni speċifikata fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn din il-kundizzjoni ma tibqax tkun issodisfata, l-istituzzjoni ta’ servizz ta’ pagamenti għandha tfittex awtorizzazzjoni fi żmien 30 ġurnata tal-kalendarju skond il-proċedura fl-Artikolu 6. |
Emenda 130 ARTIKOLU 22, PARAGRAFU 2 | |
|
Barra minn dan, għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar in-numru ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ pagament konċernati u għandu, kull sena, jinforma lill-Kummissjoni bl-ammont totali ta' fondi pendenti, kif imsemmi fil-punt (a) ta' l-Artikolu 21. |
Jekk Stat Membru juża d-deroga stipulata fl-Artikolu 21, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan sa mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 85(1) u għandu jgħarrafha malajr b’kull tibdil li jista’ jkun hemm wara. Barra minn hekk, għandu jinforma lill-Kummissjoni bin-numru ta’ fornituri ta’ servizz ta’ pagament konċernati u għandu, fuq bażi annwali, jinforma lill-Kummissjoni bl-ammont totali ta’ fondi pendenti fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena kalendarja, kif imsemmi fl-Artikolu 21(1)(a). |
Emenda 131 ARTIKOLU 23, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 U SUBPARAGRAFU 2, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li r-regoli dwar l-aċċess għal, u t-tħaddim ta’, sistemi ta’ pagament ikunu oġġettivi u proporzjonali u m’għandhomx itellfu l-aċċess aktar milli jkun hemm bżonn bħala salvagwardja kontra riskji speċifiċi u biex titħares is-sigurtà finanzjraja tas-sistema ta’ pagament.
|
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li kwalunkwe regola dwar l-aċċess għal, u l-proċeduri ta’ tħaddim ta’, sistemi ta’ pagament miftuħa bl-użu ta’ mekkaniżmu estern ta’ kumpens ikunu oġġettivi u proporzjonali u m’għandhomx itellfu l-aċċess aktar milli jkun hemm bżonn bħala salvagwardja kontra riskji speċifiċi u biex titħares l-istabilità finanzjarja u operattiva tas-sistema ta’ pagament. |
|
Is-sistemi ta’ pagament m’għandhomx jimponu xi waħda minn dawn ir-rekwiżiti: |
Bla ħsara għall-ewwel subparagrafu, is-sistemi ta’ pagament miftuħa m’għandhomx jimponu xi waħda minn dawn ir-rekwiżiti: |
Emenda 132 ARTIKOLU 23, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2, PUNT (B) | |
|
(b) regola li tiddiskrimina bejn fornituri awtorizzati ta' servizz ta'pagament f'dak li għandu x'jaqsam ma' drittijiet, obbligi u dak li jkunu intitolati għalih il-parteċipanti; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Id-direttiva proposta għandha tinkludi biss regoli dwar l-aċċess għal sistemi ta’ pagament u mhux it-tħaddim tagħhom, liema attività ma’ tistax titwettaq minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament. | |
L-Artikolu 1, il-paragrafu 1, jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ regolament ta’ dan it-tip, u huwa f’dan l-ambitu li għandu jopera l-Artikolu 23, il-paragrafu 1, is-subparagrafu 2. | |
L-ittra (b) ta’ l-Artikolu 23, il-paragrafu 1, is-subparagrafu 2, għandha titħassar. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni, filwaqt li ma żżidx mar-regoli tal-kompetizzjoni ta’ l-UE dwar in-non-diskriminazzjoni, tista’ tiġi applikata b’mod ħażin u b’hekk tillimita b’mod eċċessiv il-libertà ta’ l-operaturi tas-sistemi ta’ pagament biex jirregolaw l-aċċess għas-sistemi tagħhom b’mod gradwali, li jqis il-karatteristiċi differenti ta’ l-applikanti. | |
Emenda 133 ARTIKOLU 23 A (ġdid) | |
|
|
Artikolu 23a Projbizzjoni fuq twettiq ta’ servizzi ta’ pagament għajr għall-fornituri ta’ servizz ta’ pagament L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu persuni naturali jew legali li la jkunu fornituri ta’ servizz ta’ pagament u lanqas ikunu esklużi b’mod espliċitu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva milli jipprovdu servizzi ta’ pagament kif elenkat fl-Anness. |
Emenda 134 ARTIKOLU 23 B (ġdid) | |
|
|
Artikolu 23b |
|
|
Rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ kards u ta’ tagħmir ta’ aċċettazzjoni
1. Sistemi ta’ pagament b’kards li jipprovdu kards għal skopijiet ġenerali li jippermettu tranżazzjonijiet bejn il-fruntieri, f’euro, fi ħdan l-Unjoni Ewropea għandhom: (a) jiddefinixxu rekwiżiti xierqa ta’ sigurtà bbażati fuq l-analiżi tar-riskju tagħhom stess għall-komponenti elettroniċi tal-kards tagħhom u għat-tagħmir li jaċċetta l-kards tagħhom. Din l-analiżi tar-riskju u dawn ir-rekwiżiti ta’ sigurtà għandhom jiġu kkomunikati lill-bank ċentrali nazzjonali jew lill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti ta’ l-Istat Membru fejn is-sistema ta’ ħlas bil-kard tkun inkorporata; u (b) jiksbu ċertifikat minn skema ta’ evalwazzjoni ta’ sigurtà approvata mill-Kumitat tal-Pagamenti msemmi fl-Artikolu 77 li l-kards tagħhom u t-tagħmir li jaċċetta l-kards tagħhom ikunu konformi ma’ dawn ir-rekwiżiti ta’ sigurtà. Iċ-ċertifikat għandu jibbenefika minn rikonoxximent reċiproku fi Stati Membri oħra. 2. Skema għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tista’ tiġi approvata biss mill-Kumitat tal-Pagamenti jekk tkun konformi mal-prinċipji li ġejjin: (a) metodoloġija ppruvata: l-iskema għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tuża metodoloġija għall-evalwazzjoni tas-sigurtà li preferibbilment tkun bbażata fuq standards internazzjonali rikonoxxuti, u li trid mill-inqas tipproduċi evalwazzjoni tal-konformità tas-sigurtà bbażata fuq skala ta’ klassifikazzjoni u tiggarantixxi r-ripetibiltà u r-riproduċibiltà; (b) trasparenza: il-metodoloġija u l-kriterji għall-evalwazzjoni tas-sigurtà (apparti d-dettall tat-testijiet imwettqa) użati mill-iskema għall-evalwazzjoni tas-sigurtà tkun dokumentata u disponibbli għall-pubbliku; (c) kompetenza teknika: laboratorji li jwettqu evalwazzjonijiet fl-iskema għall-evalwazzjoni tas-sigurtà jrid ikollhom kompetenza teknika ppruvata. Din il-kompetenza trid tiġi evalwata regolarment; u (d) żvelar: ir-riżultati dettaljati ta’ l-evalwazzjoni tas-sigurtà jridu jinħarġu lil parti b’interess leġittimu, fuq talba, u wara li tiġi ffirmata ftehima ta’ riżervatezza. |
Emenda 135 TITOLU III, TITOLU | |
|
Trasparenza tal-kundizzjonijiet għal servizzi ta’ pagament |
Trasparenza tal-kundizzjonijiet u rekwiżiti għal informazzjoni għal servizzi ta’ pagament |
Emenda 136 ARTIKOLU 25, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jgħarraf lill-utent tas-servizz ta’ pagament permezz ta’ materjal stampat jew xi mezz dewwiemidewwiemi ieħor u li jkun aċċessibbli għalih, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 26. |
1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jgħarraf lill-utent tas-servizz ta’ pagament permezz ta’ materjal stampat jew xi mezz dewwiemi ieħor u li jkun aċċessibbli għalih, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 26. Għandhom jiġu pprovduti fi kliem li jinftiehem faċilment u b’mod ċar u komprensibbli, f’lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn ikun qed jiġi offrut is-servizz ta’ pagament, jew fi kwalunkwe lingwa oħra li l-partijiet jaqblu dwarha. Il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ppreżentati lill-utent tas-servizz ta’ pagament fil-forma murija fl-Anness 1a u għandhom jinkludu l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 26(1)(a)(ii), u (c) (inkluża, fejn applikabbli, ir-rata tal-kambju) flimkien ma’ informazzjoni dwar l-ammont ta’ flus li jrid jiġi trasmess, il-munita li fiha se jsir il-pagament, u l-ispiża biex issir it-tranżazzjoni, flimkien ma’ l-ispiża totali tat-tranżazzjoni tal-pagament. Fejn ma jkun hemm l-ebda informazzjoni dwar il-kambju, dawn is-sezzjonijiet jistgħu jitħallew vojta. Jekk l-utent tas-servizz ta’ pagament jitlob hekk, il-kundizzjonijiet għandhom jiġu pprovduti lilu/lilha fuq materjal stampat. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteur jikkunsidraha vitali li l-konsumatur ikun ippreżentat b’informazzjoni b’mod li tippermetti tqabbil bejn il-fornituri ta’ servizz ta’ pagament. Huwa għalhekk propost format standardizzat għal preżentazzjoni ta’ l-informazzjoni l-iktar importanti dwar l-iffissar tal-prezzijiet u l-ħin tal-forniment. | |
Emenda 137 ARTIKOLU 25, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jagħmel dan fi żmien tajjeb qabel ma l-fornitur tas-servizz ta’ pagament ikun marbut b’xi kuntratt ta’ servizz ta’ pagament li jkopri transazzjoni ta’ pagament waħda, jew l-offerta. |
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jagħmel dan qabel ma l-fornitur tas-servizz ta’ pagament ikun marbut b’xi kuntratt ta’ servizz ta’ pagament li jkopri tranżazzjoni ta’ pagament waħda, jew l-offerta. |
Emenda 138 ARTIKOLU 25, PARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
2a. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jinfurmaw b’mod ċar u mhux ambigwu lil utenti potenzjali tas-servizzi ta’ pagament li l-fondi li jintbagħtu lil istituzzjoni ta’ pagament, u/jew li jittranżitaw permezz ta’ tali istituzzjoni ta’ pagament, ma jkunux protetti minn xi skema ta’ garanzija fuq id-depożitu kif kienu jkunu dan it-tip ta’ fondi kieku kienu qed jintbagħtu lil, jew jittranżitaw permezz ta’, banek liċenzjati. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Direttiva għandha tipprovdi li l-utenti tas-servizzi ta’ pagament ikunu kompletament informati dwar ir-riskji li jkunu qed jidħlu għalihom meta jagħmlu tranżazzjoni permezz ta’ istituzzjoni ta’ pagament. | |
Istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jispjegaw b’mod evidenti fl-informazzjoni preċedenti relatata ma’ kuntratt għal servizz ta’ pagament li ma jkunx hemm sigurtà għal fondi minn tranżazzjonijiet li ġew aċċettati imma li għadhom ma twettqux. | |
Emenda 139 Artikolu 25, PARAGRAFU 2 B (ġdid) | |
|
|
2b. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ pagament jinfurmaw lill-utenti potenzjali tas-servizz ta’ pagament, b’mod ċar u mhux ambigwu, liema awtorità kompetenti minn liema Stat Membru teżerċita l-kontrolli deskritti fl-Artikolu 16. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-Direttiva għandha tipprovdi li l-utenti tas-servizzi ta’ pagament ikunu kompletament informati dwar ir-riskji li jkunu qed jidħlu għalihom meta jagħmlu tranżazzjoni permezz ta’ istituzzjoni ta’ pagament. Istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom jispjegaw b’mod evidenti fl-informazzjoni preċedenti relatata ma’ kuntratt għal servizz ta’ pagament li ma jkunx hemm sigurtà għal fondi minn tranżazzjonijiet li ġew aċċettati imma li għadhom ma twettqux. | |
Emenda 140 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-kundizzjonijiet li jiġu mgħarrfa jinkludu dawn li ġejjin: |
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li l-kundizzjonijiet li jkunu disponibbli jinkludu dawn li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Toħloq konformità ma’ l-emenda għall-Artikolu 25, il-paragrafu 1, il-punt 1. | |
Emenda 141 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A), PUNT (III) | |
|
(iii) fejn ikun applikabbli, il-kundizzjonijiet dwar il-provvediment u l-użu tas-servizz ta' pagament, inkluż b'mod partikolari r-rekwiżiti dwar kif għandhom jitħarsu l-istrumenti ta' verifika ta' pagament u r-riskji li jkun hemm jekk dawn ma jkunux rispettati u kif għandu jkun mgħarraf il-fornitur tas-servizz ta' pagament għall-iskop ta' l-Artikolu 46 (b); |
iii) fejn ikun applikabbli, il-kundizzjonijiet dwar il-provvediment u l-użu tas-servizz ta' pagament, inkluż b'mod partikolari r-rekwiżiti dwar kif għandhom jitħarsu l-istrumenti ta' verifika ta' pagament u kif għandu jkun mgħarraf il-fornitur tas-servizz ta' pagament għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 46 (b); |
Ġustifikazzjoni | |
L-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju u importanti għall-konsumatur. Huwa essenzjali li r-regoli jkunu ċari. Il-konsumatur dejjem jista’ jitlob għal informazzjoni addizzjonali jekk neċessarju f’każijiet partikolari. It-tneħħija ta’ l-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 hija riżultat awtomatiku tar-restrizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni. | |
Emenda 142 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A), PUNT (III A) (ġdid) | |
|
|
(iiia) id-dritt u l-kundizzjonijiet dwar il-kanċellazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jitħarsu l-interessi tal-konsumatur, it-trasparenza ta’ kundizzjonijiet għal servizz ta’ pagament għandha tinkludi tali dispożizzjonijiet. | |
Emenda 143 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A), PUNT (V) | |
|
(v) l-informazzjoni li għandha tingħata skond id-Direttiva 2005/.../KE; |
(v) l-informazzjoni li għandha tingħata skond id-Direttiva 2005/60/KE; |
Emenda 144 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A), PUNT (VI A) (ġdid) | |
|
|
(vi a) il-kundizzjonijiet u l-perjodu ta’ żmien skond liema, min qed iħallas ikollu dritt għal rimborż; |
Ġustifikazzjoni | |
Simili għall-emenda 46 ta’ l-Abbozz ta’ Rapport IMCO ta’ De Vits. | |
Emenda 145 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A), PUNT (VI B) (ġdid) | |
|
|
(vi b) informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur jikkonsulta tariffi; |
Emenda 146 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A), PUNT (VI C) (ġdid) | |
|
|
(vi c) id-dritt ta’ min qed iħallas li jirrevoka ħlas; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kundizzjonijiet għandhom jagħmluha ċara kif min qed iħallas ikun jista’ jirrevoka pagament. | |
Emenda 147 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT B | |
|
(b) referenza ċara għall-mument preċiż meta tkun aċċettata ordni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 54(1); |
(b) referenza ċara għall-ġurnata tat-twettiq ta’ ordni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 54(1); |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla b’konsegwenza tal-modifikazzjoni ta’ l-Artikolu 54. | |
Emenda 148 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (D) | |
|
(d) indikazzjoni tal-liġi applikabbli għall-kuntratt u l-qorti kompetenti; |
(d) indikazzjoni tal-liġi applikabbli għall-kuntratt, li għandha tkun il-liġi tal-pajjiż ta’ l-utent tas-servizz ta’ pagament, fejn il-fornitur iwettaq attivitajiet jew imexxi l-attivitajiet tiegħu, u l-qorti kompetenti; |
Emenda 149 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (F A) (ġdid) | |
|
|
(fa) il-proċedura biex il-kunsens ikun trasmess skond l-Artikoli 41 u 42. |
Emenda 150 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mfissra bi kliem li jinftiehem malajr u f’forma ċara u li jista’ jinqara malajr, f’lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn ikun qed jingħata s-servizz ta’ pagament jew f’xi lingwa oħra li tkun maqbula mill-partijiet. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Amalgamat fl-Artikolu 25 (1) | |
Emenda 151 Artikolu 27, parti introduttorjA | |
|
Wara li l-ordni ta’ pagament tkun aċċettata biex titwettaq, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ min iħallas, bl-istess mod kif indikat fl-Artikoli 25(1) u 26(2), mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: |
Wara li l-ordni ta’ pagament tkun aċċettata biex titwettaq f’konformita ma’ l-Artikolu 54, il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta’ min qed iħallas għandu jikkomunika lil min iħallas ma’ l-ewwel talba tiegħu, bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 25(1), mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: |
Emenda 152 Artikolu 27, parti introduttorjA | |
|
Wara li l-ordni ta’ pagament tkun aċċettata biex titwettaq, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ min iħallas, bl-istess mod kif indikat fl-Artikoli 25(1) u 26(2), mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija) |
Ġustifikazzjoni | |
Tikkonċerna biss il-verżjoni Ġermaniża, biex tagħmilha konformi mat-test Ingliż. Tapplika wkoll għall-Artikolu 28. | |
Emenda 153 ARTIKOLU 27, PUNT (A) | |
|
(a) riferenza li tippermetti lill-utent tas-servizz ta' pagament jidentifika t-transazzjoni ta' pagament u, fejn ikun xieraq, l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' min qed jitħallas; |
(a) referenza li tippermetti lil min qed iħallas jidentifika t-tranżazzjoni ta' pagament u, fejn ikun xieraq, l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' min qed jitħallas, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta jew offruta diġà lil min qed iħallas; |
Emenda 154 ARTIKOLU 27, PUNT (A A) (ġdid) | |
|
|
(aa) id-data tat-tranżazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Parzjalment simili għall-emenda 50 ta’ l-Abbozz ta’ Rapport IMCO ta’ De Vits. Hemm bżonn li l-konsumaturi jkunu jafu d-data eżatta tat-tranżazzjoni u l-ammont eżatt tagħha espress fil-munita tat-tranżazzjoni. | |
Emenda 155 ARTIKOLU 27, PUNT (B) | |
|
(b) l-ammont tat-transazzjoni ta' pagament u xi kummissjonijiet u spejjeż li jista' jkun hemm marbuta mat-transazzjoni ta' pagament li min iħallas irid jagħti lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta' pagament |
(b) l-ammont tat-tranżazzjoni ta' pagament espress fil-munita tat-tranżazzjoni u l-ammont ta’ xi kummissjonijiet u spejjeż li jista' jkun hemm marbuta mat-tranżazzjoni ta' pagament li min iħallas kellu jagħti lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta' pagament; |
Emenda 156 ARTIKOLU 27, PUNT (B A) (ġdid) | |
|
|
(ba) id-data tat-twettiq tat-tranżazzjoni; |
Emenda 157 ARTIKOLU 27, PUNT (C) | |
|
(c) fejn ikun rilevanti, ir-rata tal-kambju użata fit-transazzjoni ta’ pagament jekk din tkun applikata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas. |
(c) fejn ikun applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament jekk din tkun applikata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas. |
Emenda 159 Artikolu 28, parti introduttorjA | |
|
Wara li l-fondi li jkunu daħlu, destinati għal min qed jitħallas, jitqiegħdu għad-dispożizzjojni tiegħu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min qed jitħallas, bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 25(2) u (3), mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
Wara li l-fondi li jkunu daħlu, destinati għal min qed jitħallas, jitqiegħdu għad-dispożizzjojni tiegħu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas għandu jikkomunika ma’ min qed jitħallas ma’ l-ewwel talba tiegħu, bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 25(1), mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
Emenda 158 ARTIKOLU 28, PUNT (D) | |
|
(d) fejn ikun applikabbli, ir-rata tal-kambju eżatta użata fit-transazzjoni ta’ pagament jekk din tkun applikata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min jitħallas. |
(d) fejn ikun applikabbli, ir-rata tal-kambju eżatta użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament jekk din kienet applikata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min jitħallas jew minn intermedjarju. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa possibbli li l-intermedjarju mhux il-fornitur tas-servizz tal-benefiċjarju nnifsu jwettaq l-iskambju ta’ fondi monetarji. Għalhekk hemm bżonn ta’ suppliment fil-kliem użat fl-abbozz ta’ proposta. | |
Emenda 160 ARTIKOLU 29 | |
|
Dan il-Kapitolu japplika għal transazzjonijiet ta’ pagament koperti minn ftehim dwar servizz ta’ pagament li jkun karatterizzat bil-fatt li jimpenja fornitur ta' servizz ta' pagament biex fil-futur iwettaq transazzjonijiet ta' pagament waħda wara l-oħra, jew transazzjonijiet ta’ pagament individwali b’ordni minn min iħallas, jekk il-kundizzjonijiet maqbula jintlaqgħu. Dak il-ftehim, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “kunratt ta' qafas", jista' jkollu l-obbligi u l-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta’ kont ta’ pagament; |
Dan il-Kapitolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minn kuntratt ta’ qafas, li jista' jkollu l-obbligi u l-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta’ kont ta’ pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni ta’ 'kuntratt ta’ qafas' għandha titneħħa mill-Artikolu 29 u tiddaħħal fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet u tintuża b’mod konsistenti fid-direttiva kollha proposta, filwaqt li tieħu post il-kunċett ta’ 'ftehim ta’ qafas' inkluż fil-premessa 18 u l-Artikoli 32-33. | |
Emenda 161 ARTIKOLU 30, PARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li fi żmien tajjeb qabel ma l-utent tas-servizz ta’ pagament ikun marbut b'xi kuntratt ta' qafas jew bl-offerta, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta’ pagament b’xi mezz stampat jew b’xi mezz dewwiemi ieħor li jkun disponibbli u aċċessibbli għall-utent ta’ servizz ta’ pagament, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 31. |
1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li fi żmien tajjeb qabel ma l-utent tas-servizz ta’ pagament ikun marbut b'xi kuntratt ta' qafas jew bl-offerta, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta’ pagament b’xi mezz stampat jew b’xi mezz dewwiemi ieħor li jkun disponibbli u aċċessibbli għall-utent ta’ servizz ta’ pagament, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 31. Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu pprovduti fi kliem li jinftiehem faċilment u b’mod ċar u komprensibbli, f’lingwa uffiċjali ta’ l-Istat Membru fejn ikun qed jiġi offrut is-servizz ta’ pagament, jew fi kwalunkwe lingwa oħra li l-partijiet jaqblu dwarha. Iżda, jekk il-konsumatur jitlob hekk, il-kundizzjonijiet għandhom ikunu pprovduti fuq mezz stampat. |
Emenda 162 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (B), PUNT (II) | |
|
(ii) kemm idumu, u l-perjodu massimu rilevanti biex ikunu provduti servizzi ta’ pagament; |
(ii) il-perjodu massimu rilevanti biex is-servizzi ta’ pagament jiġu attwati minn min qed iħallas; |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux possibbli għal fornitur ta’ servizzi li jindika ż-żmien tat-twettiq attwali b’ċertezza sħiħa fil-każ ta’ pagamenti li jkopru istituzzjonijiet differenti, minħabba li dan jista’ jiġi determinat b’mod komplet biss wara li l-pagament ikun sar. Minflok dan, l-obbligi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu restritti għal indikazzjoni tal-perjodi massimi ta’ twettiq statutorji jew kuntrattwali kif diġà huwa l-każ skond id-Direttiva ta’ l-UE 97/5/KE dwar it-trasferimenti ta’ kreditu bejn il-fruntieri u r-Regolament ta’ l-UE 2560/2001 dwar il-pagamenti bejn il-fruntieri f’euro. | |
Emenda 163 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (B), PUNTI (III) u (IV) | |
|
(iii) indikazzjoni tad-dritt ta’ l-utent tas-servizz ta’ pagament li jtemm ftehim inizjali ta’ servizz ta’ pagament u kull ftehim li għandu x’jaqsam ma’dak id-dritt skond l-Artikolu 34; |
(iii) indikazzjoni tad-dritt ta’ l-utent tas-servizz ta’ pagament li jtemm kuntratt ta’ qafas u kull ftehim li għandu x’jaqsam ma’dak id-dritt skond l-Artikolu 34; |
|
(iv) fejn ikun xieraq, deskrizzjoni tal-passi li l-utent tas-servizz ta’ pagament għandu jieħu biex jara li jħares kif imiss kull strument ta’ verifika ta’ pagament, ir-riskji li hemm fil-każ li l-passi ma jitteħdux u kif għandu jkun mgħarraf il-fornitur tas-servizz ta' pagament għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 46(b); |
(iv) fejn ikun applikabbli, deskrizzjoni tal-passi li l-utent tas-servizz ta’ pagament għandu jieħu biex jara li jħares kif imiss kull strument ta’ verifika ta’ pagament, ir-riskji li hemm fil-każ li l-passi ma jitteħdux u kif għandu jkun mgħarraf il-fornitur tas-servizz ta' pagament għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 46(b); |
Emenda 164 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (B), PUNT (V A) (ġdid) | |
|
|
(va) il-kundizzjonijiet u l-limitu ta’ żmien applikabbli għal kwalunkwe rimborż li min qed iħallas ikollu dritt għalih; |
Ġustifikazzjoni | |
Simili għall-emenda 54 ta’ l-Abbozz ta’ Rapport IMCO ta’ De Vits. Il-kundizzjonijiet għandhom jiċċaraw il-kundizzjonijiet u l-perjodu ta’ żmien skond liema min qed iħallas ikollu dritt għal rimborż. | |
Emenda 165 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (B), PUNT (V B) (ġdid) | |
|
|
(vb) id-dritt ta’ min qed iħallas li jirrevoka pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jitħares il-konsumatur u biex tiġi evitata tellieqa ta’ tbaxxija tal-livelli, il-lista ta’ dawn il-kundizzjonijiet mhix waħda kompluta: l-Istati Membri għandhom imorru lil hinn. F’dan ir-rigward, il-kundizzjonijiet għandhom jagħmluha ċara kif min qed iħallas ikun jista’ jirrevoka pagament u kif għandu d-dritt għal rimborż. | |
Emenda 166 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (C) | |
|
(c) limiti massimi ta’ nfiq maħsuba għal servizzi ta’ pagament speċifiċi skond l-Artikolu 43(1); |
(c) il-possibiltà ta’ limiti massimi ta’ nfiq maħsuba għal servizzi ta’ pagament speċifiċi skond l-Artikolu 43(1); |
Ġustifikazzjoni | |
Fiż-żmien ta’ qabel il-kuntratt ma tistax tittieħed deċiżjoni dwar limiti massimi ta’ nfiq u għal din ir-raġuni deċiżjoni fl-arja dwar kreditu minħabba li hija relatata ma’ limitu ta’ kreditu individwali. Għal din ir-raġuni informazzjoni tista’ biss tingħata dwar il-'possibiltà ta’ limiti massimi ta’ nfiq'. | |
Emenda 167 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (D) | |
|
(d) definizzjoni tal-mument preċiż meta tkun aċċettata ordni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 54(1); |
(d) referenza ċara għall-mument preċiż meta tkun aċċettata ordni ta’ pagament kif definita fl-Artikolu 54(1) u għall-kundizzjonijiet għal rimborż skond l-Artikoli 52 u 53; |
Emenda 168 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (F) | |
|
(f) fejn ikun applikabbli, ir-rati ta' interessi u ta' kambju applikati fit-transazzjonijiet ta' pagament, inkluż jekk ikun applikabbli, l-interess jew ir-rata tal-kambju ta' referenza, id-data relevanti biex din ir-rata tkun determinanta u l-mod kif ikun ikkalkulat l-interess applikat jew ir-rata tal-kambju ibbażata fuq ir-rata ta’ referenza; |
(f) fejn ikun applikabbli, ir-rati ta' interessi u ta' kambju ta’ referenza applikati fit-tranżazzjonijiet ta' pagament, inkluż jekk ikun applikabbli, il-metodu ta’ kalkolu, u d-data rilevanti biex din ir-rata ta’ interess jew tal-kambju ta’ referenza tkun determinata. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika. Jikkorrispondi mar-rata ta’ interessi ta’ referenza u mar-rata tal-kambju ta’ referenza mogħtija fid-definizzjonijiet. | |
Emenda 169 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (G) | |
|
(g) il-liġi applikabbli għall-kuntratt u l-qorti kompetenti; |
(g) indikazzjoni tal-liġi applikabbli għall-kuntratt, li għandha tkun il-liġi tal-pajjiż ta’ l-utent tas-servizz ta’ pagament, fejn il-fornitur iwettaq attivitajiet jew jamministra l-attivitajiet tiegħu, u l-qorti kompetenti; |
Emenda 170 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (I) | |
|
(i) kull informazzjoni dwar kif l-utent tas-servizz ta’ pagament ikun jista’ jkollu aċċess għall-informazzjoni speċifikata fil-Artikolu 32. |
(i) kull informazzjoni dwar kif l-utent tas-servizz ta’ pagament ikun jista’ jkollu aċċess għal informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet skond dan l-Artikolu u informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 32(2). |
Emenda 171 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (I A) (ġdid) | |
|
|
(ia) il-proċedura biex il-kunsens ikun trasmess skond l-Artikoli 41 u 42; |
Emenda 172 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (I B) (ġdid) | |
|
|
(ib) referenza għal kif l-informazzjoni fl-Artikoli 36 u 37 issir disponibbli. |
Emenda 174 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
F’dawk il-każijiet fejn tintalab miżata globali, bħal fil-każ ta’ ħlas għal servizz ta’ trasport jew miżata għall-immaniġġjar tal-kont, l-informazzjoni mogħtija għall-iskopijiet ta’ punt (e) għandha turi biċ-ċar il-prezzijiet ta’ l-elementi differenti tas-servizz li jiffurmaw il-miżata globali; |
F’dawk il-każijiet fejn tintalab miżata globali bħal ħlas għas-servizz tan-negozjant jew miżata għall-immaniġġjar tal-kont, l-informazzjoni mogħtija għall-iskopijiet ta’ punt (e) għandha turi biċ-ċar il-miżati u l-ħlasijiet għall-elementi differenti tas-servizz li jiffurmaw il-miżata globali sakemm il-miżata ma tkunx tagħmel parti minn pakett ta’ miżati li jippermetti numru speċifikat ta’ operazzjonijiet f’ċertu perjodu ta’ żmien determinat u sakemm ma jkunx hemm irrapurtar trasparenti tal-pakett ta’ miżati; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jkun hemm trasparenza fl-elementi tal-miżati, speċjalment fil-kuntest tal-kards ta’ kreditu u d-drittijiet tan-negozjant. Madankollu, il-prattika ta’ ħafna banek li jippermettu numru speċifikat ta’ tranżazzjonijiet fix-xahar jew fis-sena hija metodu konvenjenti wkoll għall-ħlasijiet mitluba, sakemm l-irrapurtar isir b’mod trasparenti. | |
Emenda 173 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Il-kundizzjonijiet għandhom ikunu mfissra bi kliem li jinftiehem malajr u f’forma ċara u li tista’ tinqara malajr, f’lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru jew f’xi lingwa oħra li tkun maqbula mill-partijiet. |
imħassar |
Emenda 175 ARTIKOLU 32, TITOLU | |
|
Informazzjoni li għandha tingħata wara d-dħul fis-seħħ |
Aċċessibilità għall-informazzjoni li għandha tingħata wara d-dħul fis-seħħ |
Ġustifikazzjoni | |
Inkluża fl-Artikolu 30(1). | |
Emenda 176 ARTIKOLU 32, PARAGRAFU 1 | |
|
Wara l-bidu fis-seħħ ta’ ftehim ta’ qafas, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ l-utent tas-servizz ta' pagament b'mod li jista' jkun aċċessibbli malajr il-kundizzjonijiet kollha kkomunikati skond l-Artikolu 31(1). |
Wara d-dħul fis-seħħ ta’ kuntratt ta’ qafas, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta' pagament ma’ l-ewwel talba tiegħu u b'mod li jista' jkun aċċessibbli malajr il-kundizzjonijiet kollha speċifikati fl-Artikolu 31(1). L-utent għandu jkollu d-dritt li jikseb, mingħajr ħlas, fi kwalunkwe punt matul ir-relazzjoni kuntrattwali, kopja tal-kundizzjonijiet kuntrattwali fuq mezz stampat jew mezz dewwiemi ieħor. |
Emenda 177 ARTIKOLU 32, PARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
Fil-każ ta’ litigazzjoni, ir-responsabilità tal-prova għandha taqa’ fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament biex juri li huwa mexa mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fit-Titolu III. |
Emenda 178 ARTIKOLU 33, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. Kull tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt mgħarraf lill-utent tas-servizz ta' pagament skond l-Artikolu 31(1) għandu jkun propost mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament bl-istess mod kif stipulat fl-Artikoli 30(1) u 31(2) u mhux anqas minn xahar qabel id-data ta' meta tkun proposta l-bidu ta’ l-applikazzjoni. |
1. Kull tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt mgħarraf lill-utent tas-servizz ta' pagament skond l-Artikolu 31(1) għandu jkun propost mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament bl-istess mod kif stipulat fl-Artikoli 30(1) u 31(2) u mhux anqas minn xahrejn qabel id-data ta' meta jkun propost il-bidu ta’ l-applikazzjoni. Fl-istess ħin meta jkun qed jikkomunika kwalunkwe tibdil bi qbil ma’ l-ewwel subparagrafu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jispeċifika li għal perjodu ta’ mill-inqas xahrejn l-utent tas-servizz ta’ pagament ikollu d-dritt li jtemm il-kuntratt mingħajr ħlas. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-interessi tal-ħarsien tal-konsumatur huwa preferibbli li jiżdied il-limitu ta’ żmien biex jintemm il-kuntratt għal xahrejn, u li jiġi speċifikat b’mod espliċitu d-dritt tal-konsumatur li jtemm il-kuntratt jekk ikun hemm xi tibdil fil-kundizzjonijiet kuntrattwali. | |
Emenda 179 ARTIKOLU 33, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
Fil-ħin tal-komunikazzjoni speċifikat fl-ewwel subparagrafu, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jispeċifika li l-utent ta’ servizz ta’ pagament ikollu d-dritt li jtemm il-kuntratt mingħajr ma jeħel kwalunkwe penali matul mill-inqas l-ewwel xahar tal-validità tiegħu. |
Emenda 180 ARTIKOLU 33, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal tibdil fir-rati ta’ l-interessi fejn ir-rata ta’ l-interessi ta’ referenza li tkun stabbilita għall-kalkolu tagħhom fil-ftehim ta’ qafas tkun iċċaqilqet u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament ikun għarraf kif xieraq lill-utent tas-servizz ta' pagament bid-dritt tiegħu skond il-kuntratt biex jibdel ir-rati ta’ l-interessi skond formula maqbula. |
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal tibdil fir-rati ta’ l-interessi jew tal-kambju ta’ referenza kkalkolati skond l-Artikolu 31(f) soġġett għall-fatt li l-fornitur tas-servizz ta’ pagament ikun għarraf lill-utent tas-servizz ta' pagament bid-dritt skond il-kuntratt. |
Emenda 181 ARTIKOLU 33, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
F’każijiet bħal dawn, kull tibdil fir-rati ta' l-interessi jista' jkun applikat immedjatament, basta li l-utent tas-servizz ta' pagament ikun infurmat bit-tibdil malajr kemm jista’ jkun bl-istess mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2). |
F’każijiet bħal dawn, kull tibdil fir-rati ta' l-interessi jew tal-kambju ta’ referenza jista' jkun applikat immedjatament, basta li l-utent tas-servizz ta' pagament ikun infurmat bit-tibdil malajr kemm jista’ jkun bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 30(1). |
Emenda 182 ARTIKOLU 33, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
Tibdil kuntrattwali fir-rata ta’ l-interessi jew tal-kambju ta’ referenza użata fi tranżazzjonijiet ta’ pagament għandu jkun implimentat u kkalkolat b’mod newtrali li ma jiddiskriminax kontra l-utenti ta’ servizz ta’ pagament. |
Emenda 183 Artikolu 34, paragrafu 1 (ġdid) | |
|
|
-1. Kuntratti ta’ qafas jistgħu jinġiebu fi tmiem fi kwalunkwe ħin mill-utent ta’ servizz ta’ pagament u b’mill-inqas avviż ta’ xahar mill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament. Iżda, fornitur ta’ servizz ta’ pagament jista’ jiftiehem ma’ l-utent ta’ servizz ta’ pagament dwar perjodu espliċitu ta’ avviż, li m’għandux jaqbeż xahar, biex kuntratt ta’ qafas jinġieb fi tmiem mill-utent ta’ servizz ta’ pagament. |
Emenda 184 ARTIKOLU 34, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. It-terminazzjoni ta' kuntratt ta' qafas li jkun konkluż għal perjodu ta’ 12-il xahar jew aktar, jew għal żmien indefinit, għandu jkun bla ħlas għal utent ta’ servizz ta’ pagament. |
1. It-terminazzjoni ta' kuntratt ta' qafas li jkun konkluż għal perjodu li ma jaqbiżx 12-il xahar, jew għal żmien indefinit, għandu jkun bla ħlas għal utent ta’ servizz ta’ pagament wara li jkunu għaddew 12-il xahar. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-ħlasijiet għat-tmiem ta’ kuntratti għandhom ikunu raġonevoli u skond l-ispejjeż. |
Emenda 186 ARTIKOLU 34, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 A (ĠDID) | |
|
|
L-ispejjeż għat-terminazzjoni mill-utent tas-servizz ta’ pagament ta’ kuntratt ta’ qafas konkluż għal perjodu ta’ inqas minn 12-il xahar għandhom ikunu raġonevoli u paragunabbli ma’ l-ispejjeż. L-ispejjeż għal ħruġ minn kuntratt ma jistgħu fl-ebda każ ikunu ogħla mill-ispejjeż għal dħul f’kuntratt. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jiġi speċifikat li l-artikolu dwar it-terminazzjoni ta’ kuntratt jikkonċerna biss l-utent ta’ servizz ta’ pagament, u mhux il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament. Inkella l-utent jista’ jkun affaċjat bi problemi serji; pereżempju, fil-każ ta’ kontijiet għal servizzi pubbliċi imħallsa permezz ta’ debitu dirett. | |
Emenda 185 ARTIKOLU 34, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
Miżati għal servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom jitħallsu biss pro rata sat-terminazzjoni tal-kuntratt. Jekk dawn il-miżati jitħallsu bil-quddiem, għandhom jitħallsu lura pro rata.. |
Miżati għal servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom jitħallsu biss pro rata sat-terminazzjoni tal-kuntratt mill-utent ta’ servizz ta’ pagament. Jekk dawn il-miżati jitħallsu bil-quddiem, għandhom jitħallsu lura pro rata. |
Emenda 187 ARTIKOLU 34, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Ħlief fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament u l-utent ta’ servizz ta’ pagament ikunu ftehmu b’mod espliċitu dwar perjodu ta’ avviż minn qabel biex kuntratt ta’ qafas jiġi tterminat, kuntratti ta’ qafas jistgħu jiġu tterminati immedjatament. |
imħassar |
|
Il-perjodu ta’avviż ma jistax jaqbeż xahar. |
|
Ġustifikazzjoni
Inkluż fl-Artikolu 34(1).
