RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)

22.9.2006 - (COM(2005)0705 – C6‑0005/2006 – 2005/0277(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Philippe Busquin

Proċedura : 2005/0277(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0304/2006
Testi mressqa :
A6-0304/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)

(COM(2005)0705 – C6‑0005/2006 – 2005/0277(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0705)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 167 u 172 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0005/2006),  

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6‑0304/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2

(2) TIs-Seba’ Programm ta’ Qafas huwa implimentat f’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, u mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni”.

(2) Is-Seba’ Programm ta’ Qafas qed ikun implimentat f’konformità mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”, u mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, minn hawn ’il quddiem imsejħa “ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni”.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex titħaffef il-votazzjoni.

Emenda 2

Premessa 3

(3) Is-Seba’ Programm ta’ Qafas qed ikun implimentat ukoll skond ir-regoli dwar l-għajnuna statali, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp.

(3) Is-Seba’ Programm ta’ Qafas għandu jkun implimentat skond ir-regoli dwar l-għajnuna statali, b’mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex titħaffef il-votazzjoni.

Il-Kummissjoni hija responsabbli biex iżżomm is-sistemi ta' għajnuna attwali kollha taħt reviżjoni kontinwa fl-Istati Membri peress li bħala prinċipju l-għajnuna lill-istat hija projbita, bi qbil ma' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ara "billi (3)). Fir-rigward tal-limiti stipulati fil-paragrafu 5.12 tal-"Qafas Komunitarju għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp", dan jispeċifika: "Fejn l-iffinanzjar tal-Komunità u l-għajnuna mill-Istat ikunu konġunti, l-appoġġ uffiċjali totali ma jistax jaqbeż il-75% fil-każ tar-riċerka industrijali u l-50% fil-każ ta' l-attivitajiet ta' żvilupp kompetittivi minn qabel" (ara wkoll il-paragrafi 72 u 73).

Emenda 3

Premessa 3 a (ġdida)

 

(3a) Is-Seba' Programm ta' Qafas għandu jkun implimentat b'sinerġija mal-fondi ta' koeżjoni u dawk strutturali.

Ġustifikazzjoni

Il-kumplimentarità bejn il-fondi differenti ta' l-UE għandha tkun imsaħħa.

Emenda 4

Premessa 3 b (ġdida)

 

(3b) Is-Seba' Programm ta' Qafas ikopri oqsma ġodda, bħas-sigurtà, li jistgħu jinkludu t-twettiq ta' attivitajiet ta' karatteristika sensittiva li jistgħu jwasslu għal informazzjoni klassifikata. Ir-regoli għal parteċipazzjoni huma mfassla b'mod li jiżguraw li l-informazzjoni kkonċernata tkun protetta.

Emenda 5

Premessa 4

(4) Ir-regoli tal-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti u trasparenti biex jiġu żgurati implimentazzjoni effiċjenti u aċċess faċli għall-parteċipanti kollha fis-Seba’ Programm ta’ Qafas.

(4) Ir-regoli tal-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet għandhom jipprovdu qafas koerenti sempliċi, komprensiv, mingħajr kliem tekniku u trasparenti biex jiġu żgurati implimentazzjoni effiċjenti u aċċess faċli għall-parteċipanti kollha fis-Seba’ Programm ta’ Qafas.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipazzjoni għandha tkun inkoraġġuta b'impenn għas-sempliċità u t-trasparenza.

Emenda 6

Premessa 4 a (ġdida)

 

(4a) Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-attivitajiet iffinanzjati fil-qafas tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC).

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex titħaffef il-votazzjoni.

Emenda 7

Premessa 4 b (ġdida)

 

(4b) It-tendenza ta' tnaqqis fil-parteċipazzjoni mill-industrija fil-Programm ta' Qafas għandha tinqaleb. Għalhekk, ir-regoli tal-parteċipazzjoni għandhom jiffaċilitaw il-proċedura ta' l-applikazzjoni u l-immaniġġjar tal-proġett, iżżid iċ-ċertezza legali għal parteċipanti u telimina l-ostakoli relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Ġustifikazzjoni

Ir-raġunijiet ewlenin għall-parteċipazzjoni baxxa ta' l-industrija fl-FP6 kienu l-proċeduri ta' applikazzjoni u r-regoli ta' maniġment kumplikati, l-inċertezza legali u n-nuqqas ta' protezzjoni xierqa għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Emenda 8

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a) Il-membri tal-Pjattaformi Ewropej għat-Teknoloġija (ETPs), kif deskritti fis-Seba' Programm ta' Qafas, huma sorsi importanti għall-identifikar tar-riċerka industrijali u għall-azzjonijiet ta' innovazzjoni fl-Ewropa. Fil-fatt uħud jew il-membri kollha tagħhom jixtiequ jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' riċerka ffinanzjati mis-Seba' Programm ta' Qafas u jistgħu japplikaw għall-iffinanzjar ta' l-azzjonijiet ta' riċerka tagħhom permezz ta' sejħiet għal proposti ppubblikati fil-kuntest ta' dan il-programm. L-ETPs jistgħu jistabbilixxu personalità legali. Il-proċeduri ta' tfassil tad-deċiżjonijiet fl-ETPs għandhom jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta' l-SMEs.

Emenda 9

Premessa 7

(7) Għaldaqstant huwa xieraq li titħalla mhux biss il-parteċipazzjoni ta’ persuni legali, sakemm ikunu intitolati li jeżerċitaw drittijiet u jidħlu għal obbligi, imma wkoll ta’ persuni naturali. Il-parteċipazzjoni ta’ persuni naturali se tiżgura l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ l-eċċellenza u ħila xjentifika li ma jkunux limitati għal iffinanzjar mill-Komunità ta’ proġetti li jinvolvu biss persuni legali, waqt li tiżgura wkoll il-parteċipazzjoni ta’ SMEs li mhumiex persuni legali.

(7) Għaldaqstant huwa xieraq li titħalla mhux biss il-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali, sakemm ikunu intitolati li jeżerċitaw drittijiet u jidħlu għal obbligi, imma wkoll ta’ persuni fiżiċi.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex titħaffef il-votazzjoni.

Emenda 10

Premessa 7 a (ġdida)

 

(7a) Il-kriterji ta' flessibilità għandhom ikunu pprovduti wkoll u applikati biex jippermettu r-riċerkaturi jwessgħu l-possibilitajiet ta' riċerka tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-istorja wriet li matul ħajjithom bosta minn dawk li rebħu l-premju Nobel qalbu b'mod ripetut minn possibilità ta' riċerka għall-oħra.

Emenda 11

Premessa 9

(9) Huwa xieraq li kull entità legali għandha tkun ħielsa li tieħu sehem ladarba tkun issodisfat il-kondizzjonijiet minimi. Parteċipazzjoni ’l fuq mill-minimu għandha tiżgura t-twettiq b’effiċjenza ta’ l-azzjoni indiretta kkonċernata.

(9) Parteċipazzjoni ’l fuq mir-rekwiżiti minimi legali m'għandhomx ixekklu l-implimentazzjoni b’effiċjenza ta’ l-azzjoni indiretta kkonċernata.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 12

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a) Sejħiet għal proposti fir-rigward tal-boroż ta' studju Marie Curie għandhom jitwessgħu biex jagħtu spinta lill-karrieri tar-riċerkaturi u biex jinkludu r-riċerka, u l-proġetti għandhom jippermettu skop kemm għal programmi kif ukoll għall-possibilità ta' impjieg tar-riċerkaturi biex jissaħħu timijiet eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Għandhom ikunu allokati opportunitajiet aktar wiesgħa għal timijiet stabbiliti u dawk emerġenti u għandu jitfakkar li dawn għandhom nuqqas ta' impjegati.

Emenda 13

Premessa 12

(12) Konformi ma’ l-għanijiet imsemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet biex ikunu pprovduta fondi mill-Komunità għall-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti.

(12) Konformi ma’ l-għanijiet imsemmija hawn fuq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti t-termini u l-kondizzjonijiet biex ikunu pprovduta fondi mill-Komunità, kif stipulat f'parti (a) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni .../... li tistabbilixxi s-Seba' Programm ta' Qafas, għall-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 14

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a) Huwa meħtieġ li tkun żgurata tranżizzjoni effettiva u flessibbli b'mod suffiċjenti mill-mudelli ta' spiża pproposti fis-Sitt Programm ta' Qafas u jkun żgurat li l-entitajiet li bbenefikaw mir-rimbors ta' l-ispejjeż fuq il-bażi tal-mudell ta' spejjeż addizzjonali ma jkunux penalizzati u skuraġġuti milli jipparteċipaw fis-Seba' Programm ta' Qafas. Filwaqt li jinżamm l-objettiv tas-simplifikazzjoni tad-definizzjoni ta' spejjeż eliġibbli u l-parteċipanti kollha jkunu stabbiliti f'livell ugwali, ir-rimbors parzjali ta' l-ispejjeż eliġibbli diretti u indiretti kollha għandu jkollu effett ta' inċentiv ekwivalenti għat-twaqqif mill-ġdid tal-mudell ta' spejjeż addizzjonali għall-entitajiet ikkonċernati.

Emenda 15

Premessa 13

(13) Huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni tal-proposti. B’mod partikolari għandhom jiġu stabbiliti r-regoli li jiddeterminaw l-użu ta’ esperti indipendenti.

