Rapport - A6-0302/2006Rapport
A6-0302/2006

RAPPORT dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali

21.9.2006 - (2006/2035(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Daniel Varela Suanzes-Carpegna
ÍNDICE
Página


Proċedura : 2006/2035(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0302/2006

PROPOSTA GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali

(2006/2035(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar Assoċjazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina[1], tal-15 ta' Novembru 2001 dwar Assoċjazzjoni Globali u Strateġija Komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina[2], u tas-26 ta' Settembru 2002 dwar il-Mercosur[3];

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet ta' l-erba' Samits tal-Kapijiet ta' l-Istati u tal-Gvernijiet ta' l-Amerika Latina u l-Karibew (ALK), u ta' l-Unjoni Ewropea li saru s'issa f'Rio de Janeiro (28 u 29 ta' Ġunju 1999), f'Madrid (17 u 18 ta' Mejju 2002), fi Guadalajara (28 u 29 ta' Mejju 2004), u fi Vjenna (11 sa 13 ta' Mejju 2006),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Lussemburgu adottata fit-XII-il Laqgħa Ministerjali bejn il-Grupp ta' Río u l-Unjoni Ewropea, li saret fil-Lussemburgu fis-27 ta' Mejju 2005,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni ta' Strateġija tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ ta' l-Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina (COM 2005/0636), li ġiet ippreżentata b'antiċipazzjoni tar-IV Samit UE-ALK li sar fi Vjenna fit-12 u fit-13 ta' Mejju 2006,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Vjenna adottata fl-okkażjoni tar-IV Samit UE-ALK li sar fi Vjenna fit-12 u fit-13 ta' Mejju 2006,

–   wara li kkunsidra l-Att Finali tas-XVII-il Konferenza Interparlamentari Unjoni Ewropea - Amerika Latina li saret f'Lima, fl-14 sas-16 ta' Ġunju 2005,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0302/2006),

A. billi jeżisti tħassib dwar in-nuqqas ta' progress attwali fin-negozjati dwar Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-Mercosur u dwar in-negozjati fil-qafas tar-rawnd ta' Doha tad-WTO,

B.  billi kemm l-UE kif ukoll il-Mercosur huma konvinti li l-integrazzjoni reġjonali hija s-sies ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-popli tagħhom, kif ukoll strument ewlieni għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija, għat-tnaqqis tal-faqar u ta' l-inugwaljanza u għat-tisħiħ tal-qawwa taż-żewġ reġjuni fix-xenarju dinji,

C. billi l-UE u l-Mercosur jappoġġjaw b'mod sħiħ sistema multilaterali ta' kummerċ ħieles u ġust li jkattar il-kummerċ u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-immaniġġjar effikaċi tal-globalizzazzjoni għall-benefiċċju ta' kulħadd,

D. billi l-UE u l-Mercosur huma protagonisti ewlenin fir-rawnd ta' Doha tad-WTO, u t-tnejn għandhom l-impenn adottat fil-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Hong Kong li fl-2006, jikkonkludu b'suċċess in-negozjati li bdew f'Doha fuq il-bażi ta' riżultat ambizzjuż u bilanċjat fl-oqsma kollha tan-negozjar,

E.  billi fl-10 ta' Lulju 2006, il-Grupp ta' Negozjar dwar in-Normi approva Mekkaniżmu ta' Trasparenza ġdid tad-WTO għall-ftehimiet kummerċjali reġjonali kollha, sabiex dawn isiru l-pilastri fil-bini tal-kummerċ dinji,

F.  billi l-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni UE-Mercosur hija element ewlieni għall-avvanz, fuq il-bażi ta' rabtiet kulturali u storiċi speċjali, ta' l-impenn komuni għall-promozzjoni u t-tisħiħ ta' valuri komuni bħar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-koeżjoni ekonomika u soċjali, il-paċi u l-istabilità permezz ta' Assoċjazzjoni Strateġika Bireġjonali UE-Amerika Latina,

G. billi t-tkabbir u t-titjib tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur permezz ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni b'konformità mal-prinċipji ta' l-aġenda multilaterali tad-WTO jistgħu iwasslu għat-tisħiħ reċiproku ta' żewġ proċessi kumplimentarji,

H. billi l-konklużjoni b'suċċess tar-Rawnd ta' Doha u taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles (FTA) bejn l-UE u l-Mercosur hija neċessarja sabiex tiġġenera ftuħ reali tas-suq, ittejjeb in-normi multilaterali u b'dan il-mod tistimula it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp u l-impjiegi fid-dinja kollha, u tikkontribwixxi b'mod effikaċi għall-integrazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ekonomija dinjija,

I.   billi l-konklużjoni u l-implimentazzjoni b'suċċess tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Messiku, kif ukoll bejn l-UE u ċ-Ċile huma eżempji ta' l-importanza strateġika u ta' l-interess ekonomiku, politiku u soċjali ta' relazzjoni bireġjonali UE-Amerika Latina, impoġġija fi Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni li jinludu żoni ta' kummerċ ħieles,

J.   billi l-ħolqien ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles mal-Mercosur huwa għan prijoritarju ħafna f'kuntest li fih tfaċċaw interessi kummerċjali ġodda, b'mod speċjali fil-kontinent ta' Asja,

K. billi, b'differenza għan-negozjati għall-ħolqien taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles ta' l-Ameriki (FTAA), l-UE u l-Mercosur qed jipproponu li jsawru Assoċjazzjoni globali strateġika li tmur lil hinn mill-aspetti prament kummerċjali,

L.  billi l-adeżjoni ġejjiena tal-Venezuela fil-Mercosur timplika tibdil sostanzjali fil-Ftehima ta' Assoċjazzjoni ġejjiena, b'mod partikulari f'dan li jirrigwarda is-suq ta' l-enerġija,

M. billi l-konklużjoni b'suċċess tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni UE-Mercosur għandha tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u għat-tnaqqis fil-faqar biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millennju għall-Iżvilupp (MDGs), b'mod speċjali dawk li għandhom x'jaqsmu mat-tnaqqis tal-faqar, ir-ridistribuzzjoni ġusta u ekwi tal-ġid, il-ħolqien ta' imjiegi stabbli u tajbin, u l-inklużjoni soċjali tal-gruppi esklużi,

N. billi l-UE hija s-sieħba kummerċjali u l-investitriċi ewlenija tal-Mercosur u li, sa mill-2000, il-kummerċ bejn iż-żewġ reġjuni mexa b'mod progressiv minn sitwazzjoni ta' bilanċ għal waħda ta' bilanċ favur il-Mercosur ta' madwar 10,000 miljun Euro fl-2004,

O. billi l-Mercosur attwalment igawdi mis-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati li l-UE tuża mal-pajjiżi li għandhom dħul baxx,

P.  billi l-UE u l-Mercosur, fil-qafas ta' l-Assoċjazzjoni tagħhom kif ukoll fil-qafas usa tal-governanza dinjija, għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex jippromwovu n-normi internazzjonali u multilaterali fl-oqsma kummerċjali, soċjali u ambjentali,

Q. billi l-inklużjoni ta' l-Istati Membri kollha tad-WTO, b'mod speċjali dawk tal-G20, li jipparteċipaw fiha l-membri tal-Mercosur, u tal-G90, fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tad-WTO hija pożittiva u neċessarja;

1.  Jinsisti li l-konklużjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-Mercosur li se toħloq l-akbar żona ta' kummerċ ħieles bejn ir-reġjuni tad-dinja huwa għan strateġiku prijoritarju għar-relazzjonijiet barranin ta' l-UE, f'kuntest internazzjonali li huwa kkaratterizzat minn interdipendenza dejjem tikber, it-tkabbir ekonomiku u l-itfaċċar ta' potenzi ekonomiċi ġodda kif ukoll in-numru dejjem jikber ta' sfidi dinjija li m'għandhomx fruntieri nazzjonali, bħalma huma s-sigurtà, il-governanza ekonomika dinjija, l-ambjent u t-tnaqqis tal-faqar;