Emenda 188 ARTIKOLU 35, PARAGRAFU 1 | |
|
Fil-każ ta’ transazzjoni ta' pagament skond kuntratt ta' qafas, fornitur ta' servizz ta' pagament għandu, fuq talba ta’ l-utent tas-servizz ta’ pagament u għall-iskop ta’ din it-transazzjoni speċifika, jipprovdi informazzjoni espliċita dwar iż-żmien ta’ eżekuzzjoni u l-kummissjonijiet, il-miżati u l-ħlasijiet li għandhom jingħataw lill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament. |
Fil-każ ta’ tranżazzjoni ta' pagament skond kuntratt ta' qafas, fornitur ta' servizz ta' pagament għandu, fuq talba ta’ l-utent tas-servizz ta’ pagament u għall-iskop ta’ din it-tranżazzjoni speċifika, jipprovdi informazzjoni espliċita dwar iż-żmien ta’ eżekuzzjoni kif definit fit-Titolu IV, il-Kapitolu 2, is-Sezzjoni 2 u l-kummissjonijiet, il-miżati u l-ħlasijiet li għandhom jingħataw lill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament. |
Emenda 189 ARTIKOLU 35, PARAGRAFU 2 | |
|
F’każijiet li jkunu koperti mill-Artikolu 58(2), għandha tingħata minn qabel stima bona fide ta’ kull tnaqqis. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir jirriżulta mir-restrizzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni. | |
Emenda 190 ARTIKOLU 36, TITOLU | |
|
Informazzjoni li għandha tingħata lil min iħallas wara li tkun twettqet transazzjoni individwali ta’ pagament
|
Informazzjoni li għandha tingħata jew tkun ikkomunikata lil min iħallas ma’ l-ewwel talba tiegħu wara li tkun twettqet tranżazzjoni individwali ta’ pagament
|
Emenda 191 ARTIKOLU 36, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
1. Wara li titwettaq transazzjoni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jipprovdi lil min iħallas b’mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
1. Wara li titwettaq tranżazzjoni ta’ pagament individwali, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas għandu jipprovdi jew jikkomunika lil min iħallas ma’ l-ewwel talba tiegħu mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
Emenda 192 ARTIKOLU 36, PARAGRAFU 1, PUNT (A) | |
|
(a) riferenza li tippermetti lill-utent tas-servizz ta' pagament jidentifika kull transazzjoni ta' pagament u, fejn xieraq, l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma’ min qed jitħallas; |
(a) referenza li tippermetti lil min qed iħallas jidentifika kull tranżazzjoni ta' pagament u, fejn xieraq, l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma’ min qed jitħallas sakemm din l-informazzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta jew offruta diġà; |
Emenda 193 ARTIKOLU 36, PARAGRAFU 1, PUNT (C) | |
|
(c) l-ammont ta’ kull miżata jew spiża għat-transazzjoni ta’ pagament li min iħallas kellu jagħti lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta’ pagament. F’dawk il-każijiet fejn tintalab miżata totali, bħal fil-każ ta’ ħlas għal servizz ta’ trasport jew miżata għall-immaniġġjar tal-kont, l-informazzjoni għandha turi biċ-ċar il-prezzijiet ta’ l-elementi differenti tas-servizz li jkunu inklużi fil-miżata totali; |
(c) l-ammont ta’ kull spiża għat-tranżazzjoni ta’ pagament li min iħallas kellu jagħti lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta’ pagament. F’dawk il-każijiet fejn tintalab miżata totali, bħal fil-każ ta’ ħlas għas-servizz tan-negozjant jew miżata għall-immaniġġjar tal-kont, l-informazzjoni għandha turi biċ-ċar il-prezzijiet ta’ l-elementi differenti tas-servizz li jkunu inklużi fil-miżata totali sakemm il-miżata ma tkunx tagħmel parti minn pakett ta’ miżati li jippermetti numru speċifikat ta’ operazzjonijiet f’perjodu ta’ żmien determinat u sakemm ma jkunx hemm irrapurtar trasparenti tal-pakett ta’ miżati; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jkun hemm trasparenza fl-elementi tal-miżati, speċjalment fil-kuntest tal-kards ta’ kreditu u d-drittijiet tan-negozjant. Madankollu, il-prattika ta’ ħafna banek li jippermettu numru speċifikat ta’ tranżazzjonijiet fix-xahar jew fis-sena hija metodu konvenjenti wkoll għall-ħlasijiet mitluba, sakemm l-irrappurtar isir b’mod trasparenti. | |
Emenda 194 ARTIKOLU 36, PARAGRAFU 1 , PUNT (D) | |
|
(d) fejn ikun rilevanti, ir-rata tal-kambju użata fit-transazzjoni ta’ pagament jekk din tkun applikata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas. |
(d) fejn ikun applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament jekk din tkun applikata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas. |
Emenda 195 ARTIKOLU 36, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Tista’ ssir kundizzjoni f'kuntratt ta’ qafas li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta fuq bażi regolari, bi frekwenza speċifikata. F’kull każ, din l-informazzjoni għandha tiġi mogħtija fl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 30(1) u 31(2). |
2. Tista’ ssir kundizzjoni f'kuntratt ta’ qafas li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta jew ikkomunikata ma’ l-ewwel talba ta’ min qed iħallas fuq bażi regolari, bi frekwenza speċifikata. F’kull każ, din l-informazzjoni għandha tiġi mogħtija fl-istess mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2). |
Emenda mressqa minn Othmar Karas
Emenda 196 ARTIKOLU 36, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Tista’ ssir kundizzjoni f'kuntratt ta’ qafas li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta fuq bażi regolari, bi frekwenza speċifikata. F’kull każ, din l-informazzjoni għandha tiġi mogħtija fl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 30(1) u 31(2). |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija) |
Or. de | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-bidla tikkonċerna biss il-verżjoni Ġermaniża, biex tagħmilha konformi mat-test Ingliż. | |
Emenda 197 ARTIKOLU 37, TITOLU | |
|
Informazzjoni li trid tingħata lil min jitħallas wara li jkun irċieva l-fondi
|
Informazzjoni li trid tingħata jew tiġi kkomunikata lil min jitħallas ma’ l-ewwel talba tiegħu wara li jkun irċieva l-fondi |
Emenda 198 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
1. Wara li l-fondi li jkunu daħlu, destinati għal min qed jitħallas, jitqiegħdu għad-dispożizzjojni tiegħu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min qed jitħallas, bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 30(1) u 31(2), mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
1. Wara li l-fondi li jkunu daħlu, destinati għal min qed jitħallas, jitqiegħdu għad-dispożizzjojni tiegħu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jikkomunika lil min qed jitħallas, ma’ l-ewwel talba tiegħu, bl-istess mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2), l-informazzjoni li ġejja: |
Emenda 199 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A) | |
|
(a) ir-referenza ta’ min qed iħallas; |
(a) ir-referenza ta’ min qed iħallas u l-informazzjoni trasferita minn min qed iħallas mat-tranżazzjoni ta’ pagament li tippermetti lil min qed jitħallas li jidentifika t-tranżazzjoni ta’ pagament; |
Emenda 200 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (B) | |
|
(b) informazzjoni xierqa li tkun trasferita minn min qed iħallas mal-pagament u li biha min qed jitħallas jista’ jidentifika l-pagament; |
imħassar |
Emenda 201 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (D) | |
|
(d) l-ammont ta’ kull kummissjoni u l-ispejjeż li jittieħdu mat-transazzjoni ta' pagament, li jitħallsu minn min qed jitħallas lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta’ pagament biex jirċievi l-pagament; |
(d) l-ammont ta’ kull kummissjoni, il-miżata u l-ispejjeż għat-tranżazzjoni ta' pagament, li jitħallsu minn min qed jitħallas lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta’ pagament jew minn kwalunkwe intermedjarju biex jirċievi l-pagament; |
Emenda 202 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (E) | |
|
(e) fejn ikun rilevanti, ir-rata tal-kambju użata fit-transazzjoni ta’ pagament jekk din ġiet applikata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas. |
(d) fejn ikun applikabbli, ir-rata tal-kambju użata fit-tranżazzjoni ta’ pagament jekk din ġiet applikata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas jew minn kwalunkwe intermedjarju. |
Emenda 203 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
F’dawk il-każijiet fejn tintalab miżata totali, bħal fil-każ ta’ ħlas għal servizz ta’ trasport jew miżata għall-immaniġġjar tal-kont, l-informazzjoni mogħtija għall-iskopijiet ta’ punt (d) għandha turi biċ-ċar il-prezzijiet ta’ l-elementi differenti tas-servizz li jiffurmaw il-miżata totali; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Is-silta msemmija mill-Artikolu 37 tikkonċerna l-immaniġġjar ta’ tranżazzjonijiet individwali, għalhekk il-punt d jitkellem dwar miżata ta’ tranżazzjoni individwali. Fornituri ta’ servizz ta’ pagament jimponu miżati globali bbażati, mhux fuq it-tranżazzjoni singla, imma fuq ħlas f’daqqa fuq perjodu ta’ żmien speċifikat. Għalhekk il-parti konċernata ta’ dan l-inċiż għandha titħassar. | |
Emenda 204 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Tista’ ssir kundizzjoni f'kuntratt ta’ qafas li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta fuq bażi regolari, bi frekwenza speċifikata. F’kull każ, din l-informazzjoni għandha tiġi mogħtija fl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 30(1) u 31(2). |
2. Tista’ ssir kundizzjoni f'kuntratt ta’ qafas li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ikkomunikata jew ma’ l-ewwel talba ta’ l-utent ta’ servizz ta’ pagament jew fuq bażi regolari, bi frekwenza speċifikata. F’kull każ, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta fl-istess mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2). |
Emenda 205 ARTIKOLU 38, PARAGRAFU 1 | |
|
1. B’deroga mill-Artikoli 29 sa 33, fil-każ ta’ kuntratt dwar pagamenti fejn l-ebda pagament individwali ma jkun jista’ jaqbeż il-50 EUR, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta' pagament, bil-mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2), il-karatteristiċi ewlenin biss tas-servizz ta’ pagament li għandu jingħata, il-mod li bih jista' jintuża, u l-ispejjeż kollha li jridu jitħallsu. |
1. B’deroga mill-Artikoli 29 sa 33, fil-każ ta’ mikro-pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta' pagament, bil-mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2), il-karatteristiċi ewlenin biss tas-servizz ta’ pagament li għandu jingħata, inkluż il-mod li bih jista' jintuża, u l-ispejjeż kollha li jridu jitħallsu. |
Emenda 206 Artikolu 38, paragrafu 3 A (ĠDID) | |
|
|
3a. Il-fornitur ta’ servizz m’għandux jitlob ħlas biex jipprovdi informazzjoni skond dan l-Artikolu. |
Emenda 207 ARTIKOLU 39, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Meta jkun hemm tisrif ta’ munita li jkun offrut qabel il-bidu ta' transazzjoni ta' pagament, u fejn dan is-servizz ikun offrut fil-mument tal-bejgħ jew minn min qed jitħallas, il-parti li qed toffri s-servizz lil min qed iħallas hija obbligata li tikxef lil min qed iħallas il-miżati kollha u l-ispejjeż kif ukoll ir-rata tal-kambju ta’ referenza użata biex it-transazzjoni tkun imsarrfa. |
2. Meta jkun hemm tisrif ta’ munita li jkun offrut qabel il-bidu ta' tranżazzjoni ta' pagament, u fejn dan is-servizz ta’ tisrif ta’ munita jkun offrut fil-mument tal-bejgħ jew minn min qed jitħallas, il-parti li qed toffri s-servizz ta’ tisrif ta’ munita lil min qed iħallas hija obbligata li turi lil min qed iħallas l-ispejjeż kollha kif ukoll ir-rata tal-kambju ta’ referenza użata biex it-tranżazzjoni tkun imsarrfa. |
|
Min qed iħallas għandu juri li jaqbel ma’ dan is-serivizz b'mod espliċitu fuq din il-bażi. |
Min qed iħallas għandu juri li jaqbel ma’ dan is-serivizz ta’ tisrif ta’ munita b'mod espliċitu fuq din il-bażi. |
Emenda 208 Artikolu 40, paragrafu -1 (ġdid) | |
|
|
-1. La l-fornituri ta’ servizz ta’ pagament u lanqas terzi persuni ma jistgħu jipprojbixxu lill-utent ta’ servizz ta’ pagament milli jitlob ħlas barrani jew milli joffri tnaqqis f’każijiet fejn isir użu ta’ strument ta’ pagament speċifikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan l-ewwel paragrafu ġdid jipprojbixxi dik li hija magħrufa bħala r-Regola ta’ Non-Diskriminazzjoni, li ħafna fornituri ta’ servizz ta’ pagament u banek jinkludu fil-kuntratti tagħhom ma’ negozji. Ir-Regola ta’ Non-Diskriminazzjoni tipprojbixxi lil negozji milli jiżvelaw l-ispejjeż ta’ servizzi ta’ pagament lill-klijenti tagħhom u għalhekk ma tippermettilhomx li jużaw l-iktar metodu ta’ pagament effiċjenti. L-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni ta’ xi Stati Membri dan l-aħħar ipprojbixxew dan ir-rekwiżit. | |
Emenda 209 ARTIKOLU 40, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Meta, għall-użu ta' xi strument ta' verifika partikolari, min qed jitħallas jitlob xi miżata jew joffri xi tnaqqis, għandu jintlaħaq qbil bejn min qed jitħallas u min qed iħallas dwar dawk il-materji qabel ma tinbeda transazzjoni ta' pagament. |
1. Meta, għall-użu ta' xi strument ta' verifika partikolari, l-utent ta’ servizz ta’ pagament u/jew min qed jitħallas jitlob xi ħlas barrani jew joffri xi tnaqqis, għandu jintlaħaq qbil espliċitu bejn min qed jitħallas u min qed iħallas dwar dawk il-materji qabel ma tinbeda t-tranżazzjoni ta' pagament. |
Emenda 210 Artikolu 40, paragrafu 1 A (ĠDID) | |
|
|
1a. Il-fornituri ta’ servizz ta’ pagament m’għandhomx jimponu spejjeż fuq l-utenti ta’ servizz ta’ pagament fuq il-provvista jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kundizzjonijiet jew informazzjoni rikjesti skond it-Titolu III apparti kif speċifikament permess f’dan l-Artikolu. |
Emenda 211 ARTIKOLU 40, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Meta, għall-użu ta’ xi strument ta’ verifika partikolari, fornitur ta’ servizz ta’ pagament jew parti terza titlob xi miżata, għandu jintlaħaq qbil bejn l-utent tas-servizz ta’ pagament u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament dwar dawk il-materji qabel ma tinbeda t-transazzjoni ta’ pagament. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
It-test eżistenti tal-paragrafu 2 jagħti l-possibilità lill-bank emittenti (fornitur ta’ servizz) biex jipprojbixxi lin-negozjant (terza persuna) li jitlob ħlas barrani mill-konsumatur (utent tas-servizz ta’ pagament). Aħna nemmnu li huwa vitali li n-negozjant jitħalla jitlob ħlas barrani peress li dan jagħtih setgħa ikbar ta’ negozjar fir-relazzjoni tiegħu mal-fornitur ta’ servizz ta’ pagament. Dan jagħmel ukoll il-prezz ta’ l-istrumenti differenti ta’ pagament iktar trasparenti għall-konsumatur. Fl-aħħar, dan ikun ta’ benefiċċju għall-utenti kollha ta’ servizzi ta’ pagament peress li din it-trasparenza se twassal għal miżati interbankarji iktar baxxi u b’hekk għal prezzijiet iktar baxxi ta’ merkanzija. | |
Emenda 212 ARTIKOLU 40, PARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
2a. Fejn utent ta’ servizz ta’ pagament ikollu bżonn ta’ informazzjoni addizzjonali jew jitlob għal komunikazzjoni ta’ informazzjoni iktar frekwenti milli normalment ikun previst fil-kuntratt mal-fornitur ta’ servizz ta’ pagament, il-fornitur jista’ jimponi ħlasijiet għal dan is-servizz, li għandhom ikunu raġonevoli u b’mod proporzjonali ma’ l-ispiża tas-servizz. |
Emenda 213 ARTIKOLU 41, PARAGRAFU 1 | |
|
L-Istati Membri għandhom jaraw li transazzjoni ta’ pagament tkun ikkunsidrata bħala awtorizzata biss jekk min iħallas ikun ta l-kunsens tiegħu għall-ordni ta' pagament rispettiva indirizzata lill-fornitur tas-servizz ta' pagament. |
L-Istati Membri għandhom jaraw li tranżazzjoni ta’ pagament tkun ikkunsidrata bħala awtorizzata biss, bil-kunsens ta’ min qed iħallas. |
Ġustifikazzjoni | |
Bil-wasla ta’ strumenti futuri ta’ pagament pan-Ewropej fil-qafas tal-proġett interbankarju SEPA, u speċjalment ta’ debitu dirett li permezz tiegħu l-fornitur ta’ min qed iħallas ma jkunx jista’ jivverifika l-validità ta’ l-ordni ta’ pagament li huwa jkun irċeva permezz tal-benefiċjarju, jidher importanti li jkun hemm garanziji partikolari għall-konsumaturi: għal dan il-għan, ikun utli li jiġu introdotti l-prinċipji ta' revoka tal-mandat bla spejjeż u ta’ rimborż tat-tranżazzjonijiet mhux awtorizzati bla spejjeż.Fil-fatt, in-nuqqas ta’ spejjeż marbuta mar-rimborż huwa previst biss għal tranżazzjonijiet awtorizzati iżda li l-ammont tagħhom ma kienx magħruf fil-mument ta’ l-awtorizzazzjoni u jidher li huwa eċċessiv (ara l-Artikoli 52 u 53 tal-proposta). | |
Emenda 214 ARTIKOLU 41, PARAGRAFU 2 | |
|
Il-kunsens għandu jikkonsisti minn awtorizzazzjoni espliċita għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex iwettaq transazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ transazzjonijiet. |
Il-kunsens għandu jikkonsisti minn awtorizzazzjoni, f’forma miftiehma b’kuntratt bejn min qed iħallas u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex iwettaq tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ tranżazzjonijiet. |
Emenda 215 ARTIKOLU 41, PARAGRAFU 3 | |
|
Fin-nuqqas ta’ kunsens bħal dan, transazzjoni ta’ pagament għandha tkun kunsidrata bħala mhux awtorizzata. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Inkluż fl-Artikolu 41(4a) (ġdid). | |
Emenda 216 ARTIKOLU 41, PARAGRAFU 4 | |
|
Transazzjoni ta’ pagament tista’ tiġi awtorizzata minn min iħallas qabel jew wara l-eżekuzzjoni ta’ transazzjoni ta’ pagament. |
Tranżazzjoni ta’ pagament tista’ tiġi awtorizzata minn min iħallas qabel jew, jekk il-partijiet jaqblu, wara l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ pagament. |
Emenda 217 ARTIKOLU 41, PARAGRAFU 4 A (ġdid) | |
|
|
Fin-nuqqas ta’ kunsens bħal dan, tranżazzjoni ta’ pagament għandha tkun ikkunsidrata bħala mhux awtorizzata. |
Emenda 218 ARTIKOLU 42, TITOLU | |
|
Trasmissjoni tal-kunsens |
Kriterju tat-trasmissjoni tal-kunsens |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha titqies flimkien ma’ l-emenda li tipproponi Artikolu 53 a ġdid; irreferi għall-ġustifikazzjoni rilevanti. | |
Emenda 219 ARTIKOLU 42, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. Min iħallas jista’ jittrasmetti l-kunsens tiegħu għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 41 billi juża strument ta’ verifika ta’ pagament. |
imħassar |
Emenda 220 ARTIKOLU 42, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
Il-kunsens jista’ jiġi mgħarraf direttament lill-fornitur tas-servizz ta' pagament tiegħu jew indirettament permezz ta’ min qed jitħallas. |
Il-kunsens jista’ jiġi mgħarraf direttament lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta’ min qed iħallas jew indirettament permezz ta’ min qed jitħallas. |
Emenda 221 ARTIKOLU 42 PARAGRAFU 1 SUBPARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
Fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu joqogħdu fuq dettalji elettroniċi tal-kunsens meta jevalwaw jekk it-tranżazzjoni tkunx awtorizzata, u dan huwa suġġett għad-drittijiet ta’ l-utent ta’ servizz ta’ pagament skond l-Artikolu 48. |
Emenda 222 ARTIKOLU 42, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Il-proċedura biex jiġi trasmess il-kunsens għandha tiġi maqbula bejn il-fornitur tas-servizz ta' pagament u min qed iħallas bil-mod kif stipulat fl-Artikolu 31(1)(a). |
2. Il-proċedura biex jiġi trasmess il-kunsens għandha tiġi maqbula b’mod espliċitu bejn il-fornitur tas-servizz ta' pagament u min qed iħallas u tista’ tikkonsisti fl-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament. |
Emenda 223 ARTIKOLU 43, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Jekk hekk ikun maqbul fil-kuntratt ta' qafas, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ jirriżerva d-dritt li jwaqqaf l-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament anki fi ħdan il-limitu massimu ta' nfiq maqbul basta li, fil-fehma tiegħu, ix-xejra ta’ l-infiq tkun tagħti lok għal suspetti ta’ użu frawdolenti. |
2. Jekk hekk ikun maqbul fil-kuntratt ta' qafas, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ jirriżerva d-dritt li jwaqqaf l-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament anki fi ħdan il-limitu massimu ta' nfiq maqbul basta, fil-fehma tiegħu, ikun hemm suspetti li l-istrument ta’ verifika ta’ pagament intuża jew jista’ jintuża b’mod frawdolenti jew għal skopijiet kriminali. |
|
Madankollu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ jwaqqaf l-istrument ta’ verifika ta’ pagament biss jekk ikun qabel għamel sforzi bona fide biex jikkuntattja lil dak li jkollu l-istrument ta’ verifika ta’ pagament biex jivverifika jekk tkunx twettqet frodi. |
Fejn l-użu ta’ l-istrument ta’ verifika ta’ pagament jiġi bblukkat, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizz ta’ pagament dwar dan mingħajr dewmien eċċessiv. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-każ ta’ suspett jew użu frawdolenti, huwa iktar effiċjenti u inqas jinħela ħin meta l-ewwel jitwaqqaf il-kont imbagħad jiġi infurmat l-utent ta’ servizz ta’ pagament. | |
Emenda 224 ARTIKOLU 43, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
Madankollu, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament irid jiżblokka l-istrument ta’ verifika ta’ pagament minnufih u bla ħlas meta jintalab jagħmel hekk mill-utent ta’ servizz ta’ pagament. Il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament irid jiżgura li l-utent ta’ servizz ta’ pagament jista’ jagħmel talba bħal din fi kwalunkwe ħin permezz ta’ telefonata, bla ħlas. L-utent ta’ servizz ta’ pagament ma jħallas xejn għall-ibblukkar preċedenti ta’ l-istrument ta’ verifika ta’ pagament meta l-utent tal-pagament jitlob l-iżblukkar ta’ l-istrument ta’ verifika ta’ pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta karta ta’ kreditu tkun qed tintuża b’mod frawdolenti, huwa importanti li tiġi bblukkata minnufih u mhux dejjem ikun possibbli li tiġi identifikata l-persuna li trid tiġi kkuntattjata l-ewwel bħala prijorità peress li bosta drabi kull minuta tgħodd, kemm biex jitwaqqfu t-tranżazzjonijiet u biex jinstab il-ħati. | |
Emenda 225 ARTIKOLU 44 | |
|
Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jżomm għal mill-anqas sena d-dokumentazzjoni interna biex permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu ntraċċati t-transazzjonijiet ta’ pagament u jkunu jistgħu jiġu kkoreġuti żbalji, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2005/.../KE jew leġiżlazzjoni oħra relevanti tal-Komunità. |
Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jżomm għal sentejn d-dokumentazzjoni interna biex permezz tagħha jkunu jistgħu jiġu ntraċċati t-tranżazzjonijiet ta’ pagament u jkunu jistgħu jiġu kkoreġuti żbalji, bla ħsara għad-Direttiva 2005/60/KE jew leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità jew nazzjonali. |
Emenda 226 ARTIKOLU 45, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 A (ĠDID) | |
|
|
Kwalunkwe klejm kontra l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jiġi sottomess mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data ta’ debitu. Wara sitt xhur mid-data ta’ debitu, il-pagament għandu jitqies li jkun awtorizzat. |
Emenda 227 ARTIKOLU 45, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Fil-każ ta’ sensiela ta' transazzjonijiet, l-awtorizzazjoni għandha tiġi rtirata u t-transazzjoni ta’ pagament għandha tkun ikkunsidrata bħala mhux awtorizzata mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56. |
2. Jekk tingħata awtorizzazzjoni għal sensiela ta' tranżazzjonijiet, din tista’ tiġi rtirata għall-futur bl-effett li kwalunkwe tranżazzjoni ta' pagament sussegwenti għandha tkun ikkunsidrata bħala mhux awtorizzata bla ħsara għall-Artikolu 56. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun iċċarat il-kliem użat. | |
Emenda 228 ARTIKOLU 46, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
L-utent ta’ servizz ta’ pagament għandu josserva l-obbligi li ġejjin: |
L-utent ta’ servizz ta’ pagament li jkollu l-istrument ta’ verifika ta’ pagament għandu josserva l-obbligi li ġejjin: |
Emenda 229 ARTIKOLU 46, PARAGRAFU 1, pUntI (-a) U (-AA) (ġodda) | |
|
|
(-a) li jieħu l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha minnufih, wara li jkun irċieva strument ta’ verifika ta’ pagament, biex jipproteġi l-karatteristiċi ta’ sigurtà tiegħu minn użu mhux awtorizzat; |
|
|
(-aa) li jiżgura, b’mod partikolari, li l-istrument ta’ verifika ta’ pagament u l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati assoċjati miegħu ma jkunux aċċessibli għal kwalunkwe persuna oħra; |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jiġi ċċarat il-punt li l-utent ta’ servizz ta’ pagament irid jieħu miżuri xierqa fejn jista’ biex iwaqqaf l-użu frawdolenti ta’ strumenti ta’ verifika ta’ pagament u l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati tagħhom. Dan jiswa wkoll biex ikunu protetti sistemi ta’ pagament b’mod ġenerali billi jitnaqqas il-prezz ta’ kopertura tar-riskju. | |
Emenda 230 ARTIKOLU 46, PARAGRAFU 1, PUNT (B) | |
|
(b) li jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament, jew lill-entità speċifikata minn dan ta’ l-aħħar, mingħajr dewmien bla bżonn wara li jinduna bit-telf, serq jew miżapproprjazzjoni jew użu hażin ta’ l-istrument ta' verifika ta’ pagament. |
(b) li jgħarraf, inkluż bit-telefown, lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament, jew lill-entità speċifikata minn dan ta’ l-aħħar, mingħajr dewmien bla bżonn wara li jinduna bit-telf, serq jew miżapproprjazzjoni jew użu mhux awtorizzat ta’ l-istrument ta' verifika ta’ pagament. |
Emenda 231 ARTIKOLU 46, PARAGRAFU 2 | |
|
Għall-iskopijiet tal-punt (a), l-utent tas-servizz ta’ pagament għandu, b’mod partikolari, hekk kif l-utent tas-servizz ta’ pagament jirċievi strument ta’ verifika ta' pagament, jieħu l-passi kollha raġjonevoli biex iħares il-karatteristiċi ta’ sigurtà ta’ l-istrument. |
Għall-iskopijiet tal-punt (a), l-utent tas-servizz ta’ pagament għandu, b’mod partikolari, hekk kif l-utent tas-servizz ta’ pagament jirċievi strument ta’ verifika ta' pagament, jieħu l-passi kollha raġonevoli biex iħares il-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati ta’ l-istrument. |
Emenda 232 ARTIKOLU 47, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu josserva l-obbligi li ġejjin: |
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament li jforni l-istrument ta’ verifika ta’ pagament għandu josserva l-obbligi li ġejjin: |
Emenda 233 ARTIKOLU 47, PARAGRAFU 1, PUNT (A) | |
|
(a) li jara li l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati ta' l-istrument ta’ verifika ta’ pagament ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra barra dak li f’ismu jkun l-istrument ta’ verifika ta' pagament; |
(a) li jara li l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati ta' l-istrument ta’ verifika ta’ pagament ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra barra dak li f’ismu jkun l-istrument ta’ verifika ta' pagament bla ħsara għar-rekwiżiti dwar kif għandhom jitħarsu l-istrumenti ta’ verifika ta’ pagament għall-utent ta’ servizz ta’ pagament; |
Emenda 234 ARTIKOLU 47, PARAGRAFU 1, PUNT (B) | |
|
(b) li ma jibgħatx strument ta’ verifika ta’ pagament mingħajr ma dan ikun mitlub, ħlief meta strument ta’ verifika ta’ pagament li diġà jkun f'idejn l-utent ta’ servizz ta' pagament ikollu jiġi mibdul peress li jkun skada jew għaliex ikun hemm bżonn li jiżdiedu jew jinbidlu ċerti karatteristiċi ta’ sigurtà; |
(b) li ma jibgħatx strument ta’ verifika ta’ pagament mingħajr ma dan ikun mitlub, ħlief meta strument ta’ verifika ta’ pagament li diġà jkun f'idejn l-utent ta’ servizz ta' pagament ikollu jiġi mibdul peress li jkun skada jew se jiskadi fil-futur qrib, jew għaliex ikun hemm bżonn li jiżdiedu jew jinbidlu ċerti karatteristiċi ta’ sigurtà; |
Emenda 235 ARTIKOLU 47, PARAGRAFU 1, PUNT (C A) (ġdid) | |
|
|
(ca) li jevita l-użu kollu ta’ l-istrument ta’ verifika ta’ pagament, ladarba n-notifika fl-Artikolu 46(b) tkun ġiet ssodisfata. |
Emenda 236 ARTIKOLU 47, PARAGRAFU 2 A (ĠDID) | |
|
|
Il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament irid jerfa’ r-responsabilità tar-riskju meta jintbagħat kwalunkwe strument ta’ trasferiment elettroniku ta’ fondi lill-proprjetarju, jew meta jintbagħat kwalunkwe mezz li jippermetti l-użu tiegħu, bħan-numru ta’ identifikazzjoni personali. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta’ ħarsien tal-konsumatur, min jipprovdi s-servizz irid jerfa’ r-responsabilità tar-riskju meta jintbagħat kwalunkwe strument ta’ trasferiment elettroniku ta’ fondi lill-proprjetarju, jew meta jintbagħat kwalunkwe mezz li jippermetti l-użu tiegħu (bħan-numru ta’ identifikazzjoni personali pereżempju). | |
Emenda 237 ARTIKOLU 48 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrekjedu li, fejn utent ta’ servizz ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza transazzjoni ta’ pagament li tkun twettqet, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jipprovdi mill-anqas xi evidenza li t-transazzjoni ta’ pagament kienet ġiet awtentikata, dokumentatata b’mod preċiż, imdaħħla fil-kontijiet u mhux affettwata minn xi ħsara teknika jew xi difett ieħor.