(13) Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi u tadotta regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni tiegħu u f'dan ir-Regolament, biex jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u n-negozjar tal-proposti u l-approvazzjoni ta' għotjiet. B’mod partikolari dawn ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jiddeterminaw l-użu ta’ esperti indipendenti.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 16

Premessa 13 a (ġdida)

 

(13a) L-użu ta' dejtabases u l-iskambju ta' dejta b'mod elettroniku għandhom ikunu r-regola għas-Seba' Programm ta' Qafas.

Ġustifikazzjoni

Id-dejtabases għandhom jintużaw biex jimmassimizzaw l-effiċjenza ta' l-iskambji ta' informazzjoni meħtieġa għall-iffunzjonar xieraq tal-FP7 inklużi, ir-reġistrazzjoni, il-preżentazzjoni, l-immonitorjar u l-kontroll.

Emenda 17

Premessa 13 b (ġdida)

 

(13b) Peress li se titwaqqaf sistema elettronika ċentrali għat-tressiq tal-proposti u għall-immaniġġjar ta' proġetti fis-seħħ, huwa essenzjali biex is-servers ikunu disponibbli fuq bażi effiċjenti biex is-sistema tkun faċli biex tintuża mill-utent, bl-użu ta' soluzzjonijiet tekniċi li huma indipendenti b'mod sħiħ mis-software ta' l-utent u jippreżentaw l-istadju milħuq fl-ipproċessar tal-proposti u kwalunkwe stadju li għad irid jitlesta, u biex ikunu stabbiliti regoli ċari fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dejta pprovduta u d-drittijiet ta' l-aċċess għall-istaff tal-Kummissjoni u għall-eżaminaturi.

Ġustifikazzjoni

Peress li t-tressiq tal-proposti b'mod elettroniku huwa l-uniku mezz ta' aċċess għal parteċipazzjoni, huwa essenzjali li jkun żgurat li s-sistema tkun disponibbli fil-pront u tkun faċli biex tintuża mill-utent. Fuq kollox, l-SMEs m'għandhomx ikunu mxekkla milli jipparteċipaw minħabba ostakoli tekniċi.

Emenda 18

Premessa 13 c (ġdida)

 

(13c) Il-Kummissjoni trid timplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas bi qbil mal-prinċipji ta' qafas integrat intern ta' kontroll.

Ġustifikazzjoni

Il-kontrolli għandhom ikunu applikati għal standard komuni u kkoordinati biex jevitaw xogħol doppju bla bżonn. L-ispiża ġenerali tal-kontrolli għandha tkun fi proporzjon mal-benefiċċji ġenerali tagħhom kemm f'sens monetarju kif ukoll politiku.

Emenda 19

Premessa 14

(14) Huwa xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw l-evalwazzjoni tal-vijabbiltà legali u finanzjarja tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas.

(14) Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi tadotta regoli u proċeduri ulterjuri, minbarra dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni tiegħu, biex jirregolaw il-verifika ta' l-eżistenza, l-istatus legali u l-kapaċità operattiva u finanzjarja tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 20

Premessa 14 a (ġdida)

 

(14a) L-aċċess għall-iffinanzjar għandu jkun faċilitat mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità fir-rigward tad-dokumenti li jridu jkunu pprovduti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tissostitwixxi l-AM BUDG 6 ma' l-Abbozz ta' Rapport ta' Jerzy Buzek tas-Seba' Programm ta' Qafas.

Emenda 21

Premessa 15

(15) F’dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolarità, il-proċeduri għall-irkupru ta’ ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta’ l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni u mill-Qorti ta’ l-Awdituri, kif stipulat fl-Artikolu 248(2) tat-Trattat.

(15) F’dan il-kuntest, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni tiegħu, u r-Regolament tal-Kunsill (EC, Euratom) Nru 2988/1995 jirregolaw, inter alia l-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità, il-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolarità, il-proċeduri għall-irkupru ta’ ammonti dovuti lill-Kummissjoni, l-esklużjoni mill-proċeduri kuntrattwali u ta’ l-għotjiet u l-penali relattivi, u l-awditjar, il-kontrolli, u l-ispezzjonijiet mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Minbarra dan, il-Qorti tirrakkomanda l-inklużjoni ta' referenzi għar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, mar-Regolament Nru 2185/1996 fir-rigward tal-kontrolli fuq il-post u ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni, u mar-Regolament Nru 1073/1999 u r-Regolament Nru 1074/1999 fir-rigward ta' l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew għal Kontra l-Frodi (OLAF). Għandu jkun innutat li dawn ir-Regolamenti japplikaw għall-Kummissjoni biss (ara "billi" (15), "billi" (16) u l-Artikolu 19(8a)).

Emenda 22

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a) Il-pagamenti għandhom jitwettqu kemm jista' jkun malajar biex jimminimizzaw l-iffinanzjar minn qabel mill-parteċipanti.

Ġustifikazzjoni

Bil-ħsieb tal-perjodi ta' żmien twal sal-pagament, rikonoxxuti mill-Kummissjoni stess, l-istituti qed ikunu sfurzati ta' spiss biex jiffinanzjaw minn qabel bosta oqsma mill-ispiża għad-detriment tal-baġit tal-proġett. L-SMUs b'mod speċjali, ta' spiss m'humiex f'pożizzjoni li jiffinanzjaw l-ispiża minn qabel.

Emenda 23

Premessa 16

(16) Il-ftehim konklużi għal kull azzjoni għandhom jipprovdu għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew kull rappreżentant awtorizzat mill-Kummissjoni, kif ukoll għal awditjar mill-Qorti ta’ l-Awdituri u kontrolli esegwiti fuq il-post mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (European Anti-Fraud Office – OLAF) f’konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament tal-Kunsill Nru 2185/96.

 

(16) Il-ftehimiet konklużi għal kull azzjoni jridu jipprovdu għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni, jew kull rappreżentant awtorizzat mill-Kummissjoni, kif ukoll għal awditjar mill-Qorti ta’ l-Awdituri u kontrolli esegwiti fuq il-post mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (European Anti-Fraud Office – OLAF) f’konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolamenti tal-Kunsill Nru 2185/96, Nru 2185/96, Nru 1073/99 u Nru 1074/99. Bl-istess mod, il-ftehimiet għandhom jipprovdu verifiki mill-Qorti ta' l-Awdituri li tista' twettaq il-verifiki tagħha skond ir-regoli tagħha stess bi qbil ma' l-Artikolu 248(2) tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 24

Premessa 17

(17) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u kemm is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu.

(17) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u kemm is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu. Hija għandha teżamina r-regoli preżenti wkoll għal parteċipazzjoni u għat-tixrid tar-riżultati.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli preżenti jridu jkunu evalwati wkoll b'mod perjodiku biex jippermettu l-kundizzjonijiet ta' l-implimentazzjoni tagħhom biex ikunu aġġustati jekk ikun meħtieġ.

Emenda 25

Premessa 17 a (ġdida)

 

(17a) Il-Kummissjoni għandha tidentifika wkoll interazzjonijiet possibbli tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka mar-riċerka kollaborattiva, ERA-NETs u programmi nazzjonali, biex telimina l-iffinanzjar doppju tar-riċerka fil-livell Ewropew u dak nazzjonali.

Emenda 26

Premessa 17 b (ġdida)

 

(17b) Fil-każ ta' l-iffinanzjar skond is-Seba' Programm ta' Qafas, il-frekwenza u l-karatteristika tar-rapporti li jridu jkunu prodotti għall-Kummissjoni b'konsorzju għandhom ikunu speċifikati fil-ftehima ta' l-għotja. Ir-rekwiżiti ta' rappurtar għandhom, bħala regola, jinżammu fil-minimu meħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni li tissorvelja l-proġett b'mod xieraq. Bħala regola ġenerali, ħlief f'każi eċċezzjonali ġustifikati, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikati tal-verifika m'għandhomx imorru lilhinn mill-prinċipji stipulati fir-Regolament Finanzjarju.

Emenda 27

Premessa 18

(18) Ir-regoli li jiddeterminaw it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-parteċipanti jipproteġu l-proprjetà intellettwali prodotta fl-azzjonijiet, u l-użu u t-tixrid ta’ dawk ir-riżultati.

(18) Ir-regoli li jiddeterminaw it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka għandhom jiżguraw li, fejn ikun xieraq, il-parteċipanti u l-entitajiet affiljati tagħhom jipproteġu l-proprjetà intellettwali prodotta fl-azzjonijiet, u l-użu u t-tixrid ta’ dawk ir-riżultati.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 28

Premessa 19

(19) Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b’mod li jiżguraw li l-parteċipanti jkollhom aċċess għat-tagħrif li jġibu lejn il-proġett u għat-tagħrif li joħroġ mix-xogħol ta’ riċerka esegwita fil-proġett safejn huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ xogħol ta’ riċerka jew għall-użu tat-tagħrif li jirriżulta.

(19) Filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tas-sidien tal-proprjetà intellettwali, dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla b’mod li jiżguraw li l-parteċipanti u l-entitajiet affiljati tagħhom ikollhom aċċess għat-tagħrif li jġibu lejn il-proġett u għat-tagħrif li joħroġ mix-xogħol ta’ riċerka esegwita fil-proġett safejn huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ xogħol ta’ riċerka jew għall-użu tat-tagħrif li jirriżulta.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 29

Premessa 19 a (ġdida)

 

(19a) Fir-rigward tal-pagamenti skond il-Programm ta' Qafas, l-Istati Membri huma inkoraġġuti biex jiffaċilitaw l-aċċess għal fondi ta' l-applikazzjoni għar-riċerka mwettqa mill-SMEs, universitajiet, ċentri ta' riċerka jew kull entità legali oħra (pereżempju, fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet għar-rimbors tal-VAT). Minbarra dan, il-fondi biex ikopru l-ispejjeż tal-VAT għandhom jingħataw lil dawk il-benefiċjarji li m'humiex eliġibbli għar-rimbors tal-VAT.

