RAPPORT dwar il-promozzjoni ta' trasport fl-ilmijiet navigabbli interni: NAIADES, Programm ta' Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni
21.9.2006 - (2006/2085(INI))
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Corien Wortmann-Kool
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-promozzjoni ta' trasport fl-ilmijiet navigabbli interni: NAIADES, Programm ta' Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni: NAIADES (COM(2006)0006),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 718/1999 tad-29 ta' Marzu 1999 dwar politika ta' kapaċità tal-flotta Komunitarja sabiex ikun promoss it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni[1],
– wara li kkunsidra l-White Paper 'Politika Ewropea għat-Trasport għall-2010: Żmien li niddeċiedu",
– wara li kkunsidra r-riżultati tal-laqgħa għolja li saret li Vjenna fil-15 ta' Frar 2006 dwar navigazzjoni fl-ilmijiet interni,
– wara li kkunsidra l-aġenda ta' Liżbona dwar l-impjieġi u t-tkabbir,
– wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu(A6-0299/2006),
A. billi r-ritmu tat-trasport mistenni jiżdied u l-kanali interni għad għandhom ħafna kapaċità li mhix użata x'joffru u jistgħu jikkontribwixxu għal soluzzjonijiet kompetittivi ta' trasport li jużaw diversi sistemi,
B. billi, fl-Ewropa hemm bżonn ta' viżjoni ikbar sabiex tiġi utilizzata aħjar il-kapaċità tal-kanali interni li mhumiex użati u l-potenzjal tas-suq tan-navigazzjoni interna kemm iżolata u kemm bħala parti mill-ktajjen ta' trasport multimodali fl-Ewropa inklużi setturi pubbliċi u privati fuq livell nazzjonali jew ta' Komunità u sabiex jiżdied il-potenzjal li jogħla l-volum tat-trasport permezz ta' kanali interni bi spejjeż infrastrutturali relattivament baxxi,
C. billi sabiex tijib il-kompetittività u l-iżvilupp tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli huwa ta' importanza neċessarja li jkun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kumitat tax-Xmajjar, l-Istati Membri u l-partijiet privati interessati kollha;
Il-Programm ta' Azzjoni NAIADES
1. Jirrkonoxxi li s-sistema Ewropea tat-trasport qed dejjem tkun iffaċċjata bi problemi ta' kapaċità, li jwasslu għal kongestjoni u ttardjar, u li t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jista' jgħin fit-tnaqqis ta' din il-konġestjoni, fit-titjib tat-trasport tal-merkanzija b'mod sikur, u jikkontribwixxi lejn aktar effiċjenza u użu aħjar ta' l-enerġija u jipproteġi l-ambjent;
2. Jappoġġja għalhekk, l-inizjattiva tal-Kummissjoni li twaqqaf programm ta' azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni: NAIADES (Navigation and inland waterway action and development in Europe);
3. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw aktar il-politiki nazzjonali li jistimulaw it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (IWT), b'mod li jikkunsidra l-Programm ta' Azzjoni Ewropew u jinkoraġixxi lill-awtoritajiet reġjonali, lokali u tal-portijiet sabiex jagħmlu l-istess;
1. Is-swieq
4. Jenfasizza li s-swieq eżistenti għandhom ikunu kkonsolidati, b'mod partikolari billi jkun hemm infrastruttura aktar affidabbli u integrata aħjar fil-katina tal-provvista kollha;
5. Jenfasizza li l-kollegamenti ma' l-Istati Membri ġodda fl-Ewropa tal-Lvant u Ċentrali kif ukoll dawk mar-Rumanija u l-Bulgarija għandhom ikunu żviluppati u miġjuba f'konformità mat-teknolġija kurrenti, li jfisser li għandhom ikunu kkunsidrati miżuri ta' infrastruttura addizjonali u għandhom jittieħdu miżuri intermodali u interoperattivi;
6. Jenfasizza l-bżonn li jiġu żviluppati opportunitajiet għal servizzi multimodali innovattivi, sabiex jinbnew swieq ġodda li fihom tkun essenzjali l-koperazzjoni fost l-operatuti u l-utilizzaturi IWT u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali;
7. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl li s-settur huwa magħmul prinċiparjament minn negozji żgħar, sabiex itejbu l-aċċess għall-finanzi, speċjalment ir-riskju kapitali, bħala bidu, u jikkunsidraw b'mod sħiħ l-istruttura speċifika tas-settur fl-ippjanifikar u t-twettiq tal-miżuri rilevanti ;
8. F'dan ir-rigward jappoġġja b'mod sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi sorsi ta' informazzjoni dwar il-kwistjoni ta' l-iffinanzjar, bħal eżempju, manwal għall-iffinanzjar li jinkludi lista ta' strumenti ta' għajnuna Ewropea, nazzjonali u reġjonali għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, u jkopri, jekk xieraq, l-iffinanzjar mill-Fond Ewropew għall-Investiment;
9. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippubblika mill-aktar fis possibli linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-iskemi tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u tadotta regoli de minimis li jikkunsidraw il-bżonn tas-settur tan-navigazzjoni interna;
10. Jilqa' b'sudisfazzjon il-pjan tal-Kummissjoni li teżamina ostakoli fuq livell nazzjonali u Ewropew li jfixklu l-iżvilupp ta' l-IWT; jitlob lill-partijiet pubbliċi u privati kollha involuti sabiex jikkontribwixxu għal din l-eżaminazzjoni, sabiex jeżaminaw ukoll is-soluzzjonijiet potenzjali u jfittxu l-aħjar prattiki, bir-riżultati ta' l-eżaminazzjoni jiġu kkunsidrati fil-preparazzjoni tal-leġiżlazzjoni futura jew meta jkunu qed jiġu kkunsidrati miżuri ġodda;
11. Jenfasizza li għandhom jitneħħew l-ostakli amministrattivi u għandhom jiġu ssimplifikati l-proċeduri, b'mod partikulari billi jsir l-aħjar użu mill-komunikazzjoni elettronika u billi jkunu stabbiliti ċentri apposta li jservu għal kollox; jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-proċeduri tal-portijiet fl-ibħra u portijiet interni kif ukoll għal-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent, l-iskart u s-sikurezza ta' l-ikel li twassal għal sfrattu tal-proċessi loġistiċi;
2. L-infrastruttura
12. Jenfasizza li l-affidabilità tan-netwerk ta' l-ilmijiet navigabbli interni u d-disponibbilità ta' portijiet b'ħafna funzjonijiet (interni) hija l-aktar kundizzjoni importanti għal aktar żvilupp ta' l-IWT fuq kollox bħala parti mill-ktajjen tat-trasport tal-merkanzija multimodali fis-settur f'dak li jirrigwarda l-aspetti tekniċi u ekonomiċi u jenfasizza b'mod partikulari r-responsabbilitŕ ta' l-Istati Membri li jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jiżguraw infrastruttura affidabbli u fl-istess ħin jikkunsidraw ir-riskji u l-aspetti ambjentali;
13. Jenfasizza l-importanza tas-Servizzi ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar fil-kontribut għal użu aktar effiċjenti u sikur tan-netwerk ta' l-ilmijiet navigabbli interni u l-konnessjonijiet tagħha ma' modi oħra ta' trasport; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jinkludu s-Servizzi ta' Informazzjoni dwar ix-Xmajjar fil-programm multiannwali indikattiv tat-TEN-T u sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal ta' dawn is-Servizzi sabiex jintlaħqu loġistiċi sostenibbli;
14. Jenfasizza l-bżonn li s-sistema tal-kanali tkun integrata man-navigazzjoni marittima billi jkun żviluppat aċċess għall-baħar, ikunu mtejba l-punti ta' interazzjoni bejn il-kanali interni u s-sistemi marittimi, u jsir investiment f'bastimenti tajbin għall-kanali u għall-baħar, inkluż bastimenti b'disinn innovattiv;
15. Jistieden lill-Kummissjoni b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri sabiex tħejji, bi sħubija ma' xi terzi pajjiżi involuti,Pjan ta' Żvilupp Ewropew li jkun jinkludi inventarju aġġornat ta' l-infrastruttura tal-kanali interni Ewropej u sabiex tipprovdi aktar informazzjoni dwar il-kanali u l-bżonn ta' manutenzjoni u titjib strutturali ieħor fl-infrastruttura; jistieden ukoll lill-Kummissjoni, permezz ta' dan, li tuża r-riżultati ta' l-istudji xjentifiċi eżistenti u tar-rapporti ta' l-esperti ta' l-Istati Membri;
16. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex taħtar, mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena 2006, kordinatur Ewropew TEN-T għat-trasport fl-ilmijiet interni sabiex jappoġġja l-implimentazzjoni tal-proġetti ta' prijorità għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni TEN-T; ibbażati fuq l-esperjenza tal-kordinaturi attwali;
17. Jistienden lill-Istati Membru u lill-Kummissjoni sabiex jagħtu rata preferenzjali għola ta' mill-inqas 20% lill-proġetti ta' kanali interni ta' interess komuni u sabiex tagħti aktar prijorità lill-proġetti ta' kanali interni ta' interess komuni fil-programm multi-annwali TEN-T;
18. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw il-potenzjal tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fir-rigward ta' l-ippjanar għall-użu ta' l-art u fil-politiki ekonomiċi fuq il-livelli federali, reġjonali u lokali sabiex jinkoraġixxu b'mod attiv l-iżvilupp ta' siti kummerċjali u loġistiċi fiz-zoni tax-xtut, u jikkunsidraw it-trasport sostenibbli u l-ħolqien ta' impjiegi fl-industrija u fid-distribwizzjoni, u sabiex tingħata prijorità lill-kanali żgħar li għandhom potenzjal li għadu mhux użat sabiex itejbu l-mobbiltà tal-merkanzija;
3. Il-flotta
19. Ifakkar il-bżonn li fl-2007 ikunu ffissati limiti Komunitarji aktar stretti għall-emmissjonijiet SOx, PM, NOx u CO2, b'mod partikulari billi jkun promoss il-fjuwil b'livell baxx ta' sulfur; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jipprovdu inċentivi li jħaffu l-indtroduzzjoni u l-użu ta' magni effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u li jirrispettaw l-ambjent (komparabbli ma' l-Euro VI) fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni sabiex jitjieb l-użu ta' l-enerġija b'mod effiċjenti tiegħu;
20. Filwaqt li jirrikonoxxi li l-emmissjonijiet huma konnessi mill-qrib mal-kwalità tal-fjuwil disponibbli fis-suq, jistieden lill-Kummissjoni sabiex mill-aktar fis possibbli tippreżenta proposta li tiffissa standards aktar stretti għall-fjuwils użati fit-tbaħħir intern;
21. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex fl-2007 tippreżenta proposta għal Fond Ewropew għall-Innovazzjoni tat-Trasport fil-Kanali li jiffinanzja l-investimenti ġodda bbażati fuq id-domanda u fuq il-kunċetti ġodda ta' interess Ewropew fl-oqsma tal-loġistika, tat-teknoloġija u ta' l-ambjent li għandhom bżonn koperazzjoni bejn il-fruntieri u interoperabbiltà, fond li, bħala strument prinċipali tal-Programm ta' Azzjoni NAIADES, għandu jkun iffinanzjat f'terz mis-settur (il-Fond ta' Riserva għat-Trasport fl-Ilmijiet Interni eżistenti), maħluq bir-Regolament (KE) Numru 718/1999), f'terz ieħor mill-UE, u fl-aħħar terz mill-Istati Membri; jinnota li l-appoġġ għal uffiċċji informazzjoni għandhom jitqiesu bħala għażla;
22. Jenfasizza l-bżonn li jkun imħeġġeġ l-iżvilupp ta' bastimenti aktar nodfa u aktar effiċjenti skond il-Programm tas-Seba' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp. jinnota f'dan ir-rigward l-iżvilupp fil-bini ta' vapuri sabiex jintużaw f'diversi tipi ta' ilmijiet, inkluż f'baħar mhux fond, li jista' jippromwovi l-IWT anke f'ibħra li għandhom livell ta' ilma baxx jew li jvarja, mingħajr ma jagħmel ħsara lill-ambjent naturali; jikkunsidra li f'dan ir-rigward għandhom ikunu esaminati b'mod partikulari t-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni u d-disinn ta' bastimenti ekwipaġġjati li jirrispettaw l-ambjent;
4. L-Impjiegi, is- snajja' u l- immaġni
23. Jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' imprendituri u staff qed issir problema għas-settur ta' l-IWT meta wieħed iqis li l-istaff qed jikbru fl-eta u l-impjegati l-ġodda ma tantx għandhom x'jattirhom;
24. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex ikomplu l-isforzi tagħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' l-ekwipaġġ u ċ-ċertifikati tal-piloti u sabiex jippromwovu rikonoxximent mutwali tal-kwalifiki, eż permezz tal-Qafas Ewropew għall-Kwalifiki (EQF);
25. Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kumitati tax-Xmajjar u lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw għas-suq, b'koperazzjoni mas-settur, programmi ta' taħriġ moderni u ffukati fuq is-suq, fejn possibli billi jintużaw standards ta' taħriġ komuni, kif ukoll b'koperazzjoni mal-programmi ta' taħriġ marittimu bħall-"Leadership", sabiex iħajjru ħaddiema ġodda jaħdmu f'ambjent internazzjonali u joffru prospettivi għal karriera attraenti;
26. Jenfasizza l-importanza li tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni soċjali sabiex jiġu ssalvagwardjati kundizzjonijiet tajba ta' xogħol;
27. Jinnota li għad hemm nuqqas ta' kuxjenza dwar il-possibiltajiet tal-ġarr ta' oġġetti permezz ta' l-IWT b'mod partikolari rigward il-flessibiltà u s-sostenibbiltà ta' l-IWT;
28. Jirrikonoxxi li sabiex it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jkun utiliżżat b'mod sħiħ u jkun suċċess, hemm bżonn li l-possibilitajiet ta' l-IWT u l-valur ekonomiku tiegħu jkunu spjegati u mxandra; jitlob għalhekk appoġġ għall-uffiċċji eżistenti ta' promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet interni u għall-ħolqien ta' uffiċċji ġodda fl-Istati Membri b'potenzjal għal trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u għal pariri u inkoraġġiment lill-utenti tat-trasport sabiex jużaw it-tbaħħir intern u għal appoġġ lill-awtoritajiet fl-identifikazzjoni tal-problemi u fid-definizzjoni tal-politiki;
29. Jipproponi li dan in-netwerk Ewropew għall-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għandu jkun integrat f'netwerk Ewropew għall-promozzjoni ta' l-intermodalità, li juża l-istrutturi eżistenti u l-esperjenza miksuba fil-promozzjoni ta' metodi oħra ta' trasport, b'mod partikulari bħal dawk li diġà jeżistu fuq il-livell Ewropew fir-rigward tal-promozzjoni ta' tbaħħir f'distanzi żgħar;
30. Fin-nuqqas ta' fondi Komunitarji speċifiċi, jistieden lill-Istati Membri u l-partijiet interessati sabiex jimpenjaw ruħom li jiggarantixxu s-sostenibilità finanzjarja ta' din in-netwerk;
31. Jinnota l-importanza ta' Sistema Ewropea ta' Osservazzjoni tas-Swieq li tinkludi l-partijiet kollha, li tipprovdi informazzjoni dwar is-swieq li tista' tiġi kkumparata speċjalment sabiex tippermetti deċiżjonijiet ta' investiment fil-ħin u responsabbli, sabiex tidentifika l-punti b'saħħithom u dawk dgħajfa u tiskopri l-possibilità ta' swieq ġodda;
5. Il-qafas istituzzjonali
32. Jirrimarka li t-tkabbir u l-prosperità tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni għandu jkun il-punt prinċipali ta' diskussjonijiet futuri dwar il-qafas istituzzjonali; f'dan ir-rigward jenfasizza l-importanza li jkunu kkunsidrati l-kompetenzi eżistenti tal-partijiet interessati kollha, sabiex isir użu mill-kompetenza ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali u tkun evitata l-burokrazija;
33. Jitlob għal koperazzjoni intensifikata u msaħħa bejn il-Kumitati tax-Xmajjar u l-Komunità li għandhom iwaqqfu l-Memorandum ta' Ftehim li għall-inqas ikun jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
- l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Azzjoni NAIADES;
- l-iskambju aħjar tat-tagħrif miksub u tar-riżorsi umani fil-qasam ta' l-IWT bejn il-Komunità, l-Istati Membri u l-Kumitati tax-Xmajjar;
0
0 0
34. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-reżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] ĠU L 90, 2.4.1999, paġna 1.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Kummissjoni ppreżentat il-Programm ta' Azzjoni NAIADES sabiex jippromwovi t-Trasport fl-ilmijiet navigabbli interni (IWT). Hija tiddikjara li l-IWT huwa mezz ta' trasport sikur, li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent, u li għad għandu ħafna kapaċità li mhix użata fl-infrastruttura tiegħu, tant li jista' jikkontribwixxi għal 'modal shift' u sabiex jittaffew il-problemi ta' konġestjoni li jaffetwaw mezzi oħra ta' trasport.