2.  Itenni li l-UE għandha mill-aktar fis possibbli tikkonkludi Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-Mercosur li tkun sħiħa, ambizzjuża u bilanċata fuq il-bażi ta' tliet pilastri: kapitolu politiku u istituzzjonali li jsaħħaħ id-djalogu demokratiku u l-għaqda politika, kapitolu dwar il-koperazzjoni għal promozzjoni ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, u kapitolu kummerċjali li joħloq Żona ta' kummerċ Ħieles vvanzata li tkopri aġenda wiesgħa li, apparti l-liberalizzazzjoni reċiproka tal-kummerċ tal-merkanzija u s-servizzi, tinkludi l-aspetti relatati ma' l-investiment, ix-xiri pubbliku, il-ħarsien tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali, il-koperazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni kif ukoll l-istrumenti ta' difiża kummerċjali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u mekkaniżmu li jorbot għall-ilħuq ta' ftehim għal tilwim;

3.  Lamenta que en ‑{}‑la Cumbre de Viena no se haya conseguido un mandato ambicioso para el relanzamiento y conclusión de las negociaciones UE-Mercosur; hace hincapié, por tanto, en la necesidad de fomentar un proceso de negociación incluyente, eficaz y transparente y pide un mayor compromiso e impulso político al más alto nivel y el establecimiento de un calendario definitivo que permita concluir las negociaciones en el plazo más breve posible;

4.  Iqis li l-konklużjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni UE-Mercosur tista' tkun spinta sinifikanti għall-ħolqien, fuq medda medja taż-żmien, taż-Żona Ewro-Latinamerikana ta' Assoċjazzjoni Globali Interreġjonali li ġiet proposta mill-Parlament fir-Riżoluzzjoni msemmija tiegħu tas-27 ta' April 2006;

5.  Jenfasizza li l-kummerċ u n-negozjar ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles avvanzata li jkollha aġenda wiesgħa, barra li hija vettura effettiva għat-tkabbir ekonomiku, hija wkoll mezz effikaċi sabiex tintlaħaq interdipendenza akbar u koperazzjoni aktar mill-qrib fil-livelli kollha;

6.  Jilqa' bil-ferħ il-fatt li l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni msemmija tagħha dwar it-tisħiħ ta' l-Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina, ssostni li l-integrazzjoni reġjonali hija fus prijoritarju ta' appoġġ għall-iżvilupp fl-Amerika Latina; jitlob, bil-għan li ma tiġix imxekkla l-ħeġġa tal-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali, li l-mekkaniżmi modulati ta' djalogu ma jkunux ta' ħsara għall-viżjoni ġenerali ta' integrazzjoni reġjonali, b'mod speċjali fil-każ tal-Mercosur;

L-interessi ta' l-UE f'Żona ta' Kummerċ Ħieles mal-Mercosur

7.  Ifakkar li l-Mercosur huwa żona ta' potenzjal kbir għal tkabbir u ftuħ kummerċjali, li jinkludi fih 45% tal-popolazzjoni ta' l-Amerika Latina u li jirrappreżenta l-aktar suq importanti tagħha, b'45% tal-Prodott Gross Domestiku; jenfasizza, għalhekk, li Żona ta' Kummerċ Ħieles UE-Mercosur, l-akbar zona fid-dinja ta' skambju ħieles bejn ir-reġjuni, tiġġenera opportunitajiet importanti għan-negozju u t-tkabbir ekonomiku, u ttejjeb il-kompetittività internazzjonali taż-żewġt iswieq;

8.   Jinsisti li Żona ta' Kummerċ Ħieles UE-Mercosur hija kruċjali għat-tisħiħ tat-tmexxija ta' l-UE bħala s-sieħba kummerċjali u l-investitriċi ewlenija tal-Mercosur, u biex issaħħaħ l-integrazzjoni interkontinentali, u għaldaqstant iħeġġeġ il-konklużjoni tan-negozjar fid-dawl ta' l-għażla ta' integrazzjonali kontinentali proposta mill-FTAA; ifakkar li l-inizjattiva FTAA għal-liberalizzazzjoni kummerċjali fil-kontinent Amerikan, u l-possibilità li l-Mercosur jespandi u jinfetaħ lejn is-swieq Asjatiċi, Sudafrikani jew tal-Kunsill ta' Koperazzjoni tal-Golf (GCC) huma interess ġeopolitiku komuni għaż-żewġ kontinenti;

9.  Ifakkar li, għall-kuntrarju ta' dak li qed jiġri fl-Amerika Latina b'mod ġenerali, fejn l-importazzjoni mill-Istati Uniti tammonta għal tlett darbiet iktar mill-importazzjoni mill-UE, fil-Mercosur il-kwota ta' l-UE hija ta' madwar 25%, meta mqabbla ma' l-20% ta' l-Istati Uniti;

10. Iqis bħala importanti, barra minn hekk, il-kontribut deċiżiv taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles UE-Mercosur għall-konsolidazzjoni tal-Mercosur bħala suq komuni, unjoni tad-dwana, proċess ta' integrazzjoni globali u mudell għal proċessi oħra ta' integrazzjoni fl-Amerika Latina;

Il-prezz ta' nuqqas ta' Ftehima

11. Jenfasizza li bi qbil ma' l-istudji dwar l-impatt tal-ħolqien ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles UE-Mercosur li saru mid-Dipartment Mercosur ta' l-Istitut ta' l-Istudji Politiċi ta' Pariġi għall-MEBF (Mercosur-EU Business Forum), il-"prezz ta' nuqqas ta' Ftehima" huwa stmat li huwa ta' mill-inqas EUR 3,700 miljun annwali f'kummerċ ta' merkanzija, u ta' aktar minn EUR 5,000 miljun jekk jiġu inklużi l-investiment u s-servizzi;

In-negozjat għal Żona ta' Kummerċ Ħieles mal-Mercosur

Prinċipji, kamp ta' applikazzjoni u rabta mar-Rawnd ta' Doha

12.  Itenni n-neċessità li jintlaħaq ftehim kummerċjali, uniku u indiviżibbli, li jmur lil hinn mill-obbligi rispettivi fi ħdan id-WTO u li, mingħajr ma jeskludi lill-ebda settur, iqis bil-mod l-inqas restrittiv possibbli, is-sensittività speċifika ta' ċerti prodotti;

13. Jiddispjaċih li, minkejja r-rakkomandazzjonijiet tiegħu favur id-diżassoċjazzjoni bejn in-negozjat tal-ftehima mal-Mercosur u r-rawnd ta' Doha tad-WTO, id-dewmien fin-negozjati mal-Mercosur wasslu, fil-fatt, għal subordinazzjoni ta' l-iskeda tan-negozjati għall-iżvilupp u l-konklużjoni tar-rawnd ta' Doha; iqis, f'dan ir-rigward, li ż-żewġ proċessi ma jeskludux lil xulxin, anzi huma kumplimentarji;

14. Jinsisti li ż-Żona ta' Kummerċ Ħieles mal-Mercosur, kif ukoll il-konklużjoni tar-Rawnd ta' Doha tad-WTO, m'għandhomx ikunu ffokati biss fuq il-konklużjoni tan-negozjati dwar kwistjonijiet agrikoli, u li hemm bżonn li l-oqsma kollha jiġu negozjati u mmexxija 'l quddiem b'mod parallel u b'livell għoli ta' ambizzjoni, inkluż il-kummerċ tal-merkanzija, tas-servizzi kif ukoll l-investimenti, kuntratti pubbliċi, u ostakoli oħra għall-kummerċ;

15. Iqis li l-UE u l-Mercosur, bħala msieħba privileġġjati, għandhom jikkoperaw aktar mill-qrib fin-negozjati kummerċjali multilaterali, b'mod partikulari fil-qafas tad-WTO, fejn ħafna drabi għandhom interessi komuni fir-rigward tal-liberalizzazzjoni ulterjuri tal-kummerċ dinji;

Trattament speċjali u divrenzjat;

16. Iqis li n-negozjati jistgħu jimxu 'l quddiem biss fuq il-bażi ta' kriterju raġonevoli komuni dwar il-valur tal-konċessjonijiet rispettivi, u jenfasizza, għaldaqstant, li huwa neċessarju li jiġu rikonoxxuti b'mod effettiv il-prinċipji ta' "reċiproċità kważi sħiħa" u ta' "trattament speċjali u divrenzjat" skond il-livelli ta' żvilupp u ta' kompetittività settorjali taż-żewġ reġjuni, u mhux f'termini globali jew assoluti li jitbiegħdu mir-realtà speċifika ta' kull suq;

Biedja

17. Jenfasizza li l-Kummissjoni irrimarkat li l-offerta magħmula lill-Mercosur fil-qasam tal-biedja hija l-aktar waħda ambizzjuża li qatt saret f'negozjat bilaterali, u li l-UE hija l-akbar importatur ta' prodotti agrikoli tal-Mercosur, li jlaħħqu t-48% tat-total ta' l-importazzjonijiet ta' dan ir-reġjun fl-2005; iqis li, f'dan il-kuntest, l-Unjoni Ewropea għandha dritt tistenna offerta daqstant ambizzjuża mill-Mercosur;