Ġustifikazzjoni

F'ħafna każijiet l-akkademji jew assoċjati oħrajn għandhom diffikultajiet biex jiffinanzjaw proġetti ta' riċerka anke bl-għajnuna tal-fond Ewropew ukoll. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali minflok ma jagħmlu s-sitwazzjoni aktar diffiċli.

Emenda 30

Premessa 20

(20) L-obbligu stabbilit fis-Sitt Programm ta’ Qafas li ċerti parteċipanti jerfgħu r-reponsabbiltà finanzjarja ta’ l-imsieħba tagħhom fl-istess konsorzju se jitneħħa. Skond il-livell ta’ riskju marbut man-nuqqas ta’ rkupru ta’ ammonti, parti mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jinżamm biex ikopri ammonti dovuti minn imsieħba u li jonqsu milli jirrimborżaw. Il-parteċipanti li kienu jiġu obbligati jkopru r-responsabbiltà finanzjarja tal-parteċipanti l-oħra għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-evitar tar-riskju, li għandha tinżamm mill-Kummissjoni meta tagħmel il-pagamenti

imħassra

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 31

Premessa 21

(21) Kontributi tal-Komunità lil xi impriża konġunta jew xi struttura oħra mwaqqfa skond l-Artikolu 171 tat-Trattat, jew skond l-Artikolu 169 tat-Trattat ma jaqgħux fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

imħassra

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 32

Premessa 22

(22) Dan ir-regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(22) Kwalunkwe azzjoni koperta b'dan ir-regolament trid tirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 33

Premessa 23

(23) Il-Komunità tista’ tagħmel għotja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) biex trawwem l-investiment mis-settur privat f’azzjonijiet RTD Ewropej kbar eliġibbli billi żżid il-kapaċità tal-Bank fil-ġestjoni tar-riskju, biex b’hekk tippermetti (i) volum ikbar ta’ self mill-EIB għal ċertu livell ta’ riskju, u (ii) l-iffinanzjar ta’ azzjonijiet RTD Ewropej aktar riskjużi minn dawk possibbli mingħajr sostenn Komunitarju bħal dan.

(23) Il-Komunità tista’ tagħmel għotja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) biex trawwem l-investiment mis-settur privat f’azzjonijiet RTD Ewropej kbar eliġibbli identifikati f'parti (b) ta' l-Anness III mad-Deċiżjoni .../... (li tistabbilixxi s-Seba' Programm ta' Qafas) billi żżid il-kapaċità tal-Bank fil-ġestjoni tar-riskju, biex b’hekk tippermetti (i) volum ikbar ta’ self mill-EIB għal ċertu livell ta’ riskju, u (ii) l-iffinanzjar ta’ azzjonijiet RTD Ewropej aktar riskjużi minn dawk possibbli mingħajr sostenn Komunitarju bħal dan.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 34

Premessa 24

(24) Il-Komunità tista’ tipprovdi sostenn finanzjarju, kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju, inter alia permezz ta’: (a) akkwisti pubbliċi, f’sura ta’ prezz għal oġġetti u servizzi stabbilit b’kuntratt u magħżul abbażi ta’ sejħiet għall-offerti; (b)  għotjiet; (c)  ħlasijiet ta’ affiljazzjoni lil xi organizzazzjoni, f’sura ta’ miżata tas-sħubija; (d)  ħlasijiet ta’ onorarja lil esperti indipendenti identifikati fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament.

imħassra

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 35

Premessa 24 a (ġdida)

 

(24a) Il-proċeduri amministrattivi għandhom ikunu simplifikati b'mod sinifikattiv meta mqabbla mal-programmi preċedenti u għandu jitqiegħed iffukar imsaħħaħ fuq l-evalwar tal-mertu xjentifiku tal-proġetti ta' riċerka. Deċentralizzazzjoni sinifikattiva għandha tkun introdotta flimkien ma' analiżi b'saħħitha orjentata skond il-meritu.

Emenda 36

Artikolu 1, titolu

Suġġett

Suġġett u skop

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 37

Artikolu 1, paragrafu 5 a (ġdid)

 

Dan ir-Regolament għandu japplika għal azzjonijiet iffinanzjati fi ħdan il-qafas tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC).

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 38

Artikolu 1, paragrafu 5 b (ġdid)

 

Fil-kuntest tal-programm speċifiku "Ideat", il-Kummissjoni għandha tapplika dawn ir-regoli għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet ta’ riċerka tal-"fruntiera" wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Kunsill Xjentifiku ta' l-ERC.

Emenda 39

Artikolu 1, paragrafu 5 c (ġdid)

 

Dan ir-Regolament għandu japplika għal għotjiet tal-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) biex jikkontribwixxi għal provvediment u allokazzjoni tal-kapital għall-iffinanzjar tas-self u tal-garanzija tiegħu, għal azzjonijiet identifikati fl-Anness III mad-Deċiżjoni .../... [li tistabbilixxi s-Seba' Programm ta' Qafas].

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 40

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni:

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni:

(1)         “tagħrif miksub” tfisser ir-riżultati, inkluż tagħrif, kemm jekk jistgħu jiġu protetti u kemm jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet. Dawn ir-riżultati jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur; drittijiet tad-disinn; drittijiet tal-brevetti; drittijiet tal-varjetà ta’ l-impjanti; jew forom simili ta’ protezzjoni;

(1) “tagħrif miksub” tfisser ir-riżultati, inkluż tagħrif, kemm jekk jistgħu jiġu protetti u kemm jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet. Dawn ir-riżultati jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur; drittijiet tad-disinn; drittijiet tal-brevetti; drittijiet tal-varjetà ta’ l-impjanti; jew forom simili ta’ protezzjoni;

(2)         “tagħrif eżistenti” tfisser it-tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja, kif ukoll drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ dan it-tagħrif, li applikazzjoni għalih tkun ġiet ippreżentata qabel ma jikkonkludu l-ftehim ta’ għotja, u li huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta’ l-azzjoni indiretta;

(2) “tagħrif eżistenti” tfisser it-tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel il-konklużjoni tal-ftehim ta’ għotja, kif ukoll dritt ta’ l-awtur jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali oħra jew l-applikazzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ dan it-tagħrif, li huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta' tagħrif miksub ta’ l-azzjoni indiretta;

(3)         “organizzazzjoni tar-riċerka ” tfisser organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta’ riċerka xjentifika jew teknika bħala l-għan ewlieni tagħha;

(3) “organizzazzjoni tar-riċerka” tfisser organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta’ riċerka xjentifika jew teknika bħala l-għan ewlieni tagħha;

(4)         “pajjiż terz” tfisser stat li mhuwiex Stat membru;

(4) “pajjiż terz” tfisser stat li mhuwiex Stat membru;

(5)         “pajjiż Assoċjat” tfisser pajjiż terz li huwa parti minn ftehim internazzjonali mal-Komunità, li taħt it-termini jew abbażi tiegħu dan jikkontribwixxi finanzjarjament għas-Seba’ Programm ta’ Qafas kollu jew xi parti minnu;

(5) “pajjiż Assoċjat” tfisser pajjiż terz li huwa parti minn ftehim internazzjonali mal-Komunità, li taħt it-termini jew abbażi tiegħu dan jikkontribwixxi finanzjarjament għas-Seba’ Programm ta’ Qafas kollu jew xi parti minnu;

(6)         “organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni intergovernattiva, barra l-Komunità Ewropea, li għandha personalità legali taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa mit-tali organizzazzjoni internazzjonali;

(6) “organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni intergovernattiva, barra l-Komunità Ewropea, li għandha personalità legali taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa mit-tali organizzazzjoni internazzjonali;

(7)         “organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;

(7) “organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa;

(8)         “pajjiż imsieħeb fil-kooperazzjoni internazzjonali” tfisser pajjiż terz li l-Kummissjoni tikklassifika bħala pajjiż ta’ dħul baxx, ta’ dħul medju baxx, jew ta’ dħul medju għoli u li huwa identifikat bħala tali fil-programmi ta’ ħidma;

(8) “pajjiż imsieħeb fil-kooperazzjoni internazzjonali” tfisser pajjiż terz li l-Kummissjoni tikklassifika bħala pajjiż ta’ dħul baxx, ta’ dħul medju baxx, jew ta’ dħul medju għoli u li huwa identifikat bħala tali fil-programmi ta’ ħidma;

(9)         “korp pubbliku” tfisser kull entità pubblika mwaqqfa bħala tali bil-liġi pubblika nazzjonali, u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(9) “korp pubbliku” tfisser kull entità pubblika mwaqqfa bħala tali bil-liġi pubblika nazzjonali, kwalunkwe entità legali taħt il-liġi privata li tilħaq funzjoni sovrana, kwalunkwe entità legali stabbilita mil-liġi nazzjonali privata iżda ffinanzjata b'mod primarju minn fondi pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(10)       “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fit-tifsir tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta’ Mejju 2003;

(10) “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fit-tifsir tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta’ Mejju 2003;

 

(10a) "Kumpanija assoċjata" tfisser, fir-rigward ma' entità legali oħra, kull entità legali li hija jew:

 

(a) taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' entità legali oħra, jew

 

(b) taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-entità legali l-oħra.