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrekjedu li, fejn utent ta’ servizz ta’ pagament jiċħad li jkun awtorizza tranżazzjoni ta’ pagament li tkun twettqet, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jipprovdi evidenza ta’ awtorizzazzjoni. Dan għandu jirrikjedi li mill-inqas ikun ippruvat li kien kemm konformità mal-proċedura ta’ awtentikazzjoni provduta għal din it-tranżazzjoni ta’ pagament, li t-tranżazzjoni nfisha kienet dokumentata b’mod preċiż u mdaħħla fil-kontijiet u li d-dokumentazzjoni tat-tranżazzjoni ma tindikax nuqqas tekniku waqt it-tranżazzjoni. Sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-konsumatur, dettalji u konsegwenzi leġiżlattivi addizzjonali dwar ir-responsabilità tal-prova għandhom ikunu regolati mil-liġijiet ċivili nazzjonali. |
|
|
1a. Kwalunkwe klejm kontra l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jiġi sottomess mhux iktar tard minn tnax-il xahar wara d-data ta’ debitu. Wara tnax-il xahar mid-data tad-debitu, il-pagament għandu jitqies li jkun awtorizzat. |
|
2. Jekk, meta tiġi ppreżentata l-evidenza mitluba skond il-paragrafu 1, l-utent tas-servizz ta’ pagament jibqa’ jiċħad li jkun awtorizza t-transazzjoni ta’ pagament, dan għandu jipprovdi informazzjoni fattwali jew xi elementi biex tkun tista’ ssir is-suppożizzjoni li ma setax awtorizza t-transazzjoni ta’ pagament u li ma kienx aġixxa b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira b’dak li għandu x'jaqsam ma' l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46(b). |
|
|
3. Biex tkun tista' tiġi miċħuda s-suppożizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament li jkun dokumentat mill-fornitur tas-servizz ta' pagament m’għandux, fih innifsu, jkun biżżejjed biex jiġi determinat sew jekk il-pagament kienx awtorizzat mill-utent tas-servizz ta' pagament jew jekk l-utent tas-servizz ta' pagament aġixxiex b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46. |
|
|
4. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet legali dwar kemm jistgħu jintlaqgħu bħala evidenza l-firem bl-idejn jew il-firem elettroniċi avvanzati hekk kif iddefiniti bid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2].
|
|
Emenda 239 ARTIKOLU 49, PARAGRAFU 1 | |
|
L-Istati Membri għandhom jaraw li, fil-każ ta' transazzjoni ta' pagament mhux awtorizzata, il-fornitur tas-servizz ta' pagament iħallas lura bla dewmien lill-utent tas-servizz ta' pagament l-ammont tat-transazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew, fejn ikun applikabbli, jerġa’ jġib il-kont tal-pagamenti li kien ġie ddebitat b’dak l-ammont għas-sitwazzjoni li kienet teżisti li kieku ma kinitx seħħet it-transazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. |
Fejn issir klejm fi żmien sena mid-data ta’ debitu tat-tranżazzjoni, l-Istati Membri għandhom jaraw li, fil-każ ta' tranżazzjoni ta' pagament mhux awtorizzata, il-fornitur tas-servizz ta' pagament iħallas lura bla dewmien lill-utent tas-servizz ta' pagament, bla ħlas, l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew, fejn ikun applikabbli, jerġa’ jġib il-kont tal-pagamenti li kien ġie ddebitat b’dak l-ammont għas-sitwazzjoni li kienet teżisti li kieku ma kinitx seħħet it-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tinħoloq ċertezza legali madwar l-UE, speċjalment għall-iskema Ewropea ta’ debitu dirett, l-Artikolu 49 għandu jkun ibbażat fuq prattika eżistenti f’numru ta’ Stati Membri ta’ l-UE u jqiegħed limitu ta’ sena fuq id-dritt ta’ l-utent ta’ servizz ta’ pagament għal rimborż fil-każ ta’ pagamenti mhux awtorizzati. Skond l-Artikolu 45, l-utent, kif xieraq, huwa taħt obbligu li jimmoniterja t-tranżazzjonijiet ta’ pagament fil-kont tal-bank tiegħu regolarment u immedjatament jirreġistra oġġezzjoni kontra tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati. B’hekk, il-limitazzjoni għal sena tad-dritt ta’ l-utent għal rimborż fil-każ ta’ pagamenti mhux awtorizzati huwa approċċ ibbilanċjat u konsistenti. Din tipprovdi lill-fornitur u lill-utent ta’ servizz biċ-ċertezza legali li wara l-għeluq iż-żmien ta’ din l-iskadenza t-tranżazzjoni ta’ pagament tkun finali. Barra minn hekk, dan il-perjodu ta’ sena ta’ limitazzjonijiet jikkorrispondi ma’ l-obbligu ta’ dokumentazzjoni skond l-Artikolu 44. | |
Emenda 240 ARTIKOLU 50, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. L-utent tas-servizz ta’ pagament għandu jġorr il-piż tat-telf, sa massimu ta’ EUR 150, li jkun hemm fil-każ ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament mitluf jew misruq u li jkun seħħ qabel ma jkun wettaq l-obbligu li jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament skond l-Artikolu 46(b). |
1. Qabel it-twettiq ta’ l-obbligu li l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jiġi mgħarraf skond l-Artikolu 46(b), l-utent tas-servizz ta’ pagament għandu jġorr l-ammont sħiħ ta’ telf li jkun seħħ minħabba fih, u mhux iktar minn massimu ta’ EUR 150 fil-każ ta’ telf li ma jkunx seħħ minħabba fih. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-limitu ta’ €150 fuq obbligu favur l-utent għal telf li jirriżulta minn strument ta’ pagament mitluf jew misruq m’għandux ġustifikazzjoni raġonevoli ħlief fil-laż ta’ negliġenza kbira jew intenzjoni frawdolenti. | |
Hawnhekk għandha ssir referenza għar-rapport tal-Parlament tat-18 ta’ April 2004 (A5-0192/2004 finali, il-paragrafu 17). Din twarrab dispożizzjonijiet li jillimitaw l-obbligu tal-konsumatur fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mhux awtorizzati (bħal serq ta’ kard ta’ kreditu) għal €150 anki jekk ma jkunx issodisfa l-obbligi tiegħu li jgħarraf lill-fornitur tiegħu ta’ servizz ta’ pagament. | |
Emenda 241 ARTIKOLU 50, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
L-Istati Membri għandhom jitħallew inaqqsu dan l-ammont aktar, basta li dan it-tnaqqis ma jkunx japplika għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament awtorizzati fi Stati Membri oħra. |
L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dan l-ammont massimu aktar. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta’ ħarsien tal-konsumatur, huwa aktar xieraq li titħassar ir-restrizzjoni fl-Artikolu 50, il-paragrafu 1 u li tkun iċċarata l-ewwel frażi. | |
Emenda 242 ARTIKOLU 50, PARAGRAFU 2 | |
|
2. L-utent ta’ servizz ta’ pagament għandu jġorr l-ispejjeż kollha dwar transazzjonijiet mhux awtorizzati jekk jeħilhom billi jkun aġixxa b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira tigward l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 46. F’dawn il-każijiet, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma japplikax. |
2. Wara li jkun issodisfa l-obbligu tiegħu skond l-Artikolu 46(b) li jinnotifika lill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament tiegħu, l-utent ta’ servizz ta’ pagament għandu jġarrab biss it-telf li seħħ intenzjonalment u minħabba fih. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-limitu ta’ €150 fuq obbligu favur l-utent għal telf li jirriżulta minn strument ta’ pagament mitluf jew misruq m’għandux ġustifikazzjoni raġonevoli ħlief fil-laż ta’ negliġenza kbira jew intenzjoni frawdolenti. | |
Hawnhekk għandha ssir referenza għar-rapport tal-Parlament tat-18 ta’ April 2004 (A5-0192/2004 finali, il-paragrafu 17). Din twarrab dispożizzjonijiet li jillimitaw l-obbligu tal-konsumatur fil-każ ta’ tranżazzjonijiet mhux awtorizzati (bħal serq ta’ kard ta’ kreditu) għal €150 anki jekk ma jkunx issodisfa l-obbligi tiegħu li jgħarraf lill-fornitur tiegħu ta’ servizz ta’ pagament. | |
Emenda 243 ARTIKOLU 50, PARAGRAFU 3 | |
|
3. Min iħallas m’għandux iġorr xi konsegwenzi finanzjarji li jiġu mill-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament mitluf, misruq jew miżapproprjat wara li l-fornitur tas-servizz ta' pagament ikun ġie mgħarraf bit-telf jew is-serq ta' dak l-istrument ta' verifika ta' pagament, ħlief fejn ikun aġixxa b’mod frawdolenti. |
L-utent ta’ servizz ta’ pagament m’għandux iġarrab xi konsegwenzi finanzjarji li jiġu mill-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament mitluf jew misruq wara li l-fornitur tas-servizz ta' pagament ikun ġie mgħarraf bit-telf jew is-serq ta' dak l-istrument ta' verifika ta' pagament, ħlief fejn ikun aġixxa b’mod frawdolenti. |
|
|
L-utent ta’ servizz ta’ pagament m’għandu jġarrab l-ebda konsegwenza finanzjarja li tirriżulta minn użu ħażin ta’ dejta minn strument ta’ verifika ta’ pagament miżapproprjat, ħlief fejn ikun aġixxa b’mod frawdolenti. |
|
|
Madankollu, regoli nazzjonali li jillimitaw l-obbligu ta’ l-utent f’każijiet bħal dawn għandhom jibqgħu japplikaw. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jitħarsu l-konsumaturi għandu jiġi speċifikat li m’huma se jġarrbu l-ebda konsegwenza finanzjarja li tirriżultaw mill-użu ħażin ta’ dejta minn strument ta’ verifika ta’ pagament miżapproprjat. | |
Emenda 244 ARTIKOLU 51, PARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Artikoli 49 u 50 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għal utent ta’ servizz ta' pagament li jkun intrapriża akbar mid-daqs ta’ mikro-intrapriża kif definita fl-Artikoli 1 u 2(1) u (3) tat-Titolu I ta' l-Anness mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla kosegwenzjali bħala riżultat ta’ emendi għall-Artikolu 2. | |
Emenda 246 ARTIKOLU 52, PARAGRAFU 1 | |
|
L-Istati Membri għandhom jaraw li min ikun qed iħallas u li jkun qed jaġixxi bona fede, ikun intitolat għal rifużjoni ta’ transazzjoni ta’ pagament awtorizzata li tkun diġa twettqet, jekk jintlaqgħu il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
L-Istati Membri għandhom jaraw li min ikun qed iħallas u li jkun qed jaġixxi bona fede, ikun intitolat għal rifużjoni ta’ l-ammont disputat ta’ tranżazzjoni ta’ pagament awtorizzata li tkun diġà twettqet, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) l-awtorizzazzjoni ma kinitx tinkludi l-ammont eżatt tat-transazzjoni ta' pagament jew l-identifikazzjoni ta' min qed jitħallas meta tkun saret; |
(a) l-awtorizzazzjoni ma kinitx tinkludi l-ammont eżatt tat-tranżazzjoni ta' pagament jew l-identifikazzjoni ta' min qed jitħallas meta tkun saret; u |
|
(b) l-ammont tat-transazzjoni mwettqa ma jkunx l-ammont li xi ħadd li jħallas b'mod raġjonevoli jistenna li jkun, kieku kellu jkun fil-pożizzjoni ta’ dak li qed iħallas. |
(b) l-ammont tat-tranżazzjoni mwettqa ma jkunx ammont raġonevoli li xi ħadd li jħallas jistenna li jkun f’sitwazzjoni simili. |
Emenda 247 ARTIKOLU 53, PARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li min qed iħallas jista’ jitlob ir-rifużjoni, mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara li jkun ġie infurmat dwar it-transazzjoni ta’ pagament konċernata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament. It-talba għandha tinkludi elementi fattwali dwar il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artkolu 52. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li min qed iħallas jista’ jitlob ir-rifużjoni, mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data ta’ meta l-fondi jkunu debitati. It-talba għandha tinkludi elementi fattwali dwar il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artkolu 52. |
Emenda 248 ARTIKOLU 53, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
2. Fi żmien għaxart’ijiem ta’ xogħol minn mindu jirċievi talba għal rifużjoni, il-fornitur tas-servizz ta’ pagamment għandu jew iħallas lura l-ammont sħiħ tat-transazzjoni ta’ pagament, jew jipprovdi ġustifikazzjoni li minħabba fiha jkun qed jiċħad ir-rifużjoni, fil-waqt li jindika l-entità li lejha min iħallas għandu jirrikorri dwar il-materja skond l-Artikoli 72 u 75 jekk ma jaċċettax il-ġustifikazzjoni mogħtija. |
2. Fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol minn mindu jirċievi talba għal rifużjoni, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jew iħallas lura l-ammont disputat tat-tranżazzjoni ta’ pagament, jew jipprovdi ġustifikazzjoni li minħabba fiha jkun qed jiċħad ir-rifużjoni, filwaqt li jindika l-entità li lejha min iħallas għandu jirrikorri dwar il-materja skond l-Artikoli 72 sa 75 jekk ma jaċċettax il-ġustifikazzjoni mogħtija. |
Emenda 249 ARTIKOLU 53 A (ġdid) | |
|
|
Artikolu 53a |
|
|
Eżenzjoni mill-prinċipju ta' trażmissjoni tal-kunsens |
|
|
1. Min qed iħallas jista' jawtorizza lil min qed jitħallas, bl-iskop li jagħmel serje ta' pagamenti regolari jew pagament wieħed, sabiex inaqqas ammont minn kont indikat mal-fornitur ta' servizz ta' pagament tiegħu permezz ta' debitu dirett, u b'hekk jeħles lil min qed jitħallas mill-obbligu li jittrażmetti l-kunsens minn qabel lill-fornitur ta' servizz ta' pagament tiegħu. Dan m'għandux jaffettwa rekwiżiti oħra li tiġi trażmessa informazzjoni lil min qed iħallas, b'mod partikolari fir-rigward tar-raġunijiet għall-pagament, u tat-tip, ta' l-ammont u ta' l-iskop tal-pagament. |
|
|
2. L-eżenzjoni tista' tingħata biss jekk il-benefiċjarju tal-pagament: |
|
|
- jagħti lil min qed iħallas id-dritt li jirrevoka l-pagament, anki mingħajr ma jipprovdi raġunijiet, b'dikjarazzjoni sempliċi lill-fornituri ta' servizz ta' pagament tiegħu stess, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi n-notifika tat-tranżazzjoni ta' pagament, |
|
|
- jassigura li, direttament jew permezz tal-fornitur ta' servizz ta' pagament tiegħu, l-ammont oriġinarjament iddebitat jiġi kreditat kollu kemm hu fil-kont ta' min qed iħallas, mingħajr il-bżonn ta' aktar azzjoni minn dan ta' l-aħħar, |
|
|
- jindennizza lil min qed iħallas għal kwalunkwe spiża li għandha x'taqsam mar-revoka ta' pagament, sakemm din l-azzjoni ma tirrispettax l-obbligi imposti fuq min iħallas mir-relazzjoni legali bażika u, konsegwentement, min jitħallas, min-naħa tiegħu, jista' jinsisti bid-dritt tiegħu għal rimborż ta' l-ispejjeż. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tipprova tassikura li d-direttiva tkopri l-proċedura ta' debitu dirett li hija użata fuq skala kbira f'numru żgħir ta' Stati Membri (per eżempju fil-Ġermanja, fejn hemm madwar sitt biljun tranżazzjoni bħal dawn fis-sena, prinċipalment għall-pagament ta' ammonti żgħar jew żgħar ħafna f'perjodi regolari). Din il-proċedura hija meqjusa kemm minn fornituri ta' servizz ta' pagament kif ukoll minn utenti bħala effiċjenti ħafna, ta' min jorbot fuqha u rħisa u, mill-perspettiva ta' l-utent, tagħti lok għal riskju żgħir ħafna ta' abbuż tas-sistema, b'kull telf li jirriżulta jinġarr mill-fornitur ta' servizz ta' pagament. | |
Id-dispożizzjonijiet proposti għandhom jiżguraw li din il-forma ta' pagament tista' tinżamm fi Stati Membri varji sabiex tassikura li l-utenti ma jiffaċċjawx il-possibilità li jkunu obbligati jużaw proċeduri aktar ikkumplikati u għaljin. | |
Emenda 250 ARTIKOLU 54 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ ordni ta’ pagament li jkun inizjat minn minn iħallas jew minn jew permezz ta’ min jitħallas u li jkun kopert mill-awtorizzazzjoni ta’ min ikun qed iħallas, il-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni jkun meta jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet: (i) il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ikun irċieva l-ordni ta’ pagament; (ii) il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ikun awtentika l-ordni, inkluża l-possibbiltà ta’ kontroll fuq jekk hemmx fondi disponibbli; (iii) il-fornitur tas-servizz ta’ pagament b’mod espliċitu jew impliċitu jkun aċċetta l-obbligu li jwettaq it-transazzjoni ta’ pagament li tkun ordnata. Il-mument preċiż ta' l-aċċettazzjoni m’għandux ikun aktar tard mill-mument preċiż meta l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jibda' jwettaq transazzjoni ta' pagament.
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ordni ta’ pagament li jkun kopert mill-awtorizzazzjoni ta’ min ikun qed iħallas, irrelevanti minn jekk hix maħruġa direttament minn min qed iħallas jew indirettament minn jew permezz ta' min qed jitħallas għan-nom ta' min qed iħallas, tkun proċessata fil-mod li ġej mill-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min qed iħallas.
Minkejja kwalunkwe involviment min-naħa tal-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min qed iħallas fil-proċess li twassal għall-ħolqien u s-sottomissjoni ta' l-ordni tal-pagament, il-ġurnata tax-xogħol li fih tkun waslet l-ordni tal-pagament ghand il-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min qed iħallas għandha tkun id-data ta' l-irċevuta. Jekk l-ordni tal-pagament ikun wasal qabel iż-żmien massimu stipulat mill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament, li m'għandux ikun qabel il-17:00, jew fejn l-utent tas-servizz ta’ pagament jagħti personalment l-istruzzjonijiet lil uffiċju ta' fornitur tas-servizz ta' pagament, siegħa qabel ma dak l-uffiċju jagħlaq in-negozju, skond liem ikun l-ewwel, id-data ta' l-irċevuta għandha tkun ukoll id-data ta' aċċettazzjoni sakemm il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament ta' min qed iħallas ma jkunx irrifjuta t-twettiq ta' l-ordni tal-ħlas kif stipulat fl-Artikolu 55.
Jekk l-ordni tal-pagament ma jkunx wasal qabel iż-żmien massimu stipulat mill-fornitur ta' servizz ta' pagament, id-data ta' aċċettazzjoni għandha tkun il-ġurnata tax-xogħol wara d-data ta' l-irċevuta sakemm il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament ta' min qed iħallas ma jkunx irrifjuta t-twettiq ta' l-ordni tal-ħlas kif stipulat fl-Artikolu 55 f'dik il-ġurnata.
Id-data ta' twettiq ta' l-ordni tal-pagament għandha tkun l-istess ġurnata bħad-data ta' aċċettazzjoni ħlief fejn is-servizz tal-pagament ikun talab data ta' twettiq aktar tard. Id-data ta' twettiq għandha tkun dik il-ġurnata ta' xogħol stipulata mill-utent tas-servizz tal-pagament
Kull riferiment għall-ġranet u ħinijiet f'dan l-Artikolu għandhom jirreferu għall-ġurnata u l-ħin fil-post tal-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas. |
|
2. Fil-każ ta’ transazzjoni ta’ pagament inizjata b'mod elettroniku, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jinforma lill-utent tas-servizz ta’ pagament li jkun aċċetta l-ordni għat-twettiq. Dan għandu jagħmlu mingħajr dewmien bla bżonn u, f'kull każ, qabel tmiem il-ġurnata tax-xogħol li tkun tmiss wara l-mument preċiż ta' l-aċċettazzjoni skond il-paragrafu 1. |
|
Emenda 251 ARTIKOLU 55 | |
|
1. Meta tkun rifjutata ordni ta’ pagament, ir-raġunijiet għar-rifjut u, jekk ikun possibbli, il-proċedura biex ikunu rranġati xi żbalji fattwali li jkunu wasslu għar-rifjut għandhom ikunu notifikati lill-utent tas-servizz ta' pagament permezz ta' komunikazzjoni maqbula għal dak il-għan mill-partijiet. In-notifika għandha ssir mingħajr dewmien bla bżonn u, f’kull każ, fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 54(1). |
|
|
2. F’dawk il-każi fejn il-kundizzjonijiet kollha fil-kuntratt tas-servizz ta' pagament skond l-Artikolu 31 ikunu ntlaqgħu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas m’għandux jirrifjuta li jwettaq ordni ta’ pagament li tkun inizjata permezz ta’ fornitur ta’ servizz ta’ pagament li ma jkunx dak li qed iżomm il-kont tal-ħlas ta’ min iħallas u li jkun kopert mill-awtorizzazzjoni mogħtija minn min qed iħallas.
|
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas jista' jirrifjuta li jwettaq ordni ta’ pagament li tkun koperta mill-awtorizzazzjoni mogħtija minn min qed iħallas, biss jekk
(a) il-pagament ma jkunx kopert minn biżżejjed fondi;
(b) min iħallas ma jkunx ipprovda lill-fornitur tas-servizz tiegħu bl-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-pagament kif miftiehem fil-kuntratt tas-servizz ta' pagament skond l-Artikolu 31(b)(i); jew
(c) it-twettiq tal-pagament ikun ipprojbit minn leġiżlazzjoni tal-Komunità jew nazzjonali.
Meta l-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min iħallas jirrifjuta li jwettaq ordni ta’ pagament, min qed iħallas għandu jintbagħat notifika dwar dan mill-fornitur tas-servizz ta' pagament mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn l-aħħar ta' dik li kienet tkun il-ġurnata ta' aċċettazzjoni jekk mhux projbit minn leġiżlazzjoni rilevanti oħra Komunitarja jew nazzjonali . In-notifika għandha tistipula r-raġuni tar-rifjut u, fejn rilevanti, għandha tidentifika kwalunkwe żball fattwali li wassal għar-rifjut. |
Emenda 252 ARTIKOLU 56 | |
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 46, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utent ta’ servizz ta’ pagament ma jkunx jista’ jirrevoka ordni ta’ pagament wara l-mument preċiż meta din tkun aċċettata mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas għal pagamenti inizjati minn min qed iħallas, jew mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas għal pagamenti mibdija minn, jew permezz ta’, min qed jitħallas. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li utent ta’ servizz ta’ pagament ma jkunx intitolat li jirrevoka ordni ta’ pagament ladarba il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas ikun irċevieh jew ikkunsidrah validu. Dan ma għandux iwaqqaf lil fornitur ta’ servizz ta’ pagament milli jaqbel ma client dwar punt ta' irrevokabilità preċedenti. |
|
2. Fil-każ ta’ ordni ta’ pagament li trid titwettaq f'data speċifika fil-futur, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament u l-utent tas-servizz ta’ pagament jistgħu jilħqu qbil dwar data ta' irrevokabbiltà li tiġi fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol qabel il-mument preċiż ta' meta l-ordni tkun aċċettata. |
|
Emenda 253 ARTIKOLU 57 | |
|
Meta transazzjoni ta’ pagament titwettaq biss fil-munita ta’ Stat Membru u ma tkun tinvolvi l-ebda tisrif ta' munita u meta l-fornituri tas-servizz ta' pagament sew ta' min iħallas kif ukoll ta’ min qed jitħallas it-tnejn ikunu bbażati fil-Komunità, l-Istati Membri għandhom jitolbu li kull miżata għandha tittieħed direttament minn min qed iħallas u minn min qed jitħallas mill-fornitur ta' pagament rispettiv tagħhom, u għandhom iġorru l-miżati tagħhom stess. |
Meta tranżazzjoni ta’ pagament ma tkun tinvolvi l-ebda tisrif ta' munita jekk kemm-il darba ma jkunx hemm ftehim kuntrarju bejn min iħallas jew min qed jitħallas u l-fornitur tas-servizz rispettiv tagħhom, l-Istati Membri għandhom jitolbu li kull miżata għandha tittieħed direttament minn min qed iħallas u minn min qed jitħallas mill-fornitur ta' pagament rispettiv tagħhom, u għandhom iħallsu l-miżati tagħhom stess.
|
|
Fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ pagament oħra, min qed iħallas u min qed jitħallas jistgħu, bi ftehim reċiproku, ibiddlu dawn ir-rekwiżiti. |
|
Emenda 254 ARTIKOLU 58 | |
|
1. Meta l-fornituri tas-servizz ta' pagament sew ta' min iħallas kif ukoll ta’ min jitħallas it-tnejn ikunu bbażati fil-Komunità, u meta t-transazzjoni ta' pagament titwettaq biss fil-munita ta' Stat Membru, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas biex jara li min qed jitħallas jirċievi l-ammont sħiħ tat-transazzjoni ta’ pagament. L-intermedjarji m’għandhomx iżommu miżati mill-ammont trasferit. Madankollu, jistgħu jsiru arranġamenti espliċiti bejn min qed jitħallas u l-fornitur tas-servizz ta' pagament tiegħu b’mod li dan ta’ l-aħħar ikun jista’ jżomm il-miżati tiegħu mill-ammont trasferit qabel ma jikkreditah lil min qed jitħallas. |
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas biex jassikura li l-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min qed jitħallas jirċievi l-ammont sħiħ tat-tranżazzjoni ta’ pagament. L-ebda fornitur ta' servizz ta' pagament, inklużi l-intermedjarji m'għandhom iżommu miżati mill-ammont trasferit. Kull miżata li jkun hemm għandha jkollha kont separat. Madankollu jistgħu jsiru arranġamenti espliċiti li jiddevjaw minn dan bejn min qed iħallas jew min qed jitħallas u l-fornituri tas-servizz ta' pagament tagħhom b'mod li miżati jistgħu jinżammu mill-ammont trasferit. |
|
2. L-Istati Membri għandhom, f’kull waħda miż-żewġ sitwazzjonijiet li ġejjin, jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex jagħti stima bona fide ta’ kull tnaqqis li jkun maħsub għat-transazzjoni ta’ pagament: a) meta l-fornituri tas-servizz ta’ pagament sew ta’ min qed iħallas kif ukoll ta’ min qed jitħallas ikunu bbażati fil-Komunità, iżda t-transazzjoni ta' pagament tkun denominata, in parti jew kollha kemm hi, f'munita oħra barra dik ta’ Stat Membru; b) meta l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas jew ta' min qed jitħallas ma jkunx ibbażat fil-Komunità. |
|
Emenda 255 ARTIKOLU 59, TITOLU U PARAGRAFU 1 | |
|
Sa fejn tapplika d-Direttiva |
|
|
Din is-Sezzjoni għandha tapplika biss jekk il-fornituri tas-servizz ta’ pagament sew ta' min iħallas kif ukoll ta' min qed jitħallas ikunu ibbażati fil-Komunità. |
imħassar |
Emenda 256 ARTIKOLU 59, PARAGRAFU 2 | |
|
M’għandhiex tapplika għal transazzjonijiet ta’ pagament li jkunu kkunsidrati bħala mikro-pagamenti. |
Din is-sezzjoni m’għandhiex tapplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament li jkunu kkunsidrati bħala mikro-pagamenti. |
Emenda 257 ARTIKOLU 60 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min qed iħallas biex jara li, wara l-mument preċiż ta' aċċettazzjoni, l-ammont ordnat għandu jiġi kkreditat lill-kont ta’ pagament ta’ min qed jitħallas mhux aktar tard minn għeluq ġurnata tax-xogħol wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni. Madankollu, sa l-1 ta' Jannar 2010, min iħallas u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tiegħu jistgħu jilħqu qbil dwar perjodu li ma jkunx itwal minn tlett ijiem.
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min qed iħallas biex jara li l-ammont ordnat għandu jiġi kkreditat lill-kont ta’ pagament tal-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min qed jitħallas mhux aktar tard minn għeluq it-tieni ġurnata tax-xogħol wara d-data tat-twettiq kif stipulat fl-Artikolu 54. Madankollu, sa l-1 ta' Jannar 2010, min iħallas u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tiegħu jistgħu jilħqu qbil dwar perjodu li ma jkunx itwal minn tlett ijiem. |
|
2. Madankollu, meta t-transazzjoni tkun inizjata minn min iħallas u tkun tinkludi kambju ta’ munita, min iħallas u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tiegħu jistgħu jiddeċiedu mod ieħor bi ftehim espliċitu. |
|
Emenda 258 ARTIKOLU 61 | |
|
Artikolu 61 Transazzjonijiet ta’ pagament inizjati minn, jew permezz ta’, min iħallas |
imħassar |
|
1. Għal transazzjoni ta’ pagament li tkun inizjata minn jew permezz ta’ min qed jitħallas, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament li, wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni, l-ammont ordnat għandu jiġi kkreditat lill-kont ta’ pagament ta’ min qed jitħallas mhux aktar tard minn ġurnata tax-xogħol wara l-ġurnata li fiha jkun hemm il-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni, sakemm ma jkunx hemm qbil espliċitu bejn min qed jitħallas u l-fornitur tiegħu tas-servizz ta’ pagament. 2. Jekk il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas jirrifjuta li jgħaddi l-fondi li jiffurmaw it-transazzjoni ta' pagament, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu, fil-limitu ta’ żmien stipulat fil-paragrafu 1, jinforma lil min qed jitħallas f’dan is-sens permezz ta’ notifika maqbula għal dak l-iskop bejn il-partijiet. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jitqies li jkun wettaq l-obbligi tiegħu skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skond l-Artikolu 58. |
|
Emenda 259 ARTIKOLU 65 | |
|
Disponibbiltà ta’ fondi f’ kont ta’ pagament 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min qed jitħallas ipoġġi fondi għad-dispożizzjoni ta’ min qed jitħallas hekk kif dawk il-fondi jkunu kkreditati fil-kont ta' pagament ta' min qed jitħallas. M’għandhom jinżammu l-ebda miżati biex jingħata aċċess għall-fondi. |
Id-data ta' valur u d-disponibbiltà ta' l-ammont tat-tranżazzjoni ta' pagament 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tal-valur ta’ meta jkun iddebitat il-kont ta' pagament ta' min qed jitħallas m'għandhiex tkun qabel il-mument meta l-ammont tat-tranżazzjoni tal-pagament ikun iddebitat lil dak il-kont. |
|
2. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas għandu jwaqqaf id-disponibbiltà ta’ fondi mill-mument preċiż li fih dawn ikunu ġew iddebitati mill-kont ta’ min qed iħallas. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tal-valur ta’ meta jkun ikkreditat il-kont ta' pagament ta' min qed jitħallas m'għandhiex tkun aktar tard mill-mument meta l-ammont tat-tranżazzjoni tal-pagament ikun ikkreditat lill-kont tal-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min qed jitħallas. |
|
|
2a. L-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament għandu jkun disponibbli għal min qed jitħallas fl-istess ġurnata li fiha l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament gie ikkreditat lill-kont tal-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min qed jitħallas. |
|
3. Id-data tal-valur ta’ meta jkun akkreditat il-kont ta' pagament ta' min qed jitħallas għandha tkun il-mument preċiż li fih ikun ikkreditat il-kont. Id-data tal-valur ta’ meta jkun iddebitat il-kont ta' pagament ta' min qed iħallas għandha tkun il-mument preċiż li fih ikun iddebitat il-kont. |
|
|
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-debiti effettwati fuq kontijiet ta’ tifdil koperti minn ftehimiet espliċiti dwar l-użu ta’ fondi f’arranġamenti ta’ tifdil. |
|
Emenda 260 ARTIKOLU 66, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Jekk ordni ta’ pagament tkun imwettqa skond l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent, l-ordni ta’ pagament tkun meqjusa li ġiet imwettqa b'mod korrett sa fejn għandu x’jaqsam min qed jitħallas b’mod speċifiku. Meta l-IBAN jingħata bħala l-identifikatur uniku dan għandu jieħu preċedenza fuq l-isem ta’ min qed jitħallas, jekk jingħata b’żieda. Madankollu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagamentgħandu, meta jkun possibbli, jivverifika li l-informazzjoni ta' qabel u ta' wara jkunu jaqblu. |
1. Jekk ordni ta’ pagament tkun imwettqa skond l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta' servizz ta' pagament, l-ordni ta’ pagament tkun meqjusa li ġiet imwettqa b'mod korrett sa fejn għandu x’jaqsam min qed jitħallas b’mod speċifiku. L-utent tas-servizz ta' pagament u l-fornitur tas-servizz ta' pagament jistgħu jiftehmu dwar identifikatur uniku li jkun jinkludi kodiċi ta' kontroll jew verifikazzjoni interna oħra u għandu jieħu preċedenza fuq kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta. Fejn xieraq, għandu jintuża n-numru internazzjonali tal-kont bankarju (IBAN). |
Emenda 261 ARTIKOLU 66, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 2 A (ĠDID) | |
|
|
|
|
|
F'każ hekk tista' tintalab miżata. |
Emenda 262 ARTIKOLU 67, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. Wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 54(1), fornitur ta' servizz ta' pagament għandu jinżamm għal kollox responsabbli f’każ li transazzjoni ta' pagament ma titwettaqx jew titwettaq ħażin skond is-Sezzjoni 1. |
1. Mingħajr preġudizzju lill-Artikoli 66(2) u 70, wara l-ġurnata ta’ l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 54(1), fornitur ta' servizz ta' pagament għandu jinżamm responsabbli f’każ li tranżazzjoni ta' pagament ma titwettaqx jew titwettaq ħażin skond is-Sezzjoni 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla b'konsegwenza tal-modifikazzjoni ta' l-Artikolu 54. | |
Emenda 264 ARTIKOLU 67, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
B’żieda ma’ dan, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jinżamm għal kollox responsabbli għal kull miżati, u kull interessi li jinżammu lill-utent tas-servizz ta’ pagament bħala konsekwenza tan-nuqqas ta’ twettiq jew it-twettiq ħażin tat-transazzjoni ta’ pagament. |
B’żieda ma’ dan, il-fornituri ta’ servizz ta’ pagament għandhom jinżammu responsabbli għal kwalunkwe miżata, li huma responsabbli għaliha, inklużi kwalunkwe interessi li jinżammu lil min irid jitħallas mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta' min irid jitħallas bħala konsekwenza tan-nuqqas ta’ twettiq jew it-twettiq ħażin tat-tranżazzjoni ta’ pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Din tiċċara l-kwistjoni li l-fornituri huma responsabbli għall-ispejjeż li għandhom x'jaqsmu man-nuqqasijiet li huma tort tagħhom. Tiċċara wkoll ir-responsabbilità ta' l-interessi. | |
Emenda 266 Artikolu 67, Paragrafu 2 | |
|
2. Jekk l-utent tas-servizz ta’ pagament jiddikjara li ordni ta’ pagament ma tkunx ġietx imwettqa b’mod preċiż, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ juri, mingħajr preġudizzju għall-elementi fattwali miġjuba mill-utent tas-servizz ta’ pagament, li l-ordni ta’ pagament kienet irreġistrata b’mod preċiż, imwettqa u mdaħħla fil-kontijiet. |
2. Jekk l-utent tas-servizz ta’ pagament jiddikjara li ordni ta’ pagament ma tkunx ġietx imwettqa b’mod preċiż, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ juri, mingħajr preġudizzju għall-elementi fattwali miġjuba mill-utent tas-servizz ta’ pagament, li l-ordni ta’ pagament kienet irreġistrata b’mod preċiż, imwettqa u mdaħħla fil-kontijiet. Fl-eventwalità tat-twettiq korrett ta' ordni ta' pagament, l-ispejjeż rilevanti għandhom jitħallsu mill-utent tas-servizz ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
L-obbligu fuq il-fornitur tas-servizz ta' pagament li jipprovdi l-prova skond il-paragrafu 2, għandha tkun approvata b'tali mod li l-ispejjeż fil-każ ta' twettiq korett jinġarru mill-utent tas-servizz. | |
Emenda 267 ARTIKOLU 68 | |
|
Artikolu 68 Trasferimenti lejn pajjiżi terzi F’dawk il-każi fejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas ma jkunx ibbażat fi Stat Membru, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas għandu jkun responsabbli għat-twettiq tat-transazzjonijiet ta' pagament biss sakemm il-fondi jaslu għand il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas. |
imħassar |
Emenda 268 ARTIKOLU 72, PARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
2a. L-Istati Membri għandhom jassikuraw li l-ilmenti jitwieġbu b'mod xieraq fi żmien 30 ġurnata minn meta jaslu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-modifikazzjoni ġġiegħel lill-Istati Membri jindirizzaw l-ilmenti relatati mas-servizz ta' pagament f'perjodu uniformi ta' 30 ġurnata. | |
Emenda 269 ARTIKOLU 75 A (ĠDID) | |
|
|
Artikolu 75a 1. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008 u mhux aktar tard, kwalunkwe obbligu nazzjonali ta' rappurtar tal-pagamenti għall-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti. 2. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008 u mhux aktar tard, kwalunkwe obbligu nazzjonali dwar l-informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta dwar l-utenti tas-servizz ta' pagament sabiex titwaqqaf l-eżekuzzjoni awtomatizzata tal-pagament.
|
Ġustifikazzjoni
Kwalunkwe obbligu ta' rappurtar marbuta ma' pagamenti jżidu ma' l-ispejjeż ta' l-ipproċessar ta' dawn il-pagamenti. Sabiex jinkiseb ipproċessar ta' pagamenti aktar effiċjenti l-obbligu tar-rappurtar għandu jkun imwaqqaf u magħmul mod ieħor, eżempju b'tekniċi ta' sorveljanza.