18. Ifakkar li, bl-iskop tar-riforma tal-politika komuni għall-agrikoltura (CAP) fl-2003, l-UE naqqset b'mod sustanzjali s-sussidji nazzjonali li kienu qed jgħawġu l-kummerċ, u talbet impenji konkreti f'dan is-sens min-naħa ta' msieħba kummerċjali oħra fil-qafas tar-rawnd ta' Doha;

19. Jenfasizza, bħala element ta' interess kbir għall-Mercosur, l-offerta importanti proposta mill-Unjoni Ewropea fil-qafas tar-Rawnd ta' Doha li tneħħi s-sistema tagħha ta' rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni qabel l-2013, u jinsisti li huwa neċessarju li membri oħra tad-WTO jagħmlu l-istess fl-oqsma tal-krediti għall-esportazzjoni, l-impriżi statali tal-kummerċ u ta' l-għajnuna ta' l-ikel; jenfasizza, madankollu, li għad iridu jsiru progressi kumparabbli fl-oqsma għall-għajnuna interna u l-aċċess għas-suq;

20. Huwa ta' l-opinjoni li l-flessibilità ta' l-UE fil-punt fejn hija twieġebgħat-talbiet tal-Mercosur fil-qasam ta' l-aċċess għas-suq tal-prodotti agrikoli ta' l-istess Mercosur għandha tkun fuq kundizzjoni li jsiru avvanzi f'setturi oħra bħalma huma l-aċċess għas-suq ta' prodotti mhux agrikoli u ta' servizzi, kif ukoll f'oqsma oħra agrikoli bħall-ftehim dwar l-inbid u x-xorb alkoħoliku, il-protezzjoni effettiva ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u t-tneħħija ta' miżuri mhux ġustifikati fil-qasam tad-difiża kummerċjali u ta' l-applikazzjoni ta' normi sanitarji, fitosanitarji u dawk relatati mas-saħħa ta' l-annimali;

21. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex toqgħod attenta fir-rigward tat-talbiet għal aċċess preferenzjali tal-bijoetanol għas-suq komunitarju ppreżentati mill-imsieħba tagħna tal-Mercosur, fil-qafas tan-negozjati bireġjonali tal-UE ma' din iż-żona;

22. Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tapplika approċċ bilanċjat fin-negozjati kummerċjali ma' pajjiżi li jipproduċu l-etanol, u li jżommu l-kundizzjonijiet tad-dħul tal-bijokarburanti fl-Unjoni sabiex jgħaqqdu l-interessi ta' l-industrija Ewropea ma dawk tas-soċji kummerċjali ta' l-Unjoni, kif ukoll l-għanijiet tal-politiki Komunitarji, b'mod partikulari għat-tnaqqis tad-dipendenza esterna għall-enerġija;

Aċċess għas-Suq ta' Prodotti Mhux Agrikoli (NAMA)

23. Jitlob riżultati ambizzjużi u bilanċjati fin-negozjati dwar l-aċċess għas-suq ta' prodotti mhux agrikoli, li jiggarantixxu opportunitajiet reali ġodda ta' aċċess għas-suq fuq l-iskambji kummerċjali kollha, bi qbil mal-flessibilità xierqa fil-kalendarju tat-tneħħija tat-tariffi tad-dwana, li jinkludi l-iżgurar taż-żamma u tat-tkabbir ta' l-attivitajiet relatati mas-sajd;

24. Ifakkar, f'dan il-kuntest, l-importanza tas-settur tas-sajd u l-prodotti trasformati ta' l-istess settur, bħat-tonn fil-laned, għall-UE;

Servizzi

25. Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li kemm il-Mercosur kif ukoll l-UE, fejn is-settur tas-servizzi jiġġenera l-parti l-kbira tal-PGD, jistgħu jgawdu benefiċċji kbar minn ftehim ambizzjuż u ta' firxa wiesgħa li jkollu effett kemm fuq l-impenji għal-liberalizzazzjoni settorjali, inkluż il-Mod 4, kif ukoll fil-livelli ta' sigurtà ġuridika u l-prevedibbiltà fil-forniment ta' servizzi;

26. Iqis li l-potenzjal għat-tkabbir fir-relazzjonijiet kummerċjali reċiproki huwa kbir, b'mod speċjali fis-settur tas-servizzi, fejn il-membri tal-Mercosur qed jirkupraw bil-mod minn kriżi ekonomika KBIRAli fil-ġejjieni tista' tiġi evitata permezz ta' koperazzjoni ekonomika sostenibbli bejn Iż-żewġ blokok kummerċjali;

27. Jenfasizza, b'mod partikulari, l-importanza li jkun hemm titjib reali fl-impenji ta' liberalizzazzjoni akkwistati u applikati s'issa, u n-neċessità ta' oqsfa regolatorji ċari u stabbli fil-qasam taċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-kapital, u b'mod partikulari tas-servizzi finanzjarji, kif ukoll fl-attività ekonomika relatata mat-telekomunikazzjonijiet u t-trasport marittimu u ta' l-ajru;

28. Jenfasizza l-potenzjalità dejjem tikber tas-settur tat-turiżmu fl-ekonomija tal-pajjiżi tal-Mercosur, u jisħaq dwar l-importanza li jiġi mħeġġeġ it-turiżmu bejn iż-żewġ reġjuni;

Investimenti

29. Jenfasizza li l-investiment Ewropew kien immirat lejn servizzi fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku tal-Mercosur u għal setturi produttivi bi prospetti fit-tul, bħala għajn li tiġġenera l-impjiegi u l-ġid;

30. Jenfasizza l-importanza li jiġi negozjat kapitolu dwar l-investimenti li jiggarantixxi qafas regulatorju ċar u stabbli għall-promozzjoni u l-ħarsien ta' l-investiment barrani, bla diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità, u bis-sigurtà ġuridika xierqa fit-twettiq tal-ftehimiet ta' investiment;

31. Jenfasizza n-neċessità li l-investimenti jkunu akkumpanjati mill-infrastruttur, il-mutur ta' l-iżvilupp ekonomiku;

32. Jenfasizza li l-konsolidazzjoni u l-approfondiment progressivi tal-Mercosur, l-aktar permezz ta' l-iffinalizzar ta' l-Unjoni tad-Dwana, u ta' l-iżvilupp tas-suq komuni, inkluż il-ħolqien ta' politika kummerċjali esterna komuni u tal-moviment ħieles ta’ prodotti impurtati, hija fundamentali sabiex tnaqqas l-ostakoli u tagħti spinta lill-iskambji kummerċjali u l-investiment bejn iż-żewġ reġjuni.

33. Juri n-neċessità li jipprofondixxi b'mod deċiżiv fl-armonizzazzjoni tan-normi tal-kontabilità u tal-verifika sabiex jikbru l-iskambji;

34. Jagħti importanza lill-fatt li l-kwistjoni tad-dejn u tas-self għadha waħda mill-akbar ostakoli għar-rijorganizzazzjoni ta' l-amministrazzjoni pubblika u tal-progress ekonomiku tal-Mercosur u li għandu jkun kapitolu essenzjali tal-koperazzjoni bejn iż-żewġ reġjuni;   

35. Jinnota li d-djufija monetarja, li ġejja mid-diversità u d-djufija tal-muniti differenti Sudamerikani u, b'mod partikulari, mid-dipendenza qawwija tagħhom fuq id-dollaru, ħafna drabi hija ostakolu għall-investimenti Ewropej; jitlob, għaldaqstant, li tikber l-aċċettazzjoni ta' l-euro u l-użu tiegħu fil-ħlas ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni reċiproka;

Kuntratti Pubbliċi

36. Jenfasizza, minħabba li l-ebda membru tal-Mercosur ma huwa membru tal-Ftehima Multilaterali dwar Kuntratti Pubbliċi tad-WTO, li ftehim fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi huwa essenzjali għall-ħolqien ta' ambjent aktar sikur, prevedibbli, trasparenti u bla diskriminazzjoni għall-operaturi ekonomiċi;