(11)     “programm ta’ ħidma” tfisser pjan adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ programm speċifiku kif identifikat fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni […/…];

(11) “programm ta’ ħidma” tfisser pjan adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ programm speċifiku kif identifikat fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni […/…];

(12)       “skemi ta’ ffinanzjar” tfisser il-mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta’ azzjonijiet indiretti mill-Komunità kif stabbilit fil-parti (a) ta’ l-Anness III għad-Deċiżjoni […/…];

(12) “skemi ta’ ffinanzjar” tfisser il-mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta’ azzjonijiet indiretti mill-Komunità kif stabbilit fil-parti (a) ta’ l-Anness III għad-Deċiżjoni […/…];

 

(12a) "gruppi speċifiċi" tfisser SMEs jew assoċjazzjonijiet tagħhom, u organizzazzjonijiet mhux governattivi li joperaw biss fil-qasam ta' "xjenza u soċjetà"

 

(12b) "interess leġittimu" tfisser kull interess ta' kwalunkwe karatteristika, inkluż interess kummerċjali, li parteċipant jista' jitlob fil-każijiet speċifikati f'dan ir-Regolament; għal dak l-għan, il-parteċipant għandu juri li, fiċ-ċirkostanza kkonċernata, in-nuqqas li jqis l-interess tiegħu jikkawżalu ħsara sproporzjonata;

 

(12c) "kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli" tfisser kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli f'diversi għamliet possibbli, inklużi f'termini finanzjarji (somom totali, ħlasijiet tad-drittijiet, eċċ), stipulati fid-dawl tal-kontribut tal-parteċipant lix-xogħol li joħloq l-għarfien, u li għalih għandu jagħti aċċess, u lill-potenzjal inerenti f'dak l-għarfien;

(15) “RTD performer” tfisser entità legali li twettaq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku għall-benefiċċju ta’ gruppi speċifiċi fi proġetti ta’ riċerka għall-benefiċċju ta’ dawk il-gruppi.

(13) “RTD performer” tfisser entità legali li twettaq attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku għall-benefiċċju ta’ gruppi speċifiċi fi proġetti ta’ riċerka għall-benefiċċju ta’ dawk il-gruppi.

 

(13a) "parteċipant" tfisser kwalunkwe entità legali li tikkontribwixxi għal azzjoni indiretta u li jkollha d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-Komunità skond it-termini ta' dan ir-Regolament jew skond il-ftehima ta' l-għotja;

 

(13b)"entitajiet affiljati" tfisser entitajiet legali li waħda minnhom tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' l-oħra, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett; "kumpaniji affiljati" tfisser li l-kontroll ikun definit fuq il-bażi tal-pussess ta' iżjed minn 50% tas-sehem tal-vot f'entità bħal din;

Emenda 41

Artikolu 3, paragrafu -1 (ġdid)

 

Azzjonijiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas jistgħu jiġġeneraw, jew jinkludu l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata ta' l-UE.

Informazzjoni bħal din għandha tkun immaniġġjata u protetta bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/844/KE, ECSC, Euratom) tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli ta' Proċeduri interni tagħha1.

 

_______________________________________
1
ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1.

Ġustifikazzjoni

L-arranġamenti proposti mill-Kummissjoni sabiex jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehima ta' l-għotja (Artikolu 22(3)) m'humiex biżżejjed, minħabba li trid tiġi żgurata wkoll il-kunfidenżjalità mill-istadju ta' l-evalwazzjoni tal-proposti 'l quddiem.

Emenda 42

Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità tar-riċerka u l-iżvilupp Ewropej, il-partiċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti fil-qasam tas-sigurtà għandha tkun ristretta għall-Istati Membri, ħlief f'każijiet speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-fatt li l-paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu 22 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta' riċerka fil-qasam tas-sigurtà jqajmu din il-possibilità, din toħroġ mill-karatteristika speċjali tal-kwistjonijiet involuti li għandu jkun possibbli li jiġu applikati restrizzjonijiet li jikkonċernaw il-partecipazzjoni ta' entitajiet minn pajjiżi terzi u t-tixrid ta' l-informazzjoni miksuba.

Emenda 43

Artikolu 4, paragrafu 1, subparagrafi 2 u 3

Madanakollu, fil-każ ta’ azzjoni indiretta kif imsemmija fl-Artikoli 5(1), 7, 8 jew 9, li taħthom huwa possibbli li l-kondizzjonijiet minimi jkunu ssodisfati mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ entità legali mwaqqfa fi Stat Membru, l-ilħiq ta’ l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 163 u 164 tat-Trattat għandu għalhekk jittejjeb.

Entità legali hija kull persuna naturali, jew kull persuna legali maħluqa skond il-liġi nazzjonali tal-post tat-twaqqif ta’ l-istabbiliment tagħha, jew skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li tista’, waqt li taġixxi f’isimha, teżerċita drittijiet u tkun suġġetta għal obbligi.

Entità legali hija kull persuna naturali, jew kull persuna legali maħluqa skond il-liġi nazzjonali tal-post tat-twaqqif ta’ l-istabbiliment tagħha, jew skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li tista’, waqt li taġixxi f’isimha, teżerċita drittijiet u tkun suġġetta għal obbligi.

Fil-każ ta azzjoni indiretta kif imsemmija fl-Artikoli 5(1), 7, 8 jew 9, skond liema azzjoni huwa possibbli li l-kundizzjonijiet minimi li jridu jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ entità legali mwaqqfa fi Stat Membru, għalhekk għandha tisaħħaħ il-kisba ta’ l-objettivi stipulati fl-Artikoli 163 u 164 tat-Trattat.

(L-ordni ta' dawn il-paragrafi inqalbet.)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 44

Artikolu 1, paragrafu 1, subparagrafu 3 a (ġdid)

 

L-aċċess għall-finanzjament għandu jiġi ffaċilitat mill-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità fir-rigward tad-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti u bil-ħolqien ta' dejtabase għat-tressiq ta' l-applikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-metodi u l-proċeduri jeħtieġ li jkunu ssimplifikati sabiex tkun imħaffa t-trasparenza tal-proċedura ta' selezzjoni u tiffaċilita l-aċċess għall-programm. L-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija Eżekuttiva għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' kondotta dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija eżekuttiva u r-Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003 li jistabilixxu l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li se jkunu fdati b'funzjonijiet speċifiċi fl-immaniġġjar ta' programmi tal-Komunità. Dan se jiżgura li jkun hemm finanzjament xieraq għall-azzjonijiet tal-programm.

Din l-emenda tissostitwixxi l-EM BUDG 6 ta' l-Abbozz ta' Rapport ta' Jerzy Buzek dwar is-Seba' Programm ta' Qafas.

Emenda 45

Artikolu 5, paragrafu 1

1. Il-kondizzjonijiet minimi għal azzjonijiet indiretti għandhom ikunu dawn li ġejjin:

1. Il-kundizzjonijiet minimi għal parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) iridu jieħdu sehem minn ta’ l-inqas tliet entitajiet legali, li kull waħda minnhom tkun imwaqqfa fi Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u mhux aktar minn tnejn minnhom ikunu mwaqqfa fl-istess Stat Membru jew pajjiż Assoċjat;

(a) iridu jieħdu sehem minn ta’ l-inqas tliet entitajiet legali, u mill-inqas waħda minnhom trid tkun stabbilita fi Stat Membru;

 

(aa) il-pajjiżi li fihom huma stabbiliti l-entitajiet legali li qed jipparteċipaw għandhom jinkludu mill-inqas tliet Stati Membri jew Pajjiżi Assoċjati;

(b) it-tliet entitajiet legali kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin f’konformità ma’ l-Artikolu 6.

(b) mill-inqas tliet entitajiet legali li qed jipparteċipaw għandhom ikunu indipendenti minn xulxin f’konformità ma’ l-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti minimi legali għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali indipendenti f'azzjonijiet indiretti u l-post tat-twaqqif ta' l-istabbiliment tagħhom iridu jkunu ċċarati sabiex tiġi evitata interpretazzjoni ristrettiva żżejjed ta' dawn ir-rekwiżiti.