Emenda 271 Artikolu 76 | |
|
Artikolu 76 Emendi u aġġornar Biex jittieħed kont ta’ żviluppi teknoloġiċi u tas-suq fis-servizzi tal-pagamenti u biex ikun hemm żgur applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 77(2), temenda l-lista ta' attivitajiet fl-Anness ma' din id-Direttiva, skond l-Artikoli 2 sa 4. |
imħassar |
|
Tista’, skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 77(2), taġġorna l-ammonti speċifikati fl-Artikoli 2(1), 21(1)(a), 38 u 50(1) biex tieħu f’kunsiderazzjoni l-inflazzjoni u żviluppi sinifikanti tas-suq. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura ta' komitoloġija hija, kemm f'sens ġenerali u speċjalment fis-servizzi finanzjarji, mod siewi biex jinkisbu malajr modifiki tad-direttivi dwar kwistjonijiet purament tekniċi u miżuri ta' implimentazzjoni. Din il-proċedura hija appoġġjata mill-Parlament Ewropew iżda se tkun sospiża f'ħafna każijiet mhux aktar tard mill-1 ta' April 2008 jekk l-ebda ftehima interistituzzjonali ġdida li tagħti dritt sħiħ ta' oġġezzjoni lill-Parlament ma tintlaħaq sa dak iż-żmien. F'dak li għandu x'jaqsam mad-direttiva dwar pagamenti, il-kwistjonijiet indirizzati fl-Anness m'humiex ta' natura teknika iżda jikkonċernaw l-iskop tad-Direttiva u huma magħquda ma' diversi Artikoli bħal ma huma l-Art. 10 u l-Art. 2 paragrafu 1. Dawn il-bidliet sustansivi tad-Direttiva għandhom isiru fi proċedura leġiżlattiva reali, li tinkludi l-Parlament Ewropew u għalhekk lir-rappreżentanti eletti miċ-ċittadini Ewropej. | |
Emenda 272 ARTIKOLU 78, TITOLU | |
|
Armonizzazzjoni sħiħa, għarfien reċiproku u natura obbligatorja tad-Direttiva |
Armonizzazzjoni sħiħa u għarfien reċiproku |
Ġustifikazzjoni | |
L-effett legali tad-Direttiva huwa ovvju fuq il-bażi tat-Trattati u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. | |
Emenda 273 ARTIKOLU 78, PARAGRAFU 3, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma jidderogawx, għad-detriment ta’ l-utenti tas-servizzi ta’ pagament, mid-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jimplimentaw jew jikkorrispondu ma’ dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva ħlief fejn ikun ipprovdut b’mod espliċitu. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament ma jidderogawx, għad-detriment ta’ l-utenti tas-servizzi ta’ pagament, mid-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jimplimentaw jew jikkorrispondu ma’ dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva ħlief fejn ikun ipprovdut b’mod espliċitu u jiżguraw kundizzjonijiet ugwali bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu u dawk mhux ta' kreditu. |
Emenda 274 ARTIKOLU 78 A (ġdid) | |
|
|
Artikolu 78a Wara kunsiderazzjoni lir-Reżoluzzjonijiet tan-NU u r-Regolamenti tal-KE li l-iskop tagħhom huwa li jkunu ffriżati l-assi li jappartjenu lil persuni rreġistrati, bħar-Reżoluzzjoni tan-NU 1373/2001, u r-Reżoluzzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, u (KE) Nru 881/2002, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008 u mhux aktar tard, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament ma jkunux obbligati li josservaw dawn l-istrumenti, inklużi kwalunkwe regolamenti li jappoġġjaw jew jemendaw id-dispożizzjonijiet tagħhom fir-rigward ta' pagamenti bejn fornituri ta' servizz ta' pagament fl-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jittieħdu benefiċċi reali mis-SEPA u sabiex ikunu disponibbli - b'inqas piż ta' spejjeż - għaċ-ċittadini, l-Istati Membri għandhom ineħħu kwalunkwe restrizzjoni u obbligazzjoni mhux xierqa minn fuq l-iffiltrar ta' l-embargo. Ir-Riżoluzzjonijiet tan-NU u r-Regolamenti tal-KE ma għandhomx jiġu applikati fil-każ ta' pagamenti bejn fornituri tas-servizzi ta' pagament fl-Istati Membri, peress li huma kollha obbligati li jiffriżaw l-assi tal-persuni rreġistrati. Għalhekk huwa konsistenti ma' dawn id-dispożizzjonijiet li jkunu applikati biss lill-pagamenti li ġejjin minn jew sejrin lejn fornituri ta' servizz barra miz-zona tas-SEPA. Aktar iffiltrar ta' pagamenti ġewwa s-SEPA ikun duplikazzjoni mhux neċessarja. | |
Emenda 275 ARTICLE 78 B (ġdid) | |
|
|
Artikolu 78b 1. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008 u mhux aktar tard, kwalunkwe obbligu nazzjonali ta' rappurtar għal ġewwa l-UE jew, f'kwalunkwe każ, pagamenti transkonfinali ġewwa z-zona ta' l-euro għall-istatistika tal-bilanċ ta' pagamenti. |
|
|
2. L-Istati Membri għandhom jirrevokaw, b'effett mill-1 ta' Jannar 2008 u mhux aktar tard, kull obbligu ta' rapporti nazzjonali għal ġewwa l-UE jew, f'kwalunkwe każ, id-distinzjoni bejn pagamenti ta' residenti u ta' dawk mhux residenti ġewwa z-zona ta' l-euro. |
Ġustifikazzjoni | |
ll-potenzjal ta' tifdil ta' spejjeż f'zona ta' pagament wieħed kif stipulata mill-Kummissjoni ta' l-UE ma tistax tkun sfruttata fis-sħiħ jekk id-divergenzi jinżammu bejn l-obbligi ta' rappurtar għall-istatistika tal-bilanċ ta' pagamenti. Dawn il-ħtiġijiet huma rregolati b'mod differenti f'ħafna Stati Membri u jkunu ta' piż għall-parteċipanti tas-SEPA fi gradi differenti. B'mod partikolari jirrapreżentaw piż fuq l-intrapriza għaliex se jkunu provduti mat-tranżazzjonijiet ta' pagament attwali. Huwa essenzjali li l-leġiżlatur jabolixxi - jew għallinqas jarmonizza - il-ħtiġijiet tar-rappurtar fl-UE. | |
Emenda 276 ARTIKOLU 79, PARAGRAFU 1 A (ġdid) | |
|
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali li jqabbel l-ispejjeż tas-servizzi ta' pagament lill-utent aħħari fl-Istati Membri u jipprovdu dettalji dwar l-aħjar prattiki tat-tnaqqis ta' l-ispejjeż, wara d-data ta' adozzjoni ta' din id-Direttiva. |
Emenda 277ANNESS, PUNT 1
|
(1) Depożiti ta’ flus kontanti f’kont ta’ pagament miżmum jew mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ l-utent jew minn fornitur ieħor ta’ servizz ta’ pagament kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex kont ta’ pagament jitħaddem. |
(1) Flus kontanti depożitati f'kont ta’ pagament kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex kont ta’ pagament jitħaddem. |
|
Emenda 278 ANNESS, PUNT 2 | |
|
(2) Ġbid ta’ flus kontanti minn kont ta’ pagament miżmum jew mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ l-utent jew minn fornitur ieħor ta’ servizz ta’ pagament kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex il-kont ta’ pagament jitħaddem. |
(2) Ġbid ta’ flus kontanti minn pagament kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex il-kont ta’ pagament jitħaddem. |
Emenda 279 ANNESS, PUNT 3, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
(3) Twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ pagament, inkluż it-trasferiment ta’ fondi, fejn il-fondi jkunu miżmuma f’depożitu f’kont ta’ pagament għand il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ l-utent jew ma’ fornitur ieħor ta’ servizz ta’ pagament: |
(3) Twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, inkluż it-trasferiment ta’ fondi, f'kont ta’ pagament għand il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ l-utent jew ma’ fornitur ieħor ta’ servizz ta’ pagament: |
Emenda 280 anness, punt (5) | |
|
(5) Il-ħruġ ta’ cards tal-pagament li jippermettu lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jittrasferixxi fondi. |
(5) Il-ħruġ ta’ kards tal-pagament li jippermettu lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li jittrasferixxi fondi kkreditati (kards ta' debitu) jew fondi koperti minn linja ta' kreditu (kards ta' kreditu). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħruġ ta' kards tal-kreditu bħalissa mhux regolati fil-pajjiżi kollha ta' l-UE. Bħala konsegwenza għandu jkun iċċarat li skond il-punt 5 ta' l-Anness l-istituzzjonijiet ta' pagament huma intitolati li joħorġu kards ta' pagament bħala kards ta' debitu jew kards ta' kreditu. | |
Emenda 281 ANNESS, PUNT (6) | |
|
(6) It-twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ pagament, inkluż it-trasferiment ta’ fondi, fejn il-flus elettroniċi fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE ikunu maħruġa mill-fornitur tas-servizzi ta’ pagament. |
(6) It-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, fejn il-fondi jkunu flus elettroniċi fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Emenda 282 ANNESS, PUNT (7) | |
|
(7) Servizzi ta’ rimessa ta’ flus fejn il-flus kontanti, il-flus ta’ skrittura jew flus elettroniċi jkunu aċċettati mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament mill-utent tas-servizz ta’ pagament għall-iskop waħdani li jagħmel transazzjoni ta’ pagament u jittrasferixxi l-flus lil min ikun qed jitħallas. |
(7) Servizzi ta’ rimessa ta’ flus fejn il-fondi huma aċċettati mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament mill-utent tas-servizz ta’ pagament għall-iskop waħdani li jwassal il-flus lil min ikun qed jitħallas |
Emenda 283 anness, punt (8) | |
|
(8) It-twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ pagament b’kull mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod bħal ma huma s-settijiet ta' telefon ċellulari jew strumenti oħra diġitali jew ta’ IT fejn il-fornitur tas-servizzi li jopera s-sistema ta’ telekomunikazzjoni jew ta’ IT jew netwerk ikun qed jiffaċilita l-pagament ta’ prodotti jew servizzi li ma jkunux prodotti diġitali jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u għalhekk ma jkunux ipprovduti permezz ta’ l-istrument innifsu. |
(8) It-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament b’kull mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod bħal ma huma s-settijiet ta' telefon ċellulari jew strumenti oħra diġitali jew ta’ IT mill-fornitur tas-servizzi li jopera s-sistema ta’ telekomunikazzjoni jew ta’ IT jew netwerk li jaġixxi f'isem l-utent tas-servizz ta' pagament, ħlief fil-każ fejn il-prodotti diġitali jew is-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jkunu pprovduti bl-użu ta' l-istrument innifsu u l-pagament isir direttament lill-fornitur tas-servizz li jopera s-sistema ta' telekomunikazzjoni jew ta' IT jew netwerk, u mhux lil terza persuna. |
Emenda 284 anness, punt (9) | |
|
It-twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ pagament b’kull mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod bħal ma huma s-settijiet ta’ telefon ċellulari jew strumenti oħra diġitali jew ta’ IT fejn il-fornitur tas-servizz li jopera s-sistema ta’ telekomunikazzjoni jew sistema ta’ IT jew netwerk sempliċement jagħmel arranġament għal trasferiment ta’ fondi għall-pagament ta’ prodotti diġitali jew servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika pprovduti permezz ta’ l-istrument, mingħajr xi intervent ieħor fis-servizz ipprovdut. |
imħassar |
Emenda 285 PREMESSA 1 A (ĠDIDA) | |
|
Qiegħed tħallas (l-ammont tal-pagament fil-munita ta' l-Istat Membru ta' fejn oriġinat it-tranżazzjoni) |
SIMBOLU TAL-MUNITA XXX |
|
fi (il-munita tal-pagament) |
MUNITA |
|
b'rata tal-kambju ta' |
X.XX |
|
Il-miżata ta' din it-tranżazzjoni se tkun ta' (fil-munita ta' l-Istat Membru minn fejn oriġinat it-tranżazzjoni) |
X |
|
L-ispiża totali biex isir dan il-pagament (fil-munita ta' l-Istat Membru minn fejn oriġinat it-tranżazzjoni) hija ta' |
XXX
|
|
Il-pagament jasal għand min intbaghat fil- |
Ġurnata tal-ġimgħa, data, xahar, sena |
NOTA SPJEGATTIVA
Fil-preżent l-istat tas-sistemi ta' pagament tvarja ħafna minn pajjiż għal ieħor, f'dak li huma l-parteċipanti, ir-regoli, ir-regolazzjoni, l-effiċjenza u l-ispiża.
Infatti, is-sistemi ta' pagament, huma essenzjalment nazzjonali u s-suq jibqa' domestiku. Pagamenti transkonfinali huma ta' medja ta' inqas minn 4%, parti li probabilment tiżdied biss bil-mod.
Il-Kummissjoni pproponiet direttiva li għandha toħloq suq uniku ġenwin fil-pagamenti.
Anke jekk uħud mill-previżjonijiet tal-Kummissjoni jidhru ottimisti, ma hemm l-ebda dubju li l-ħolqien ta' suq bħal dan, bl-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali, ineħħi ċerti ostakoli u jkollu effetti pożittiv fuq it-tkabbir.
Ir-rapporteur tagħkom japprova l-inizzjattiva tal-Kummissjoni fil-prinċipju u jappoġġja l-introduzzjoni ta' qafas legali sħiħ għal servizzi ta' pagament fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
Huwa ta' l-opinjoni li din il-proposta għal direttiva waslet fi żmien tajjeb biex ikun megħjun is-suċċess ta' l-inizzjattiva tas-settur bankarju li tiġi stabbilita Zona Unika ta' Pagamenti bl-Euro (SEPA) bl-għan li jiġu kkonsolidati infrastrutturi u prodotti nazzjonali fiz-zona ta' l-euro.
L-inizzjattiva tal-Kummissjoni, bir-raġun, tikkonċentra fuq il-metodi ta' pagament elettroniku li huma maħsuba biex jissostitwixxu metodi għaljin ta' pagamenti f'kontanti.
It-twaqqif ta' regolazzjoni armonizzata ta' prodotti u l-konsolidazzjoni ta' servizzi ta' pagament għandhom jippermettu l-infrastrutturi jkunu razzjonalizzati, u joffru għażla aktar vasta u livell aktar għoli ta' protezzjoni lill-konsumaturi u lill-utenti.
Dan il-qafas legali għandu jbaxxi l-ispejjeż permezz tat-trasparenza tal-prezzijiet u l-iżvilupp ta' kompetizzjoni b'saħħitha
Il-progress li ntlaħaq fl-armonizzazzjoni tal-qafas legali għal pagamenti għadu limitat u ta' min ikomplieh.
Il-proposta għal direttiva mressqa quddiem il-Parlament ilha tiġi ppreparata mill-Kummissjoni għal żmien twil sa mill-bidu ta' l-2000, b'konsultazzjoni tal-partijiet interessati u ta' esperti, u bit-twettiq ta' analiżi ta' l-impatt.
L-iskopijiet iddikjarati huma li tisseddaq il-kompetizjoni bejn is-swieq internazzjonali u li jkun hemm kundizzjonijiet ugwali fihom, biex tiżdied it-trasparenza tas-suq, kemm għall-fornituri u kemm għall-utenti, u biex jiġu ċċarati d-drittijiet u l-obbligi ta' l-utenti u l-fornituri.
Għalhekk, wara li tiddefinixxi l-iskop tad-Direttiva (Titolu I) il-proposta inizjali mbagħad tgħaddi biex tiddefinixxi l-kategoriji ta' dawk li huma awtorizzati li jipprovdu servizzi ta' pagamenti lill-pubbliku, bil-ħolqien, flimkien ma' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, ta' kategorija ġdida ta' fornituri ta' servizzi - l-istituzzjonijiet għall-pagament (Titolu II) - l-iffissar tar-rekwiżiti tat-trasparenza u ta' l-informazzjoni (Titolu III) u l-istqarrija tad-drittijiet u l-obbligi ta' l-utenti u l-fornituri ta' servizzi ta' pagamenti (Titolu IV).
Il-proposta għal direttiva hija bbażata fuq l-Artikolu 47, paragrafu 2 u l-Artikolu 95, paragrafu 1, tat-Trattat tal-KE.
Ir-rapporteur tagħkom jissuġerixxi li jsiru ċerti bidliet fil-proposta inizjali sabiex tkun aktar effettiva u biex jiġu kkunsidrati l-ostakli tekniċi, filwaqt li jinżamm l-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż għall-utent bl-iżvilupp ta' kompetizzjoni ġusta.
I – Kontentut, skop u definizzjonijiet
L-iskop tad-direttiva irid ikun limitat għal pagamenti magħmula bl-euro jew fil-munita nazzjonali ta' l-Istati Membri minn fornituri ta' servizzi li jinsabu fil-Komunità, kemm jekk huma fornituri ta' servizzi ta' pagament ta' min iħallas, u kemm jekk huma ta' min qed jitħallas.
Il-firxa ta' l-applikazzjoni tkun konsistenti ma' l-iskop li jitneħħew il-fruntieri fis-suq wieħed. Dan jgħin biex jiġu formulati rekwiżiti aċċettabbli għal fornituri ta' servizz ta' pagamenti, ġaladarba dawk involuti jkunu rregolati bl-istess qafas legali Komunitarju.
Ix-xewqa tal-Kummissjoni li tattwa regoli applikabbli għas-servizzi ta' pagamenti li jinvolvu l-muniti tal-pajjiżi kollha tad-dinja mhuwiex attwalment realistiku, u, wieħed jista' jgħid, li talanqas huwa prematur ħafna. Il-proporzjon tassew marġinali ta' pagamenti transkonfinali barra mill-Komunità fil-kategoriji ta' utenti li għalihom hija mmirata d-direttiva ma jiġġustifikax li jkun hemm firxa ta' applikazzjoni hekk wiesa' tar-regoli kif inhija definita fil-proposta inizjali tad-direttiva.
Il-prinċipji li jinsabu fid-direttiva madankollu jikkostitwixxu regoli għal prattika tajba għal pagamenti barra mill-Komunità li fornituri ta' servizzi ta' pagamenti jistgħu jeħduhom bħala regoli bażiċi jew jistgħu jimxu fuqhom volontarjament.
II - Fornituri ta' servizzi ta' pagament
L-introduzzjoni ta' kategorija ġdida ta' attur fis-suq tas-servizzi ta' pagament - l-istituzzjoni ta' pagament - għandha tkun akkumpanjata b'dispożizzjonijiet aktar preċiżi sabiex ikunu garantiti s-sikurezza u l-protezzjoni tal-konsumatur u sabiex ikunu evitati d-distorsjoni tal-kompetizzjoni ma' l-istituzzjonijiet ta' kreditu.
L-attivitajiet tas-servizzi ta' pagament huma attivitajiet kummerċjali li għandhom ikunu eżerċitati skond ir-regoli tal-kompetizzjoni u r-regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi u ta' l-utenti.
Din il-kunsiderazzjoni twassalna sabiex nipproponu numru ta' emendi relatati ma' l-istatus ta' l-istituzzjonijiet ta' pagament u l-kontrolli eżerċitati fuqhom, inter alia, sabiex tkun żgurata l-fiduċja tal-konsumatur u ta' l-utent.
Ir-regoli validi għal dawn il-fornituri ta' servizz il-ġodda, ovvjament ma jistgħux ikunu identiċi għal dawk validi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, imma għandhom ikunu bbażati fuqhom fi proporzjon mar-riskji attwali rigward it-tipi ta' riskji definiti fid-Direttiva 2000/12/KE.
Minn dan il-lat, ir-rapporteur tagħkom jaqbel mar-regola li l-attivitajiet ta' istituzzjoni ta' pagament għandhom ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni.
Madankollu jipproponi li l-istituzzjonijiet ta' pagament ikollhom kapital minimu, proporzjonat ma' l-attivitajiet tagħhom. Barra minn hekk, il-fondi tal-klijienti għandhom ikunu protetti kontra l-falliment ta' l-istituzzjonijiet permezz ta' l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' iżolament mir-riskju.
L-attivitajiet tagħhom għandhom ikunu limitati u separati bir-reqqa mill-attivitajiet kummerċjali l-oħra. L-ilqugħ ta' depożiti mhux marbut direttament mal-pagament u l-għotja ta' kreditu se jkunu esklużi.
Dawn l-istabbilimenti għandhom ikunu suġġetti għal kontrolli mill-awtorità nazzjonali responsabbli mill-kontroll ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu sabiex tkun garantita filosofija u prattika konsistenti fl-eżerċizzju tal-kontroll, anki jekk il-grad ta' kontroll kien differenti fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' pagament.
Kontra għal dak li qed tipproponi l-Kummissjoni, l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' pagament għandu jkun ristrett għal persuni legali awtorizzati. Fl-opinjoni tagħna, id-derogazzjoni li tippermetti lill-persuni naturali jew legali li jipprovdu servizz ta' pagament mingħajr ma jkunu marbuta bl-obbligi kollha ta' din il-kategorija ta' fornitur ta' servizz, għandha titneħħa, anki jekk ir-raġuni mogħtija hija l-faċilità ta' 'l-migrazzjoni bil-mod ta' dawn il-fornituri mill-ekonomija mhux uffiċjali għas-settur uffiċjali'.
L-emendi proposti mir-rapporteur tagħkom huma mmirati lejn l-infurzar b'mod proporzjonali l-istatus u l-kontroll ta' l-istituzzjonijiet ta' pagament u huma maħsuba sabiex jipprovdu lill-konsumatur u lill-utenti bis-sigurtà li huma intitolati jistennew minn sistema ta' pagamenti.
III - Trasparenza tal-kundizzjonijiet għal servizzi ta' pagament
Id-dispożizzjonijiet fit-Titolu III relatati mat-trasparenza tal-kundizzjonijiet għal servizzi ta' pagament u l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll ma' l-informazzjoni li għandha tingħata lill-utenti ta' servizz ta' pagament, huma ġeneralment sodisfaċenti. Madankollu għandhom isiru kjarifiki u bidliet lil numru ta' punti tekniċi u prattiċi.
Notevolment, il-konsumaturi u l-utenti għandhom ikunu provduti b'informazzjoni ċara u fil-qosor, inter alia taħt forma ta' formula, sabiex ikunu jistgħu jqabblu l-offerti ta' fornituri ta' servizz ta' pagament differenti u jagħżlu fuq il-bażi ta' informazzjoni sħiħa tal-fatti.
IV- Drittijiet u obbligi rigward il-forniment u l-użu ta' servizzi ta' pagament
It-Titolu IV, li jagħti definizzjon tad-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-forniment u l-użu ta' servizzi ta' pagament, qiegħed fid-direzzjoni t-tajba. L-armonizzazzjoni tas-sistemi legali nazzjonali li jħaddmu l-pagamenti jsostnu l-isforzi tas-settur bankarju u jwaqqfu s-SEPA li hija inizjattiva appoġġjata mir-rapporteur tagħkom.
Madankollu, uħud mill-punti għandhom ikunu kjarifikati jew imtejba bil-għan li r-relazzjonijiet bejn il-fornituri ta' servizzi ta' pagament u l-utenti jkunu aktar ibbilanċjati.
Rigward iż-żmien ta' l-eżekuzzjoni, l-objettiv J+1 jidher realistiku fuq medda twila ta' żmien, sakemm l-iskop tad-direttiva tnaqqas b'tali mod li jkopri biss il-pagamenti magħmula fis-suq uniku bil-muniti ta' l-Istati Membri.
Filwaqt li t-teknoloġija preżenti jew futura tista' tippermetti li ż-żmien neċessarju sabiex ikunu proċessati l-pagamenti jkun mnaqqas konsiderevolment, jibqa' l-fatt li fil-verità l-implimentazzjoni titlob infrastruttura li tiswa ħafna flus. Il-prinċipju ta' proporzjonalità bejn l-utilità vera għall-utent ta' pagament fi żmien qasir u l-ispiża tal-pagament għandha għalhekk tkun ikkunsidrata.
U, fil-fatt, xejn ma jostakola l-eżerċizzju tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' servizz ta' pagament mhux biss fil-qasam tal-prezz, imma anki fil-qasam ta' żmien ta' eżekuzzjoni mqabbla mal-prezz.
Peress li dan huwa l-każ, huwa rakkomandat li l-objettiv tal-J+1 ikun pospost sas-sena 2012 u jkun estiż kull darba li jkun hemm bżonn bdil ta' munita.
OPINJONI għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (5.7.2006)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE and 2002/65/KE
(COM(2005)0603 – C6‑0411/2005 – 2005/0245(COD)
Rapporteur għal opinjoni: Mia De Vits
NOTA SPJEGATTIVA
B'mod ġenerali, aħna favur l-għan tal-proposta dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern. Bit-tneħħija ta' l-ostakli legali u bil-ħolqien ta' kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, il-kompetizzjoni fis-suq tas-servizzi ta' pagament tista' tiżdied għall-benefiċċju tal-konsumaturi. Madankollu, il-proposta għandha bżonn tiġi adattata jew kjarifikata f'ċertu punti, sabiex tiggarantixxi biżżejjed ħarsien tal-konsumatur. Għalhekk, ir-rapport tiegħi se jiffoka fuq il-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin:
Titolu I: Suġġett u Skop:
Għal raġunijiet ta' kjarifika u koerenza interna, xi definizzjonijiet iridu jittejbu. Id-definizzjonijiet kollha jridu jinġabru wkoll f'artikolu wieħed, jiġifieri l-Artikolu 4.
Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur, jeħtieġ li l-istatut ta' istituzzjoni ta' pagament jitħalla għal persuni legali, u mhux għal persuni naturali.
Fl-opinjoni tagħna, l-iskop tal-proposta huwa ambizzjuż wisq: bl-applikazzjoni tal-proposta għal servizzi ta' pagament li jsiru fi kwalunkwe munita u fejn għallinqas wieħed mill-fornituri tas-servizz ta' pagament qiegħed fil-Komunita, hemm ir-riskju li l-proposta tkun esaġerata. Minħabba l-limitazzjonijiet territorjali ta' l-applikazzjoni ta' direttiva Ewropea, nipproponi li l-iskop ikun limitat għal servizzi ta' pagament fejn iż-żewġ fornituri ta' servizz ta' pagament jinsabu fl-UE. Barra minn hekk, jidher li jkun ikun aktar xieraq li l-iskop ikun limitat għall-Euro u muniti oħra ta' l-UE minflok għall-muniti kollha.
L-esklużjoni ta' l-operaturi tal-mowbajls mill-iskop ta' applikazzjoni ma tidhirx li hija l-iktar soluzzjoni xierqa.
L-esklużjoni ta' l-applikazzjoni tat-titoli III u IV dwar servizzi ta' pagament fejn l-ammont tat-tranżazzjoni huwa iktar minn 50,000 EUR ma tidhirx li hija l-aħjar għażla, minħabba raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur. Il-limitu ta' 50,000 EUR u l-esklużjoni ta' l-applikazzjoni tat-titoli III u IV għandhom ikunu limitati għall-pagamenti li jsiru mill-SMEs.
Titolu II. Istituzzjonijiet ta' pagament:
Għalkemm konvint dwar il-ħtieġa li tiżdied il-kompetizzjoni fis-suq tas-servizzi ta' pagament fuq naħa, u d-differenzi bejn il-banek u l-istituzzjonijiet ta' pagament fuq naħa oħra, dan ikun possibbli biss jekk ikun hemm kundizzjonijiet li huma ugwali biżżejjed għal kulħadd. Għalhekk, għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur u għall-fiduċja fis-sistema finanzjarja, l-istituzzjonijiet ta' pagamenti jeħtieġu qafas regolatorju aktar b'saħħtu. F'dan ir-rigward, nipproponi l-adattamenti ewlenin li ġejjin:
- li jkun impost rekwiżit kapitali minimu (art. 4 a ġdid).
- restrizzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' pagament (jitwaqqfu l-garanziji ta' l-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet ta' pagament u jitwaqqaf it-tħaddim ta' sistemi ta' pagament).
- sistema ta' bbukkjar separata u ħarsien tal-konsumaturi permezz ta' l-iżolazzjoni tal-fondi minn riskji fil-każ li tfalli istituzzjoni ta' pagament.
- żamma ta' dokumentazzjoni għal mill-inqas 5 snin.
- sistema ta' superviżjoni aktar b'saħħitha fuq l-għoti u l-manteniment ta' awtorizzazzjoni (art. 6 u 9)
- limitazzjoni tal-possibilita ta' esternalizzazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' pagament.
- restrizzjoni tas-sistema ta' deroga stipulata fl-Artikolu 21.
Titolu III. Trasparenza tal-kundizzjonijiet għal servizzi ta' pagament:
Dan it-titolu huwa fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur, u għal raġunijiet ta' kjarifika, hemm bżonn ta' xi modifiki. Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur, għandha tingħata aktar informazzjoni lill-konsumatur fil-mument li l-kundizzjonijiet ta' tranżazzjoni ta' pagament jiġu kkomunikati kif ukoll wara li tiġi aċċettata t-tranżazzjoni. Dan jikkonċerna tranżazzjonijiet ta' pagament uniċi kif ukoll kuntratti ta' qafas.
Għalhekk, l-Artikoli 26 u 31 dwar il-komunikazzjoni ta' kundizzjonijiet għandhom jiġu emendati billi jiġu miżjuda:
- l-informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur jikkonsulta t-tariffi,
- il-kundizzjonijiet u l-perjodu ta' żmien li fih min iħallas għandu d-dritt għal rimbors, u d-dritt ta' min iħallas li jirrevoka pagament,
- l-informazzjoni li tikkonċerna l-obbligu għat-twettiq, inklużi l-obbligu u l-kundizzjonijiet dwar it-tranżazzjonijiet ta' pagament.
Il-perjodu għat-terminazzjoni ta' kuntratt ta' pagament għandu jiġi estiż għal xahrejn minflok xahar.
Fl-aħħar, id-definizzjoni dwar il-mikro-pagamenti (art. 38) għandha tiġi adattata billi jkun hemm tnaqqis minn 50 EUR għal 10 EUR, peress li jsiru ħafna pagamenti mill-konsumatur li huma ta' inqas minn 50 EUR.