Il-Programm ta' Azzjoni tal-Komunità ikopri ħames oqsma strateġiċi: is-suq, il-flotta, l-impjiegi u s-snajja' u l-infrastruttura.
Ir-'rapporteur' tagħkom tappoġġja s-suppożizzjonijiet u l-qafas ġenerali tal-Programm ta' Azzjoni NAIADES.
In-navigazzjoni fl-ilmijiet navigabbli interni toffri mezzi ta' mmaniġġjar ta' diversi sfidi li qed naffaċjaw illum marbuta mas-sostenibbiltà tat-trasport u l-ambjent. Għalhekk hi ħaqqha tingħata aktar prijorità politika u ġeneralment hemm il-ħtieġa ta' ambizzjoni ikbar sabiex jitjibu l-benefiċċji tas-settur ta' l-IWT u sabiex jiġi utilizzat il-potenzjal li l-kanali interni joffru. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-affidabbiltà ta' l-infrastruttura u l-konnessjonijiet ma' mezzi ta' trasport oħra, speċjalment fil-portijiet fil-baħar u dawk interni. In-navigazzjoni għalhekk għandha tkun marbuta mal-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art u għandu jsir sforz ikbar sabiex in-navigazzjoni interna ssir aktar sostenibbli permezz ta' l-użu ta' fjuwils aktar indaf u ta' bastimenti aktar adattati bħala tip u daqs għall-kanali partikolari li jkunu se jintużaw fuqhom. Ir-'rapporteur' tagħkom temmen li approċċ bħal dan jista' jwassal għall-iżvilupp ta' swieq ġodda fejn l-IWT għandu ma ġiex ikkunsidrat bħala għażla.
Il-biċċa l-kbira tas-settur ta' l-IWT jikkonsisti f'intrapriżi żgħar familjali. Dawn jikkonsistu f'negozji autosuffiċjenti li joperaw primarjament/unikament bil-kapital tagħhom stess. Madanakollu, għandhom nuqqas ta' riżorsi għal rinovazzjoni radikali. Appoġġ politiku u attivitajiet promozjonali jistgħu jgħinu lis-settur jsir konnessjoni aktar vitali fil-ktajjen loġistiċi moderni.
F'dan ir-rapport ta' inizzjattiva, ir-'Rapporteur' tagħkom tixtieq tenfasizza l-elementi li ġejjin:
1. L-iżvilupp tas-swieq
Fl-Ewropa tal-Punent, is-suq ta' l-IWT kiber konsiderevolment fil-qasam tat-trasport tradizzjonali goff u fis-swieq ta' valur għoli għat-trasport tal-kontejners. L-IWT wriet ruħha li hija sistema partikolarment tajba għall-ġarr ta' merkanzija perikoluża bħal kimiki u fjuwils, b'mod sikur. Madanakollu jistgħu jiġu żviluppati swieq ġodda; l-industrija u l-kumpaniji tal-ġarr ta' merkanzija sempliċiment mhumiex konxji mill-possibiltajiet ta' l-IWT. Wara l-tkabbir ta' l-UE, l-iskambji kummerċjali bejn l-Ewropa tal-Lvant u tal-Punent kibru b'mod spettakolari. Dan jagħti impetu lill-iżvilupp ta' swieq ġodda u jista' b'mod ġenerali jżid il-kwota ta' l-IWT fit-trasport tal-merkanzija.
L-aċċess għad-diffikultajiet finanzjarji u ta' proċedura huma ostakoli għall-iżvilupp tas-swieq. Meta wieħed jasal għall-iffinanzjar, huwa importanti li l-imprendituri, ġeneralment negozji żgħar, jakkwistaw u jkollhom aċċess għall-kapital. Għal din ir-raġuni, ir-'rapporteur' tagħkom tappoġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni għall-iżvilupp ta' ''manwal għall-iffinanzjar'' u għall-proposta li jkun hemm linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-settur ta' l-IWT. Eżempju ta' għażliet għall-iffinanzjar huma l-Fond Ewropew għall-Investiment, il-faċilitajiet tal-bidu ETF, l-Azzjoni għall-Kapital għal Negozju Ġdid (Seed Capital Action) u l-Mekkaniżmu ta' Garanzija għall-SMEs.