Proprjetà Intellettwali

37. Jitlob li l-ftehim kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur imur lil hinn mill-Ftehima tad-WTO dwar Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS+); jiddikjara, madankollu, li l-ftehimiet TRIPS+ m'għandhomx jeskludu s-salvagwardji relatati mas-saħħa pubblika li huma permessi għall-membri tad-WTO fil-qafas tal-ftehimiet TRIPS, minħabba li fin-nuqqas tagħhom, l-aċċess għal mediċini bi prezzijiet li jintlaħqu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw jibqa' ristrett;

Miżuri sanitarji u fitosanitarji;

38. Iqis li l-inklużjoni fil-ftehima ta' kapitolu dwar miżuri sanitarji u fitosanitarji jikkontribwixxi sabiex jiġi evitat li dawn jintużaw bħala strumenti moħbija ta' protezzjoni, u b'dan il-mod jitjieb l-aċċess għas-swieq rispettivi;

Ostakoli oħra għall-kummerċ

39. Jenfasizza li t-tqarrib tas-sistemi normattivi u ta' ċertifikazzjoni bejn iż-żewġ reġjuni se jwassal għal aċċess reċiproku ITJEB għas-swieq, b'mod speċjali fl-iskambji kummerċjali ta' prodotti industrijali;

40. Jirrakkomanda kollaborazzjoni akbar u aktar mill-qrib bejn l-organiżmi rispettivi ta' normalizzar, akkreditar, ċertifikar u metroloġija, kif ukoll assistenza teknika speċifika min-naħa ta' l-UE sabiex jittejbu l-ħiliet tal-Mercosur f'dan il-qasam u sabiex joffru inċentiva, safejn huwa possibbli, għall-armonizzazzjoni ta' dawn l-aspetti tekniċi bejn il-pajjiżi differenti tal-Mercosur;  

Ilħuq ta' ftehim għal tilwim

41. Jinnota li l-ftehim għandu jinkludi strument istituzzjonalizzat li jorbot għall-ilħuq ta' ftehim għal tilwim, sabiex tinstab soluzzjoni għal konflitti li jistgħu jinqalgħu fi kwalunkwe parti taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles;

Koperazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur

42. Ifakkar li l-UE hija, bil-kbir, id-donatriċi ewlenija ta' għajnuna għall-iżvilupp tal-Mercosur, u l-unika waħda li stabbiliet strateġija ta' koperazzjoni orjentata lejn it-tisħiħ ta' l-integrazzjoni reġjonali;

43. Ifakkar li, apparti l-koperazzjoni reġjonali, il-pajjiżi membri tal-Mercosur jibbenefikaw minn koperazzjoni bilaterali ma' l-UE, u huma l-benefiċjarji prnċipali tas-self tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment (BEI) u tal-programmi ta' koperazzjoni orizzontali għall-Amerika Latina: @LIS, ALBAN, AL-INVEST, URB-AL, ALURE u ALFA;

44. Jinnota li l-istrateġija ta' koperazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur hija bbażata fuq valuri komuni tad-difiża tad-demokrazija, ir-rispett lejn l-Istat tad-Dritt, is-salvagwarda tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u s-solidarjetà bejn iż-żewġ reġjuni; jinsisti li l-impotanza ġeostrateġika ta' l-assoċjazzjoni ekonomika bejn iż-żewġ reġjuni se tikkontribwixxi għat-tifrix ta' dawn il-valuri komuni fil-bqija tad-dinja, tħeġġeġ il-multilateraliżmu bħala l-uniku mezz ta' kif jiġu ffaċċjati l-isfidi għas-sigurtà, l-istabilità politika u t-tkabbir ekonomiku li għandha quddiemha l-komunità internazzjonali,

45. Iqis li, fil-ftehima ta' koperazzjoni attwali, id-djalogu politiku huwa msaħħaħ b'mekkaniżmi aktar dettaljati, u huwa enfasizzat il-bżonn li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba, iżda jinsisti li xorta huwa neċessarju li jkun garantit li l-kapitolu ta' koperazzjoni ikun effiċjenti sabiex jinqered il-faqar u koerenti ma' l-istrumenti l-oħra ta' politika għall-iżvilupp ta' l-UE fl-Amerika Latina; jenfasizza l-bżonn li jinżamm il-bilanċ bejn il-kummerċ u l-iżvilupp fil-ftehima finali, mingħajr kuntradizzjoni bejn il-kapitoli ddedikati għall-kummerċ u dawk dedikati għall-iżvilupp;

46. Jenfasizza li l-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huma partijiet ewlenin mid-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet u ta' l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, dwar il-Politika ta' Żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea bit-titolu "Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp"[4] u li huma neċessarji aktar sforzi sabiex tiġi ffaċċjata l-governanza ħażina fis-servizzi kummerċjali u pubbliċi;

47. Jenfasizza l-bżonn li jiġi garantit li l-klawżola standard dwar id-drittijiet tal-bniedem tkun tifforma parti mill-Ftehima;

48. Jistieden lill-Kummissjoni biex l-istrateġija l-ġdida għal koperazzjoni reġjonali mal-Mercosur 2007-2013 tingħata aktar riżorsi finanzjarji biex tiffaċċja b'ċertezza l-istituzzjonalizzazzjoni u l-approfondiment tal-Mercosur, l-implimentazzjoni rapida u sħiħa tal-futura Ftehima ta' Assoċjazzjoni, b'attenzjoni partikulari għall-finalizzazzjoni ta' l-unjoni tad-dwana u tas-suq komuni, u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, b'titjib fl-għarfien reċiproku u l-viżibilità tal-koperazzjoni;

49. Ifakkar, kif imsemmi fil-"Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp", li l-UE, filwaqt li tapprofitta ruħha mill-esperjenza tagħha u mill-kompetenza esklussiva tagħha fil-qasam tal-kummerċ, tikkontribwixxi vantaġġ kumparattiv biex tipprovdi l-għajnuna lill-pajjiżi msieħba sabiex jintegraw il-kummerċ fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-iżvilupp, u jappoġġjaw il-koperazzjoni reġjonali;

50. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex jiġu stabbiliti miżuri operattivi akkumpanjanti għall-benefiċċju ta' l-impriżi, l-impjegati tagħhom u r-rappreżentanti tagħhom fiż-żewġ reġjuni, b'mod partikulari l-SMEs, għar-relazzjonijiet ekonomiċi u soċjali bejn l-UE u l-Mercosur;

51. Iqis li huwa essenzjali li l-Mercosur igawdi minn koperazzjoni u għajnuna għall-iżvilupp li jkunu iffokati fuq il-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza filwaqt li fl-istess ħin, iqisu il-funzjoni primordjali tal-koperazzjoni ekonomika biex jintlaħqu l-objettivi għall-iżvilupp u d-distribuzzjoni aktar ġusta tal-ġid, u jingħata kontribut biex il-pajjiżi tal-Mercosur jiżviluppaw ekonomiji kompetittivi u jintegraw b'mod effettiv fis-sistema multilaterali tal-kummerċ;

52. Jenfasizza li kemm il-kapitolu ta' koperazzjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-Mercosur kif ukoll l-Istrument ġdid ta' l-Iffinanzjar tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, għandhom, f'dan il-kuntest, jagħtu spinta u jiffaċilitaw il-koperazzjoni mal-pajjiżi tal-Mercosur permezz ta' miżuri ambizzjużi orjentati lejn il-faċilitazzjoni u l-promozzjoni tal-kummerċ u ta' l-investiment, l-appoġġ tas-settur privat u ta' l-SMEs, it-titjib tal-potenzjal xjentifiku u teknoloġiku u tal-qafas istituzzjonali u ekonomiku, il-ħarsien ta' l-ambjent kif ukoll miżuri għat-tiswir ta' kuntatti bejn l-impriżi u organizzazzjonijiet mhux governattivi;

Ambjent

53. Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-koperazzjoni mal-Mercosur għandha tippromwovi l-applikazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali prinċipali fil-qasam ta' l-ambjent, b'mod partikulari il-Konvenzjoni dwar il-Bidla fil-Klima, il-Protokoll ta' Kyoto u l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika;

54. Huwa favur ħafna li l-koperazzjoni u l-istrumenti ekonomiċi jintużaw ukoll sabiex jiggarantixxu l-konservazzjoni ta' l-ambjent fil-pajjiżi tal-Mercosur, b'dedikazzjoni speċjali għall-foresta ta' l-Amazonja; jenfasizza li l-iżvilupp tal-biedja sostenibbli fil-pajjiżi tal-Mercosur għandu jkun ukoll ta' interess għall-koperazzjoni Ewropea u li għandhom jiġu mħeġġa l-kummerċ ġust u l-produzzjoni ekoloġika, pereżempju, b'negozjar ta' tariffi komunitarji speċifiċi għall-prodotti ta' kummerċ ġust u/jew ekoloġiċi;