Titolu IV. Drittijiet u obbligi rigward il-forniment u l-użu ta' servizzi ta' pagament:
Mill-aspett tal-ħarsien tal-konsumatur, jidher xieraq li tkun limitata l-possibilita tal-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jibblokkaw l-istrument ta' verifika tal-pagament ta' l-utent. (art. 43 par. 2).
Fil-każ ta' telf, serq jew miżapproprjazzjoni ta' l-istrument ta' verifika tal-pagament, il-konsumatur għandu jkun jista' jgħarraf bit-telefown b'dak li seħħ u mingħajr dewmien żejjed malli jinduna. (art. 46).
Il-fornitur tas-servizz ta' pagament irid jerfa' r-responsabilità tar-riskju meta jintbagħat kwalunkwe strument ta' trasferiment elettroniku ta' fondi lill-proprjetarju, jew meta jintbagħtu kwalunkwe mezzi li jippermettu l-użu tiegħu (pereżempju, in-numru ta' identifikazzjoni personali (pin)). (art. 47 par. 3).
Tinħtieġ definizzjoni jew deskrizzjoni ċara ta' 'negliġenza serja' fil-każ ta' awtorizzazzjoni kkontestata. Madankollu, l-utent xorta m'hu se jkollu l-ebda responsabilità jekk ma kienx hemm preżentazzjoni fiżika ta' l-istrument ta' pagament u ta' l-identifikazzjoni elettronika.
Ma naqblux ma' l-opinjoni li hemm bżonn ta' preżunzjoni ta' negliġenza: il-fatt biss li terza persuna setgħet tuża l-istrument, m'għandux jipprova li l-pussessur ta' l-istrument kien negliġenti. Huwa f'idejn min ipprovda l-istrument li juri elementi li jippruvaw l-assenza jew l-eżistenza ta' negliġenza estrema jew ta' frodi min-naħa tal-pussessur. Jekk ma jkunx hekk il-limitu tar-responsabilita ta' 150 EUR, il-karatteristika ewlenija tas-sistema, isir purament fittizju.
L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw dispożizzjonijiet li jillimitaw aktar ir-responsabilita ta' l-utent fil-każ ta' responsabilita għal telf rigward tranżazzjonijiet ta' pagament mhux awtorizzati. Ma naħsbux li huwa xieraq li l-utent ikun awtomatikament responsabbli għat-tranżazzjonijiet kollha li jsiru qabel in-notifika ta' telf jew ta' serq.
Aħna favur il-possibilita ta' rimbors u ta' revoka ta' tranżazzjoni. Jeħtieġ li jkun hemm modifiki biss dwar il-perjodu li fih dan jista' jseħħ. Nappoġġjaw bis-sħiħ ukoll ir-regola stipulata fl-Artikolu 57 li tipprojbixxi b'mod espliċitu li jkun hemm tnaqqis fl-ammont trasferit. Fil-każ ta' vjolazzjoni ta' dan il-prinċipju, għandha tkun imposta sanzjoni speċifika.
Rigward il-perjodu ta' twettiq, naqblu bis-sħiħ mal-proposta li saret mill-Kummissjoni, iżda għandna xi dubji dwar l-fattibilita teknika tagħha. Għalhekk, jistgħu jkunu kkunsidrati xi adattamenti. Madankollu, minħabba l-importanza tagħhom għall-konsumatur, ma naqblux li jkunu esklużi l-mikro-pagamenti mill-iskop ta' l-artikoli li jikkonċernaw il-perjodu ta' twettiq.
Sabiex ikun evitat li l-fornituri ta' pagamenti jippruvaw jirkupraw l-ispejjeż supplementari tar-riformi mill-utenti, nipproponu l-adattamenti li ġejjin:
- art. 60 par. 1: l-ammont għandu jkun kkreditat lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min jitħallas sa mhux aktar tard minn tmiem l-ewwel ġurnata tax-xogħol li tiġi wara l-mument li fih ġie aċċettat, minflok lill-kont tal-pagament ta' min jitħallas.
- jekk it-tranżazzjoni hija mibdija minn min iħallas u tinkludi kambju ta' munita għal munita li mhijiex munita ta' l-Istati Membri ta' l-UE, il-partijiet jistgħu jaqblu espliċitament fuq perjodu mhux itwal minn tlitt ijiem.
Nemmnu li t-taqsim tar-responsabilita msemmija fl-Artikolu 67 fil-każ ta' nuqqas ta' twettiq jew ta' twettiq difettuż ta' tranżazzjoni ta' pagamenti huwa dak li għandu jseħħ. Madankollu, għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur, huwa rakkomandat li titħassar is-sentenza fl-Artikolu 70 li tgħid li l-fornitur tas-servizz ta' pagament ma jkunx responsabbli fil-każ ta' 'force majeure'.
Fl-aħħarnett, m'aħniex konvinti dwar il-valur miżjud ta' l-Artikolu 78 kif formulat fil-proposta: fl-opinjoni tagħna u skond l-adozzjoni ta' xi emendi kruċjali, nemmnu li l-Istati Membri għandu jibqa' jkollhom il-kompetenza biex imorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' din il-proposta sabiex iħarsu l-interess tal-konsumatur. F'dan ir-rigward, din il-proposta għandha tkun minima.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
| Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 PREMESSA 21 A (ġdida) | |
|
|
(21a) Fil-każ ta' użu mhux awtorizzat ta' strumenti ta' verifika, l-imġiba li ġejja għandha titqies inter alia bħala negliġenza kbira: jekk l-pussessur ikun indika n-numru personali ta' identifikazzjoni tiegħu jew kwalunkwe kodiċi ieħor b'xi mod li wieħed jgħarfu faċilment, u b'mod partikulari jekk dan sar fuq l-istrument għat-trasferiment elettroniku ta' fondi jew fuq oġġett jew dokument li jinżamm jew jinġarr mill-pussessur ma' l-istrument, kif ukoll il-fatt li l-pussessur ma għarrafx lil min tah l-istrument li dan intilef jew insteraq malli nduna bil-fatt. Sabiex tiġi evalewata n-negliġenza ta’ l-utent tas-servizz tal-pagament, għandhom jitqiesu ċ-ċirkustanzi kollha. Il-produzzjoni min-naħa tal-provditur tad-dokumentazzjoni relevanti u l-użu ta' l-istrument tal-pagament bil-kodiċi li l-utent biss ikun jaf, m'għandhomx jitqiesu bħala prova ta' negliġenza ta' l-utent. Klawsoli u kundizzjonijiet, jew il-klawsoli u l-kundizzjonijiet flimkien, fil-kuntratt għall-forniment u l-użu ta' l-istrument għat-trasferiment elettroniku tal-fondi, li l-effett tagħhom ikun li jiżdied l-obbligu tal-prova tal-konsumatur jew li jitnaqqas l-obbligu tal-prova tal-provditur, għandhom jitqiesu li huma bla effett legali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda hija bbażata fuq l-emenda 63 tar-rapporteur, u għandha tittieħed bħala premessa li tispjega l-Artikolu 46. | |
Emenda 2 ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal attivitajiet ta’ negozju, elenkati fl-Anness, li jikkonsistu fit-twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ pagament f’isem persuna naturali jew legali, minn issa msejħa “servizzi ta’ pagament”, fejn mill-anqas wieħed mill-fornturi ta’ servizz ta’ pagament ikun jinsab fil-Komunità. |
1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal servizzi ta' pagament kif definiti fl-Artikolu 4, fejn il-fornituri ta' servizz ta' pagament jinsabu fil-Komunità.
|
|
Madankollu, għal dawk is-servizzi ta’ pagament fejn l-ammont tat-transazzjoni jkun ogħla minn EUR 50,000, it-Titoli III u IV m’għandhomx japplikaw. |
Madankollu, għal dawk is-servizzi ta' pagament fejn l-ammont tat-tranżazzjoni jkun ogħla minn EUR 50,000, it-Titoli III u IV m'għandhomx japplikaw, sakemm is-servizz ta' pagament jitwettaq f'isem SME. Il-limitu ta' EUR 50,000 m'għandux japplika fil-każ ta' servizzi ta' pagament li jsiru f'isem il-konsumaturi. |
|
Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, transazzjoni ta’ pagament għandha tikkonsiti fl-att, mibdi minn min iħallas jew minn min qed jitħallas, ta’ depożitu, ġbid, jew trasferiment ta’ fondi minn xi ħadd li jħallas lejn min jitħallas, irrispettivament minn xi obbligi sottostanti bejn l-utenti tas-servizz ta' pagament. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' koerenza interna, huwa aħjar li jkunu definiti l-kunċetti kollha ta' l-Artikolu 4. Iktar 'l quddiem, huwa wkoll aktar xieraq li l-iskop ġeografiku tad-direttiva jkun limitat għall-komunita milli jkun estiż għal pajjiżi terzi. | |
Emenda 3 ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Ħlief fejn hemm dispożizzjonijiet mod ieħor, din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi ta’ pagament magħmula fi kwalunkwe munita. |
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi ta' pagament magħmula fil-muniti ta' l-Istati Membri. |
Emenda 4 ARTIKOLU 3, PUNT (I) | |
|
(i) servizzi li jistgħu jintużaw biex jiġu akkwistati prodotti u servizzi biss fi ħdan netwerk limitat ta’ fornituri ta’ servizz affiljati u li huma bbażati fuq strumenti bħal vawċers u cards sakemm strumenti bħal dawn ma jkunux jistgħu jinfdew; |
i) servizzi li jistgħu jintużaw biex jiġu akkwistati prodotti u servizzi u li huma bbażati fuq strumenti bħal vawċers u kards sa fejn strumenti bħal dawn ma jkunux jistgħu jinfdew; |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa mixtieq li din id-dispożizzjoni tkun kjarifikata sabiex ikun hemm distinzjoni bejn vawċers li ma jissarrfux, bħalma huma vawċers ta' ikliet, u netwerks lokali limitati ta' negozjanti. | |
Il-kards u l-istrumenti ta' debitu oħra għandhom jiġu inklużi fl-iskop tad-Direttiva, peress li dawn il-kards għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti legali, tekniċi jew ta' sigurtà bħal mezzi oħra ta' pagament. | |
Emenda 5 ARTIKOLU 3, PUNT (J) | |
|
(j) transazzjonijiet ta’ pagament imwettqa permezz ta’ sett tat-telefon ċellulari jew xi strument ieħor diġitali jew ta’ IT, fejn ikunu rispettati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: |
imħassar |
|
(i) il-fornitur tas-servizz li jkun qed jopera s-sistema ta’ telekomunikazzjoni jew ta’ IT jew netwerk ikollu sehem mill-qrib fl-iżvilupp tal-prodotti diġitali jew tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jkunu qed jiġu pprovduti; |
|
|
(ii) il-prodotti u s-servizzi ma jkunux jistgħu jiġu mqassma fl-assenza tal-fornitur tas-servizz; |
|
|
(iii) ma jkun hemm l-ebda għażla oħra għar-rimunerazzjoni |
|
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġu antiċipati sistemi ta' pagament futuri, u sabiex jiġu evitati diffikultajiet meta tinħoloq distinzjoni bejn servizz li huwa inkluż u servizz li huwa eskluż mill-iskop ta' applikazzjoni tad-direttiva, huwa aħjar jekk din l-eżenzjoni titneħħa. | |
Emenda 6 ARTIKOLU 4, PUNT 1 (I) | |
|
(i) jekk l-istituzzjoni ta' pagament tkun persuna naturali, l-Istat Membru fejn ikun ibbażat l-uffiċċju ewlieni tal-fornitur tas-servizz tal-pagament; |
imħassar |
Emenda 7 ARTIKOLU 4, PUNT 4 | |
|
(4) “min qed iħallas” tfisser persuna naturali jew legali li għandha d-dritt li tiddisponi minn fondi u li tħallihom li jgħaddu għal min qed jitħallas; |
(4) “min qed iħallas” tfisser persuna naturali jew legali, li bħala l-possessur tal-kont tawtorizza t-trasferiment ta’ fondi minn kont, jew, jekk ma jeżisti l-ebda kont, persuna naturali jew legali li tagħti l-ordni biex isir trasferiment tal-fondi; |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda sservi biex tikkjarifika li “min qed iħallas“ tfisser l-imsieħeb kuntrattwali tal-fornitur tas-servizz. L-approċċ li ġie propost ma jagħmilx sens fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi ta' min iħallas kif irregolat fit-Titolu III, peress li dawn dejjem jippresupponu kuntratt bejn min iħallas u l-fornitur tas-servizz. | |
Emenda ARTIKOLU 4, PUNT 9 | |
|
(9) “disponibbiltà ta’ fondi” tfisser li l-fondi f’kont ta’ pagament ikunu jistgħu jintużaw mill-utent tas-servizz ta' pagament bla spejjeż; |
imħassar |
Emenda 9 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 11 A (ġdid) | |
|
|
(11a) "ġurnata bankarja" tfisser ġurnata meta l-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas li huwa involut fit-tranżazzjoni ta' pagament u l-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min jitħallas li huwa involut, ġeneralment ikunu miftuħa għal negozju mal-klijenti; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni ta' 'ġurnata bankarja' hija maħsuba għal skopijiet ta' kjarifikazzjoni. | |
Emenda 10 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 19 A (ġdid) | |
|
|
(19a) "servizzi ta' pagament" tfisser l-attivitajiet ta' negozju elenkati fl-Anness li jikkonsistu fit-twettiq ta' tranżazzjonijiet ta' pagament f'isem persuna naturali jew legali meta l-fornituri ta' servizz ta' pagament jinsabu fil-Komunità; |
Emenda 11 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 19 B (ġdid) | |
|
|
(19b) "il-perjodu ta' twettiq" tfisser iż-żmien bejn l-aċċettazzjoni ta' ordni ta' pagament minn fornitur ta' servizz ta' pagament u ż-żmien meta l-ammont li jrid jitħallas skond l-ordni tal-pagament isir disponibbli għal min jitħallas; |
Emenda 12 ARTIKOLU 4, PARAGRAFU 19 C (ġdid) | |
|
|
(19c) "mikro-pagamenti" tfisser kuntratt dwar pagamenti li m'humiex ogħla minn 10 EUR. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba l-bosta obbligi li jridu jiġu ssodisfati u r-riskji li jridu jiġu koperti minn istituzzjoni ta' pagament, ma jidhirx xieraq, għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur, li persuni fiżiċi jitħallew iwaqqfu istituzzjoni ta' pagament. Għal raġunijiet ta' koerenza ma' leġiżlazzjonijiet Ewropej li diġa jeżistu, id-definizzjonijiet miżjuda huma meħudin direttament mill-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-PE u l-Kunsill ta' l-4 ta' April dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. | |
Emenda ARTIKOLU 5, PUNT (H) | |
|
(h) fejn l-applikant ikun persuna legali, l-identità tal-persuni naturali li jkunu r-rappreżentanti tagħha, dawk li għandhom il-maġġoranza ta' l-ishma u li jaġixxu ta' diretturi kif ukoll evidenza li dawk il-persuni jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u li jkollhom għarfien xieraq u ħila li jwettqu servizzi ta' pagament; |
(h) fejn l-applikant ikun persuna legali, l-identità tad-diretturi, tal-persuni responsabbli għall-immaniġġjar ta' l-istituzzjoni ta' pagament u ta' dawk li għandhom il-maġġoranza ta' l-ishma kif ukoll evidenza li dawk il-persuni jkunu ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u li jkollhom għarfien xieraq u ħila li jwettqu servizzi ta' pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Dawn il-modifiki flimkien ma' l-emendi għall-Artikolu 10 għandhom jippermettu li jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd u li tkun organizzata superviżjoni ta' vera fuq l-istituzzjoni ta' pagament. Huma ġustifikati wkoll għal raġunijiet ta' koerenza ma' l-Artikolu 4. | |
Emenda 14 ARTIKOLU 5 A (ġdid), PARAGRAFU 1 | |
|
|
Artikolu 5a |
|
|
Rekwiżiti ta' kapital inizjali |
|
|
1. Istituzzjonijiet ta' pagament għandu jkollhom kapital, kif definit fl-Artikolu 57(a) u (b) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar it-twaqqif u t-tkomplija tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu1, kif ġej: |
|
|
(a) meta l-istituzzjoni ta' pagament twettaq biss dawk l-attivitajiet imsemmija fil-punt 7 ta' l-Anness u meta dawn jitwettqu fil-limiti ta' żmien stipulati fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 60(1) jew aktar malajr, il-kapital tagħha m'għandu fl-ebda ħin ikun inqas minn EUR 50,000; |
|
|
(b) meta l-istituzzjoni ta’ pagament tkompli l-attività msemmija fil-punt (a) hawn fuq u/jew: |
|
|
(i) l-attivitajiet imsemmija fil-punt 1 ta' l-Anness, iżda fejn dawn ma jitwettqux fil-limiti ta' żmien stipulati fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 60(1), u/jew |
|
|
(ii) kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti 5 u/jew 8 u/jew 9 ta' l-Anness, u/jew |
|
|
(iii) meta kwalunkwe wieħed mis-servizzi anċillari msemmijin fl-Artikolu 10(1)(b) u (c) huma offruti, |
|
|
il-kapital tagħha ma jista' qatt ikun inqas minn 125,000 EUR ; |
|
|
(c) meta l-istituzzjoni ta' pagament tkompli kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b) hawn fuq u/jew kwalunkwe waħda mill-attivitajiet fil-paragrafi 1 sa 3 ta' l-Anness, il-kapital tagħha m'għandu qatt ikun inqas minn 730,000 EUR . |
|
|
____ 1 ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
|
Ġustifikazzjoni | |
Jeħtieġ li l-ammont tal-kapital inizjali għand istituzzjoni ta' pagament ikun marbut man-natura tar-riskji li huwa espost għalihom. Dawn ir-riskji huma analogi ma' uħud mir-riskji li jiffaċċaw il-kumpaniji ta' investiment u għalhekk se jkunu proposti livelli ta' kapital ibbażati fuq id-Direttiva ta' Adekwatezza tal-Kapital li reċentement ġiet riveduta. Flimkien mal-protezzjoni tal-fondi tal-klijent, kif maħsuba fil-paragrafu 10 a u b hawn taħt, dawn il-proposti jirrappreżentaw bilanċ ġust bejn ix-xewqa li tkun introdotta iktar kompetizzjoni fis-suq ta' pagamenti, u l-ħtieġa li jkunu protetti l-fondi tal-konsumatur. | |
Emenda 15 ARTIKOLU 5 A (ġdid), PARAGRAFU 2 | |
|
|
2. Minkejja r-rekwiżiti minimi ta' kapital stabbiliti hawn fuq , l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu sodisfatti li l-istituzzjoni ta' pagament għandha biżżejjed kapital biex issostni l-attivitajiet ta' negozju tagħha f'kull ħin. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istituzzjonijiet ta' pagament kollha għandhom ikunu finanzjarjament sodi f'kull ħin. | |
Emenda 16 ARTIKOLU 5 A (ġdid), PARAGRAFU 3 | |
|
|
3. Istituzzjonijiet ta' pagament għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien jekk il-kapital tagħhom ikun inqas mill-ammonti meħtieġa skond il-paragrafu 1. F'ċirkustanzi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, bla dewmien, jieħdu passi biex jiżguraw l-effettivita ta' l-arranġamenti deskritti fl-Artikoli 10a u 10b u għandhom jistabbilixxu, flimkien ma' l-istituzzjoni ta' pagament, pjan għar-rikapitalizzazzjoni ta' l-istituzzjoni ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Meta istituzzjonijiet ta' pagament ibagħtu minn diffikultajiet finanzjarji huwa vitali li l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jieħdu kwalunkwe passi legali li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat li l-fondi li qed jinżammu f'isem il-klijenti huma kompletament sikuri għall-benefiċċju ta' dawk il-klijenti. | |
Emenda 17 ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 1 | |
|
L-awtorizzazzjoni tingħata jekk l-informazzjoni u l-evidenza li tkun ma’ l-applikazzjoni tkun taqbel mar-rekwiżiti kollha kif imfissra fl-Artikolu 5. |
L-awtorizzazzjoni tingħata jekk l-informazzjoni u l-evidenza li tkun ma' l-applikazzjoni tkun taqbel mar-rekwiżiti kollha kif imfissra fl-Artikoli 5 u 5a. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kapital għandhom jiġu ssodisfati. | |
Emenda 18 ARTIKOLU 6, PARAGRAFU 2 | |
|
L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni m’għandhiex tkun eżaminata fid-dawl ta’ rekwiżiti barra dawk imniżżla fil-paragrafu 5. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tippermetti li jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd u li tkun organizzata superviżjoni reali fuq l-istituzzjoni ta' pagament. Il-libertà li jingħataw servizzi u l-libertà ta' l-istabbiliment huma stipulati fit-Trattat u għalhekk m'hemmx bżonn ta' repetizzjoni f'dan l-Artikolu. | |
Emenda 19 ARTIKOLU 8, PARAGRAFU 2 | |
|
Ir-reġistru għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. Dan għandu jkun disponibbli għall-pubbliku biex jikkonsultah, u jkun anki aċċessibbli fuq l-internet. |
Ir-reġistru għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi u l-attivitajiet stipulati fl-Artikolu 10 li għalihom l-istituzzjoni ta' pagament hija awtorizzata jew reġistrata. Dan għandu jkun disponibbli għall-pubbliku biex jikkonsultah, aċċessibbli fuq l-internet u għandu jkun aġġornat fuq bażi regolari. |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-miżura ta' superviżjoni hija ġustifikata għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur u sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd. | |
Emenda 20 ARTIKOLU 9 | |
|
Fejn ikun hemm xi bidla li taffettwa l-eżattezza ta’ l-informazzjoni u ta’ l-evidenza mogħtija skond l-Artikolu 5, l-istituzzjoni ta’ pagament għandha mingħajr dewmien tinforma b’dan lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta' domiċilju. |
Fejn ikun hemm xi bidla li taffettwa l-eżattezza ta' l-informazzjoni u ta' l-evidenza mogħtija skond l-Artikolu 4a u l-Artikolu 5, l-istituzzjoni ta' pagament għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' domiċilju mingħajr dewmien. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħala wieħed mir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni, kwalunkwe bidla fir-rekwiżiti tal-kapital għandha tissemma' mingħajr dewmien. | |
Emenda 21 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 1 | |
|
1. L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu intitolati li jwettqu dawn l-attivitajiet li ġejjin: |
1. L-istituzzjonijiet ta’ pagament għandhom ikunu intitolati li jwettqu dawn l-attivitajiet li ġejjin: |
|
(a) jagħtu servizzi ta’ pagament; |
(a) jagħtu servizzi ta' pagament kif stipulat fl-Anness; |
|
(b) jipprovdu servizzi operazzjonali u servizzi relatati anċillari bħal ma huma l-ħruġ ta’ garanziji għal transazzjonijiet ta’ pagament, servizzi ta’ kambju ta’ munita, attivitajiet ta’ salvagwardja, u ż-żamma u l-ipproċessar tad-data; |
b) jipprovdu servizzi operazzjonali u servizzi relatati anċillari, sakemm dawn ikunu meħtieġa sabiex jipprovdu servizzi ta pagament kif imsemmi f'(a); |
|
(c) jkollhom aċċess għal, u joperaw, sistemi ta’ pagament biex jiġu trasferiti, ikklerjati u ssettiljati fondi, inkluż xi strumenti u proċeduri li jkollhom x’jaqsmu mas-sistemi. |
(c) ikollhom aċċess għal sistemi ta’ pagament biex jiġu trasferiti, ikklerjati u ssettiljati fondi, inkluż kwalunkwe strument u proċedura li jkollhom x’jaqsmu mas-sistemi.
|
|
|
Istituzzjonijiet ta' pagament ma jistgħux jagħmlu tranżazzjonijiet ta' depożitu, joffru servizzi ta' kreditu u lanqas joqgħodu bħala garanti għal xi ħadd. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex titrawwem il-fiduċja tal-konsumatur fis-sistema finanzjarja, hemm bżonn li jkunu limitati l-oqsma ta' attivita ta' l-istituzzjonijiet ta' pagament għal dawk imsemmija fl-Anness. Barra minn dan, l-emenda sservi bħala kjarifika sabiex tkun evitata l-evażjoni. | |
Emenda 22 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
2a. Istituzzjoni ta' pagament għandha: |
|
|
(a) tissepara u tagħti rendikont separat ta' fondi rċevuti mill-utenti ta' servizz ta' pagament, aċċettati għal tranżazzjoni ta' pagament, minn fondi oħra aċċettati għal attivitajiet li mhumiex servizzi ta' pagament. |
|
|
(b) iżżomm il-fondi ta' utent ta' servizz ta' pagament taħt isem ta' kont li jidentifika b'mod ċar l-utent tas-servizz ta' pagament. |
|
|
L-ebda fondi ta' utent ta' servizz ta' pagament ma jistgħu jitħalltu mal-fondi ta' fornitur tas-servizz ta' pagament jew kwalunkwe utent tas-servizz ta' pagament jew kwalunkwe persuna oħra apparti l-utent tas-servizz ta' pagament li f'ismu qed jinżammu l-fondi. |
|
|
Il-fondi ta' utent ta' servizz ta' pagament għandhom ikunu protetti minn kwalunkwe azzjoni minn parti terza kontra l-istituzzjoni ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tinżamm il-fiduċja tal-konsumatur fis-sistema finanzjarja u biex ikunu evitati problemi ta' reputazzjoni għas-settur kollu, huwa neċessarju li jkunu imposti miżuri xierqa, l-aktar billi jkunu limitati l-attivitajiet ta' l-IP għal dawn li huma elenkati fl-Anness (il-prinċipju ta' l-ispeċjalizzazzjoni ta' l-IP), billi jkunu limitati l-investimenti tagħha, u billi jkunu protetti l-fondi li jirċievu minn utenti ta' servizzi ta' pagament. Il-Premessa 9 ukoll għandha tinqara f'dan is-sens. | |
Emenda 23 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 2 B (ġdid) | |
|
|
2b. Fil-każ li jittieħdu miżura jew miżuri ta' riorganizzazzjoni jew jinbdew proċedimenti ta' stralċ kontra istituzzjoni ta' pagament, l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjali relevanti, jew l-amministratur jew likwidatur relevanti, skond il-każ, għandhom fil-pront jirritornaw il-fondi ta' l-utenti kollha tas-servizz ta' pagament lil dawn l-utenti kollha tas-servizz ta' pagament bi prijorita fuq it-talbiet l-oħra kollha kontra dik l-istituzzjoni ta' pagament. |
|
|
Fil-każ li jittieħdu miżura jew miżuri ta' riorganizzazzjoni jew jinbdew proċedimenti ta' stralċ kontra istituzzjoni ta' pagament, u ma jkunx hemm biżżejjed fondi disponibbli biex jingħataw lura l-fondi kollha li jmisshom l-utenti tas-servizz ta' pagament, l-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjali relevanti, jew l-amministratur jew likwidatur relevanti, skond il-każ, għandhom fil-pront iqassmu lill-utenti tas-servizzi ta' pagament il-fondi ta' dawn l-utenti tas-servizzi ta' pagament fuq bażi pro rata skond it-talbiet tagħhom u bi prijorita fuq it-talbiet l-oħra kollha kontra dik l-istituzzjoni ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tinżamm il-fiduċja tal-konsumatur fis-sistema finanzjarja u biex ikunu evitati problemi ta' reputazzjoni għas-settur kollu, huwa neċessarju li jkunu imposti miżuri xierqa, l-aktar billi jkunu limitati l-attivitajiet ta' l-IP għal dawn li huma elenkati fl-Anness (il-prinċipju ta' l-ispeċjalizzazzjoni ta' l-IP), billi jkunu limitati l-investimenti tagħha, u billi jkunu protetti l-fondi li jirċievu minn utenti ta' servizzi ta' pagament. Il-Premessa 9 ukoll għandha tinqara f'dan is-sens. | |
Emenda 24 ARTIKOLU 10, PARAGRAFU 3 | |
|
3. L-attivitajiet ta’ negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ pagament awtorizzati għandhom ikunu non-esklussivi u m’għandhomx ikunu ristretti għal servizzi ta’ pagament, tenut kont tal-liġijiet applikabbli nazzjonali u tal-Komunità. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' sigurtà legali, huwa aħjar li jkunu limitati l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' pagament. | |
Emenda 25 ARTIKOLU 12, PARAGRAFU 2 | |
|
2. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta' pagament biex jibqgħu għal kollox responsabbli għal xi azzjoni tal-maniġers tagħhom, u ta’ l-impjegati, jew ta’ kull aġent marbut jew sussidjarja, skond din id-Direttiva. |
2. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta' pagament biex jibqgħu għal kollox responsabbli għal kwalunkwe azzjoni tal-maniġers tagħhom, ta' l-impjegati, jew ta' kull aġent marbut, intrapriża sussidjarja jew esternalizzata, skond din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Istituzzjonijiet ta' pagament għandhom ikunu responsabbli wkoll għall-attivitajiet esternalizzati tagħhom. | |
Emenda 26 ARTIKOLU 13 | |
|
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ pagament biex iżommu s-servizzi u t-transazzjonijiet kollha dokumentati għal perjodu raġjonevoli, iżda għal mhux aktar minn ħames snin. |
L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istituzzjonijiet ta’ pagament biex iżommu s-servizzi u t-tranżazzjonijiet kollha dokumentati għal perjodu ta’ mill-inqas sena, iżda għal mhux aktar minn ħames snin. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa mixtieq li jkun kjarifikat it-terminu 'żmien raġonevoli'. | |
Emenda 27 ARTIKOLU 16, PARAGRAFU 2, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma’ dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu biss il-passi li ġejjin: |
Biex tkun ikkontrollata l-konformità ma' dan it-Titolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom talanqas jieħdu l-passi li ġejjin, b'mod partikulari: |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur u tal-fiduċja tagħhom fis-sistema finanzjarja, huwa neċessarju kontroll xieraq fuq l-istituzzjonijiet ta' pagament. | |
Emenda 28 ARTIKOLU 16, PARAGRAFU 2 , PUNT (E) | |
|
(e) jissospendu jew ineħħu l-awtorizzazzjoni f'dawk il-każi fejn il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 5 ma jibqgħux jintlaqgħu. |
(e) biex jissospendu jew ineħħu l-awtorizzazzjoni f'dawk il-każi fejn il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 5, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4a (rekwiżiti ta' kapital) u/jew id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10a m'humiex jew m'għadhomx issodisfati. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur u tal-fiduċja tagħhom fis-sistema finanzjarja, huwa neċessarju kontroll xieraq fuq l-istituzzjonijiet ta' pagament. | |
Emenda 29 ARTIKOLU 21, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Bħala deroga mill-punt (d) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu, każ b’każ, iħallu persuni naturali jew legali jiddaħħlu fir-reġistru stabbilit skond l-Artikolu 8, mingħajr ma tkun applikata l-proċedura mfissra fis-Sezzjoni 1, fejn ikunu soddisfatti dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:
|
1. Bħala deroga mill-punt (d) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1, l-Istati Membri jistgħu, f'każijiet eċċezzjonali jew individwali, iħallu persuni legali jiddaħħlu fir-reġistru stabbilit skond l-Artikolu 8, mingħajr ma tkun applikata l-proċedura mfissra f'Sezzjoni 1, fejn l-attivitajiet totali tan-negozju tal-persuna kkonċernata, inkluż kwalunkwe aġent marbut jew intrapriża sussidjarja li għaliha tassumi r-responsabiltà sħiħa, jiġġeneraw ammont totali ta' fondi pendenti li kienu aċċettati biex jiġu pprovduti servizzi ta' pagament li ma jaqbżux medja ta' EUR 150,000 kull xahar. |
|
(a) l-attivitajiet totali ta' negozju tal-persuna kkonċernata, inkluż kwalunkwe aġent marbut jew sussidjarja li għaliha tassumi r-responsabbiltà sħiħa, jiġġeneraw ammont totali ta’ fondi disponibbli li kienu aċċettati biex jiġu pprovduti servizzi ta’ pagament u li ma jaqbżux il-medja ta’ 5 miljun EUR fix-xahar u 6 miljun EUR fi kwalunkwe ħin;
|
|
|
(b) reġistrazzjoni bħal din tkun meqjusa li hi fl-interess pubbliku għal waħda minn dawn iż-żewġ raġunijiet |
|
|
(i) il-persuna kkonċernata jkollha rwol vitali fl-intermedjazzjoni finanzjarja, billi tipprovdi aċċess għal servizzi ta’ pagament lil gruppi soċjali anqas privileġġjati, b’mod partikolari fejn il-provvista minn fornituri oħra tas-servizzi konċernati x'aktarx ma sseħħx jew tieħu żmien twil; |
|
|
ii) ikun hekk meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta’ regoli dwar il-ħasil tal-flus jew mekkaniżmi biex ma jħallux li jsir iffinanzjar tat-terroriżmu. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur u sabiex tiġi grantita stabiltà finanzjarja, huwa xieraq li l-kundizzjonijiet ta' deroga ta' dan l-artikolu jiġu ristretti. Il-Premessa 11 ukoll għandha tinqara f'dan is-sens. | |
Emenda 30 ARTIKOLU 21, PARAGRAFU 3 | |
|
3. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kull bdil fis-sitwazzjoni tagħhom li tkun relevanti mal-kundizzjoni speċifikata f’punt (a) ta’ paragrafu 1. |
3. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kull bdil fis-sitwazzjoni tagħhom li huwa relevanti għall-kundizzjoni speċifikata fil-paragrafu 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur u sabiex tiġi grantita stabiltà finanzjarja, huwa xieraq li l-kundizzjonijiet ta' deroga ta' dan l-artikolu jiġu ristretti. | |
Emenda 31 ARTIKOLU 21, PARAGRAFU 3 A (ġdid) | |
|
|
3a. Din id-deroga m'għandhiex tiġi applikata fir-rigward ta' dispożizzjonijiet kif stipulati fid-Direttiva 2005/60/KE jew ta' dispożizzjonijiet nazzjonali kontra l-ħasil tal-flus. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur u sabiex tiġi grantita stabiltà finanzjarja, huwa xieraq li l-kundizzjonijiet ta' deroga ta' dan l-artikolu jiġu ristretti. | |
Emenda 32 ARTIKOLU 23, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li r-regoli dwar l-aċċess għal, u t-tħaddim ta’, sistemi ta’ pagament ikunu oġġettivi u proporzjonali u m’għandhomx itellfu l-aċċess aktar milli jkun hemm bżonn bħala salvagwardja kontra riskji speċifiċi u biex titħares is-sigurtà finanzjraja tas-sistema ta’ pagament. |
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li r-regoli dwar l-aċċess għal, u t-tħaddim ta’, sistemi ta’ pagament ikunu oġġettivi u proporzjonali u m’għandhomx itellfu l-aċċess aktar milli jkun hemm bżonn bħala salvagwardja kontra riskji u biex titħares is-sigurtà finanzjarja tas-sistema ta’ pagament. |
|
|
Madankollu, fl-evalwazzjoni ta' l-ammissjoni ta' istituzzjoni ta' pagament, jistgħu jiġu imposti rekwiżiti ta' solvenza. |