Emenda 46

Artikolu 7

Għal proġetti kollaborattivi li jindirizzaw il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi msieħba fil-kooperazzjoni internazzjonali bl-istess kondizzjonijiet ta’ l-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati, kif identifikati fil-pogramm ta’ ħidma, il-kondizzjonijiet minimi għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Għal proġetti kollaborattivi, kif stipulat fil-parti (a), sezzjoni 1, ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru .../... [dwar is-Seba' Programm ta' Qafas...], li jinkludu l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi msieħba fil-kooperazzjoni internazzjonali bl-istess kondizzjonijiet ta’ l-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati, kif identifikati fil-pogramm ta’ ħidma, il-kondizzjonijiet minimi għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) għandhom jieħdu sehem minn ta’ l-inqas erba’ entitajiet legali;

(a) għandhom jieħdu sehem minn ta’ l-inqas erba’ entitajiet legali;

(b) minn ta’ l-inqas żewġ entitajiet legali msemmija fil-punt (a) għandhom ikunu mwaqqfa fi Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati, imma l-ebda tnejn ma jistgħu jkunu mwaqqfa fl-istess Stat Membru jew pajjiż Assoċjat;

(b) il-pajjiżi li fihom l-entitajiet legali li qed jipparteċipaw msemmija fil-punt (a) huma mwaqqfa jridu jinkludu mill-inqas żewġ Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati;

(c) minn ta’ l-inqas żewġ entitajiet legali msemmija fil-punt (a) għandhom ikunu mwaqqfa f’pajjiżi msieħba fil-kooperazzjoni internazzjonali imma l-ebda tnejn ma jistgħu jkunu mwaqqfa fl-istess pajjiż imsieħeb fil-kooperazzjoni internazzjonali;

(c) il-pajjiżi li fihom l-entitajiet legali li qed jipparteċipaw msemmija fil-punt (a) huma mwaqqfa jridu jinkludu mill-inqas żewġ pajjiżi msieħba fil-kooperazzjoni internazzjonali;

(d) l-erba’ entitajiet legali kollha msemmija fil-punt (a) għandhom ikunu indipendenti minn xulxin f’konformità ma’ l-Artikolu 6.

(d) mill-inqas erba’ entitajiet legali li qed jipparteċipaw msemmija fil-punt (a) għandhom ikunu indipendenti minn xulxin f’konformità ma’ l-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 47

Artikolu 7, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Minkejja l-ewwel paragrafu, fi programmi ta' koperazzjoni ma' pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, jistgħu jinħarġu sejħiet għall-proposti, addattati għal-livel u għall-ħtiġiet tal-pajjiżi reċipjenti, sabiex jinkludu korpi u entitajiet legali li qed jaħdmu fil-qasam.

Ġustifikazzjoni

L-istrutturi u l-kapaċitajiet tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jew tal-pajjiżi sottożviluppati m'humiex l-istess bħal ta' l-Ewropa, u dan il-fatt għandu jitqies.

Emenda 48

Artikolu 8, paragrafu 2

L-ewwel paragrafu m’għandux japplika fil-każ ta’ azzjonijiet li jikkoordinaw proġetti ta’ riċerka.

L-ewwel paragrafu m’għandux japplika fil-każ ta’ azzjonijiet li l-iskop tagħhom hu li jikkoordinaw attivitajiet ta' proġetti ta’ riċerka.

Emenda 49

Artikolu 9

Għal azzjonijiet indiretti li jappoġġjaw proġetti ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien (“frontier”) immexxija minn riċerkaturi iffinanzjati mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, il-kondizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda mwaqqfa fi Stat Membru jew f’pajjiż Assoċjat.

1. Għal azzjonijiet indiretti li jappoġġjaw proġetti ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien (“frontier”) immexxija minn riċerkaturi iffinanzjati mill-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, kif stabbilit f'parti (a), taqsima 4, ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru .../... (rigward is-Seba' Programm ta' Qafas), il-kondizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda mwaqqfa fi Stat Membru jew f’pajjiż Assoċjat.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura t-trasferibilità ta' għotjiet għal proġetti ta’ riċerka fil-"fruntiera" ta’ l-għarfien immexxija minn riċerkaturi ffinanzjati mill-ERC bejn entitajiet legali stabbiliti fi Stati Membri jew f'Pajjiżi Assoċjati.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Bi qbil mal-proposta tal-Kummissjoni, il-ftehimiet ta' l-għotja għandhom fil-prinċipju jiġu ffirmati ma' l-entitajiet legali, mhux mar-riċerkaturi individwali. B'kuntrast ma' partijiet oħra27. Ara wkoll il-proposta tal-Qorti għal struttura simplifikata ta' governanza ta' konsorzji li jwettqu azzjonijiet indiretti ta' għotjiet tas-Seba' Programm ta' Qafas li jinvolvu bosta msieħba, għotjiet għal proġetti ta' riċerka fil-fruntieri ta' l-għarfien mmexxija mir-riċerkaturi stess fil-qafas tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka jingħataw biex jiġu ffinanzjati l-attivitajiet ta' riċerka ta' riċerkatur speċifiku jew tim ta' riċerka. Dan joħloq il-problema li jkun żgurat li għotja għal riċerka fil-fruntieri ta' l-għarfien tista' tiġi trasferita jekk riċerkatur speċifiku jiċċaqlaq għal organiżazzjoni ta' riċerka oħra (ara Artikolu 9(2)).

Emenda 50

Artikolu 9 a (ġdid)

 

Artikolu 9a

 

Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs

 

Se jkunu introdotti miżuri mmirati sabiex jippromwovu u jappoġġjaw il-parteċipazzjoni u, fejn ikun xieraq, l-involviment fit-teħid ta' deċiżjonijiet mill-SMEs u minn unitajiet żgħar ta' riċerka fl-implimentazzjoni ta' inizjattivi teknoloġiċi konġunti (JTIs). Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għall-miżuri leġiżlattivi neċċessarji.

Ġustifikazzjoni

Proġett ta' riċerka fit-tul, indipendenti u ambizzjuż f'inizjattiva tekonoloġika konġunta approvata mill-Kunsill m'għandhux ikun instabbli minn evalwazzjonijiet perjodiċi u mill-inċertezzi li jirriżultaw, li jaħdmu kontra impenn ċar u sod fi ħdan qafas ta' immaniġġjar effiċjenti, li jkun suġġett għal reviżjoni waħda biss (u kif wieħed jittama b'aġġustamenti żgħar biss).

Din l-emenda tissostitwixxi l-AM 1264 u 1268 ta' l-Abbozz ta' rapport ta' Jerzy Buzek dwar is-Seba' Programm ta' Qafas.

Emenda 51

Artikolu 11

Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi wara li jkunu ssodisfaw il-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, kif ukoll kull kondizzjonijiet speċifikati fil-programmi speċifiċi jew il-programmi ta’ ħidma rilevanti.

Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi wara li jkunu ssodisfaw il-kundizzjonijiet minimi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, kif ukoll kull kundizzjoni speċifikata fil-programmi speċifiċi jew il-programmi ta’ ħidma rilevanti. Minkejja l-Artikolu 31, il-parteċipanti minn pajjiżi terzi jistgħu, jekk huma jagħżlu hekk, jiksbu rimborżi bbażati fuq somom sħaħ ikkalkulati għal kull riċerkatur. Ir-regoli għal dawk kollha li jipparteċipaw fl-azzjoni indiretta għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet relevanti tal-ftehima tal-konsorzju.

Emenda 52

Artikolu 11, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Is-somma sħiħa applikabbli għandha tkun determinata mill-Kummissjoni skond il-karatteristiċi tal-pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Il-parteċipanti minn pajjiżi terzi spiss ikollhom diffikultà sabiex jistabbilixxu l-ispejjeż reali tagħhom u sabiex isibu s-sehem tagħhom għall-iffinanzjar konġunt. Din il-problema tistà tissolva permezz ta' rata stabbilita ta' somma sħiħa.

Emenda 53

Artikolu 12

B’żieda mal-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, il-programmi speċifiċi jew il-programmi ta’ ħidma jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet rigward in-numru minimu ta’ parteċipanti.

B’żieda mal-kondizzjonijiet minimi stabbiliti f’dan il-Kapitolu, il-programmi speċifiċi jistgħu jistabbilixxu wkoll, skond it-tip u l-għanijiet ta’ l-azzjoni indiretta, kondizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tat-tip ta’ parteċipant u, fejn hu xieraq, tal-post tat-twaqqif ta’ l-istabbiliment.

Huma jistgħu jistabbilixxu wkoll, skond it-tip u l-għanijiet ta’ l-azzjoni indiretta, kondizzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu ssodisfati fir-rigward tat-tip ta’ parteċipant u, fejn hu xieraq, tal-post tat-twaqqif ta’ l-istabbiliment.

 

Ġustifikazzjoni

Kieku l-kriterji kellhom jiġu modifikati kull sena, ikun meħtieġ li l-kumitat xjentifiku jistabbilixxi l-programmi f'konformità b'mod kostanti.

Emenda 54

Artikolu 13

Sejħiet għall-proposti

Sejħiet għall-proposti

1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet għall-proposti għal azzjonijiet indiretti f’konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-programmi speċifiċi u programmi ta’ ħidma rilevanti.

1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet għall-proposti f’konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-programmi speċifiċi u programmi ta’ ħidma rilevanti li jistgħu jinkludu sejħiet immirati lejn gruppi partikulari bħal SMEs.

B’żieda mal-pubbliċità speċifikata fir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għall-proposti fil-paġni tas-Seba’ Programm ta’ Qafas fuq l-Internet, permezz ta’ kanali ta’ l-informazzjoni speċifiċi, u fil-punti ta’ kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati membri u l-pajjiżi Assoċjati.

B’żieda mal-pubbliċità speċifikata fir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għall-proposti fil-paġni tas-Seba’ Programm ta’ Qafas fuq l-Internet, permezz ta’ kanali ta’ l-informazzjoni speċifiċi, u fil-punti ta’ kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati membri u l-pajjiżi Assoċjati.

2. Fejn hu xieraq, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fis-sejħa għall-proposti li l-parteċipanti m’għandhomx għalfejn jagħmlu ftehim ta’ konsorzju.

2. Fejn hu xieraq, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fis-sejħa għall-proposti li l-parteċipanti m’għandhomx għalfejn jagħmlu ftehim ta’ konsorzju.