Enerġija

55. Iqis li l-kapitolu dwar koperazzjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-Mercosur għandu jagħti spinta lill-kollaborazzjoni reġjonali msaħħa fis-settur ta' l-enerġija, speċjalment minħabba l-adezjoni ġejjiena tal-Venezwela, bil-għan li jippromwovi s-sigurtà u l-effiċjenza fl-enerġija u jkabbar l-użu ta' sorsi ta' enerġija li jiġġeddu;

It-eknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni

56. Jirrakkomanda, bi qbil mal-proposta tad-Direttorat Ġenerali tal-Kumitat "Soċjeta' ta' l-Informatika u Midja", li tissaħħaħ il-koperazzjoni mal-pajjiżi tal-Mercosur fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-informatika u l-midja, settur b'potenzjal kbir għat-tkabbir tal-kompetittività u l-koeżjoni soċjali taż-żewġ reġjuni;

Elementi oħra tal-Koperazzjoni

57. Jenfasizza l-importanza ta' standards bażiċi tax-xogħol u ta' impjiegi dinjitużi għall-iżvilupp tal-Mercosur; jiddikjara, għaldaqstant, li l-Ftehima għandha tinkludi aġenda speċifika dwar ix-xogħol dinjituż, li tkun magħmula apposta għall-Istati Membri tal-Mercosur, kif ukoll l-impenn ta' l-UE sabiex toffri l-għajnuna kollha neċessarja għat-twettiq ta' l-imsemmija aġenda;

58. Iqis li, barra mill-aspett ripressiv relatat mal-ġlieda kontra d-drogi, il-ftehima għandha tenfasizza li tingħata għajnuna lill-bdiewa sabiex ikunu jistgħu iwettqu produzzjoni alternattiva ġdida;

59. Jifhem, f'dak li jirrigwarda l-immigrazzjoni illegali, li mhux biss hemm bżonn jitfasslu ftehimiet ta' rijammissjoni, iżda huwa wkoll importanti li jitqies il-ħsieb attwali tal-komunità internazzjonali;

60. Iqis li, meta l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, għandha tiġi mħeġġa wkoll il-koperazzjoni trijangulari u bireġjonali - fuq kollox, mal-Karibew - u nkoraġġuta l-politika ta' ftehimiet bejn il-pajjiżi tal-Mercosur;

61. Ifakkar li ilu jitlob għall-ħolqien ta' Fond ta' Solidarjetà Birreġjonali sa mir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2001, u li tenna din it-talba diversi drabi, li l-aħħar darba fosthom kienet ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006;

62. Huwa ta' l-opinjoni li dan il-fond ikun strument utli għall-koperazzjoni bireġjonali li jista' jkun ukoll ta' benefiċċju għar-relazzjoni UE-Mercosur; jista' jkun traduzzjoni konkreta ta' l-impenn ta' l-UE sabiex iżżid u jimmaniġġja aħjar l-għajnuna tagħha għal koperazzjoni esterna u tkun maħsuba bħala strument fil-ġlieda kontra l-faqar; u li jista' jiffoka l-koperazzjoni ta' l-UE fi kwistjonijiet fundamentali bħall-koeżjoni soċjali u l-integrazzjoni reġjonali.

L-irwol tal-Parlament

63. Iħeġġeġ lill-Mercosur sabiex jiffinalizza b'suċċess il-preparamenti għall-ħolqien tal-futur Parlament tal-Mercosur, b'rappreżentanti tal-Parlamenti nazzjonali differenti; huwa ta' l-opinjoni li l-ħolqien ta' delegazzjoni interparlamentari fformata minn membri tal-Parlament tal-Mercosur u Membri tal-Parlament Ewropew tista' tagħti kontribut sabiex tintlaħaq parteċipazzjoni ikbar tal-Parlament Ewropew fl-ispinta ta' dawn in-negozjati; jinnota, barra minn hekk, li b'dan il-mod se jintensifika l-kuntatt bejn l-UE u l-Mercosur, u se jingħata spinta l-proċess ta' integrazzjoni bil-parteċipazzjoni neċessarja tas-soċjeta ċivili permezz ta', fost l-oħrajn, l-interlokuturi soċjali, l-operaturi ekonomiċi u l-atturi soċjali taż-żewġ reġjuni, xi ħaġa li tagħti leġittimità akbar lill-proċess;

64. Jemmen li hija neċessarja l-kollaborazzjoni mill-qrib min-naħa ta' l-istituzzjonijiet Ewropej, bil-għan li jinkisbu riżultati sodisfaċenti fin-negozjati mal-Mercosur, u, b'konsegwenza, jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkonsultawh u jinfurmawh b'mod adegwat u puntwali dwar l-istrateġija ta' l-UE fin-negozjati mal-Mercosur; jitlob lill-Kummissjoni biex fit-tmiem ta' kull rawnd jew laqgħa sinifikanti tan-negozjati, tibgħat dokument ta' spjegazzjoni dwar ir-riżultati ta' dan lill-Parlament, b'konformità mar-regoli ta' konfidenzjalità li qegħdin fis-seħħ;

0

0                    0

65. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Presidenza Attwali tal-Mercosur.

  • [1]  Testi Approvati, P6_TA(2006) 0155.
  • [2]  ĠU C 140 E de 13.6.2002, p. 569.
  • [3]  ĠU C 273 E de 14.11.2003, p. 293.
  • [4]  ĠU C 46 24.2.2006, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

L-objettiv prinċipali ta' dan ir-rapport, li huwa mqassam f'erba' partijiet, huwa li tingħata spinta lill-konklużjoni tan-negozjati ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-Mercosur li tinkludi l-akbar żona ta' kummerċ ħieles bejn ir-reġjuni tad-dinja, wara snin ta' negozjati u xhur twal ta' staġnar.

L-ewwel parti tanalizza r-raison d'être tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni, b'attenzjoni partikolari għall-interessi ta' l-UE f'Żona ta' Kummerċ Ħieles mal-Mercosur kif ukoll l-istat attwali tan-negozjat u rabta' tiegħu mar-Rawnd ta' Doha. It-tieni parti teżamina, b'mod speċifiku, il-komponenti principali tan-negozjat kummerċjali, waqt li t-tielet taqsima tiffoka fuq il-kapitolu tal-koperazzjoni tal-ftehima futura u b'mod speċifiku fuq It-taqsima dwar il-koperazzjoni ekonomika. Għalkemm il-kapitolu tal-koperazzjoni tal-futura Ftehima ta' Assoċjazzjoni huwa kważi magħluq, il-koperazzjoni tibqa' suġġett sensittiv ħafna issa li n-negozjat dwar l-istrumenti finanzjarji ta' koperazzjoni ġodda qiegħed fl-aqwa tiegħu u l-Kummissjoni qed tiffinalizza d-dokumenti l-ġodda ta' strateġija għall-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-perjodu 2007-2013. Ir-raba' parti, fl-aħħarnett, tinsisti fuq l-irwol tal-Parlament fil-proċess tan-negozjar tal-Ftehima.

L-isfond tan-negozjat ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni u elementi ta' kuntest

L-evalwazzjoni tan-negozjati attwali mal-Mercosur trid tibda, lil hinn mill-aspetti strettament kummerċjali, billi tenfasizza, l-ewwelnett, il-valur strateġiku ta' l-assoċjazzjoni mal-Mercosur għar-relazzjonijiet barranin ta' l-UE f'kuntest internazzjonali kkaratterizzat minn interdipendenza dejjem akbar, mill-itfaċċar ta' qawwiet ekonomiċi ġodda u numru dejjem akbar ta' sfidi dinjija li jittraxxendu l-fruntieri nazzjonali bħalma huma s-sigurtà, il-governanza ekonomika dinjija, l-ambjent u t-tnaqqis tal-faqar.

L-UE u l-Mercosur, minbarra l-isfidi komuni, huma konvinti li l-integrazzjoni reġjonali hija l-bażi ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-popli tagħhom, kif ukoll strument ewlieni għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija, għat-tnaqqis tal-faqar u ta' l-inugwaljanza u għat-tisħiħ tal-qawwa taż-żewġ reġjuni fix-xenarju dinji.