Barra minn hekk, l-IWT ħafna drabi hija mxekkla minn ostakoli ta' proċedura jew ta' natura amministrattiva. Ostakoli bħal dawn itelfu l-proċess loġistiku u jdgħajfu l-pużizzjoni kompetittiva ta' l-IWT rigward metodi ta' trasport oħra. Xi drabi regoli differenti bħal bejn metodi ta' trasport jew f'portijiet jew bejn portijiet jagħmlu l-iżvilupp mingħajr ħafna problemi ta' l-IWT diffiċli.
Ħafna drabi l-proċeduri li ġejjin minn leġiżlazzjoni li mhix relatata direttament mat-trasport, eż direttivi dwar l-iskart, is-sikurezza ta' l-ikel jew ta' l-ambjent, jikkawżaw problemi burokratiċi għas-settur tat-tbaħħir intern. Għalhekk hemm ix-xewqa li tingħata aktar attenzjoni lill-implimentazzjoni tar-regoli li jikkunsidraw it-talbiet ta' sistema ta' trasport (navigabbli) effiċjenti.
F'dan ir-rigward, ir-'Rapporteur' tagħkom tilqa' b'sudissfazzjon l-evalwazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Huwa ta' importanza kbira li jitjib l-ambjent regolatorju billi jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi u dokumentarji. L-issimplifikar ma għandux ikun limitat għal-leġiżlazzjoni tal-Komunità biss, iżda jikkunsidra wkoll il-prattiki nazzjonali, reġjonali u lokali. Għalhekk billi l-Komunità għandha r-responsabbilta primarja li twettaq evalwazzjoni bħal din, il-parteċipazzjoni ta' partijiet pubbliċi u privati oħra hija meqjusa essenzjali.
2. L-infrastruttura
Infrastruttura affidabbli u li taħdem tajjeb hija prerekwiżit għaż-żamma tas-swieq eżistenti u għall-iżvilupp ta' oħrajn ġodda. Il-manutenzjoni tal-każijiet kurrenti ta' l-IWT fl-Ewropa li għadhom lura, hija waħda mill-problemi l-aktar urġenti li għandhom jiġu solvuti. Ir-responsabbiltà primarja tinsab f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali, li ħafna drabi jagħtu ftit prijorità lill-manutenzjoni u lill-iżvilupp ta' l-infrastruttura ta' l-IWT. Ġeneralment wieħed għandu t-tendenza li jinsa li l-manutenzjoni ta' l-infrastruttura eżistenti mhux neċessarjament teħtieġ investimenti kbar. Interventi limitati iżda f'ħin adattat u mmirati jistgħu jevitaw ostakoli bi spejjeż relattivament moderati. Iż-żamma f'kundizzjoni tajba tax-xtut tax-xmajjar, ta' l-ilqugħ ta' l-ilma u tal-pontijiet jistgħu jikkontribwixxu għal IWT effiċjenti u jevitaw ostakoli. Fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni tista tappoġġja dan billi tagħmel inventarju aġġornat ta' l-istat tal-kanali interni fl-Ewropa u tipprovdi informazzjoni dwar il-bżonn tal-manutenzjoni tagħhom u kwalunkwe titjib possibbli. Għal dan il-għan, pjan Ewropew għall-iżvilupp infrastrutturali tal-kanali jista' jkun strument li jgħin sabiex titqajjem kuxjenza u jippromwovi l-investimenti.
F'dak li jirrigwarda pjanijiet aktar estensivi għal infrastruttura ġdida, ir-'Rapporteur' tagħkom tixtieq tirrimarka li 1,5% tal-baġit TEN huwa ddedikat għall-proġetti għall-Kanali Interni. Il-konnessjoni tal-baċiri tax-xmajjar hija ta' importanza kruċjali għall-ktajjen tat-trasport twal mhux interrotti permezz tal-kanali interni. Dan jagħmel l-implimentazzjoni taż-żewġ proġetti kurrenti ta' kanali interni TEN-T, Straubing-Vilshoven u Seine-Nord, urġenti. Ir-'Rapporteur' tagħkom jiddispjaċiha li ma hemm l-ebda kordinatur TEN-T għall-proġetti IWT. Kordinatur Ewropew, jista' jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti bħal fil-każ ta' proġetti TEN-T oħra. Finalment, is-Servizzi ta' Informazzjoni tax-Xmajjar, itejbu l-immaniġġjar tat-traffiku u jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal infrastruttura affidabbli u effiċjenti. L-implimentazzjoni tagħhom għandha titwettaq mingħajr dewmien.