 

2a. Is-sejħiet għal proposti għandhom ikunu diretti bir-reqqa u jkollhom objettivi ċari u preċiżi sabiex l-ebda persuna li tagħmel offerta ma tirrispondi għalxejn.

 

2b. Il-kriterji ta' l-għażla għandhom jistipulaw il-karatteristiċi, il-kwalità u l-implimentazzjoni tal-proġett.

Emenda 55

Artikolu 14

Il-Kummissjoni m’għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin:

Bi qbil mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regoli Implimentattivi, il-Kummissjoni m’għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin:

(a) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jridu jitwettqu mill-entitajiet legali identifikati fil-programmi speċifiċi jew fil-programmi ta’ ħidma meta l-programm speċifiku jippermetti li l-programmi ta’ ħidma jidentifikaw il-benefiċjarji, f’konformità mar-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni;

(a) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jridu jitwettqu mill-entitajiet legali identifikati fil-programmi speċifiċi jew fil-programmi ta’ ħidma fejn il-programm speċifiku jippermetti li l-programmi ta’ ħidma jidentifikaw il-benefiċjarji;

 

(aa) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta' appoġġ bi tħejjija għat-twaqqif ta' inizjattivi teknoloġiċi meta dawn jinkludu kampjun rappreżentattiv tal-partijiet interessati li qegħdin fil-qasam u l-programm speċifiku jippermetti lill-programmi ta' ħidma jidentifikaw benfiċjarji f'konformità mar-Regoli ta' l-Implimentazzjoni.

(b) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu f’xiri jew servizz suġġett għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi stipulati fir-Regolament Finanzjarju;

(b) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu ix-xiri ta' prodott jew servizz stabbiliti b'kuntratt jew magħżula suġġetti għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi;

 

(ba) azzjonijiet ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ dwar l-għoti ta' boroż ta' studju għal studju, riċerka jew taħriġ u l-għoti ta' premjijiet ta' kompetizzjonijiet;

(c) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ relatati mal-ħatra ta’ esperti indipendenti;

(c) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ relatati mal-ħatra ta’ esperti indipendenti;

(d) azzjonijiet oħra, fejn hekk huwa stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew fir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni.

(d) azzjonijiet oħra implimentati fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew (jew tal-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew) identifikati fil-parti (b) ta' l-Anness III tad-Deċiżjoni Nru …/… [li tistabbilixxi s-Seba' Programm ta' Qafas...].

 

Jista' jingħata appoġġ biex ikopri parti mill-ispejjeż amministrattivi marbuta ma' l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej skond il-każ. Il-benefiċjarji ta' dawn l-azzjonijiet ta' appoġġ għandhom ikunu identifikati fil-programm ta' ħidma.

Emenda 56

Kapitolu 7, taqsima 2, subsezzjoni 2, titolu

EVALWAZZJONI TAL-PROPOSTI

EVALWAZZJONI, GĦAŻLA, U NEGOZJAR TAL-PROPOSTI U L-GĦOTI TA' GĦOTJIET

Emenda 57

Artikolu 15

 

 

Evalwazzjoni, għażla u approvazzjoni

Il-prinċipji ta' evalwazzjoni, u l-kriterji ta' għażla u ta' approvazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji tal-kriterji ta’ l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni stipulati fil-programm speċifiku u fil-programm ta’ ħidma.

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji tal-kriterji ta’ l-evalwazzjoni, ta' evalwazzjoni minn espert anonimu u l-għażla u l-approvazzjoni stipulati fil-programm speċifiku u fil-programm ta’ ħidma.

Fir-rigward tal-programm speċifiku "Ideat", il-kriterju waħdieni li għandu jiġi applikat għall-proġetti individwali għandu jkun dak ta' l-eċċellenza.

Fir-rigward tal-programm speċifiku "Persuni", il-kriterji għandhom iservu biex jiġu evalwati l-kwalitajiet ta' l-applikanti (riċerkaturi jew organizzazzjonijiet) u l-potenzjal tagħhom għal aktar avvanzi, inkluża l-kapaċità li joperaw kif u fejn hemm bżonn, il-kwalità ta' l-attività proposta f'sens ta' taħriġ xjentifiku jew trasferiment ta' l-għarfien, u l-effett ta' strutturazzjoni ta' l-attività proposta, iddeterminata skond kemm l-attività tgħin li jintlaħqu l-għanijiet tal-programm speċifiku u tal-programm ta' ħidma.

Għall-iskopijiet tal-programmi speċifiċi "Koperazzjoni" u "Kapaċitajiet" il-kriterji għandhom ikunu hekk:

 

(a) l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika u l-grad ta' innovazzjoni;

 

(b) il-kapaċità tal-proġett li joħloq il-bażi għat-tkabbir kompetittiv tal-parteċipanti;

 

(c) il-ħila li titwettaq b'suċċess l-azzjoni indiretta u li titmexxa b'mod effiċjenti, li jkun evalwat f'sens ta' riżorsi u kompetenza, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-arranġamenti organizzattivi stipulati mill-parteċipanti;

 

(d) rilevanza għall-objettivi tal-programm speċifiku;

 

(e) il-massa kritika ta' riżorsi mobilizzati u l-kontribut tagħhom għall-politiki Komunitarji;

 

(f) il-kwalità tal-pjan għall-użu u t-tixrid ta' l-għarfien miksub, il-potenzjal f'sens tat-trawwim ta' l-innovazzjoni u l-iskemi ċari għall-amministrazzjoni tal-proprjetà intellettwali.

Il-programm ta’ ħidma jista’ jistipula kriterji speċifiċi jew aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.

Il-programm ta’ ħidma jista’ jistipula kriterji speċifiċi jew aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji.

 

1b. Fejn stabbilit fil-programm ta' ħidma jew fis-sejħa għall-proposti, jistgħu jsiru evalwazzjonijiet mill-bogħod.

2. Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ l-etika jew li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m’għandhiex tintgħażel. Proposta bħal din tista’ tiġi eskluża mill-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni f’kull ħin.

2. Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m’għandhiex tkun eleġibbli għall-parteċipazzjoni u tista’ tiġi eskluża f’kull ħin, wara li jkun intalab il-parir ta' esperti indipendenti.

3. Il-proposti għandhom jintgħażlu abbażi tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni.

3. Il-proposti għandhom jiġu klassifikati fuq il-bażi tar-riżultati ta' evalwazzjoni u magħżula għall-finanzjament kif meħtieġ.

 

3a. Għandhom jiġu pubblikati l-gwidi għal dawk li jwettqu l-evalwazzjonijiet u għandhom ikunu ppublikati l-kriterji ta' l-għażla għal dawn il-persuni fir-rigward tas-Seba' Programm ta' Qafas.

Emenda 58

Artikolu 15 a (ġdid)

 

Artikolu 15a
Informazzjoni u pariri

 

Is-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-għoti ta' assistenza finanzjarja għandhom b'mod konġunt iwaqqfu unità komuni bil-funzjoni li jipprovdu lill-applikanti b'informazzjoni u pariri. Din l-unità għandha, b'mod partikulari:

 

- tfassal standards komuni għall-formoli ta' applikazzjoni għal tipi ta' fondi simili u timmonitorja t-tul u l-ħeffa tal-qari tal-formoli ta' l-applikazzjoni,

 

- tipprovdi informazzjoni lill-applikanti potenzjali (b'mod partikulari permezz ta' seminars u gwida bil-miktub) u

 

- iżżomm dejtabank għan-notifikazzjoni ta' l-applikanti.

Ġustifikazzjoni

Din l-unità konġunta prospettiva għandha tassigura li t-trattament li jingħata lir-riċepjenti ta' l-għotjiet ikun ta' standard għoli u uniformi. Dan għandu jnaqqas b'mod konsiderevoli l-ispejjeż amministrattivi għar-reċipjenti ta' l-għotjiet u għad-dipartimenti involuti fl-għoti tas-sussidji. Il-ħolqien ta' dejtabank ċentrali jiffranka l-bżonn ta' preżentazzjoni multipla tad-dokumenti ta' applikazzjoni, li jiffranka ħin u flus lill-Kummissjoni kif ukoll lill-applikanti.

Emenda 59

Artikolu 16, paragrafi 2, 3 u 4

2. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jissottomettu proposta kompluta fit-tieni stadju.

2. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jissottomettu proposta kompluta fit-tieni stadju.

 

L-ewwel stadju tal-proċedura għandu jkun ristrett għal evalwazzjoni primarja tal-proposti mressqa li jkunu aċċettabbli. Lejn l-aħħar ta' dan l-istadju tal-proċedura, l-applikanti konċernati għandhom ikunu informati f'każ li l-proposti tagħhom ma jkollhom l-ebda possibilità ta' suċċess.

 

It-tieni stadju tal-proċedura jrid ikun differenti mill-ewwel wieħed, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-iskop u l-kontenut tad-dokumenti ta' appoġġ li għandhom jitressqu mill-applikanti. Meta applikant ikun meħtieġ jipprovdi dokumenti ta' spjegazzjoni addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tgħarrfu dwar dan b'mod sħiħ u definittiv.

 

Kwalunkwe dejta miġbura għandha tiddaħħal f'dejtabank. Iridu jsiru sforzi sabiex jiġi żgurat li l-proċedura titlesta malajr.