Kienu eżattament ir-rabtiet storiċi u kulturali kbar, kif ukoll il-potenzjal strateġiku tar-relazzjoni, li wasslu għall-idea li tkun inegozjata Ftehima ta' Assoċjazzjoni globali UE-Mercosur li tinkludi Żona ta' Kummerċ Ħieles waqt l-ewwel Samit tal-Kapijiet ta' l-Istati u tal-Gvernijiet ta' l-UE u tal-Mercosur li sar f'Rio de Janeiro f'Lulju tal-1999. Ftehima ta' Assoċjazzjoni UE-Mercosur tista' tkun ukoll pilastru fundamentali għall-progress fl-impenn komuni għat-tisħiħ ta' l-Assoċjazzjoni strateġika bireġjonali UE-Amerka Latina promossa mill-Parlament u miftehma u ratifikata fis-Samits differenti bejn l-UE u l-Amerika Latina.

Ir-relazzjonijiet istituzzjonali bejn l-UE u l-Mercosur sa llum huma rregolati mill-Ftehima Qafas Interreġjonali ta' Koperazzjoni, iffirmata f'Diċembru 1995. F'din il-Ftehima sar suġġeriment għal liberalizzazjoni progressiva u reċiproka tal-kummerċ kollu, li wassal lill-partijiet biex jikkunsidraw il-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles fil-qafas ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni.

Wara l-approvazzjoni f'Ġunju 1999 tal-mandat ta' negozjati korrispondenti, inżammu s'issa sittax-il rawnd ta' negozjati. Wara bosta snin ta' negozjar, meta kollox kien jindika li n-negozjati setgħu jiġu konklużi f'Settembru ta' l-2004, il-partijiet ma waslux għal ftehim u n-negozjati waqfu "fuq livell tekniku".

Aktar reċentement, waqt il-Forum Ekonomiku Dinji ta' Davos (Jannar 2005), il-President tal-Brażil u l-President tal-Kummissjoni Ewropea urew interess komuni li jikkonkludu n-negozjati tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni qabel l-iffinalizzar ta' Doha. Ir-realtà, iżda, ma kkonfermatx dawn l-intenzjonijiet. Il-laqgħa tal-Ministri UE-Mercosur li saret waqt is-Samit bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew fi Vjenna, fit-12 u t-13 ta' Mejju 2006, tidher li kkonfermat is-subordinazzjoni fiż-żmien tan-negozjati kummerċjali mal-Mercosur għall-finalizzazzjoni tar-Rawnd ta' Doha. Iffaċjat bid-dewmien fin-negozjati, ir-rapporteur xtaq jinsisti, minħabba l-urġenza li jintlaħqu parametri validi u komuni fit-temi sensittivi tal-ftehima, dwar il-bżonn ta' impenn akbar u spinta politika fuq l-ogħla livell u l-ħolqien ta' kalendarju definittiv li jippermetti l-konklużjoni tan-negozjati fuq l-iqsar medda ta' żmien possibbli.

L-interessi ta' l-UE f'Żona ta' Kummerċ Ħieles mal-Mercosur

Qabel jeżamina l-istat attwali tan-negozjat kummerċjali tal-Ftehima mal-Mercosur, ir-rapporteur xtaq jenfasizza, lil hinn mill-elementi strateġiċi tal-politika barranija, l-interessi prinċipali ta' l-UE f'Żona ta' Kummerċ Ħieles kif ukoll il-prinċipji li fuqhom għandu jitmexxa n-negozjat.

Żona ta' Kummerċ Ħieles mal-Mercosur, l-aktar suq importanti fl-Amerika Latina b'45% tal-PGD, toħloq l-akbar żona ta' kummerċ ħieles interreġjonali fid-dinja u tiġġenera opportunitajiet sinifikanti ta' kummerċ u tkabbir ekonomiku għaż-żewġ naħat, u fl-istess ħin ittejjeb il-kompetittività internazzjonali taż-żewġt iswieq. Żona ta' Kummerċ Ħieles issaħħaħ ukoll il-pożizzjoni ta' l-UE bħala s-sieħba prinċipali tal-Mercosur fl-investiment u fil-kummerċ, meta wieħed jikkunsidra wkoll l-inizjativa FTAA għal-liberalizzazzjoni kummerċjali fil-kontinent Amerikan, u l-possibilità li l-Mercosur iżid l-espansjoni u l-ftuħ tiegħu lejn is-swieq Asjatiċi. Għall-kuntrarju ta' dak li qed jiġri fl-Amerika Latina fis-sħuħija tagħha, fejn l-importazzjoni mill-Istati Uniti hija tliet darbiet akbar minn dik mill-UE, fil-Mercosur il-kwota ta' l-UE, li hemm bżonn tkun ikkonsolidata u mkabbra, hi ta' madwar 25% waqt li dik ta' l-Istati Uniti hi ta' madwar 20%. B'hekk, skond l-esperjenza tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni maċ-Ċile u mal-Messiku, ir-rapporteur jenfasizza li Żona ta' Kummerċ Ħieles hija fundamentali biex tittejjeb il-preżenza Ewropea u jkun evitat li l-Mercosur jibdel l-orjentazzjoni tiegħu u jħares lejn swieq oħra.

F'termini aktar konkreti, l-istudji dwar l-impatt tal-ħolqien ta' żona ta' kummerċ ħieles UE-Mercosur li saru mid-Dipartment Mercosur ta' l-Istitut ta' l-Istudji Politiċi ta' Pariġi għall-MEBF, il-"prezz ta' nuqqas ta' Ftehima" huwa stmat li huwa ta' mill-inqas EUR 3,700 miljun annwali f'kummerċ ta' merkanzija, u ta' aktar minn EUR 5,000 miljun jekk jiġu inklużi l-investiment u s-servizzi.

In-negozjat għal Żona ta' Kummerċ Ħieles mal-Mercosur

Il-ftehima kummerċjali mal-Mercosur, ambizzjuża u ta' firxa wiesgħa, trid tmur lil hinn mill-obbligi rispettivi fi ħdan id-WTO u, mingħajr ma teskludi l-ebda settur, għandha tqis bl-inqas mod restrittiv possibbli, is-sensittività speċifika ta' ċerti prodotti.

Minkejja r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament favur id-diżassoċjazzjoni bejn in-negozjat għall-ftehima mal-Mercosur u r-rawnd ta' Doha fid-WTO, id-dewmien fin-negozjati mal-Mercosur wassal, fil-fatt, għas-subordinazzjoni fiż-żmien ta' l-istess negozjati għall-iżvilupp u l-konklużjoni tar-rawnd ta' Doha. Huwa importanti li jkun enfasizzat, madankollu, li n-negozjar ta' Żona ta; Kummerċ Ħieles UE-Mercosur u r-rawnd ta' Doha mhumiex proċessi li jeskludu lil xulxin, anzi huma kumplimentarji.

Ir-rapporteur jenfasizza li biex in-negozjati jerġgħu jibdew jew ikomplu b'suċċess jeħtieġ li jitkomplew mill-punt l-aktar għoli li tħallew fih fl-2004, inklużi l-titjib propost bil-kliem wara l-offerti li saru f'Mejju 2004 u mhux skond l-offerti diżappuntanti li saru f'Settembru ta' l-istess sena. Fl-istess ħin, biex naslu għall-konklużjoni sodisfaċenti, in-negozjati mal-Mercosur m'għandhomx jiffukaw biss fuq kwistjonijiet tal-biedja għaliex l-oqsma kollha hemm bżonn li jiġu nnegozjati u mmexxija 'l quddiem b'mod parallel.

Ladarba jkunu ċċarati l-prinċipji, il-kamp ta' applikazzjoni u r-rabta tal-Ftehima UE-Mercosur mar-rawnd ta' Doha, ir-rapporteur jinsisti b'mod konkret fuq il-kapitoli prinċipali tan-negozjat, u jikkontribwixxi rakkomandazzjonijiet speċifiċi biex jintlaħaq ftehim ta' firxa wiesgħa fl-oqsma li ġejjin: Trattament Speċjali u Divrenzjat; Biedja; NAMA; Servizzi; Investiment; Kuntratti pubbliċi; Proprjetà intellettwali; Miżuri sanitarji u fitosanitarji; Ostakoli oħra għall-kummerċ u Mekkaniżmu għall-Ilħuq ta' Ftehim għal Tilwim.