3. Il-flotta
Minħabba li bastimenti jservu għal żmien twil u jeħtieġu investiment inizjali sostanzjali, it-tiġdid tal-flotta jseħħ bil-mod biss. Madanakollu, l-innovazzjoni hija ta' importanza kbira għal kisba ta' tbaħħir ta' kwalità għolja u għalhekk l-iżvilupp ta' kunċetti ġodda 'spin-off' ta' interess Ewropew għandha tkun prijorità.
Rigward is-sostenibbiltà, il-bastimenti għandhom ikunu l-ewwelnett sostenibbli f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-emissjonijiet. It-tieninett, huma għandhom ikunu sostenibbli b'relazzjoni ma' l-ilmijiet li qed jużaw għat-trasport. L-ewwel u l-aktar pass importanti għat-tnaqqis ta' emissjonijiet mill-bastimenti huwa t-titjib tal-kwalità tal-fjuwils użati. Tnaqqis speċjalment tas-sulfur se jwassal għal emissjonijiet iktar baxxi ta' l-SOx. Minkejja li diġà jeżistu fjuwils b'livell baxx ta' sulfur, id-disponibbiltà tagħhom hija limitata. Leġiżlazzjoni Komunitarja li tintroduċi standard komuni għal fjuwil b'livell baxx ta' sulfur se jgħin b'mod sinifikanti sabiex jintlaħaq l-użu ġenerali tiegħu. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tkun mistiedna sabiex fl-2007 tressaq proposta għal standards aktar stretti għall-fjuwils użati għat-tbaħħir intern. Filfatt, l-introduzzjoni ta' fjuwils aktar indaf jippermettu wkoll l-installazzjoni ta' muturi aktar indaf li jarmu inqas CO (sa 30%), PM (sa 35%) u NOx. Għalhekk, l-introduzzjoni ta' fjuwils indaf se jkollhom effetti pożittivi fuq emissjonijiet oħra wkoll. Il-partikolati (PM) u NOx jistgħu jitnaqqsu wkoll permezz ta' filters (nases tal-PM) jew katalizzaturi iżda anke dawn jaħdmu aħjar bi fjuwils li għandhom livell aktar baxx ta' sulfur.
Minbarra li jagħmlu bastimenti aktar indaf, l-iżvilupp u l-użu ta' tipi ġodda ta' bastimenti għandu jkun ikkunsidrat ukoll. Differenzi infrastrutturali jitolbu li jkun hemm bastimenti differenti. Fejn ix-xmara Rhine matul is-snin ġiet adattat għal navigazzjoni interna, din, tista' tkun żviluppata bħala "IWT highway". Għad-Danubju u xmajjar oħra, l-ostakoli naturali u l-varjazzjonijiet fil-livell ta' l-ilma jistgħu ikunu ta' żvantaġġ għan-navigazzjoni interna. Li wieħed jipprova jegħleb dawn l-ostakoli permezz ta' xogħlijiet infrastrutturali estensivi, (it-tħaffir fil-fond tax-xmajjar, il-kostruzzjoni ta' digi (dams)u digi tax-xatt (dikes) jista' joħloq problemi oħra ta' natura aktar ambjentali, speċjalment il-problema ta' l-għargħar. Għalhekk, minflok li jiġu adattati x-xmajjar għal bastimenti, għandha tkun esplorata l-għażla li jiġu adattati l-bastimenti għax-xmajjar. L-iżvilupp ta' bastimenti bħal dawn, jista' jwassal għal ftuħ ta' swieq ġodda ta' l-IWT fi nħawi fejn hemm livelli differenti ta' l-ilma mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent naturali. L-avvenimenti riċenti wrew li d-digi u d-digi tax-xatt jistgħu jipprovdu biss protezzjoni kontra l-għargħar, filwaqt li miżuri oħra, bħal l-użu ta' nħawi li jippreżervaw l-ilma, jidhru li huma soluzzjonijiet aktar fundamentali u sostenibbli.