 

Matul il-proċedura, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb b'mod partikulari li tiżgura li l-ispejjeż magħmula mill-applikanti għall-pubblikazzjoni, għad-dokumentazzjoni u għal kwalunkwe evidenza ta' dokumentazzjoni meħtieġa b'konnessjoni ma' l-għajnuna finanzjarja, ma jkunux sproporzjonati għall-għajnuna finanzjarja li għandha tingħata.

3. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ evalwazzjoni f’darbtejn, huma biss dawk il-proposti li jkunu għamlu b’suċċess l-ewwel pass, skond evalwazzjoni ta’ sett limitat ta’ kriterji, li għandhom jimxu ’il quddiem għal aktar evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b’konsistenza l-eżistenza ta’ l-istatus legali tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.

3. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ evalwazzjoni f’darbtejn, huma biss dawk il-proposti li jkunu għamlu b’suċċess l-ewwel pass, skond evalwazzjoni ta’ sett limitat ta’ kriterji, li għandhom jimxu ’il quddiem għal aktar evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b’konsistenza l-eżistenza ta’ l-istatus legali tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.

 

Fi kwalunkwe każ, la l-ewwel u lanqas it-tieni stadju tal-proċedura ta' evalwazzjoni m'għandhom jaqbżu is-sitt xhur.

 

3a. Sakemm fil-programm ta' ħidma ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-proposti għal azzjonijiet indiretti għandhom jitressqu b'mod elettroniku.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b’konsistenza l-eżistenza ta’ l-istatus legali tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b’konsistenza l-eżistenza ta’ l-istatus legali tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha twaqqaf u tuża dejtabank ċentrali li jkun fih it-tagħrif legali u finanzjarju meħtieġ dwar l-applikanti.

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni dwar il-proġetti li tappoġġja fuq il-websajt uffiċjali tas-Seba' Programm ta' Qafas, ħlief meta din l-informazzjoni tkun kunfidenzjali.

 

4b. Meta tintagħżel proposta, il-Kummissjoni tista' taqbel mal-parteċipanti, jekk ikun meħtieġ, biex tibdel l-aspetti xjentifiċi, operattivi u finanzjarji ta' l-azzjoni indiretta, fil-limiti tal-programm ta' ħidma u tas-sejħa għall-proposti, u tqis ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni tal-proposta.

Emenda 60

Artikolu 16 a (ġdid)

 

Artikolu 16a

 

Verifika ta’ eżistenza, stat legali u kapaċità ta’ ħidma u finanzjarja ta’ parteċipanti f’azzjonijiet indiretti

 

 

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-verifika ta’ eżistenza, mill-istat legali u mill-kapaċità ta’ ħidma u finanzjarja ta’ parteċipanti f’azzjonijiet indiretti.

 

Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq dokumenti xierqa li jippruvaw dan, provduti mill-parteċipant, li jippermetti l-eżistenza u l-istat legali tagħha kif ukoll li tiġi aċċertata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tagħha. Dawn id-dokumenti jridu jkunu aġġornati minn żmien għall-ieħor, jew kull meta tixtieq il-Kummissjoni.

 

 

 

Sabiex tiġi evitata verifika doppja, il-Kummissjoni għandha tiċċertifika verifika waħda b'suċċess, li sakemm joħroġ avviż ieħor, għandha titqies bħala suffiċjenti għall-proposti kollha li jressaq l-istess applikant. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha twaqqaf sistema waħda ta' verifika u ċertifikazzjoni u għandha tadotta u tippubblika regoli speċifiċi relatati magħha.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija proposta mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE sabiex tkun faċilitata l-votazzjoni.

Emenda 61

Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjoni meħtieġa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu.

1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjonijiet ta' azzjonijiet indiretti kif meħtieġa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu..

Għall-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 14, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f’loku.

Għall-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 14, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f’loku.

2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu b’konsiderazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom.

2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu b’konsiderazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom u, fejn xieraq, għandhom ikunu awtorizzati fil-ivell xieraq biex ikollhom aċċess għal informazzjoni meqjusa bħala informazzjoni klassifikata ta' l-Unjoni Ewropea mis-servizzi tal-Kummissjoni.

L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u jintgħażlu abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta’ kandidati adatti.

L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u jintgħażlu abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lill-organizzazzjonijiet relevanti bħal aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta’ kandidati adatti.

Il-Kummissjoni tista’, jekk tqis li huwa xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi.

 

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta’ esperti indipendenti.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta’ esperti indipendenti.

 

2a. Għall-evalwazzjoni u l-immonitorjar ta' riċerka "fil-fruntiera" orjentata għar-riċerkaturi, għandhom jinħatru esperti mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proposta mill-Kunsill Xjentifiku ta' l-ERC.

3. Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f’konflitt ta’ interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f’konflitt ta’ interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta ittra tal-ħatra mudell, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ittra tal-ħatra”, li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m’għandu l-ebda konflitt ta’ interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jinforma lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi konflitt ta’ interess waqt l-għoti ta’ l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta’ dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha toħroġ ittra ta’ ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.

4. Il-Kummissjoni għandha tadotta ittra tal-ħatra mudell, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ittra tal-ħatra”, li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m’għandu l-ebda konflitt ta’ interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jinforma lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi konflitt ta’ interess waqt l-għoti ta’ l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta’ dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha toħroġ ittra ta’ ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti.

5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika perjodikament f’mezz xieraq il-lista ta’ l-esperti indipendenti li jkunu għenuha f’kull wieħed mill-programmi speċifiċi.

5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa mhux iżjed tard mid-data li fiha s-Seba' Programm ta' Qafas jidħol fis-seħħ, l-ismijiet ta' l-esperti kollha li jkunu kapaċi jevalwaw il-proposti tal-proġett. Id-dokumentazzjoni tista' tiġi eżaminata f'kwalunkwe żmien. Il-Kummissjoni għandha tippubblika perjodikament, ta' l-inqas darba f'sena, f’mezz xieraq il-lista ta’ l-esperti indipendenti li jkunu għenuha f’kull wieħed mill-programmi speċifiċi.

Emenda 62

Kapitolu II, taqsima 2, sottotaqsima 3, titolu

IMPLIMENTAZZJONI U FTEHIM TA’ GĦOTJA

IMPLIMENTAZZJONI TA' AZZJONIJIET INDIRETTI U FTEHIMIET TA’ GĦOTJA

Emenda 63

Artikolu 18

1. Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw l-azzjoni indiretta u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u raġonevoli kollha għal dik il-fini. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom jimplimentaw kollettivament u separatament il-ħidma lejn il-Komunità.

1. Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw l-azzjoni indiretta u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u raġonevoli kollha għal dik il-għan. Kull parteċipant fl-istess azzjoni indiretta għandu jintalab jimplimenta x-xogħol tiegħu skond programm ta' ħidma stabbilit b’mod konġunt. Madankollu, il-parteċipanti m'għandhomx ikunu responasabbli lejn il-Komunità għal xi ħlas lura tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mħallas lil parteċipant ieħor, jew għal xi spejjeż, infiq jew ħsarat li ssofri l-Komunità kaġun ta' xi nuqqas ta' ħarsien ta' obbligi minn xi applikant ieħor, ħlief meta jkun evidenti li jkun hemm responsabilità konġunta fl-abbuż mill-fondi.

2. Il-Kummissjoni għandha tfassal, abbażi tal-mudell ipprovdut fl-Artikolu 19.7 u b’konsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta’ l-iskema ta’ ffinanzjar ikkonċernata, ftehim ta’ għotja bejn il-Komunità u l-parteċipanti.

2. Il-Kummissjoni għandha tfassal, abbażi tal-mudell ipprovdut fl-Artikolu 19.7 u b’konsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta’ l-iskema ta’ ffinanzjar ikkonċernata, ftehim ta’ għotja bejn il-Komunità u l-parteċipanti.

3. Il-parteċipanti m’għandhom jagħmlu ebda impenji li jkunu inkompatibbli mal-ftehim ta’ l-għotja.

3. Il-parteċipanti m’għandhom jagħmlu ebda impenji li jkunu inkompatibbli mal-ftehim ta’ l-għotja.

4. Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta’ għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu.

4. Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta’ għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu.

5. Jekk l-implimentazzjoni ta’ azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta’ l-azzjoni.

5. Jekk l-implimentazzjoni ta’ azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta’ l-azzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 21.

6. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b’dak kollu li jkun qed jiġri li jista’ jaffettwa l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.

6. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b’dak kollu li jkun qed jiġri li jista’ jaffettwa l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità.

 

6a. L-entitajiet legali li jipparteċipaw fl-azzjoni indiretta jistgħu jagħtu ċerti elementi tax-xogħol tagħhom b'sottokuntratt lil partijiet terzi. Meta l-parteċipanti jidħlu f'sottokuntratti sabiex iwettqu xi partijiet mill-ħidmiet konnessi ma' l-azzjoni indiretta, huma jibqgħu marbutin bl-obbligi tagħhom li jirrigwardaw l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta.

Emenda 64

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom jiddaħħlu fil-ftehim ta’ għotja

Dispożizzjonijiet ġenerali li għandhom jiddaħħlu fil-ftehim ta’ għotja

1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti fil-konfront tal-Komunità, f’konformità mad-Deċiżjoni […/…], dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.

1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti fil-konfront tal-Komunità, f’konformità mad-Deċiżjoni […/…], dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.

Dan għandu jistabbilixxi wkoll, f’konformità ma’ l-istess kondizzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi ta’ entitajiet legali li jidħlu jieħdu sehem waqt li l-azzjoni indiretta tkun għaddejja.