Ġustifikazzjoni | |
Fid-dawl ta' l-objettiv li tiġi salvagwardjata l-istabiltà finanzjarja, mhuwiex opportun li sistemi ta' pagament jiġu mġegħla li jaċċettaw istituzzjonijiet ta' pagament. Sistemi ta' pagament għandu jkollhom il-libertà u l-awtorità li jimponu rekwiżiti ta' ammissjoni aktar stretti, bħal rekwiżiti ta' solvenza. | |
Emenda 33 ARTIKOLU 23, PARAGRAFU 1PUNT (C) | |
|
(c) xi restrizzjoni fuq il-bażi ta' l-istatus istituzzjonali |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Fid-dawl ta' l-objettiv li tiġi salvagwardjata l-istabiltà finanzjarja, mhuwiex opportun li sistemi ta' pagament jiġu mġegħla li jaċċettaw istituzzjonijiet ta' pagament. Sistemi ta' pagament għandu jkollhom il-libertà u l-awtorità li jimponu rekwiżiti ta' ammissjoni aktar stretti, bħal rekwiżiti ta' solvenza. | |
Emenda 34 ARTIKOLU 25, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jgħarraf lill-utent tas-servizz ta’ pagament permezz ta’ materjal stampat jew xi mezz dewwiemidewwiemi ieħor u li jkun aċċessibbli għalih, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 26. |
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament ipoġġi għad-dispożizzjoni ta' l-utent tas-servizz ta’ pagament, permezz ta’ materjal stampat jew xi mezz dewwiemi ieħor u li jkun aċċessibbli għalih, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 26. |
Ġustifikazzjoni | |
L-inklużjoni tal-kliem 'jagħmel disponibbli' taqbel ma' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 97/5/KE u ma' l-Artikolu 4 tar-Regolament 2560/2001 u għandha tapplika għat-Titolu III kollu. | |
Emenda 35 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A) (II) | |
|
ii) kemm idum biex ikun provdut servizz ta' pagament; |
(ii) il-perjodu ta' twettiq (ġranet ta' xogħol tal-banek) fl-istituzzjoni innifisha biex ikun provdut is-servizz ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ u essenzjali għall-konsumatur. Iċ-ċarezza tad-dispożizzjonijiet hija ta' importanza partikulari f'dan il-kuntest. Il-konsumatur dejjem jista' jitlob għal iżjed informazzjoni li hija meħtieġa f'każijiet individwali. | |
It-tħassir ta' l-aħħar sentenza ta' l-1 paragrafu jsegwi awtomatikament mir-restrizzjoni ta' l-iskop. | |
Emenda 36 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A) (VI A) (ġdid) | |
|
|
(via) l-informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur jikkonsulta t-tariffi; |
Emenda 37 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (A) (VI B) (ġdid) | |
|
|
(vib) id-dritt ta' min iħallas li jirrevoka pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kundizzjonijiet għandhom jagħmluha ċara kif min iħallas ikun jista' jirrevoka pagament. | |
Emenda 38 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (C) | |
|
(c) l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-utent ta’ servizz ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament u, fejn ikun applikabbli, ir-rata tal-kambju applikata fit-transazzjoni ta' pagament. |
(c) l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mill-utent ta’ servizz ta’ pagament lill-fornitur ta’ servizz ta’ pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ u essenzjali għall-konsumatur. Iċ-ċarezza tad-dispożizzjonijiet hija ta' importanza partikulari f'dan il-kuntest. Il-konsumatur dejjem jista' jitlob għal iżjed informazzjoni li hija meħtieġa f'każijiet individwali. | |
It-tħassir ta' l-aħħar sentenza ta' l-1 paragrafu jsegwi awtomatikament mir-restrizzjoni ta' l-iskop. | |
Emenda 39 ARTIKOLU 26, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (E) | |
|
(e) indikazzjoni tal-proċeduri ta' rimedju u ta' lment għad-dispożizzjoni ta' l-utent tas-servizz ta' pagament skond il-Kapitolu 4 tat-Titolu IV, u l-metodu ta' kif ikollu aċċess għalihom; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ u essenzjali għall-konsumatur. Iċ-ċarezza tad-dispożizzjonijiet hija ta' importanza partikulari f'dan il-kuntest. Il-konsumatur dejjem jista' jitlob għal iżjed informazzjoni li hija meħtieġa f'każijiet individwali. | |
It-tneħħija ta’ l-aħħar sentenza tal-Paragrafu 1 hija riżultat awtomatiku tar-restrizzjoni ta’ l-iskop ta’ l-applikazzjoni | |
Emenda 40 ARTIKOLU 27, PUNT (A) | |
|
(a) riferenza li tippermetti lill-utent tas-servizz ta' pagament jidentifika t-transazzjoni ta' pagament u, fejn ikun xieraq, l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' min qed jitħallas; |
(a) riferenza li tippermetti lill-utent tas-servizz ta' pagament jidentifika t-tranżazzjoni ta' pagament u, fejn ikun xieraq, l-informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ min qed jitħallas, jekk din l-informazzjoni mhux diġà ġiet mgħoddija minn qabel lil min qed iħallas ma jkun sar l-ebda provvediment preċiż għal dan; |
Ġustifikazzjoni | |
L-obbligi stipulati fl-Artikolu 27, għall-għoti ta’ informazzjoni lil min iħallas wara li t-tranżazzjoni ta’ pagament tiġi aċċettata, għandhom jiġu rrifjutati għax eċċessivi. Fil-każ ta’ kont eżistenti (fis-sens ta’ "kuntratt ta’ qafas" skond l-Artikolu 29 et seq.), l-informazzjoni neċessarja għandha titniżżel f' dikjarazzjoni bankarja. Kieku jkun hemm id-data kollha, dan iwassal għal eċċess fid-dikjarazzjoni bankarja u għalhekk għat-tnaqqis ta’ trasparenza. | |
Madankollu, jekk isir depożitu bi flus kontanti mingħajr kont eżistenti tal-paganti, l-informazzjoni msemmija hawnhekk għandha tiġi mniżżla f'dokument mogħti separatament mill-formola tat-trasferiment, u dan joħloq ammont sinifikanti ta' burokrazija. | |
Emenda 41 ARTIKOLU 27, PUNT (A A) (ġdid) | |
|
|
(aa) id-data tat-tranżazzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' koerenza interna, għandha ssir referenza għall-Artikolu 54 dwar l-aċċettazzjoni ta' ordni ta' pagament. Barra minn hekk, huwa neċessarju li l-konsumaturi jkunu jafu d-data eżatta tat-tranżazzjoni u l-ammont eżatt espress fil-munita tat-tranżazzjoni. | |
Emenda 42 ARTIKOLU 27, PUNT (B) | |
|
(b) l-ammont tat-transazzjoni ta' pagament u xi kummissjonijiet u spejjeż li jista' jkun hemm marbuta mat-transazzjoni ta' pagament li min iħallas irid jagħti lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta' pagament; |
(b) l-ammont tat-tranżazzjoni ta' pagament espress fil-munita tat-tranżazzjoni u l-ammont ta' kwalunkwe kummissjonijiet u spejjeż li jista' jkun hemm marbuta mat-tranżazzjoni ta' pagament li min iħallas irid jagħti lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta' pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' koerenza interna, għandha ssir referenza għall-Artikolu 54 dwar l-aċċettazzjoni ta' ordni ta' pagament. Barra minn hekk, huwa neċessarju li l-konsumaturi jkunu jafu d-data eżatta tat-tranżazzjoni u l-ammont eżatt espress fil-munita tat-tranżazzjoni. | |
Emenda 43 Artikolu 28, parti introduttorjA | |
|
Wara li l-fondi li jkunu daħlu, destinati għal min qed jitħallas, jitqiegħdu għad-dispożizzjojni tiegħu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min qed jitħallas, bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 25(2) u (3), mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
Wara li l-fondi li jkunu daħlu, destinati għal min qed jitħallas, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu, bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 25(2) u (3), mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tiċċara l-fatt li "fornituri ta’ servizz ta’ pagament " f’dan il-każ tfisser il-fornituri ta’ servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas. L-obbligu m'għandu fl-ebda każ jolqot lill-fornituri ta’ servizz ta’ pagament ta’ min iħallas. | |
Emenda 44 ARTIKOLU 30 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li fi żmien tajjeb qabel ma l-utent tas-servizz ta’ pagament ikun marbut b'xi kuntratt ta' qafas jew bl-offerta, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta’ pagament b’xi mezz stampat jew b’xi mezz dewwiemi ieħor li jkun disponibbli u aċċessibbli għall-utent ta’ servizz ta’ pagament, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 31. |
Qabel ma l-utent tas-servizz ta' pagament jintrabat b'xi kuntratt ta' qafas jew bl-offerta, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta' pagament b'xi mezz stampat jew b'xi mezz dewwiemi ieħor li jkun disponibbli u aċċessibbli għall-utent ta' servizz ta' pagament, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 31. |
|
2. Jekk il-kuntratt ikun konkluż fuq it-talba ta’ l-utent tas-servizz ta’ pagament bl-użu ta’ xi mezz ta’ komunikazzjoni mill-bogħod li ma jippermettix lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament li jikkonforma mal-paragrafu 1, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jwettaq l-obbligi tiegħu skond dak il-paragrafu kemm jista’ jkun raġjonevolment malajr wara l-konklużjoni tal-kuntratt. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jikkomunika wkoll il-kundizzjonijiet, anke jekk il-kuntratt ikun ġie konkluż fuq talba ta' l-utent tas-servizz ta' pagament bl-użu ta' mezz ta' komunikazzjoni mill-bogħod. | |
Emenda 45 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, PUNT (B) (II) | |
|
(ii) kemm idumu, u l-perjodu massimu rilevanti biex ikunu provduti servizzi ta’ pagament; |
(ii) il-perjodu massimu rilevanti (ġranet ta' xogħol bankarji) biex jitwettqu s-servizzi ta’ pagament mitlubin minn min iħallas; |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux possibbli għal fornitur ta’ servizzi li jindika ż-żmien ta’ eżekuzzjoni attwali b’ċertezza sħiħa fil-każ ta’ pagamenti li jkopru istituzzjonijiet differenti, minħabba li dan ma jistax jiġi determinat b’mod konklużiv qabel l-eżekuzzjoni tal-pagament. Minflok, l-obbligu li tingħata l-informazzjoni, kif diġà hemm fid-Direttiva tat-Trasferiment ta’ l-UE 97/5/KE u r-Regolament ta’ l-UE 2560/2001 dwar il-pagamenti bejn il-fruntieri f’euro, għandu jiġi restritt għal indikazzjoni tal-perjodi massimi ta’ eżekuzzjoni statutorji u/jew kuntrattwali. | |
Emenda 46 ARTIKOLU 31, PARAGRAFU 1, PUNT (C) | |
|
(c) limiti massimi ta' nfiq maħsuba għal servizzi ta' pagament speċifiċi skond l-Artikolu 43(1); |
c) il-possibiltà ta’ limiti massimi ta’ nfiq li hemm dispożizzjoni għaliha fil-każ ta' servizzi ta’ pagament speċifiċi skond l-Artikolu 43(1); |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-qasam prekuntrattwali, ma tistax tittieħed deċiżjoni dwar limiti massimi ta’ nfiq u b'hekk fl-astratt ma tistax tittieħed deċiżjoni għall-kreditu, minħabba li dan huwa limitu massimu individwali diskrezzjonali. Għalhekk huwa possibbli biss li tiġi provduta informazzjoni dwar il-“possibiltà ta’ limiti massimi ta' nfiq". | |
Emenda 47 ARTIKOLU 33, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. Kull tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt mgħarraf lill-utent tas-servizz ta' pagament skond l-Artikolu 31(1) għandu jkun propost mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament bl-istess mod kif stipulat fl-Artikoli 30(1) u 31(2) u mhux anqas minn xahar qabel id-data ta' meta tkun proposta l-bidu ta’ l-applikazzjoni. |
1. Kull tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt mgħarraf lill-utent tas-servizz ta' pagament skond l-Artikolu 31(1) li taffettwa lill-utent tas-servizz ta' pagament għandu jsir disponibbli għalih mill-fornitur ta' servizz ta' pagament skond kif inhu stipulat fil-kuntratt u sa mhux aktar tard minn xahar qabel id-data meta kien propost li jiġi applikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Simplifikazzjoni lingwistika. Ara wkoll il-Ġustifikazzjoni għall-Artikolu 25. | |
Emenda 48 ARTIKOLU 34, PARAGRAFU 1 | |
|
1. It-terminazzjoni ta' kuntratt ta' qafas li jkun konkluż għal perjodu ta’ 12-il xahar jew aktar, jew għal żmien indefinit, għandu jkun bla ħlas għal utent ta’ servizz ta’ pagament. |
1. It-terminazzjoni mill-utent ta' servizz ta' pagament ta' kuntratt ta' qafas li jkun ilu konkluż għal perjodu ta’ 12-il xahar jew aktar, jew għal żmien indefinit għandha tkun bla ħlas għall-utent ta' servizz ta' pagament, ladarba jkunu għaddew 12-il xahar u għandha tkun suġġetta għal perjodu ta' notifika li ma jkunx itwal minn xahar. |
|
Miżati għal servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom jitħallsu biss pro rata sat-terminazzjoni tal-kuntratt. Jekk dawn il-miżati jitħallsu bil-quddiem, għandhom jitħallsu lura pro rata.. |
Miżati għal servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom jitħallsu biss pro rata sat-terminazzjoni tal-kuntratt mill-utent tas-servizz ta' pagament. Jekk dawn il-miżati jitħallsu bil-quddiem, għandhom jitħallsu lura pro rata.. |
Ġustifikazzjoni | |
Preċiżazzjoni tat-termini użati. | |
Emenda 49 ARTIKOLU 34, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Ħlief fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament u l-utent ta’ servizz ta’ pagament ikunu ftehmu b’mod espliċitu dwar perjodu ta’ avviż minn qabel biex kuntratt ta’ qafas jiġi tterminat, kuntratti ta’ qafas jistgħu jiġu tterminati immedjatament. |
imħassar |
|
Il-perjodu ta’avviż ma jistax jaqbeż xahar. |
|
Emenda 50 ARTIKOLU 35, PARAGRAFU 2 | |
|
F’każijiet li jkunu koperti mill-Artikolu 58(2), għandha tingħata minn qabel stima bona fide ta’ kull tnaqqis. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Dan it-tħassir jirriżulta mil-limitazzjoni tal-kamp ta' amplikazzjoni tad-Direttiva. | |
Emenda 51 ARTIKOLU 36, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA U PUNT (A) | |
|
1. Wara li titwettaq transazzjoni ta’ pagament, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jipprovdi lil min iħallas b’mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
1. Wara li titwettaq tranżazzjoni ta' pagament, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' min iħallas mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
|
(a) riferenza li tippermetti lill-utent tas-servizz ta' pagament jidentifika kull transazzjoni ta' pagament u, fejn xieraq, l-informazzjoni li għandha x'taqsam ma' min qed jitħallas; |
a) referenza li tippermetti lill-utent tas-servizz ta' pagament jidentifika kull tranżazzjoni ta' pagament u, fejn xieraq, l-informazzjoni li għandha x’taqsam ma’ min qed jitħallas, sakemm din l-informazzjoni mhux diġà ġiet provduta bil-quddiem lil min qed iħallas u ma saret l-ebda dispożizzjoni espliċita għal dan; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Paragrafu 1(a) jikkostitwixxi ostakolu konsiderevoli għat-transazzjonijiet ta' pagamenti domestiċi u jagħmilha impossibli li jibqgħu jintużaw formoli ta' dħul ta' pagament b'kontanti (formoli ta' istruzzjoni għall-pagament li timtela minn min jitħallas minn qabel u użata minn min iħallas biex joħroġ l-istruzzjoni) bil-mod li qed jintużaw fil-preżent. Għad-dħul fir-rekords u t-trasferiment ta' immaġni, tintuża biss id-dejta mil-linja ta' kodifikar. Sezzjonijiet ta' dejta bħal 'min jitħallas' huma irrelevanti għall-iskop tal-proċessar tad-debitu. Għalhekk l-informazzjoni mitluba hawn m'hijiex disponibbli. | |
Inkella, ara l-ġustifikazzjoni li tikkonċerna l-Artikolu 36, paragrafu 2. | |
Emenda 52 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
1. Wara li l-fondi li jkunu daħlu, destinati għal min qed jitħallas, jitqiegħdu għad-dispożizzjojni tiegħu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min qed jitħallas, bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 30(1) u 31(2), mill-anqas l-informazzjoni li ġejja: |
1. Wara li l-fondi li jkunu daħlu, destinati għal min qed jitħallas, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu, il-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni ta' min qed jitħallas, bl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 30(1) u 31(2), l-informazzjoni li ġejja: |
Ġustifikazzjoni | |
Bl-iskop li tiġi komunikata informazzjoni dwar il-ħlas li jkun sar, għandha tkun biżżejjed il-prattika, li llum hija mifruxa ħafna u mitluba dejjem aktar mill-utenti, li l-informazzjoni tkun disponibbli għall-utent ta' servizz ta' pagament permezz ta' l-istampar tar-rendikont tal-kont bankarju tal-fornitur tas-servizz jew permezz ta' servizzi bankarji tat-tip 'on-line'. Dan huwa wkoll, mill-perspettiva tal-klijent, l-orħos mod biex tingħata l-informazzjoni. | |
Emenda 53 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNT (D) | |
|
(d) l-ammont ta' kull kummissjoni u l-ispejjeż li jittieħdu mat-transazzjoni ta' pagament, li jitħallsu minn min qed jitħallas lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta' pagament biex jirċievi l-pagament; |
(d) l-ammont ta' kull kummissjoni, miżata u spiża li jittieħdu mat-transazzjoni ta' pagament, li jitħallsu minn min jitħallas lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta' pagament jew lil kwalunkwe intermedjarju biex jirċievi l-pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux il-fornitur biss, iżda kull intermedjarju għandu jagħti l-informazzjoni rilevanti lil min jitħallas wara li jidħlu l-fondi. | |
Emenda 54 ARTIKOLU 37, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Tista’ ssir kundizzjoni f'kuntratt ta’ qafas li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ipprovduta fuq bażi regolari, bi frekwenza speċifikata. F’kull każ, din l-informazzjoni għandha tiġi mogħtija fl-istess mod kif indikat fl-Artikolu 30(1) u 31(2). |
2. Tista' ssir kundizzjoni f'kuntratt ta' qafas li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir disponibbli fuq bażi regolari, bi frekwenza speċifikata. F'kull każ, din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli bl-istess mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2). |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda għall-paragrafu 1. | |
Emenda 55 ARTIKOLU 38, PARAGRAFU 1 | |
|
1. B’deroga mill-Artikoli 29 sa 33, fil-każ ta’ kuntratt dwar pagamenti fejn l-ebda pagament individwali ma jkun jista’ jaqbeż il-50 EUR, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta' pagament, bil-mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2), il-karatteristiċi ewlenin biss tas-servizz ta’ pagament li għandu jingħata, il-mod li bih jista' jintuża, u l-ispejjeż kollha li jridu jitħallsu. |
1. B’deroga mill-Artikoli 29 sa 33, fil-każ ta’ mikro pagament, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament kull m'għandu jikkomunika lill-utent tas-servizz ta' pagament, bil-mod kif indikat fl-Artikoli 30(1) u 31(2), huma l-karatteristiċi ewlenin tas-servizz ta’ pagament li għandu jingħata, il-mod li bih jista' jintuża, u l-ispejjeż kollha li jridu jitħallsu. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jitħares il-konsumatur, huwa aktar xieraq li l-limitu ta' 50 euro jitnaqqas għal 10, meta wieħed iqis in-numru ta' pagamenti ta' anqas minn 50 euro li jsiru mill-konsumaturi. | |
Emenda 56 ARTIKOLU 39 | |
|
Artikolu 39 |
imħassar |
|
Munita tat-transazzjoni u tisrif ta’ munita |
|
|
1. Il-pagamenti għandhom isiru fil-munita maqbula bejn il-partijiet b’mod espliċitu jew impliċitu. |
|
|
2. Meta jkun hemm tisrif ta’ munita li jkun offrut qabel il-bidu ta' transazzjoni ta' pagament, u fejn dan is-servizz ikun offrut fil-mument tal-bejgħ jew minn min qed jitħallas, il-parti li qed toffri s-servizz lil min qed iħallas hija obbligata li tikxef lil min qed iħallas il-miżati kollha u l-ispejjeż kif ukoll ir-rata tal-kambju ta’ referenza użata biex it-transazzjoni tkun imsarrfa. |
|
|
Min qed iħallas għandu juri li jaqbel ma’ dan is-serivizz b'mod espliċitu fuq din il-bażi. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 39 rigward ir-relazzjoni bejn min iħallas u min jitħallas m'humiex fil-kamp ta' applikazzjoni kif definit fl-Artikolu 2. | |
Emenda 57 ARTIKOLU 41, PARAGRAFU 2 | |
|
Il-kunsens għandu jikkonsisti minn awtorizzazzjoni espliċita għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex iwettaq transazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ transazzjonijiet. |
Il-kunsens għandu jikkonsisti minn awtorizzazzjoni espliċita jew impliċita għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex iwettaq transazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ transazzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Tkun ħaġa wisq restrittiva li l-kunsens ta' min iħallas ikun jiddependi minn awtorizzazzjoni 'espliċita'. Jista' jingħata kunsens permezz ta' azzjoni mill-utent biss. Bi qbil mal-prinċipji ġenerali tal-liġi ċivili, jitqies li ngħata kunsens meta pagament jiġi approvat permezz ta' azzjoni li timplika kunsens jew permezz ta' finzjoni ta' approvazzjoni miftiehma minn qabel. | |
Emenda 58 ARTIKOLU 41, PARAGRAFU 3 | |
|
Fin-nuqqas ta’ kunsens bħal dan, transazzjoni ta’ pagament għandha tkun kunsidrata bħala mhux awtorizzata. |
Fin-nuqqas ta’ kunsens ta' dan it-tip, jew f'każ li kunsens ta' dan it-tip jiġi rtirat b'mod validu, transazzjoni ta’ pagament għandha tkun kunsidrata bħala mhux awtorizzata. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex l-artikolu jkun iċċarat u biex jiġi garantit biżżejjed ħarsien lill-konsumatur. | |
Emenda 59 ARTIKOLU 43, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
2. Jekk hekk ikun maqbul fil-kuntratt ta' qafas, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ jirriżerva d-dritt li jwaqqaf l-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament anki fi ħdan il-limitu massimu ta' nfiq maqbul basta li, fil-fehma tiegħu, ix-xejra ta’ l-infiq tkun tagħti lok għal suspetti ta’ użu frawdolenti. |
2. Jekk ikun miftiehem hekk fil-kuntratt ta' qafas, il-fornitur tas-servizz ta' pagament jista' jirriżerva d-dritt li jibblokka l-użu ta' strument ta' verifika ta' pagament anki fi ħdan il-limitu massimu ta' nfiq maqbul sakemm, fil-fehma tiegħu, ix-xejra ta' l-infiq tagħti lok għal suspetti li l-istrument ta' verifika ta' pagament intuża jew jista' jintuża b'mod frawdolenti. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emendi għall-ewwel sentenza jtejbu l-formulazzjoni lingwistika. Kien hemm bżonn li titħassar it-tieni sentenza peress li mhux ċar xi tfisser "sforzi". Barra minn dan, ir-restrizzjoni li t-twaqqif iseħħ biss wara avviċinament minn qabel ma’ l-utent, hija kontroproduttiva f’każijiet ta’ frodi. | |
Emenda 60 ARTIKOLU 45, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Wara li jkun sar jaf b'xi transazzjoni mhux awtorizzata, b’xi żbalji jew b'xi irregolarità oħra fil-pagamenti magħmula mill-kont tiegħu u inklużi fl-informazzjoni mwassla skond l-Artikolu 36, min qed iħallas għandu jinnotifika dwar dan bla dewmien lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta’ pagament. |
1. Wara li jkun sar jaf b'xi tranżazzjoni mhux awtorizzata, b'xi żbalji jew b'xi irregolarità oħra fil-pagamenti magħmula mill-kont tiegħu u inklużi fl-informazzjoni mwassla skond l-Artikolu 36, min iħallas għandu jinnotifika dwar dan bla dewmien lill-fornitur tiegħu tas-servizz ta' pagament u dejjem fi żmien sena minn meta jsir id-dħul ta' debitu. |
Ġustifikazzjoni | |
Fuq il-bażi ta' ċertezza legali għall-fornitur u l-utent tas-servizz, huwa neċessarju li d-dispożizzjoni tiġi supplimentata b'data ta' tmiem, sabiex ikun possibbli li wieħed jgħid meta transazzjoni ta' pagament tkun definittiva. Limitu ta' sena jikkorrispondi wkoll mal-perjodu li għalih iridu jinżammu r-rekords skond l-Artikolu 44. | |
Emenda 61 ARTIKOLU 45, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Fil-każ ta’ sensiela ta' transazzjonijiet, l-awtorizzazjoni għandha tiġi rtirata u t-transazzjoni ta’ pagament għandha tkun ikkunsidrata bħala mhux awtorizzata mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56. |
2. Jekk tingħata awtorizzazzjoni għal sensiela ta' tranżazzjonijiet, din tista' tiġi revokata għall-futur bl-effett li, bla ħsara għall-Artikolu 56, kwalunkwe tranżazzjoni ta' pagament sussegwenti għandha tkun ikkunsidrata bħala mhux awtorizzata. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika. | |
Emenda 62 ARTIKOLU 46 | |
|
L-utent ta’ servizz ta’ pagament għandu josserva l-obbligi li ġejjin: |
L-utent ta’ servizz ta’ pagament għandu josserva l-obbligi li ġejjin: |
|
|
(- a) li immedjatament wara li jirċievi strument ta' verifika ta' pagament, irid - b'mod partikulari - jieħu l-miżuri kollha raġonevoli sabiex jipproteġi l-karatteristiċi ta' sigurtà kontra l-aċċess minn persuni mhux awtorizzati; |
|
|
(-aa) li jiżgura, b'mod partikulari, li l-istrument ta' verifika ta' pagament u l-karatteristiċi ta' sigurtà personalizzati assoċjati miegħu m'humiex aċċessibli għal kwalunkwe persuna oħra; |
|
(a) li juża strument ta' verifika ta' pagament skond il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ u l-użu ta' l-istrument; |
(a) li juża strument ta' verifika ta' pagament skond il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ħruġ u l-użu ta' l-istrument; |
|
(b) li jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta' pagament, jew lill-entità speċifikata minn dan ta' l-aħħar, mingħajr dewmien bla bżonn wara li jinduna bit-telf, serq jew miżapproprjazzjoni jew użu hażin ta' l-istrument ta' verifika ta' pagament. |
(b) li jgħarraf, eż. bit-telefown, lill-fornitur tas-servizz ta' pagament, jew lill-entità speċifikata minn dan ta' l-aħħar, mingħajr dewmien bla bżonn wara li jinduna bit-telf, serq jew miżapproprjazzjoni jew użu mhux awtorizzat ta' l-istrument ta' verifika ta' pagament. |
|
Għall-iskopijiet tal-punt (a), l-utent tas-servizz ta’ pagament għandu, b’mod partikolari, hekk kif l-utent tas-servizz ta’ pagament jirċievi strument ta’ verifika ta' pagament, jieħu l-passi kollha raġjonevoli biex iħares il-karatteristiċi ta’ sigurtà ta’ l-istrument. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħsieb ta' din l-emenda huwa li tiċċara l-fatt li utent ta' servizz ta' pagament għandu jieħu miżuri fl-isfera tiegħu biex jiġi evitat l-użu ħażin ta' strumenti ta' verifika ta' pagament u l-karatteristiċi ta' sigurtà personalizzati assoċjati. Dan iservi wkoll biex jitħarsu sistemi ta' tranżazzjoni fis-sħuħija tagħhom billi jitnaqqsu l-ispejjeżbiex jitkoprew ir-riskji. Peress li ħafna drabi t-telefown huwa l-mezz li bih telf jew serq jista' jiġi notifikat l-iktar malajr, u għalhekk huwa l-aħjar mod li bih jitwaqqfu aktar transazzjonijiet. | |
Emenda 63 ARTIKOLU 47, PARAGRAFU 1, PUNT (C) | |
|
(c) li jara li l-ħin kollu jkun hemm mezzi xierqa biex l-utent tas-servizz ta' pagament ikun jista' jagħmel in-notifika meħtieġa skond l-Artikolu 46(b). |
(c) li jiżgura li l-utent tas-servizz ta' pagament ikun jista' jagħmel notifika f'kull ħin skond l-Artikolu 46(b). |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda sservi bħala kjarifika tad-dispożizzjoni. | |
Emenda 64 ARTIKOLU 47, PARAGRAFU 1, PUNT (C A) (ġdid) | |
|
|
(ca) sabiex jitwaqqaf kull użu ta' strument ta’ verifika ta' pagament, ladarba n-notifika tkun saret skond l-Artikolu 46(b). |
Emenda 65 ARTIKOLU 48, PARAGRAFU 3 | |
|
3. Biex tkun tista' tiġi miċħuda s-suppożizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament li jkun dokumentat mill-fornitur tas-servizz ta' pagament m’għandux, fih innifsu, jkun biżżejjed biex jiġi determinat sew jekk il-pagament kienx awtorizzat mill-utent tas-servizz ta' pagament jew jekk l-utent tas-servizz ta' pagament aġixxiex b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46. |
3. Biex tkun tista' tiġi miċħuda s-suppożizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandu jitqies jekk l-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament li jkun dokumentat mill-fornitur tas-servizz ta' pagament hux biżżejjed biex jiġi determinat sew jekk il-pagament kienx awtorizzat mill-utent tas-servizz ta' pagament jew jekk l-utent tas-servizz ta' pagament aġixxiex b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46. |
Emenda 66 ARTIKOLU 49, PARAGRAFU 1 | |
|
L-Istati Membri għandhom jaraw li, fil-każ ta' transazzjoni ta' pagament mhux awtorizzata, il-fornitur tas-servizz ta' pagament iħallas lura bla dewmien lill-utent tas-servizz ta' pagament l-ammont tat-transazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew, fejn ikun applikabbli, jerġa’ jġib il-kont tal-pagamenti li kien ġie ddebitat b’dak l-ammont għas-sitwazzjoni li kienet teżisti li kieku ma kinitx seħħet it-transazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. |
L-Istati Membri għandhom jaraw li, fil-każ ta' tranżazzjoni ta' pagament mhux awtorizzata, il-fornitur tas-servizz ta' pagament iħallas lura bla dewmien lill-utent tas-servizz ta' pagament l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata jew, fejn ikun applikabbli, jerġa’ jġib il-kont tal-pagamenti li kien ġie ddebitat b’dak l-ammont għas-sitwazzjoni li kienet teżisti li kieku ma kinitx seħħet it-tranżazzjoni ta’ pagament mhux awtorizzata. Dan id-dritt għal rimbors mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jiskadi sena wara li jkun sar id-debitu mhux awtorizzat lill-kont. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda sservi biex jiddaħħal limitu ta' żmien fl-Artikolu 49, minħabba li l-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' spiss ma jkollu l-ebda informazzjoni dwar ir-relazzjoni kuntrattwali bejn l-utent ta' servizz ta' pagament u l-parti terza li wasslet għad-debitu. | |
Emenda 67 ARTIKOLU 50, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. L-utent tas-servizz ta’ pagament għandu jġorr il-piż tat-telf, sa massimu ta’ EUR 150, li jkun hemm fil-każ ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament mitluf jew misruq u li jkun seħħ qabel ma jkun wettaq l-obbligu li jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament skond l-Artikolu 46(b). |
1. L-utent tas-servizz ta' pagament għandu jġarrab it-telf, sa massimu ta' EUR 150, li jkun hemm fil-każ ta' strument ta' verifika ta' pagament mitluf jew misruq u li jkun seħħ qabel ma jkun wettaq l-obbligu li jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta' pagament skond l-Artikolu 46(b), sakemm ma aġixxiex b'intent frawdolenti jew bi traskuraġni kbira, b'mod partikulari billi ttraskura l-obbligi tiegħu ta' diliġenza, skond l-Artikolu 46. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tiċċara l-punt li l-limitazzjoni fuq ir-responsabiltà tapplika biss għall-każijiet li fihom l-utent ma jkunx aġixxa b'intent frawdolenti jew ma jkunx wera traskuraġni kbira. | |
Emenda 68 ARTIKOLU 50, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
L-Istati Membri għandhom jitħallew inaqqsu dan l-ammont aktar, basta li dan it-tnaqqis ma jkunx japplika għal fornituri ta’ servizzi ta’ pagament awtorizzati fi Stati Membri oħra. |
L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dak l-ammont massimu aktar. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur, huwa aktar xieraq li titħassar ir-restrizzjoni fl-Artikolu 50 paragrafu 1. | |
Emenda 69 ARTIKOLU 51, PARAGRAFU 2, SUBPARAGRAFU 2 | |
|
L-Artikolu 50(3) għandu japplika għal flus elettroniċi biss safejn il-fornitur tas-servizz ta' pagament ikun teknikament f'pożizjoni li jiffriża jew ma jħallix li jsir aktar infiq ta’ flus elettroniċi maħżuna f’apparat elettroniku. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-paragrafu 2(2) għandu jitħassar. Il-flus elettroniċi msemmija hawn għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għal flus kontanti u għalhekk m'għandhomx jiġu rregolati minn dan l-istrument. | |
Emenda 70 ARTIKOLU 52, PARAGRAFU 1, PARTI INTRODUTTORJA | |
|