Fit-taqsima dwar il-biedja, li hija kruċjali għas-suċċess tan-negozjati meta wieħed jikkunsidra l-interess tal-Mercosur li jtejjeb l-aċċess tiegħu għas-suq Ewropew, ir-rapporteur qies bħala neċessarju li jfakkar, minħabba r-rilevanza tagħhom, l-impenji li ħadet l-UE fil-qafas tar-riforma tagħha tal-politika komuni għall-agrikoltura (CAP) u tul in-negozjati tar-rawnd ta' Doha. Fuq il-bażi ta' dak li kien miftiehem fid-WTO, ir-rapporteur jipproponi li l-UE twieġeb għat-talba tal-Mercosur fil-qasam tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-prodotti agrikoli sabiex tkun żgurata fl-istess ħin żieda sinifikattiva, reali u effettiva fl-aċċess tal-prodotti agrikoli tal-Mercosur għas-suq Ewropew u għall-progress f'kapitoli oħra bħal NAMA u Servizzi kif ukoll fi kwistjonijiet agrikoli oħra bħall-ftehima dwar l-inbid u x-xorb alkoħoliku u l-protezzjoni effettiva ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Fil-bqija tal-komponenti tal-kapitolu kummerċjali, ir-rapporteur jinsisti dwar il-bżonn ta' ftehima ambizzjuża u wiesgħa li tmur lil hinn mill-obbligi fil-qafas tad-WTO u li tista' tissodisfa l-interessi prinċipali taż-żewġ naħat (l-aktar il-biedja u "Mod 4" għall-Mercosur; NAMA, investimenti u servizzi finanzjarji, telekomunikazzjonijiet u trasport marittimu għall-UE), waqt li ġġib il-flessibbiltà neċessarja, per eżempju, f'termini ta' kalendarji ta' applikazzjoni mhux reċiproċi.

Ir-rapporteur jikkunsidra, barra minn hekk, li l-aspetti relatati mal-proprjetà intellettwali u l-kuntratti pubbliċi jagħtu valur miżjud kbir lill-ftehim, minħabba li qed nitkellmu dwar żewġ oqsma li fihom il-liberalizzazzjoni u l-koperazzjoni bilaterali jistgħu jikkontribwixxu biex jintgħelbu l-limitazzjonijiet li jġib miegħu kuntest multilaterali.

Lil hinn mill-aspetti tan-negozjat bilaterali fih innifsu, huwa importanti li jkun enfasizzat li l-konsolidazzjoni u l-approfondiment tal-Mercosur, l-aktar permezz tal-finalizzar tal-Unjoni tad-Dwana, u ta' l-iżvilupp tas-suq komuni, inkluż il-moviment ħieles ta’ prodotti impurtati, hija fundamentali fiha nnifisha biex tnaqqas l-ostakoli u tagħti spinta lill-iskambji kummerċjali u l-investiment bejn iż-żewġ reġjuni.

Iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles EU-Mercosur għandha jkollha mekkaniżmu għall-ilħuq ta' ftehim għal tilwim li jevita li jsiru appelli bla bżonn lid-WTO u li jiggarantixxi s-sigurtà ġuridika fl-applikazzjoni tal-ftehima fl-oqsma kollha tagħha.

Koperazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur

Fit-taqsima dwar il-kapitolu li jitratta l-koperazzjoni UE-Mercosur, ir-rapporteur jitlob lill-Kummissjoni biex l-istrateġija l-ġdida għal koperazzjoni reġjonali mal-Mercosur 2007-2013 tingħata aktar riżorsi finanzjarji biex tiffaċċja b'garanziji il-kobor ta' l-isfidi li ġejjin, fuq kollox fil-kamp ta' l-istituzzjonalizzazzjoni u l-approfondiment tal-Mercosur u ta' l-implimentazzjoni rapida u sħiħa tal-futura Ftehima ta' Assoċjazzjoni, b'attenzjoni partikulari għall-iffinalizzar ta' l-unjoni tad-dwana u tas-suq komuni.

F'kuntest ikkaratterizzat minn ċerta inċertezza u konfużjoni marbuta mar-riforma ta' l-istrumenti finanzjarji tal-koperazzjoni ta' l-UE għall-perjodu 2007-2013, ir-rapporteur jikkunsidra li jkun rilevanti li jiċċara li l-istrateġija ta' koperazzjoni mal-pajjiżi tal-Mercosur għandha tiffoka fuq il-ġlieda kontra l-faqar u l-inugwaljanza filwaqt li fl-istess ħin tqis il-funzjoni primordjali tal-koperazzjoni ekonomika sabiex jintlaħqu l-għanijiet għall-iżvilupp u jingħata kontribut biex il-pajjiżi tal-Mercosur jiżviluppaw ekonomiji kompetittivi u jintegraw b'mod effettiv fis-sistema ta' kummerċ multilaterali.

Ir-rapporteur jinsisti wkoll li kemm il-kapitolu dwar il-koperazzjoni tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni mal-Mercosur kif ukoll l-istrument il-ġdid ta' l-Iffinanzjar tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp iridu, f'dan il-kuntest, jagħtu spinta u jiffaċilitaw il-koperazzjoni mal-Mercosur permezz ta' miżuri ambizzjużi fil-qasam tal-koperazzjoni ekonomika, ta' l-enerġija, ta' l-investigazzjoni u tat-teknoloġija.

L-irwol tal-Parlament

L-aħħar taqsima tfakkar l-irwol fundamentali li għandu jkollhom il-parlamentari eletti demokratikament matul in-negozjati kummerċjali b'mod ġenerali u mal-Mercosur b'mod partikulari. B'mod aktar konkret, il-Kunsill u l-Kummissjoni huma mitluba jikkonsultaw u jinfurmaw lill-parlamentari b'mod adegwat u puntwali, u qed issir ukoll talba biex fi tmiem kull rawnd jew laqgħa ta' negozjati sinifikattivi jibgħatu lill-Parlament dokument ta' spjegazzjoni dwar ir-riżultati ta' dawn, b'konformità mar-regoli ta' konfidenzjalità li qegħdin fis-seħħ.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (31.5.2006)

lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali
(2006/2035(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Filip Andrzej Kaczmarek

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jitlob lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni tiegħu għal riżoluzzjoni:

1.      Jilqa' b'sodisfazzjon id-diżassoċjazzjoni tan-negozjati tal-Ftehima ta' Assoċjazzjoni UE-Mercosur min-negozjati ta' Doha tad-WTO, bħalma kien talab il-Parlament fir-Rakkomandazzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Marzu 2001[1] dwar il-mandat ta' negozjar ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni interreġjonali mal-Mercosur u li ġiet approvata mill-President Barroso u mill-President Lula f'Davos f'Jannar ta' l-2005;

2.      Iqis li, fil-ftehima ta' koperazzjoni attwali, id-djalogu politiku jissaħħaħ b'mekkaniżmi aktar dettaljati u huwa enfasizzat il-bżonn li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba, iżda jinsisti li xorta huwa neċessarju li jkun garantit li l-kapitolu ta' koperazzjoni jkun effiċjenti sabiex jinqered il-faqar u jkun koerenti ma' l-istrumenti l-oħra ta' politika għall-iżvilupp ta' l-UE fl-Amerika Latina; jenfasizza l-bżonn li jinżamm il-bilanċ bejn il-kummerċ u l-iżvilupp fil-ftehima finali, mingħajr kuntradizzjoni bejn il-kapitoli dedikati għall-kummerċ u dawk dedikati għall-iżvilupp;

3.      Jinnota li, permezz ta' ftehima ta' assoċjazzjoni, jinvolvi lill-Parlamenti fil-qafas istituzzjonali u jitlob, b'konsegwenza, għall-ħolqien ta' Kummissjoni Parlamentari ta' Assoċjazzjoni li tkun magħmula minn Deputati tal-Parlament Ewropew u Deputati tal-Mercosur;

4.      Jinnota li, minkejja li mill-perspettiva ta' l-iżvilupp, il-Mercosur kellu suċċess inizjali li jistimula t-tkabbir intrareġjonali, f'oqsma oħra ta' l-iżvilupp kellu inqas suċċess: l-ekonomiji tal-pajjiżi tal-Mercosur issa huma relattivament miftuħa u liberalizzati, b'konformità mal-"kunsens ta' Washington" li huma segwew b'mod strett; jinnota li l-għan tal-Mercosur kien li jaċċelera l-iżvilupp ekonomiku akkumpanjat mill-ġustizzja soċjali, b'żieda fil-liberalizzazzjoni sabiex jiġġenera tkabbir ekonomiku orjentat lejn l-esportazzjoni li, min-naħa l-oħra, se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar, iżda saru xi żbalji fir-rigward tal-ġlieda kontra l-faqar;