Fond Ewropew għall-Innovazzjoni tat-Trasport fuq il-Kanali jista' jkun strument tajjeb li jiffinanzja innovazzjonijiet bħal dawn. L-applikazzjoni preċisa għal fond bħal dan għadha trid tiġi speċifikata, iżda huwa essenzjali li l-proposti għal investiment huma bbażati fuq talba u jinvolvu koperazzjoni bejn il-fruntieri. Il-bażi għal fond bħal dan jeżisti diġà fil-forma tal-Fond ta' riserva għat-trasport fl-ilmijiet interni eżistenti, imwaqqaf taħt ir-Regolament (KE) nru 718/1999 u ffinanzjat kompletament mis-settur Ikun xieraq jekk l-UE u l-Istati Membri tagħha, jħallsu ammonti simili lill-Fond sabiex b'hekk jikkontribwixxu għal terz mill-valur totali.
4. L-impjiegi, is-snajja' u l-immaġni
Ir-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda sar problema kbira għas-settur ta' l-IWT. Waħda mis-soluzzjonijiet hija li r-rekwiżiti jiġu ssimplifikati aktar, bħar-rekwiżiti ta' l-ekwipaġġ u ċ-ċertifikati tal-piloti. Ir-rikonoxximent mutwali tal-kwalifiki jista' jkun mod aktar mgħaġġel sabiex tinkiseb il-mobbiltà internazzjonali tas-suq tax-xogħol. Sabiex ix-xogħol fis-settur ta' l-IWT ikun aktar attraenti. għandha tkun ppreżentata immaġini pożittiva li tenfasizza l-aspetti dinamiċi u internazzjonali tax-xogħol. Is-settur ma jistax ikompli jserraħ fuq it-tradizzjoni, iżda għandu jiżviluppa kampanji moderni ta' reklutaġġ.
Il-promozjoni ta' l-IWT hija mod ukoll kif jiġu żviluppati swieq ġodda. It-twaqqif ta' uffiċċji ta' promozzjoni u ta' Sistema Ewropea għall-Osservazzjoni tas-Suq huma mezzi kif jintlaħaq dan l-objettiv. Fl-aħħar u mhux l-inqas, l-infurzar ta' leġiżlazzjoni soċjali huwa l-komponent ewlieni għal kundizzjonijiet ta' xogħol tajbin, flimkien mad-djalogu soċjali.
5. Il-qafas istituzzjonali
L-aspetti istituzzjonali huma importanti, iżda fihom infushom qatt ma jistgħu ikunu objettivi. Kwalunkwe qafas istituzzjonali għandu jiffoka fuq il-prosperità tas-settur ta' l-IWT u l-implimentazzjoni tal-programm NAIADES għandu jkun wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tiegħu. Qafas istituzzjonali aħjar jibda ma' l-intensifikazzjoni u t-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet eżistenti, speċjalment il-Kumitati għax-Xmajjar, il-Komunità u l-Istati Membri. L-iskambju ta' tagħrif u ta' persuni, per eżempju permezz ta' sekondar, jista' jgħin fl-integrazzjoni ta' organizzazzjonijiet u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki.
PROĊEDURA
Titolu |
Promozzjoni ta' trasport fl-ilmijiet navigabbli interni: NAIADES, Programm ta' Azzjoni Ewropew integrat għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni |
|||||||||||
Numru tal-proċedura |
||||||||||||
Kumitat responsabbli |
TRAN |
|||||||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
ENVI |
EMPL |
|
|
|
|||||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
ENVI |
EMPL |
|
|
|
|||||||
Koperazzjoni iktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
|||||||
Rapporteur(s) |
Corien Wortmann-Kool |
|
||||||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
||||||||||
Eżami fil-kumitat |
20.4.2006 |
19.6.2006 |
12.9.2006 |
|
|
|||||||
Data ta' l-adozzjoni |
12.9.2006 |
|||||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ - 0 |
38 0 0 |
||||||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali
|
Gabriele Albertini, Margrete Auken, Philip Bradbourn, Michael Cramer, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Robert Evans, Emanuel Jardim Fernandes, Luis de Grandes Pascual, Ewa Hedkvist Petersen, Jeanine Hennis-Plasschaert, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Jörg Leichtfried, Fernand Le Rachinel, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Janusz Onyszkiewicz, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Reinhard Rack, Renate Sommer, Ulrich Stockmann, Marta Vincenzi, Corien Wortmann-Kool |
|||||||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Nathalie Griesbeck, Helmuth Markov, Willem Schuth, Luis Yañez-Barnuevo García |
|||||||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Brian Simpson |
|||||||||||
Data tat-tressiq |
21.9.2006 |
|||||||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
|||||||||||