L-Istati Membri għandhom jaraw li min ikun qed iħallas u li jkun qed jaġixxi bona fede, ikun intitolat għal rifużjoni ta’ transazzjoni ta’ pagament awtorizzata li tkun diġa twettqet, jekk jintlaqgħu il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li min iħallas ikun intitolat għal rimbors ta' tranżazzjoni ta' pagament awtorizzata li tkun irriżultat minn istruzzjonijiet mingħand min jitħallas u li tkun diġà twettqet, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunċett ta' 'jaġixxi bona fede' użat fl-Artikolu 52 għandu jitħassar, minħabba li atti b'intent frawdolenti huma esklużi f'kwalunkwe każ. Inkella, din il-formulazzjoni trid tiġi inkluża f'kull strument leġiżlattiv. Barra minn hekk, il-klawżola ta' rimbors hija xierqa biss għal tranżazzjonijiet ta' ġbid, jiġifieri meta l-pagament jinbeda minn min jitħallas u għalhekk ma jkunx jista' jiġi mmonitorjat minn min iħallas meta jsir il-pagament. Huwa f'dan il-każ biss li min iħallas jeħtieġ ħarsien. | |
Emenda 71 ARTIKOLU 54, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1, PUNTI (I) u (II) | |
|
(i) il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ikun irċieva l-ordni ta’ pagament; |
(i) il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas ikun irċieva l-ordni ta' pagament; |
|
(ii) il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ikun awtentika l-ordni, inkluża l-possibbiltà ta’ kontroll fuq jekk hemmx fondi disponibbli; |
(ii) il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas ikun awtentika l-ordni, inkluża l-possibbiltà ta' kontroll fuq jekk hemmx fondi disponibbli; |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 54(1) jeħtieġ kjarifika dwar għal liema persuna qed jirreferu l-punti (i) u (ii). | |
Emenda 72 ARTIKOLU 57, PARAGRAFU 2 | |
|
Fil-każ ta’ transazzjonijiet ta’ pagament oħra, min qed iħallas u min qed jitħallas jistgħu, bi ftehim reċiproku, ibiddlu dawn ir-rekwiżiti. |
Fil-każ ta' tranżazzjonijiet ta' pagament oħra, min iħallas u min jitħallas jistgħu jikkonkludu ftehimiet li jvarjaw, mal-fornituri tas-servizz ta' pagament tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa possibbli li jiġu konklużi ftehimiet li jvarjaw bejn il-partijiet firmatarji attwali biss. F'dan il-każ, il-partijiet konċernati huma min iħallas u min jitħallas, fuq naħa, u l-fornituri tas-servizz ta' pagament rispettivi tagħhom fuq in-naħa l-oħra. | |
Emenda 73 ARTIKOLU 58, PARAGRAFU 2 | |
|
2. L-Istati Membri għandhom, f’kull waħda miż-żewġ sitwazzjonijiet li ġejjin, jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex jagħti stima bona fide ta’ kull tnaqqis li jkun maħsub għat-transazzjoni ta’ pagament: |
imħassar |
|
a) meta l-fornituri tas-servizz ta’ pagament sew ta’ min qed iħallas kif ukoll ta’ min qed jitħallas ikunu bbażati fil-Komunità, iżda t-transazzjoni ta' pagament tkun denominata, in parti jew kollha kemm hi, f'munita oħra barra dik ta’ Stat Membru; |
|
|
b) meta l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas jew ta' min qed jitħallas ma jkunx ibbażat fil-Komunità. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Dan it-tħassir jirriżulta awtomatikament mil-limitazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva fl-Artikolu 2. | |
Emenda 74 ARTIKOLU 59, PARAGRAFU 2 | |
|
M’għandhiex tapplika għal transazzjonijiet ta’ pagament li jkunu kkunsidrati bħala mikro-pagamenti. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
M'hemm l-ebda raġuni għalfejn mikropagamenti ma jitwettqux malajr daqs pagamenti oħrajn. | |
Emenda 75 ARTIKOLU 60, PARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min qed iħallas biex jara li, wara l-mument preċiż ta' aċċettazzjoni, l-ammont ordnat għandu jiġi kkreditat lill-kont ta’ pagament ta’ min qed jitħallas mhux aktar tard minn għeluq ġurnata tax-xogħol wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni. Madankollu, sa l-1 ta' Jannar 2010, min iħallas u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tiegħu jistgħu jilħqu qbil dwar perjodu li ma jkunx itwal minn tlett ijiem. |
1. B'seħħ mill-1 ta' Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas biex jiżgura li, wara l-mument preċiż ta' aċċettazzjoni, l-ammont ordnat huwa kkreditat lill-kont ta' pagament ta' min jitħallas mhux aktar tard minn għeluq ġurnata tax-xogħol wara l-mument preċiż ta' l-aċċettazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda żżomm il-perjodu ta' twettiq standard ta' ġurnata+1 propost mill-Kummissjoni, iżda dan il-perjodu ta' twettiq għandu jsir obbligatorju mill-1 ta' Jannar 2012. | |
Madankollu, sabiex il-klijenti jkun jista' jkollhom għażla akbar u biex ma jiġux esklużi mis-suq 'a priori' operaturi ekonomiċi żgħar li m'għandhomx l-aċċess dirett tagħhom stess għal sistema ta' tranżazzjonijiet ta' pagament, għandha tibqa' possibbli ftehima individwali differenti. | |
Emenda 76 ARTIKOLU 61, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Għal transazzjoni ta’ pagament li tkun inizjata minn jew permezz ta’ min qed jitħallas, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament li, wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni, l-ammont ordnat għandu jiġi kkreditat lill-kont ta’ pagament ta’ min qed jitħallas mhux aktar tard minn ġurnata tax-xogħol wara l-ġurnata li fiha jkun hemm il-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni, sakemm ma jkunx hemm qbil espliċitu bejn min qed jitħallas u l-fornitur tiegħu tas-servizz ta’ pagament. |
1. Għal tranżazzjoni ta' pagament li tkun mibdija minn jew permezz ta' min jitħallas, l-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas biex ikun żgurat li, wara l-mument preċiż ta' l-aċċettazzjoni, l-ammont ordnat huwa kkreditat lill-kont ta' pagament tal-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min jitħallas mhux aktar tard mill-ewwel ġurnata xogħol wara l-ġurnata li fiha jkun hemm il-mument preċiż ta' l-aċċettazzjoni mill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas, sakemm ma jkunx hemm qbil espliċitu bejn min jitħallas u l-fornitur tas-servizz ta' pagament tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ħarsien tal-konsumatur, transazzjoni finanzjarja għandha titwettaq kemm jista' jkun malajr skond kemm ikun teknikament possibbli. | |
Emenda 77 ARTIKOLU 63 | |
|
Fil-każ ta’ depożitu fi flus kontanti mill-utent tas-servizz ta’ pagament fil-kont tiegħu stess, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jara li l-ammont jiġi kkreditat mhux aktar tard mill-ġurnata tax-xogħol li jkun imiss wara li jkunu daħlu l-fondi. |
Meta utent tas-servizz ta’ pagament ipoġġi flus kontanti fil-kont tiegħu stess, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jiżgura li l-ammont jiġi kkreditat mhux aktar tard mill-ġurnata tax-xogħol li jkun imiss wara li jkunu daħlu l-fondi. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-referenza għal depożitu ta' flus kontanti timplika li istituzzjonijiet ta' pagament jistgħu jiġbru depożiti, u dan mhux konsistenti ma' l-intenzjoni ddikjarata li tgħid li l-istituzzjonijiet ta' pagament m'għandhomx jiġbru depożiti. | |
Emenda 78 ARTIKOLU 64 | |
|
Artikolu 64 |
imħassar |
|
Transazzjonijiet ta' pagament nazzjonali |
|
|
Għal transazzjonijiet ta’ pagament purament nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw perjodu ta’ twettiq iqsar minn dawk stipulati f’din is-Sezzjoni. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Meta wieħed iqis li l-perjodu ta' twettiq stipulat huwa ta' ġurnata+1, din id-dispożizzjoni tidher eċċessiva; barra minn hekk, tkun kuntrarja għall-obbjettiv ta' armonizzazzjoni sħiħa. | |
Emenda 79 ARTIKOLU 65, TITOLU | |
|
Disponibbiltà ta’ fondi f’ kont ta’ pagament |
Disponibilità ta' fondi li deħlin f'kont ta' pagament |
Ġustifikazzjoni | |
Bi qbil mal-limitazzjoni ta' l-ikkompletar tal-pagament għall-wasla tal-pagament għand l-istituzzjoni li tirċevih, kif propost fl-Artikolu 60, id-dispożizzjonijiet dwar l-ikkreditar imisshom, għall-konsistenza, japplikaw għall-ikkreditar jew il-pagament ta' l-ammonti kollha li jirċievi min jitħallas. Fuq kollox, dan iservi biex tinħoloq distinzjoni tajba bejn l-obbligi tal-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min iħallas u dawk tal-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min jitħallas (ċarezza legali). | |
Emenda 80 ARTIKOLU 65, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas għandu jwaqqaf id-disponibbiltà ta’ fondi mill-mument preċiż li fih dawn ikunu ġew iddebitati mill-kont ta’ min qed iħallas. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-paragrafu 2 għandu jitħassar, minħabba li l-formulazzjoni ma sservi għall-ebda skop jekk mhux li tiddikjara l-ovvju. | |
Emenda 81 ARTIKOLU 65, PARAGRAFU 3, SUBPARAGRAFU 2 A (ġdid) | |
|
|
Il-parti li toħroġ istruzzjoni tista' titlob data ta' validità li tkun aktar tard mid-data tad-dħul. |
Ġustifikazzjoni | |
Data ta' validità li tkun aktar tard tkun tikkonforma mal-prattika komuni li jiġi evitat li sistema ta' trasferiment titgħabba żżejjed kull tliet xhur jew fl-aħħar tas-sena minħabba pagamenti mistennija fi żmien partikulari. | |
Emenda 82 ARTIKOLU 65, PARAGRAFU 4 | |
|
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-debiti effettwati fuq kontijiet ta’ tifdil koperti minn ftehimiet espliċiti dwar l-użu ta’ fondi f’arranġamenti ta’ tifdil. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba li kontijiet ta' tfaddil fi kwalunkwe każ m'humiex ikklassifikati bħala kontijiet ta' pagament, m'hemm l-ebda bżonn għal regolamentazzjoni, għalhekk il-paragrafu 4 jista' jitħassar. | |
Emenda 83 ARTIKOLU 66, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Jekk ordni ta’ pagament tkun imwettqa skond l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent, l-ordni ta’ pagament tkun meqjusa li ġiet imwettqa b'mod korrett sa fejn għandu x’jaqsam min qed jitħallas b’mod speċifiku. Meta l-IBAN jingħata bħala l-identifikatur uniku dan għandu jieħu preċedenza fuq l-isem ta’ min qed jitħallas, jekk jingħata b’żieda. Madankollu, il-fornitur tas-servizz ta’ pagamentgħandu, meta jkun possibbli, jivverifika li l-informazzjoni ta' qabel u ta' wara jkunu jaqblu. |
1. Jekk ordni ta’ pagament titwettaq skond l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent, l-ordni ta’ pagament titqies li twettqet b'mod korrett sa fejn għandu x’jaqsam min qed jitħallas b’mod speċifiku. Meta l-IBAN jingħata bħala l-identifikatur uniku dan għandu jieħu preċedenza fuq l-isem ta’ min qed jitħallas, jekk jingħata addizzjonalment. |
Ġustifikazzjoni | |
L-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 għandha titħassar, b'mod partikulari minħabba li t-tifsira ta' 'possibbli' m'hijiex definita. | |
Emenda 84 ARTIKOLU 67, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 54(1), fornitur ta' servizz ta' pagament għandu jinżamm għal kollox responsabbli f’każ li transazzjoni ta' pagament ma titwettaqx jew titwettaq ħażin skond is-Sezzjoni 1. |
1. Wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 54(1), fornitur ta' servizz ta' pagament għandu jinżamm responsabbli f’każ li transazzjoni ta' pagament ma titwettaqx jew titwettaq ħażin skond is-Sezzjoni 1. |
|
B’żieda ma’ dan, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jinżamm għal kollox responsabbli għal kull miżati, u kull interessi li jinżammu lill-utent tas-servizz ta’ pagament bħala konsekwenza tan-nuqqas ta’ twettiq jew it-twettiq ħażin tat-transazzjoni ta’ pagament. |
Barra minn hekk, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jinżamm responsabbli għal kull miżati u kull interessi li jinżammu lill-utent tas-servizz ta’ pagament bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ twettiq jew it-twettiq ħażin tat-tranżazzjoni ta’ pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Responsabiltà stretta ("għal kollox") - jiġifieri irrispettivament mit-tort - għal nuqqas ta' twettiq jew għal twettiq ħażin tmur kontra l-prinċipji ta' responsabilità skond il-liġi ċivili li japplikaw fl-Istati Membri kollha. Jekk il-klawsola ta' responsabilità hija maħsuba biex ikollha l-effett li, f'każ ta' nuqqas ta' twettiq jew ta' twettiq ħażin ta' transazzjoni li tinvolvi iktar minn fornitur tas-servizz wieħed, il-parti li tordna l-pagament tista' żżomm lill-fornitur tas-servizz ta' pagament responsabbli anki għal żbalji ta' fornitur ta' servizz li dan ta' l-aħħar juża biex iwettaq it-tranżazzjoni, huwa biżżejjed li l-fornitur tas-servizz ta' pagament għandu jkun responsabbli għall-iżbalji tiegħu stess u ta' dawk l-operaturi li huwa juża biex jgħinuh fix-xogħol (responsabilità għax-xogħol ta' l-aġenti). | |
Emenda 85 ARTIKOLU 67, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Jekk l-utent tas-servizz ta’ pagament jiddikjara li ordni ta’ pagament ma tkunx ġietx imwettqa b’mod preċiż, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ juri, mingħajr preġudizzju għall-elementi fattwali miġjuba mill-utent tas-servizz ta’ pagament, li l-ordni ta’ pagament kienet irreġistrata b’mod preċiż, imwettqa u mdaħħla fil-kontijiet. |
2. Jekk l-utent tas-servizz ta’ pagament jiddikjara li ordni ta’ pagament ma tkunx ġietx imwettqa b’mod preċiż, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ juri, mingħajr preġudizzju għall-elementi fattwali miġjuba mill-utent tas-servizz ta’ pagament, li l-ordni ta’ pagament kienet irreġistrata b’mod preċiż, imwettqa u mdaħħla fil-kontijiet. Jekk l-ordni ta' pagament twettqet kif suppost, l-utent tas-servizz ta' pagament għandu jġarrab l-ispejjeż biex juri dan. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-responsabilità tal-prova fuq il-fornitur tas-servizz, stipulata fil-paragrafu 2, tista' tiġi aċċettata sakemm l-ispejjeż involuti jiġġarrbu mill-utent jekk l-ordni twettqet kif suppost. | |
Emenda 86 ARTIKOLU 76 | |
|
Emendi u aġġornar |
Aġġornar |
|
Biex jittieħed kont ta’ żviluppi teknoloġiċi u tas-suq fis-servizzi tal-pagamenti u biex ikun hemm żgur applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 77(2), temenda l-lista ta' attivitajiet fl-Anness ma' din id-Direttiva, skond l-Artikoli 2 sa 4. |
|
|
Tista’, skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 77(2), taġġorna l-ammonti speċifikati fl-Artikoli 2(1), 21(1)(a), 38 u 50(1) biex tieħu f’kunsiderazzjoni l-inflazzjoni u żviluppi sinifikanti tas-suq. |
Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 77(2), taġġorna l-ammonti speċifikati fl-Artikoli 2(1), 21(1)(a), 38 u 50(1) biex tikkunsidra l-inflazzjoni u l-żviluppi sinifikanti tas-suq. |
Ġustifikazzjoni | |
Kwalunkwe emenda għall-Anness tirriżulta f'tibdil sostanzjali tal-kamp ta' applikazzjoni. L-istabbiliment ta' l-attivitajiet ta' istituzzjonijiet ta' pagament huwa element ewlieni tad-Direttiva. Minħabba li dawn il-kwistjonijiet rigward il-kamp ta' applikazzjoni jista' jkollhom impatt qawwi fuq il-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi, emenda bħal din m'għandhiex taqbeż il-proċedura ta' kodeċiżjoni. Bħala regola, meta jiġu introdotti strumenti ta' pagament ġodda, dan ma jiġrix fi żmien daqshekk qasir tant li l-leġiżlatur Ewropew ma jkunx jista' jieħu azzjoni billi jemenda din id-Direttiva. Għalhekk din il-parti ta' l-Artikolu hija superfluwa u għandha titħassar kollha kemm hi. It-tieni sentenza għandha tiġi komplimentata f'dan is-sens. | |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta’ pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE u 2002/65/KE |
||||||
|
Referenzi |
COM(2005)0603 – C6‑0411/2005 – 2005/0245(COD) |
||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
||||||
|
Opinjoni mogħtija minn |
IMCO |
||||||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
|
Rapporteur għal opinjoni |
Mia De Vits 21.2.2006 |
||||||
|
Rapporteur għal opinjoni |
|
||||||
|
Eżami fil-kumitat |
21.3.2006 |
19.4.2006 |
3.5.2006 |
19.6.2006 |
|
||
|
Data ta' l-adozzjoni |
19.6.2006 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 0 0 |
|||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Charlotte Cederschiöld, Mia De Vits, Janelly Fourtou, Malcolm Harbour, Christopher Heaton-Harris, Anna Hedh, Edit Herczog, Pierre Jonckheer, Henrik Dam Kristensen, Lasse Lehtinen, Arlene McCarthy, Toine Manders, Manuel Medina Ortega, Zita Pleštinská, Giovanni Rivera, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Andreas Schwab, Eva-Britt Svensson, Marianne Thyssen, Jacques Toubon, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler |
||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
André Brie, Ieke van den Burg, Giles Chichester, Joel Hasse Ferreira, Konstantinos Hatzidakis, Syed Kamall, Othmar Karas, Cecilia Malmström, Angelika Niebler, Alexander Stubb, Gary Titley, Stefano Zappalà |
||||||
|
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Reinhard Rack, Paul Rübig |
||||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
- [1] ĠU C ... /Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (14.7.2006)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE and 2002/65/KE
(COM(2005)0603 – C6-0411/2005 – 2005/0245(COD))
Rapporteur għall-opinjoni: Rainer Wieland
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta għal Direttiva dwar servizzi ta' pagament fis-suq intern hija mmirata lejn titjib fl-ekonomiji ta' skala u biex iżżid il-kompetizzjoni. Dan għandu jkun ta' appoġġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' Liżbona. Il-ħolqien ta' qafas legali komuni għandu jgħin sabiex il-konsumaturi jibbenefikaw minn trasparenza aħjar u għażla akbar fis-suq ta' servizzi ta' pagamenti, iżda jeħtieġ ukoll investimenti sinifikanti mill-fornituri ta' servizzi u min-negozji. Bħala reazzjoni għall-proposta tal-Kummissjoni qed isseħħ diskussjoni intensiva dwar kemm id-dispożizzjonijiet tagħha huma mixtieqa u dwar l-effetti potenzjali tagħhom. Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali din l-Opinjoni tinkludi emendi relatati mal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. It-titjib l-aktar ovvju għandu x'jaqsam maċ-ċarezza leġiżlattiva, kif ukoll ma' ċerti dispożizzjonijiet istituzzjonali bħalma hija dik li tintroduċi l-hekk imsejħa proċedura ta' kumitoloġija.
Ir-rapporteur ta' opinjoni tagħkom jappoġġja l-għażla ta' bażi legali għal din il-proposta kif ukoll l-għażla ta' direttiva minflok regolament biex id-dispożizzjonijiet nazzjonali varji dwar is-servizzi ta' pagament jiġu armonizzati.
Filwaqt li jikkunsidra l-objettivi ta' simplifikazzjoni, ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom madankollu jinsab imħasseb dwar l-opportunità li ntilfet biex anki r-Regolament 2560/2001 dwar pagamenti transkonfinali bl-Euro jiġi revokat jew emendat u b'hekk in-numru ta' atti leġiżlattivi li jirregolaw dan is-settur ta' l-ekonomija Ewropea jiġi limitat. Għalkemm possibilment mhijiex proċedura normali, il-Parlament għandu jinsisti mal-Kummissjoni biex dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2560/2001 li għandhom jibqgħu fis-seħħ jiġu inkorporati f'artikolu separat tad-direttiva proposta, inkluża klawżola ta' revoka. Fid-dawl ta' dan, l-opinjoni preżenti tinkludi emendi li jibdew eżerċizzju ta' dan it-tip, billi jiġu modifikati t-titolu u premessa relevanti, u jiġi introdott artikolu ġdid ifformulat b'tali mod li r-rieda tal-Parlament hija dikjarata b'mod ċar, iżda mhux bħala proposta leġiżlattiva finali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
| Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 TITOLU | |
|
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
|
dwar servizzi ta’ pagament fis-suq intern |
dwar servizzi ta' pagament fis-suq intern |
|
u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/12/KE u 2002/65/KE |
li tirrevoka d-Direttiva 97/5/KEu r-Regolament (KE) nru 2560/2001 u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE u 2002/65/KE |
Emenda 2 PREMESSA 5 | |
|
(5) Dak il-qafas għandu jiżgura li jkun hemm koordinazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ prudenza, l-aċċess għas-suq ta’ fornituri ġodda ta’ servizzi ta’ pagament, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Fi ħdan dak il-qafas, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001, li ħoloq Suq Uniku għal pagamenti bl-Euro f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet, għandu jinżamm. Dawk tad-Direttivi 97/5/KE, u r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-Rakkomandazzjonijiet 87/598/KEE, 88/590/KEE u 97/489/KE għandhom ikunu integrati f’att wieħed li jkun jorbot. |
(5) Dak il-qafas għandu jiżgura li jkun hemm koordinazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti ta’ prudenza, l-aċċess għas-suq ta’ fornituri ġodda ta’ servizzi ta’ pagament, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ utenti ta’ servizzi ta’ pagament. Fi ħdan dak il-qafas, id-dispożizzjonijiet meħtieġa tar-Regolament (KE) Nru 2560/2001, li ħoloq Suq Uniku għal pagamenti bl-Euro f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet, u dawk tad-Direttivi 97/5/KE, u r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-Rakkomandazzjonijiet 87/598/KEE, 88/590/KEE u 97/489/KE għandhom ikunu integrati f’att wieħed li jkun jorbot. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija proposta flimkien ma' l-emenda li tintroduċi Titolu IV(a) ġdid sabiex tinkiseb simplifikazzjoni leġiżlattiva akbar. | |
Emenda 3 PREMESSA 8 A (ġdida) | |
|
|
Anki jekk jista' jidher li mhux xieraq li l-istituzzjonijiet ta' pagament jitgħabbew b'firxa sħiħa ta' obbligi s'issa mistennija mill-fornituri ta' servizz ta' pagament 'tradizzjonali', huwa neċessarju għall-bżonnijiet ta' sigurtà – mhux l-inqas għal min qed iħallas – li l-istituzzjonijiet ta' pagament jintalbu jipprovdu l-istess garanziji fir-rigward ta' tranżazzjonijiet regolati minn din id-direttiva bħal dawk li huma obbligati jipprovdu fornituri ta' servizz ta' pagament 'tradizzjonali' għal-tranżazzjonijiet simili. |
Emenda 4 PREMESSA 10 | |
|
(10) L-Istati Membri għandhom jindikaw l-awtoritajiet responsabbli li jagħtu awtorizzazzjoni lil istituzzjonijiet ta’ pagament biex iwettqu kontrolli kontinwi u biex jiddeċiedu jekk għandhomx jirtiraw xi awtorizzazzjoni. Biex ikun hemm opportunitajiet u kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd, l-Istati Membri m’għandhomx iżidu rekwiżiti oħra ma’ dawk li hemm f’din id-Direttiva preżenti. Madankollu, għandu jkun hemm il-possibbiltà li d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jkunu kkuntestati. Barra minn dan, il-ħidmiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu bla preġudizzju għas-superviżjoni fuq is-sistemi ta’ pagament li, skond ir-raba' subinċiż ta’ l-Artikolu 105(2) tat-Trattat tal-KE, hija ħidma li għandha ssir mis-Sistema Ewropea tal-banek Ċentrali. |
(10) L-Istati Membri għandhom jindikaw l-awtoritajiet responsabbli li jagħtu awtorizzazzjoni lil istituzzjonijiet ta’ pagament biex iwettqu kontrolli kontinwi u biex jiddeċiedu jekk għandhomx jirtiraw xi awtorizzazzjoni. Biex ikun hemm opportunitajiet u kundizzjonijiet indaqs għal kulħadd, l-Istati Membri m’għandhomx iżidu rekwiżiti oħra ma’ dawk li hemm f’din id-Direttiva preżenti, bl-eċċezzjoni ta' rekwiżiti dwar irrappurtar ta' statistika. Madankollu, għandu jkun hemm il-possibbiltà li d-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-awtoritajiet kompetenti jkunu kkuntestati. Barra minn dan, il-ħidmiet ta’ l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu bla preġudizzju għas-superviżjoni fuq is-sistemi ta’ pagament li, skond ir-raba' subinċiż ta’ l-Artikolu 105(2) tat-Trattat tal-KE, hija ħidma li għandha ssir mis-Sistema Ewropea tal-banek Ċentrali. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rappurtar ta' l-istatistika huwa rekwiżit komuni u mhux kopert b'din il-proposta. | |
Emenda 5 PREMESSA 18 | |
|
(18) L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun propozjonali għal mal-ħtiġijiet ta’ l-utenti u kkomunikata f’manjiera stabbilita. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal transazzjoni ta’ pagament waħda għandha tkun differenti minn dawk għal ftehim ta’ qafas li jipprovdi għal sensiela ta' transazzjonijiet ta' pagament. |
(18) L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun propozjonali għal mal-ħtiġijiet ta’ l-utenti u kkomunikata f’manjiera stabbilita. Madankollu, ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għal tranżazzjoni ta’ pagament waħda għandha tkun differenti minn dawk għal kuntratt ta' qafas li jipprovdi għal sensiela ta' transazzjonijiet ta' pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Bl-iskop li l-koerenza tat-test tkun żgurata. | |
Emenda 6 PREMESSA 28 | |
|
(28) Fid-dawl tad-differenzi bejn ir-regoli li jirregolaw it-tħaddim ta’ sistemi ta’ pagament fi ħdan il-Komunità u dawk li jirregolaw sistemi ta’ pagament f’pajjiżi terzi, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq għall-ammont sħiħ u l-perjodu tat-twettiq ikunu ristretti għal każijiet fejn il-fornituri tas-servizz ta’ pagament kemm ta’ min iħallas kif ukoll ta’ min qed jitħallas ikunu fil-Komunità. |
(28) Fid-dawl tar-rekwiżiti addizzjonali relatati mal-kambju ta' muniti, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq għall-ammont sħiħ u l-perjodu ta' twettiq ikunu ristretti għal każijiet fejn il-pagament isir bl-euro. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija proposta flimkien ma' l-emenda li timmodifika l-Artikolu 2, u tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva kollha għall-pagamenti fi ħdan il-Komunità u l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar iż-żmien ta' twettiq (ara wkoll l-emenda għall-Artikolu 59(1)) - għaz-zona ta' l-Euro. | |
Emenda 7 PREMESSA 30 A (ġdida) | |
|
|
(30a) Mill-banda l-oħra, għandu jkun prinċipju ewlieni li l-fatt li fornitur ta' servizz ta' pagament ikun ingħata istruzzjonijiet biex jipproċessa pagamenti li mhux neċessarjament jikkostitwixxu tranżazzjonijiet legali ġeneralment ma jkunx fattur deċiżiv sabiex jiddetermina, u ma jistax jinfluwenza t-tqassim ta' l-obbligi li jeżistu bejn l-utenti ta' fornituri ta' servizzi. Dan huwa primarjament għad-dispożizzjoni ħielsa (kuntrattwali) tal-partijiet konċernati; |
Ġustifikazzjoni | |
Biex tiġi ċċarata n-natura tal-mandat tal-fornitur ta' servizz ta' pagament. | |
Emenda 8 PREMESSA 31 A (ġdida) | |
|
|
(31a) Din id-Direttiva għandha tissalvagwardja l-effettività ta' l-istrumenti ta' pagament li jintużaw b'mod effettiv ħafna f'xi Stati Membri f'numru kbir ta' każijiet kull sena u bilkemm jippreżentaw riskji li l-għanijiet ta' din id-direttiva jiddgħajfu. |
Ġustifikazzjoni | |
Irreferi għall-ġustifikazzjoni ta' l-Artikolu 53a propost, li din il-premessa hija relatata miegħu. | |
Emenda 9 PREMESSA 39 A (ġdida) | |
|
|
(39a) Il-leġiżlatura ta' l-Unjoni Ewropea hija intenzjonata li tipproduċi testi aktar koerenti b'numru aktar maneġġevolii ta' strumenti leġiżlattivi. Konsegwentement, il-kontenut regolatorju tar-Regolament (KE) nru 2560/2001, il-forma ta' leġiżlazzjoni magħżula f'dak il-mument minħabba eżiġenzi ta' żmien, għandu jiddaħħal fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva preżenti u r-Regolament innifsu għandu jiġi rrevokat. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan it-test, u l-inklużjoni ta' l-Artikolu 39a ġdid meħtieġ mill-Emenda 1, jenfasizza r-rieda politika tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari, li jintlaħaq l-objettiv li jinħoloq numru ta' strumenti leġiżlattivi aktar koerenti u maneġġevoli. Konsegwentement, ir-Regolament (KE) nru 2560/2001 għandu jiġi rrevokat. Il-Kummissjoni u l-Kunsill huma mitluba li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) nru 2560/2001, li bi ħsiebhom iżommu, jiġu inkorporati fid-direttiva preżenti fit-tieni qari. | |
Emenda 10 ARTIKOLU 1 | |
|
Din id-Direttiva tfassal regolamenti li skondhom l-Istati Membri għandhom jiddistingwu l-erba’ kategoriji li ġejjin ta’ fornitur ta’ servizz ta’ pagament: |
Din id-Direttiva tfassal regolamenti li skondhom l-Istati Membri għandhom jiddistingwu erba’ kategoriji ta’ fornituri ta’ servizz ta’ pagament, kif definit fl-Artikolu 4. |
|
(b) istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE; |
Din id-Direttiva tfassal ukoll regolamenti dwar kundizzjonijiet ta’ trasparenza, u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ l-utenti u tal-fornituri, f'relazzjoni ma’ l-għoti ta’ servizzi ta’ pagamenti bħala ħidma regolari jew attività tan-negozju. |
|
(b) istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE; |
|
|
(c) istituzzjonijiet postali tal-kontijiet, kif imsemmija fit-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2000/12/KE, li huma intitolati skond il-liġi nazzjonali jew Komunitarja li jipprovdu servizzi ta' pagamenti; |
|
|
(d) persuni naturali jew legali oħrajn li jkunu ngħataw l-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva biex jipprovdu u jwettqu servizzi ta’ pagament madwar il-Komunità, minn issa ‘l quddiem “istituzzjonijiet ta’ pagament”. |
|
|
Din id-Direttiva tfassal regolamenti dwar kundizzjonijiet ta’ trasparenza, u d-drittijiet u l-obbligi rispettivi ta’ l-utenti u tal-fornituri, f'relazzjoni ma’ l-għoti ta’ servizzi ta’ pagamenti bħala ħidma regolari jew attività tan-negozju. |
|
|
Il-banek ċentrali li jaġixxu ta’ awtoritajiet monetarji u awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi ta' pagament mhumiex ikkunsidrati li huma fornituri ta' servizzi ta' pagament.; |
|
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ċarezza legali jkun aħjar li l-erba' kategoriji ta' fornituri ta' servizz ta' pagament ikunu koperti minn definizzjoni waħda inkluża fl-Artikolu 4. L-eżenzjoni tal-banek ċentrali għandha pjuttost titpoġġa fl-Artikolu 2(1). | |
Emenda 11 ARTIKOLU 21, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1+ | |
|
1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal attivitajiet ta’ negozju, elenkati fl-Anness, li jikkonsistu fit-twettiq ta’ transazzjonijiet ta’ pagament f’isem persuna naturali jew legali, minn issa msejħa “servizzi ta’ pagament”, fejn mill-anqas wieħed mill-fornturi ta’ servizz ta’ pagament ikun jinsab fil-Komunità. |
1. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal attivitajiet ta’ negozju, elenkati fl-Anness, li jikkonsistu fit-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament f’isem persuna naturali jew legali, minn issa msejħa “servizzi ta’ pagament”, fejn iż-żewġ fornituri ta’ servizz ta’ pagament ikunu jinsabu fil-Komunità. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-servizzi ta' pagament forniti mill-banek ċentrali. |
Ġustifikazzjoni | |
L-inklużjoni ta' dimensjoni ta' pajjiż terz mhix xierqa: minħabba n-nuqqas ta' rilevanza diretta għal fornitur ta' servizz ta' pagament li jinsab f'pajjiż terz, l-osservanza ta' l-obbligi stabbiliti mid-Direttiva ma tistax tiġi ggarantita bl-istess mod bħal fil-każ ta' pagamenti li jsiru fl-Unjoni Ewropea. L-eżenzjoni mmodifikata ta' l-attivitajiet kollha eżegwiti mill-banek ċentrali titmexxa mill-Artikolu 1 tal-proposta. | |
Emenda 12 ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Ħlief fejn hemm dispożizzjonijiet mod ieħor, din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi ta’ pagament magħmula fi kwalunkwe munita. |
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal servizzi ta’ pagament magħmula fil-muniti ta' l-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kamp ta' applikazzjoni għandu jkun limitat għall-pagamenti li jsiru bl-euro u muniti oħra ta' l-UE. | |
Emenda 13 ARTIKOLU 3, TITOLU | |
|
Fejn ma tapplikax id-Direttiva |
Eżenzjonijiet |
Emenda 14 ARTIKOLU 4, PUNT 3 A (ġdid) | |
|
|