5.      Jenfasizza li l-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huma parti ewlenija mid-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet u ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, dwar il-politika ta' żvilupp ta' l-Unjoni Ewropea bit-titolu "Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp"[2] u li huma neċessarji sforzi addizzjonali sabiex tiġi ffaċċjata l-governanza ħażina fis-servizzi kummerċjali u pubbliċi (prinċipalment il-korruzzjoni u n-nuqqas ta' effiċjenza), u jitlob, għalhekk, lill-UE sabiex tirrisolvi d-defiċit istituzzjonali u ġuridiku;

6.      Jenfasizza l-bżonn li jiġi garantit li l-klawżola standard dwar id-drittijiet tal-bniedem tkun tifforma parti mill-Ftehima;

7.      Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tas-solidarjetà dinjija bħala prinċipju gwida tal-politiki differenti ta' l-UE, u fl-istess waqt jifraħ dwar il-fatt li din is-solidarjetà dinjija tispira l-azzjoni ta' l-UE fil-qasam ta' l-iżvilupp u ta' l-għajnuna umanitarja; iqis li meta s-solidarjetà titpoġġa fuq livell dinji, tikkontribwixxi għall-garanzija tal-paċi u ta' l-istabilità dinjija;

8.      Jinnota li, fil-qafas tal-Ftehima attwali, il-koperazzjoni ta' l-UE tappoġġja l-istitutuzzjonalizzazzjoni tal-Mercosur u tqis li din għandha tiġi nkoraġġuta u msaħħa;

9.      Jilqa' b'sodisfazzjon l-użu tad-djalogu politiku bħala strument li jirrisolvi tilwim bejn membri tal-Mercosur;

10.    Jinnota li l-koperazzjoni ta' l-UE għandha tkabbar l-appoġġ tagħha għall-iżvilupp soċjali tal-membri tal-Mercosur (b'mod partikulari, permezz ta' l-edukazzjoni) u b'dan il-mod, tiggarantixxi it-tnaqqas fl-inugwaljanzi: l-erba' pajjiżi membri tal-Mercosur qed jitjiebu f'termini ekonomiċi, iżda l-iżvilupp soċjali tagħhom għandu jintensifika għax il-kisbiet ekonomiċi ma ġewx segwiti minn tnaqqis sinjifikanti ta' l-inugwaljanzi, u l-faqar għadu problema li qed tistenna soluzzjoni, id-distribuzzjoni tas-salarji fir-reġjun għadha waħda mill-iktar inugwali tad-dinja u apparti dan, kien hemm tnaqqis fl-infiq soċjali u għall-edukazazjoni;

11.    Iqis li l-koperazzjoni ta' l-UE għandha tappoġġja lill-produtturi ż-żgħar, u lill-SMEs b'mod ġenerali, u jħeġġeġ li jsiru investimenti f'impriżi żgħar, minħabba li l-ftuħ tas-swieq Ewropej se jibbenefika prinċipalment lill-produtturi l-kbar li huma kapaċi jikkonformaw Ma' l-istandards sanitarji u fitosanitarji Ewropej (SPS);

12.    Jenfasizza n-neċessità li l-investimenti jkunu akkumpanjati mill-infrastruttura, mutur ta' l-iżvilupp ekonomiku;

13.    Jitlob b'saħħa li l-koperazzjoni u l-istrumenti ekonomiċi jintużaw ukoll sabiex jiggarantixxu l-konservazzjoni ta' l-ambjent fil-pajjiżi tal-Mercosur, b'dedikazzjoni speċjali għall-foresta ta' l-Amazonja; jenfasizza li l-iżvilupp tal-biedja sostenibbli fil-pajjiżi tal-Mercosur għandu jkun ukoll ta' interess għall-koperazzjoni Ewropea u li għandhom jiġu mħeġġa l-kummerċ ġust u l-produzzjoni ekoloġika, pereżempju, b'negozjar ta' tariffi komunitarji speċifiċi għall-prodotti ta' kummerċ ġust u/jew ekoloġiċi;

14.    Jenfasizza li t-turiżmu hija l-akbar attività dinjija, u hija lieva għat-tkabbir ekonomiku; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tagħti ħafna attenzjoni lill-proġetti ta' żvilupp tat-turiżmu sostenibbli fil-pajjiżi tal-Mercosur li, bil-propogazzjoni tagħhom, ikunu jilħqu lill-massimu tal-popolazzjoni;

15.    Iqis li, barra mill-aspett ripressiv relatat mal-ġlieda kontra d-drogi, il-ftehima għandha tenfasizza li tingħata għajnuna lill-bdiewa sabiex ikunu jistgħu iwettqu produzzjoni alternattiva ġdida;

16.    Jifhem, f'dak li jirrigwarda l-immigrazzjoni illegali, li mhux biss hemm bżonn jitfasslu ftehimiet ta' rijammissjoni, iżda huwa wkoll importanti li jitqies il-ħsieb attwali tal-komunità internazzjonali dwar ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp;

17.    Iqis li, meta l-ftehim ikun daħal fis-seħħ, għandha tiġi mħeġġa wkoll il-koperazzjoni trijangulari u bireġjonali - fuq kollox, mal-Karibew - u nkoraġġuta l-politika ta' ftehimiet fost il-pajjiżi tal-Mercosur infushom;

18.    Ifakkar li l-Parlament ilu jitlob għall-ħolqien ta' Fond ta' Solidarjetà Bireġjonali sa mir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar Assoċjazzjoni Globali u Strateġija Komuni għar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina tal-15 ta' Novembru 2001[3], u li tenna din it-talba ħafna drabi, l-aħħar darba kien fir-rapport dwar koperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina, approvat mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fit-13 ta' Marzu 2006[4];;

19.    Huwa ta' l-opinjoni li dan il-fond:

         -  ikun strument utli għall-koperazzjoni bireġjonali li jista' jkun ukoll ta' benefiċċju għar-relazzjoni UE-Mercosur;

         -  jista' jkun traduzzjoni konkreta ta' l-impenn ta' l-UE sabiex iżżid u timmaniġġja aħjar l-għajnuna tagħha għal koperazzjoni esterna u jitqies bħala strument fil-ġlieda kontra l-faqar;

         -  jista' jiffoka l-koperazzjoni ta' l-UE fi kwistjonijiet fundamentali bħall-koeżjoni soċjali u l-integrazzjoni reġjonali.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali

Numru ta' proċedura

2006/2035(INI)

Kumitat responsabbli

INTA

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

16.2.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Filip Andrzej Kaczmarek
25.1.2006

Rapporteur preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

24.4.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

30.5.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrietus van den Berg, Danutė Budreikaitė, Michael Gahler, Hélène Goudin, Filip Andrzej Kaczmarek, Glenys Kinnock, Ģirts Valdis Kristovskis, Maria Martens, José Javier Pomés Ruiz, Horst Posdorf, Frithjof Schmidt y Mauro Zani.

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Hélène Aubert, John Bowis, Manolis Mavrommatis y Zbigniew Zaleski.

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sajjad Karim, Francisco José Millán Mon y Ralf Walter.

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  ĠU C 277, 1.10.2001, p. 21.
  • [2]  ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
  • [3]  ĠU C 140 E tat-13.06.2002, p. 569.
  • [4]  A6-0047/2006.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u l-MERCOSUR għall-konklużjoni ta' Ftehima ta' Assoċjazzjoni Interreġjonali

Numru ta' proċedura

2006/2035(INI)

Kumitat responsabbli
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

16.2.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

16.2.2006



 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  
Data tad-deċiżjoni


 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur
  Data tal-ħatra

Daniel Varela Suanzes-Carpegna
25.1.2006

 

Rapporteur preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

21.3.2006

11.7.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

12.9.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

−:

0:

23

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kader Arif, Jean-Pierre Audy, Jean-Louis Bourlanges, Daniel Caspary, Françoise Castex, Béla Glattfelder, Luis de Grandes Pascual, Jacky Henin, Luis Herrero-Tejedor, Filip Andrzej Kaczmarek, Alain Lipietz, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, Georgios Papastamkos, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Bogusław Rogalski, Tokia Saïfi, Peter Šťastný, Johan Van Hecke, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Zbigniew Zaleski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Margrietus van den Berg, Danutė Budreikaitė, Eugenijus Maldeikis, Antolín Sánchez Presedo, Mauro Zani

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

21.9.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)