(3a) "fornitur ta' servizz ta' pagament" tfisser fornitur ta' servizzi wżati minn min iħallas u min jitħallas minn fondi fit-twettiq ta' tranżazzjonijiet legali bażiċi. Il-mandat tagħhom huwa limitat, sakemm mhux miftiehem espressament mod ieħor, għall-forniment propju ta' servizzi u ma jibdilx la r-relazzjoni legali ta' l-utenti tas-servizz ta' pagament ma' xulxin u lanqas il-limitu ta' l-obbligi rispettivi tagħhom fir-rigward ta' tranżazzjonijiet bażiċi f'dak li għandu x'jaqsam maż-żmien, mal-post, mal-kamp ta' applikazzjoni u mat-tip ta' responsabiltajiet rigward is-servizz ipprovdut. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tipprova tiċċara l-prinċipju ġenerali li l-fatt li fornitur ta' servizz ta' pagament ikun ingħata istruzzjonijiet biex jipproċessa tranżazzjonijiet li mhux neċessarjament ikunu ta' natura kuntrattwali ma jista' la jkun fattur deċiżiv sabiex jiddetermina, u lanqas ma jista' jinfluwenza t-tqassim ta' l-obbligi li jeżistu bejn l-utenti ta' fornituri ta' servizz ta' pagament. Dan huwa primarjament funzjoni tal-libertà (kuntrattwali) tal-partijiet konċernati. | |
Emenda 15 ARTIKOLU 4, PUNT 3 B (ġdid) | |
|
|
(3b)"uffiċċju reġistrat" tfisser l-uffiċċju reġistrat ta' intrapriża fejn u sakemm din l-intrapriża topera bħala fornitur ta' servizz ta' pagament; apparti l-post reġistrat ta' rappreżentanza prinċipali, dan jista' jkun kull post fejn l-intrapriża żżomm sussidjarja, fergħa, aġenzija fuq barra, punt fejn jintlaqgħu applikazzjonijiet jew uffiċċju lokali, jew kwalunkwe post fejn rappreżentant ta' l-intrapriża jżomm l-indirizz tan-negozju tiegħu bħala rappreżentant ta' l-isem ta' l-intrapriża. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kwistjoni ta' l-uffiċċju reġistrat (ta' intrapriża) mhuwiex definit b'mod ċar. | |
Emenda 16 ARTIKOLU 4, PUNT 3 C (ġdid) | |
|
|
(3c) (i) istituzzjonijiet ta’ kreditu skond it-tifsira tad-Direttiva 2000/12/KE; |
|
|
(ii) istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi skond it-tifsira tad-Direttiva 2000/46/KE; |
|
|
(iii) istituzzjonijiet postali tal-kontijiet, kif imsemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2000/12/KE, li huma intitolati skond il-liġi nazzjonali jew Komunitarja li jipprovdu servizzi ta' pagamenti; |
|
|
(iv) bla ħsara għall-Artikolu 21, istituzzjonijiet ta' pagament li huma suġġetti għall-istess rekwiżiti, b'mod partikulari fir-rigward tal-forniment ta' garanziji, fir-rigward ta' tranżazzjonijiet koperti minn din id-Direttiva, sakemm dawk l-obbligi jgħoddu għall-fornituri ta' servizzi msemmija fil-punti (i) u (ii) fir-rigward ta' tranżazzjonijiet ta' pagament ta' dan it-tip. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija konsegwenza tat-tħassir tad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1. Ikun rakkomandabbli li taħt il-punt (iv) tiġi inkluża riferenza għall-Artikolu 21, li jipprovdi għal eżenzjonijiet fid-definizzjoni ta' istituzzjonijiet ta' pagament. | |
Emenda 17 ARTIKOLU 4, PUNT 3 D (ġdid) | |
|
|
(3d) "sistema miftuħa ta' pagament" tfisser sistema ta' pagament fejn min iħallas u min jitħallas ikollhom fornituri ta' servizz ta' pagament differenti, li t-tnejn joperaw fi ħdan l-istess sistema ta' pagament, sakemm kwalunkwe sistema ta' pagament proprjetarja li tkun għaddiet il-propjetà intellettwali tagħha permezz ta' liċenzja għall-użu minn partijiet terzi jew aġenti, ma tikkostitwixxix sistema miftuħa ta' pagament bis-saħħa ta' din l-attività ta' liċenzjar; |
Ġustifikazzjoni | |
It- test propost li jiffoka l-Artikolu 23 b'mod speċifiku fuq sistemi ta' pagament “miftuħa” ma jinkludix definizzjoni ta' “sistema ta' pagament miftuħa”. Għalhekk għandha tiġi pprovduta definizzjoni. It-test oriġinali ta' l-Artikolu 23 tfassal bil-ħsieb ta' sistemi ta' pagament "miftuħa" dominanti - iżda mhux b'sistemi proprjetarji ta' "ċirkwit magħluq" (li għalih l-Artikolu 23 ta' din il-proposta huwa sproporzjonat u mhux xieraq). | |
Emenda 18 ARTIKOLU 4, PUNT 3 E (ġdid) | |
|
|
(3e) "sistema ta' pagament proprjetarja" tfisser sistema ta' pagament fejn partijiet terzi mhux affiljati jew ma jipparteċipawx jew jipparteċipaw mingħajr ma jkollhom is-sjieda, it-tmexxija jew il-kontroll tas-sistema u lanqas ma jkollhom interess kuntrattwali privat inter se relatat mas-sistema; |
Ġustifikazzjoni | |
Definizzjoni ta' "sistema ta' pagament proprjetarja jew magħluqa" li tikkonforma ma' l-emendi li jiffokaw l-Artikolu 23 fuq "sistemi ta' pagament miftuħa" u d-definizzjoni ta' "sistema ta' pagament miftuħa" proposta għall-Artikolu 4 għandha tiddaħħal. | |
Emenda 19 ARTIKOLU 4, PUNT 6 A (ġdid) | |
|
|
(6a) “kuntratt qafas” tfisser ftehim dwar servizz ta' pagament ikkaratterizzat mill-fatt li jikkommetti fornitur ta' servizz ta' pagament għat-twettiq fil-futur ta' tranżazzjonijiet ta' pagament individwali jew suċċessivi fuq l-ordni ta' min qed iħallas; |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda għall-Artikolu 29. | |
Emenda 20 ARTIKOLU 4, PUNT 11 A (ġdid) | |
|
|
(11a) "ġurnata ta' xogħol bankarju" tfisser jum li fih il-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min iħallas li jkun involut fi tranżazzjoni ta' pagament u l-fornitur ta' servizz ta' pagament ta' min jitħallas li jkun imdaħħal fit-tranżazzjoni jkunu miftuħin għan-negozju regolari mal-klijenti; |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda timmira lejn spjegazzjoni ta' l-espressjoni "ġurnata ta' xogħol bankarju". | |
Emenda 21 ARTIKOLU 4, PUNT 11 B (ġdid) | |
|
|
(11b) “perjodu ta' twettiq” tfisser il-ħin li jgħaddi bejn l-aċċettazzjoni ta' ordni ta' pagament u l-mument meta l-ammont li għandu jitħallas skond l-ordni ta' pagament isir disponibbli għall-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min qed jitħallas; |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda timmira lejn preċiżjoni akbar. | |
Emenda 22 ARTIKOLU 23, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 U SUBPARAGRAFU 2, INTRODUZZJONI | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li r-regoli dwar l-aċċess għal, u t-tħaddim ta’, sistemi ta’ pagament ikunu oġġettivi u proporzjonali u m’għandhomx itellfu l-aċċess aktar milli jkun hemm bżonn bħala salvagwardja kontra riskji speċifiċi u biex titħares is-sigurtà finanzjraja tas-sistema ta’ pagament. |
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li r-regoli dwar l-aċċess għal, u t-tħaddim ta’, sistemi ta’ pagament miftuħ ikunu oġġettivi u proporzjonali u m’għandhomx itellfu l-aċċess aktar milli jkun hemm bżonn bħala salvagwardja kontra riskji speċifiċi u biex titħares is-sigurtà finanzjarja tas-sistema ta’ pagament. |
|
Is-sistemi ta’ pagament m’għandhomx jimponu xi waħda minn dawn ir-rekwiżiti: |
Is-sistemi ta' pagament miftuħ ma jistgħux jimponu xi waħda minn dawn ir-rekwiżiti: |
Ġustifikazzjoni | |
Hemm ir-riskju li l-Artikolu 23 jiġi interpretat li jġiegħel lil sistemi ta' pagament jippermettu aċċess għas-sistemi tagħhom lil banek u lil istituzzjonijiet ta' pagament oħra fuq il-bażi ta' kriterji ta' nondiskriminazzjoni. Jista' jkun li t-test tfassal bil-ħsieb dominanti ta' sistemi ta' pagament ta' "ċikwit miftuħ" jew b'4 partijiet - imma mhux is-sistemi proprjetarji ta' "ċirkwit magħluq" (li għalihom il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu hu sproporzjonat u mhux xieraq). | |
Emenda 23 ARTIKOLU 25, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament jgħarraf lill-utent tas-servizz ta’ pagament permezz ta’ materjal stampat jew xi mezz dewwiemidewwiemi ieħor u li jkun aċċessibbli għalih, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 26. |
1. L-Istati Membri għandhom jitolbu li l-fornitur ta’ servizz ta’ pagament ipoġġi għad-dispożizzjoni ta' l-utent tas-servizz ta’ pagament permezz ta’ materjal stampat jew xi mezz dewwiemi ieħor u li jkun aċċessibbli għalih, il-kundizzjonijiet skond l-Artikolu 26. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem inbidel għal 'ipoġġi għad-dispożizzjoni', bħal fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 97/5/KE u l-Artikolu 4 tar-Regolament 2560/2001, u għandu japplika tul id-direttiva kollha (Artikoli 27, 28, 30, 36 u 37). | |
Emenda 24 ARTIKOLU 29 | |
|
Dan il-Kapitolu japplika għal transazzjonijiet ta’ pagament koperti minn ftehim dwar servizz ta’ pagament li jkun karatterizzat bil-fatt li jimpenja fornitur ta' servizz ta' pagament biex fil-futur iwettaq transazzjonijiet ta' pagament waħda wara l-oħra, jew transazzjonijiet ta’ pagament individwali b’ordni minn min iħallas, jekk il-kundizzjonijiet maqbula jintlaqgħu. Dak il-ftehim, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “kunratt ta' qafas", jista' jkollu l-obbligi u l-kundizzjonijiet għat-twaqqif ta’ kont ta’ pagament; |
Dan il-Kapitolu japplika għal tranżazzjonijiet ta’ pagament koperti minn kuntratt qafas li jista' jkollu l-obbligi u l-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ kont ta’ pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni ta’ 'kuntratt ta’ qafas' għandha titneħħa mill-Artikolu 29 u tiddaħħal fl-artikolu dwar id-definizzjonijiet u tintuża b’mod konsistenti mad-direttiva proposta kollha, filwaqt li tieħu post il-kunċett ta’ 'ftehim ta’ qafas' inkluż fil-premessa 18 u l-Artikoli 32-33. | |
Emenda 25 ARTIKOLU 32 | |
|
Artikolu 32 |
imħassar |
|
Wara l-bidu fis-seħħ ta’ ftehim ta’ qafas, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni ta’ l-utent tas-servizz ta' pagament b'mod li jista' jkun aċċessibbli malajr il-kundizzjonijiet kollha kkomunikati skond l-Artikolu 31(1). |
|
|
Barra minn dan, u fejn ikun applikabbli, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni bl-istess mod aktar informazzjoni dwar dmirijiet u drittijiet skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità u nazzjonali li tkun marbuta direttament mat-twettieq ta’ transazzjonijiet ta’ ħlas speċifiċi, bħal ma huma obbligi dwar irrappurtar, dikjarazzjonijiet, u kwistjonijiet dwar taxxa. Dan għandu japplika biss sakemm il-fornitur tas-servizz ta' pagament ikun irċeiva, jew ikun mistenni li b’mod raġjonevoli jkun irċeiva, notifika dwar dawk id-dmirijiet u drittijiet. |
|
Ġustifikazzjoni | |
L-ewwel paragrafu ta' dan l-artikolu huwa ripetizzjoni tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligu li tiġi pprovduta informazzjoni. L-obbligu li tingħata informazzjoni komprensiva dwar rekwiżiti legali u fiskali stipulati fit-tieni paragrafu jikkonċerna kwistjonijiet barra l-isfera ta' responsabiltajiet tal-fornituri ta' servizz ta' pagament. Iż-żewġ paragrafi, għalhekk, għandhom jiġu mħassra. | |
Emenda 26 ARTIKOLU 33, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. Kull tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt mgħarraf lill-utent tas-servizz ta' pagament skond l-Artikolu 31(1) għandu jkun propost mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament bl-istess mod kif stipulat fl-Artikoli 30(1) u 31(2) u mhux anqas minn xahar qabel id-data ta' meta tkun proposta l-bidu ta’ l-applikazzjoni. |
1. Kull tibdil fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt li jaffettwa lill-utent tas-servizz ta' pagament mgħarraf lilu skond l-Artikolu 31(1) għandu jsir disponibbli mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament bil-mod kif stipulat fil-kuntratt u mhux anqas minn xahar qabel id-data ta' meta tkun proposta l-bidu ta’ l-applikazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija intenzjonata biex tissimplifika l-mod kif qed jitpoġġa l-kliem. | |
Emenda 27 ARTIKOLU 34 | |
|
1. It-terminazzjoni ta' kuntratt ta' qafas li jkun konkluż għal perjodu ta’ 12-il xahar jew aktar, jew għal żmien indefinit, għandu jkun bla ħlas għal utent ta’ servizz ta’ pagament. |
Kuntratt ta' qafas li jkun konkluż għal perjodu ta’ 12-il xahar jew aktar, jew għal żmien indefinit, jista' jkun terminat bla ħlas għall-utent ta’ servizz ta’ pagament wara 12-il xahar suġġett għal perjodu ta' avviż minn qabel, li ma jistax ikun itwal minn xahar. |
|
Miżati għal servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom jitħallsu biss pro rata sat-terminazzjoni tal-kuntratt. Jekk dawn il-miżati jitħallsu bil-quddiem, għandhom jitħallsu lura pro rata. |
Miżati għal servizzi ta’ pagament mitluba fuq bażi regolari għandhom jitħallsu biss pro rata sat-terminazzjoni tal-kuntratt. Jekk dawn il-miżati jitħallsu bil-quddiem, għandhom jitħallsu lura pro rata. |
|
2. Ħlief fejn il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament u l-utent ta’ servizz ta’ pagament ikunu ftehmu b’mod espliċitu dwar perjodu ta’ avviż minn qabel biex kuntratt ta’ qafas jiġi tterminat, kuntratti ta’ qafas jistgħu jiġu tterminati immedjatament. |
|
|
Il-perjodu ta’avviż ma jistax jaqbeż xahar. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija intenzjonata biex tippreċiża l-mod kif qed jitpoġġa l-kliem. | |
Emenda 28 ARTIKOLU 39 A (ġdid) | |
|
|
Artikolu 39a |
|
|
Dispożizzjonijiet relatati ma' pagamenti transkonfinali bl-Euro |
|
|
1. Pagamenti transkonfinali għandhom ikunu l-istess bħall-pagamenti li jsiru b'euro fi Stat Membru, bi qbil mal-paragrafi li ġejjin. |
|
|
2. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika l-istess għal ħlasijiet ta' pagamenti deħlin u għall-ħlasijiet relatati ma' pagamenti ħerġin. |
|
|
3. Ir-regoli dwar pagamenti transkonfinali b'euro stipulati fir-Regolament (KE) nru 2560/2001 għandhom jinżammu sakemm ikunu għadhom neċessarji fid-dawl tad-Direttiva preżenti. |
|
|
4. Ir-Regolament (KE) nru 2560/2001 għandu jiġi revokat b'effett mid-data speċifikata fl-Artikolu 85(1). |
Ġustifikazzjoni | |
Dan it-test, u l-inklużjoni ta' l-Artikolu 39a ġdid meħtieġ mill-Emenda 1, jenfasizza r-rieda politika tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari, li jintlaħaq l-objettiv li jinħoloq numru ta' strumenti leġiżlattivi aktar koerenti u maneġġevoli. Konsegwentement, ir-Regolament (KE) nru 2560/2001 għandu jiġi rrevokat. Il-Kummissjoni u l-Kunsill huma mitluba li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) nru 2560/2001, li bi ħsiebhom iżommu, jiġu inkorporati fid-direttiva preżenti fit-tieni qari. | |
Emenda 29 ARTIKOLU 41, PARAGRAFU 2 | |
|
Il-kunsens għandu jikkonsisti minn awtorizzazzjoni espliċita għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex iwettaq transazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ transazzjonijiet. |
Il-kunsens għandu jikkonsisti minn awtorizzazzjoni għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament biex iwettaq transazzjoni ta’ pagament jew sensiela ta’ transazzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunsens ‘espliċitu’ ikun restrizzjoni eċċessiva, bħal ma huwa l-każ diġà taħt il-prinċipji ġenerali tal-liġi ċivili; kunsens bħal dan jista' wkoll jingħata b'mod taċitu jew impliċitu, jew jista' jiġi konċess permezz ta' ftehim ta' awtorizzazzjoni minn qabel. | |
Emenda 30 ARTIKOLU 42, TITOLU | |
|
Trasmissjoni tal-kunsens |
Prinċipju ta' trasmissjoni tal-kunsens |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha titqies flimkien ma’ l-emenda li tipproponi Artikolu 53 a ġdid; irreferi għall-ġustifikazzjoni rilevanti. | |
Emenda 31 ARTIKOLU 47, PARAGRAFU 1, PUNT (A) | |
|
(a) li jara li l-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati ta' l-istrument ta’ verifika ta’ pagament ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra barra dak li f’ismu jkun l-istrument ta’ verifika ta' pagament; |
(a) li jiżgura li, fl-isfera ta' responsabilità tiegħu stess, il-karatteristiċi ta’ sigurtà personalizzati ta' l-istrument ta’ verifika ta’ pagament ma jkunux aċċessibbli għal partijiet oħra barra dak li f’ismu jkun l-istrument ta’ verifika ta' pagament; |
Ġustifikazzjoni | |
Biex jiġi ċċarat li l-fornitur ta' servizz ta' pagament jista' jieħu miżuri fi ħdan l-isfera tiegħu biss. Huwa responsabbli, madankollu, għall-kwistjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' responsabilitajiet tiegħu (ara l-Artikolu 46). | |
Emenda 32 ARTIKOLU 48, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Jekk, meta tiġi ppreżentata l-evidenza mitluba skond il-paragrafu 1, l-utent tas-servizz ta’ pagament jibqa’ jiċħad li jkun awtorizza t-transazzjoni ta’ pagament, dan għandu jipprovdi informazzjoni fattwali jew xi elementi biex tkun tista’ ssir is-suppożizzjoni li ma setax awtorizza t-transazzjoni ta’ pagament u li ma kienx aġixxa b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira b’dak li għandu x'jaqsam ma' l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46(b). |
2. Jekk, meta tiġi ppreżentata l-evidenza mitluba skond il-paragrafu 1, l-utent tas-servizz ta’ pagament jibqa’ jiċħad li jkun awtorizza t-tranżazzjoni ta’ pagament, dan għandu jipprovdi informazzjoni fattwali jew xi elementi biex jagħti prova li ma setax awtorizza t-tranżazzjoni ta’ pagament u li ma kienx aġixxa b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira f’dak li għandu x'jaqsam ma' l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46(b). |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjoni proposta li tippermetti 'suppożizzjoni' titfa' r-responsabilità tal-prova fuq il-fornituri ta' servizz ta' pagament u tpoġġi fid-dubju s-sistema preżenti ta' evidenza dokumentata għal tranżazzjonijiet li jużaw numri PIN. Dan jista' jwassal għal użu negliġenti ż-żejjed ta' l-istrument ta' verifika ta' pagament u jipperikola l-effettività u l-operabilità ta' dan il-metodu ta' pagament għad-detriment ta' kulħadd. | |
Emenda 33 ARTIKOLU 48, PARAGRAFU 3 | |
|
3. Biex tkun tista' tiġi miċħuda s-suppożizzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-użu ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament li jkun dokumentat mill-fornitur tas-servizz ta' pagament m’għandux, fih innifsu, jkun biżżejjed biex jiġi determinat sew jekk il-pagament kienx awtorizzat mill-utent tas-servizz ta' pagament jew jekk l-utent tas-servizz ta' pagament aġixxiex b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46. |
3. L-użu ta' strument ta' verifika ta' pagament li jkun dokumentat mill-fornitur tas-servizz ta' pagament m'għandux, fih innifsu, ikun ikkunsidrat bħala evidenza konklużiva biex jiġi determinat sew jekk il-pagament kienx awtorizzat mill-utent tas-servizz ta' pagament jew jekk l-utent tas-servizz ta' pagament aġixxiex b’mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46. |
Ġustifikazzjoni | |
Konsegwenza ta' l-emenda għall-Artikolu 48(2). | |
Emenda 34 ARTIKOLU 50, PARAGRAFU 1, SUBPARAGRAFU 1 | |
|
1. L-utent tas-servizz ta’ pagament għandu jġorr il-piż tat-telf, sa massimu ta’ EUR 150, li jkun hemm fil-każ ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament mitluf jew misruq u li jkun seħħ qabel ma jkun wettaq l-obbligu li jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament skond l-Artikolu 46(b). |
1. L-utent tas-servizz ta’ pagament għandu jġorr il-piż tat-telf, sa massimu ta’ EUR 150, li jkun hemm fil-każ ta’ strument ta’ verifika ta’ pagament mitluf jew misruq u li jkun seħħ qabel ma jkun wettaq l-obbligu li jgħarraf lill-fornitur tas-servizz ta’ pagament skond l-Artikolu 46(b), sakemm ma aġixxiex b'mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira, b'mod partikulari sakemm ma kisirx l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 46 li jagħti attenzjoni xierqa. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tipprova tistabbilixxi li r-responsabilità limitata tapplika biss f'każijiet fejn l-utent ma aġixxiex b'mod frawdolenti jew bi traskuraġni kbira. | |
Emenda 35 ARTIKOLU 53 A (ġdid) | |
|
|
Artikolu 53a |
|
|
Eżenzjoni mill-prinċipju ta' trażmissjoni tal-kunsens |
|
|
1. Min qed iħallas jista' jawtorizza lil min qed jitħallas, bl-iskop li jagħmel serje ta' pagamenti regolari jew pagament wieħed, sabiex inaqqas ammont minn kont indikat mal-fornitur ta' servizz ta' pagament tiegħu permezz ta' debitu dirett, u b'hekk jeħles lil min qed jitħallas mill-obbligu li jittrażmetti l-kunsens minn qabel lill-fornitur ta' servizz ta' pagament tiegħu. Dan m'għandux jeffettwa rekwiżiti oħra li tiġi trażmessa informazzjoni lil min qed iħallas, b'mod partikolari fir-rigward tar-raġunijiet għall-pagament, u tat-tip, ta' l-ammont u ta' l-iskop tal-pagament. |
|
|
2. Din l-eżenzjoni tista' tingħata biss jekk min jitħallas: |
|
|
- jagħti lil min qed iħallas id-dritt li jirrevoka l-pagament, anki mingħajr ma jipprovdi raġunijiet, b'dikjarazzjoni sempliċi lill-fornituri ta' servizz ta' pagament tiegħu stess, fi żmien sitt ġimgħat minn meta jirċievi n-notifika tat-tranżazzjoni ta' pagament, |
|
|
- jassigura li, direttament jew permezz tal-fornitur ta' servizz ta' pagament tiegħu, l-ammont oriġinarjament iddebitat jiġi kreditat kollu kemm hu fil-kont ta' min qed iħallas, mingħajr il-bżonn ta' aktar azzjoni minn dan ta' l-aħħar, |
|
|
- jindennizza lil min qed iħallas għal kwalunkwe spejjeż li għandhom x'jaqsmu mar-revoka ta' pagament, sakemm din l-azzjoni ma tirrispettax l-obbligi imposti fuq min iħallas mir-relazzjoni legali bażika u, konsegwentement, min jitħallas, min-naħa tiegħu, jista' jinsisti bid-dritt tiegħu għal rimborż ta' l-ispejjeż. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tipprova tassigura li d-direttiva tkopri l-proċedura ta' debitu dirett li tintuża fuq skala kbira f'xi Stati Membri (pereżempju fil-Ġermanja, fejn hemm madwar sitt biljun tranżazzjoni bħal dawn fis-sena, prinċipalment għall-pagament ta' ammonti żgħar jew żgħar ħafna f'perjodi regolari). Din il-proċedura hija meqjusa kemm minn fornituri ta' servizz ta' pagament kif ukoll minn utenti bħala effiċjenti ħafna, ta' min jorbot fuqha u rħisa u, mill-perspettiva ta' l-utent, tagħti lok għal riskju żgħir ħafna ta' abbuż tas-sistema, b'kull telf li jirriżulta jinġarr mill-fornitur ta' servizz ta' pagament. | |
Id-dispożizzjonijiet proposti għandhom jiżguraw li din il-forma ta' pagament tista' tinżamm fi Stati Membri varji sabiex tassikura li l-utenti ma jiffaċċjawx il-possibilità li jkunu obbligati jużaw proċeduri aktar ikkumplikati u għaljin. | |
Emenda 36 ARTIKOLU 59, PARAGRAFU 1 | |
|
Din is-Sezzjoni għandha tapplika biss jekk il-fornituri tas-servizz ta’ pagament sew ta' min iħallas kif ukoll ta' min qed jitħallas ikunu ibbażati fil-Komunità. |
Din is-Sezzjoni għandha tapplika biss jekk il-pagament isir bl-Euro. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda hija proposta flimkien ma' l-emenda li timmodifika l-Artikolu 2, u tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva kollha għall-pagamenti fi ħdan il-Komunità u l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-ħin ta' twettiq (ara wkoll l-emenda għall-Premessa 28(1)) - għaz-zona euro. | |
Emenda 37 ARTIKOLU 60 | |
|
1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min qed iħallas biex jara li, wara l-mument preċiż ta' aċċettazzjoni, l-ammont ordnat għandu jiġi kkreditat lill-kont ta’ pagament ta’ min qed jitħallas mhux aktar tard minn għeluq ġurnata tax-xogħol wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni. Madankollu, sa l-1 ta' Jannar 2010, min iħallas u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tiegħu jistgħu jilħqu qbil dwar perjodu li ma jkunx itwal minn tlett ijiem. |
1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min qed iħallas biex jiżgura li, mill-1 ta' Jannar 'il quddiem, l-ammont ordnat għandu jiġi kkreditat lill-kont ta’ pagament ta’ min qed jitħallas mhux aktar tard minn għeluq ġurnata ta' xogħol bankarju wara l-mument preċiż ta l-aċċettazzjoni. |
|
2. Madankollu, meta t-transazzjoni tkun inizjata minn min iħallas u tkun tinkludi kambju ta’ munita, min iħallas u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tiegħu jistgħu jiddeċiedu mod ieħor bi ftehim espliċitu. |
2. Madankollu, meta t-tranżazzjoni tinbeda minn min iħallas u tkun tinkludi kambju ta’ munita, iż-żmien meħtieġ għall-kambju ta' munita m'għandux jiġi inkluż fil-kalkolu tal-perjodu ta' twettiq skond il-Paragrafu 1. |
|
|
2a. Meta dan iż-żmien għall-kambju ta' munita jeħtieġ iktar minn ġurnata ta' xogħol bankarju, min iħallas u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament tiegħu jistgħu jiddeċiedu mod ieħor bi ftehim espliċitu. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-intenzjoni li żżomm il-perjod ta' twettiq propost mill-Kummissjoni (fi żmien ġurnata xogħol mid-data tat-tranżazzjoni). Ovvjament, dan il-perjodu ta' twettiq mhux se jsir rekwiżit legali sa l-1 ta' Jannar 2012. | |
Madankollu biex lill-klijenti tibqa' tingħatalhom aktar għażla u jiġi żgurat li ma jiġux esklużi awtomatikament mis-suq il-fornituri ta' servizzi li ma jiddisponux minn aċċess dirett tagħhom għal sistema ta' pagament, għandu jibqa' jkun hemm il-possibilità li jsiru arranġamenti oħra f'każijiet individwali bi ftehim reċiproku. | |
Emenda 38 ARTIKOLU 67, PARAGRAFU 1 | |
|
1. Wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 54(1), fornitur ta' servizz ta' pagament għandu jinżamm għal kollox responsabbli f’każ li transazzjoni ta' pagament ma titwettaqx jew titwettaq ħażin skond is-Sezzjoni 1. |
1. Wara l-mument preċiż ta’ l-aċċettazzjoni skond l-Artikolu 54(1), fornitur ta' servizz ta' pagament għandu jinżamm responsabbli f’każ li transazzjoni ta' pagament ma titwettaqx jew titwettaq ħażin skond is-Sezzjoni 1. |
|
B’żieda ma’ dan, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jinżamm għal kollox responsabbli għal kull miżati, u kull interessi li jinżammu lill-utent tas-servizz ta’ pagament bħala konsekwenza tan-nuqqas ta’ twettiq jew it-twettiq ħażin tat-transazzjoni ta’ pagament. |
B’żieda ma’ dan, il-fornitur ta’ servizz ta’ pagament għandu jinżamm responsabbli għal kull miżati, u kull interessi li jinżammu lill-utent tas-servizz ta’ pagament bħala konsekwenza tan-nuqqas ta’ twettiq jew it-twettiq ħażin tat-transazzjoni ta’ pagament. |
Ġustifikazzjoni | |
Responsabilità assoluta għal nuqqas ta' twettiq jew twettiq difettuż ta' tranżazzjoni ta' pagament jiksru l-prinċipji applikabbli tar-responsabilità fil-liġi ċivili fl-Istati Membri kollha. | |
Emenda 39 ARTIKOLU 67, PARAGRAFU 2 | |
|
2. Jekk l-utent tas-servizz ta’ pagament jiddikjara li ordni ta’ pagament ma tkunx ġietx imwettqa b’mod preċiż, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ juri, mingħajr preġudizzju għall-elementi fattwali miġjuba mill-utent tas-servizz ta’ pagament, li l-ordni ta’ pagament kienet irreġistrata b’mod preċiż, imwettqa u mdaħħla fil-kontijiet. |
2. Jekk l-utent tas-servizz ta’ pagament jiddikjara li ordni ta’ pagament ma tkunx ġietx imwettqa b’mod preċiż, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament jista’ juri, mingħajr preġudizzju għall-elementi fattwali miġjuba mill-utent tas-servizz ta’ pagament, li l-ordni ta’ pagament kienet irreġistrata b’mod preċiż, imwettqa u mdaħħla fil-kontijiet. Jekk it-tranżazzjoni ma tkunx twettqet b'mod impreċiż, l-utent tas-servizz ta' pagament għandu jieħu f'idejh l-ispejjeż involuti, sakemm il-kuntratt qafas jipprovdi għal dan. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-fatt li r-responsabilità ta' prova prevista fil-Paragrafu 2 qed tiġi imposta fuq il-fornitur ta' servizz huwa aċċettabbli biss bil-kundizzjoni li, fil-każ ta' pagamenti li jitwettqu sew, l-ispejjeż li jirriżultaw għandhom ikunu f'idejn l-utent. | |
Emenda 40 ARTIKOLU 68 | |
|
Artikolu 68 |
imħassar |
|
Trasferimenti lejn pajjiżi terzi |
|
|
F’dawk il-każi fejn il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas ma jkunx ibbażat fi Stat Membru, il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed iħallas għandu jkun responsabbli għat-twettiq tat-transazzjonijiet ta' pagament biss sakemm il-fondi jaslu għand il-fornitur tas-servizz ta’ pagament ta’ min qed jitħallas. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Bħala konsegwenza ta' l-emenda għall-Artikolu 2(1), il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva huwa limitat għall-UE. | |
Emenda 41 ARTIKOLU 78, TITOLU | |
|
Armonizzazzjoni sħiħa, għarfien reċiproku u natura obbligatorja tad-Direttiva |
Armonizzazzjoni sħiħa u rikonoxximent reċiproku |
Ġustifikazzjoni | |
L-effett legali tad-Direttiva huwa ovvju fuq il-bażi tat-Trattati u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. | |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE and 2002/65/KE |
||||||
|
Referenzi |
COM(2005)0603 – C6 0411/2005 – 2005/0245(COD) |
||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
||||||
|
Opinjoni mogħtija minn |
JURI |
||||||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
|
Rapporteur għal opinjoni |
Rainer Wieland |
||||||
|
Rapporteur għal opinjoni |
|
||||||
|
Eżami fil-kumitat |
3.5.2006 |
12.6.2006 |
|
|
|
||
|
Data ta' l-adozzjoni |
13.7.2006 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 0 0 |
|||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Berger, Carlo Casini, Monica Frassoni, Giuseppe Gargani, Piia-Noora Kauppi, Katalin Lévai, Hans-Peter Mayer, Aloyzas Sakalas, Francesco Enrico Speroni, Daniel Strož, Diana Wallis, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka |
||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Hiltrud Breyer, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Michel Rocard |
||||||
|
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sharon Bowles, Mieczysław Edmund Janowski, Peter Liese, Miroslav Mikolášik |
||||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
- [1] Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar servizzi ta' pagament fis-suq intern u li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2000/12/KE and 2002/65/KE |
||||||||||
|
Referenzi |
COM(2005)0603 – C6 0411/2005 – 2005/0245(COD) |
||||||||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
1.12.2005 |
||||||||||
|
Kumitat responsabbli |
ECON |
||||||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
IMCO |
JURI |
|
|
|
||||||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
|
|
|
|
|
||||||
|
Koperazzjoni iktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
||||||
|
Rapporteur(s) |
Jean-Paul Gauzès |
|
|||||||||
|
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||||||
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
|
||||||||||
|
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||||||
|
Dotazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
|
||||||||
|
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||||||
|
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||||||
|
Eżami fil-kumitat |
13.3.2006 |
18.4.2006 |
25.4.2006 |
30.5.2006 |
11.7.2006 |
||||||
|
Data ta' l-adozzjoni |
12.9.2006 |
||||||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ – 0 |
38 0 1 |
|||||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, David Casa, Jan Christian Ehler, Jonathan Evans, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Donata Maria Assunta Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Ian Hudghton, Sophia in 't Veld, Othmar Karas, Piia-Noora Kauppi, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Kurt Joachim Lauk, Astrid Lulling, Cristobal Montoro Romero, Joseph Muscat, John Purvis, Alexander Radwan, Bernhard Rapkay, Karin Riis-Jørgensen, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Ivo Strejček, Sahra Wagenknecht |
||||||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Mia De Vits, Satu Hassi, Thomas Mann, Giovanni Pittella, Corien Wortmann-Kool |
||||||||||
|
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||||||
|
Data tat-tressiq |
20.9.2006 |
||||||||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||||||