 

 

1a. Għal kull azzjoni indiretta, bl-eċċezzjoni ta' dawk stipulati fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tfassal, billi tuża l-mudell tal-ftehima ta' għotja msemmija fil-paragrafu 7a, ftehima ta' għotja bejn il-Komunità u l-koordinatur li jidher f'isem il-parteċipanti.

2. Fejn hu xieraq, il-ftehim ta’ għotja għandu jistipula liema parti mill-kontribut tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq ir-rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli, u liema parti għandha tkun ibbażata fuq rati fissi (inkluża skala ta’ spejjeż kull unità) jew somma f’daqqa.

2. Il-ftehim ta' għotja għandu jispeċifika t-tul ta' l-azzjoni, ix-xogħol xjentifiku u tekniku li jkollu jitwettaq, baġit għall-ispejjeż totali u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità lill-azzjoni indiretta, skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm ta' ħidma u fis-sejħa għall-offerti, fejn xieraq.

3. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistipula liema tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju jkunu jeħtieġu l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa kompetittiva.

 

4. Il-ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ rapporti tal-progress perjodikament fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta kkonċernata.

4. Il-ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ il-preżentazzjoni b'mod perjodiku lill-Kummissjoni ta’ mhux iżjed minn żewġ rapporti tal-progress fis-sena dwar l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta konċernata u, fejn xieraq, tista' tipprovdi wkoll reviżjonijiet sabiex tevalwa l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta konċernata.

5. Fejn ikun xieraq, il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula li l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bil-quddiem b’kull intenzjoni ta’ trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub lil parti terza.

 

6. Fejn ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ li l-parteċipanti jwettqu attivitajiet ta’ benefiċċju għal partijiet terzi, il-parteċipanti għandhom jirriklamaw dan b’mod wiesa’ u jidentifikaw, jevalwaw u jagħżlu l-partijiet terzi b’mod trasparenti, ġust u imparzjali. F’każ li hekk ikun stipulat fil-programm ta’ ħidma, il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tat-tali partijiet terzi. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li toġġezzjona għall-għażla tal-partijiet terzi.

6. Fejn ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ li l-parteċipanti jwettqu attivitajiet ta’ benefiċċju għal partijiet terzi, il-parteċipanti għandhom jirriklamaw dan b’mod wiesa’ u jidentifikaw, jevalwaw u jagħżlu l-partijiet terzi b’mod trasparenti, ġust u imparzjali. F’każ li hekk ikun stipulat fil-programm ta’ ħidma, il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tat-tali partijiet terzi. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li toġġezzjona għall-għażla tal-partijiet terzi.

7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ftehim ta’ għotja mudell f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ftehim ta’ għotja mudell f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

8. Il-ftehim ta’ għotja mudell għandu jirrifletti l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tar-Riċerkaturi Ewropea u tal-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi[2]. Dan għandu jndirizza, kif jixraq, is-sinerġiji ma’ l-edukazzjoni fil-livelli kollha; id-disponibbiltà u l-kapaċità li jrawwem id-djalogu u d-dibattitu dwar kwestjonijiet xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka ma’ pubbliku wiesa’ lil hinn mill-komunità tar-riċerka; attivitajiet b’risq iż-żieda fil-parteċipazzjoni u r-rwol tan-nisa fir-riċerka, u dwar attivitajiet li jittrattaw l-aspetti soċjo-ekonomiċi tar-riċerka.

8. Il-ftehim ta’ għotja mudell għandu, fost l-oħrajn, iqis il-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Karta tar-Riċerkaturi Ewropea u tal-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi[3]. Dan għandu jndirizza, kif jixraq, is-sinerġiji ma’ l-edukazzjoni fil-livelli kollha; id-disponibbiltà u l-kapaċità li jrawwem id-djalogu u d-dibattitu dwar kwestjonijiet xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka ma’ pubbliku wiesa’ lil hinn mill-komunità tar-riċerka; attivitajiet b’risq iż-żieda fil-parteċipazzjoni u r-rwol tan-nisa fir-riċerka, u dwar attivitajiet li jittrattaw l-aspetti soċjo-ekonomiċi tar-riċerka.

Emenda 65

Artikolu 20, paragrafu 1

1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-aċċess, l-użu u t-tixrid, safejn dawn l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament.

1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-obbligi u d-drittijiet rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-aċċess, l-użu u t-tixrid, safejn dawn l-obbligi u d-drittijiet ma jkunux ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Emenda 66

Artikolu 21

Il-ftehim ta’ għotja għandu jispeċifika r-raġunijiet tat-terminazzjoni tiegħu, għal kollox jew parzjalment, b’mod partikolari minħabba li wieħed jonqos li jħares dan ir-Regolament, prestazzjoni fqira jew ksur kuntrattwali, kif ukoll il-konsegwenzi fuq il-parteċipanti ta’ xi vjolazzjoni min-naħa ta’ parteċipant ieħor.

Il-ftehim ta’ għotja għandu jispeċifika r-raġunijiet tat-terminazzjoni tiegħu, għal kollox jew parzjalment, b’mod partikolari minħabba li wieħed jonqos li jħares dan ir-Regolament, prestazzjoni fqira jew ksur kuntrattwali, kif ukoll il-konsegwenzi fuq kull parteċipant ta’ xi vjolazzjoni min-naħa tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun evitat kull suġġeriment li l-ftehima ta’ għotja tista’ terġa' tintroduċi responsabilità kollettiva finanzjarja.

Emenda 67

Artikolu 22, paragrafu 3

3. Fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti fil-qasam tar-riċerka dwar is-sikurezza u l-ispazju, il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-konfidenzjalità, il-klassifikazzjoni tat-tagħrif, id-drittijiet ta’ l-aċċess, it-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub u l-użu tiegħu.

3. Il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-bidliet fil-konsorzju u dwar il-kunfidenzjalità, il-klassifikazzjoni tat-tagħrif, id-drittijiet ta’ l-aċċess, il-pussess u t-trasferiment tal-pussess tat-tagħrif miksub u l-użu tiegħu, b’kunsiderazzjoni ta’ l-ispeċifiċità ta’ ċertu oqsma ta’ teknoloġija u l-istruttura tas-swieq li fih it-tagħrif jiġi żviluppat u sfruttat. Fost l-oħrajn, dan japplika fil-qasam tar-riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju.

Emenda 68

Artikolu 22, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Fil-każ ta' riċerka "fil-fruntieri ta' l-għarfien" instigata mir-riċerkaturi, il-ftehima ta' għotja tista' tistipula dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mat-tixrid.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 69

Artikolu 23, titolu

Firma u approvazzjoni formali

Firma u approvazzjoni formali fil-każ ta' azzjonijiet indiretti li jinvolvu bosta msieħba

Emenda 70

Artikolu 23, paragrafu 1

Il-ftehim ta’ għotja għandu jidħol fis-seħħ mal-firma tal-koordinatur u tal-Kummissjoni.

1. Il-ftehima ta’ għotja għandha tidħol fis-seħħ mal-firma tal-koordinatur, li jaġixxi f'isem il-parteċipanti l-oħra, u tal-Kummissjoni.

Emenda 71

Artikolu 23, paragrafu 2

Dan għandu japplika għal kull parteċipant li jkun approvah formalment.

2. Dan għandu japplika għal kull parteċipant li jkun ingħaqad formalment mal-ftehima ta' konsorzju.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 72

Artikolu 23, paragrafu 2a (ġdid)

 

2a. Tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju għandhom ikunu suġġetti għal approvazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni bi qbil ma l-Artikolu 26 (4).

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 73

Artikolu 24

Għajr fejn ipprovdut mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, l-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’azzjoni indiretta għandhom ifasslu ftehim, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim ta’ konsorzju”, biex jirregola dawn li ġejjin:

1. Sakemm m'hemmx ipprovdut għal mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, il-parteċipanti kollha f'azzjoni indiretta għandhom jikkonkludu ftehima, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ftehima ta’ konsorzju”, li tista' tistabbilixxi drittijiet u obbligi addizzjonali tal-parteċipanti f'azzjoni indiretta, skond id-dispożizzjonijiet tal-ftehima ta' għotja, biex tirregola inter alia dawn li ġejjin:

(a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;

(a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;

(b) id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità;

(b) il-modalitajiet ta' l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità;

(c) regoli addizzjonali dwar arranġamenti li jirrigwardaw it-tixrid u l-użu inklużi drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, kif ikun xieraq;

(c) regoli addizzjonali dwar id-drittijiet ta' l-aċċess, is-sjieda, it-trasferiment tas-sjieda, it-tixrid u l-użu tar-riżultati, inklużi arranġamenti dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, kif ikun xieraq;

(d) is-soluzzjoni ta’ tilwim intern.

(d) is-soluzzjoni ta’ tilwim intern; il-konsorzji għandhom jistabbilixxu proċeduri sabiex japplikawhom f'każi ta' tilwim jew abbużi mill-poter;

 

(da) arranġamenti ta' responsabbilità, ta' kumpens u ta' kunfidenzjalità bejn il-parteċipanti;

 

Il-ftehima ta’ konsorzju għandha tiġi konkluża mill-parteċipanti kollha li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni indiretta qabel ma l-ftehima ta' għotja tiġi ffirmat mill-koordinatur.

 

Meta membri ta’ ETP jipparteċipaw fi proġett ta’ riċerka, ir-regoli stipulati fil-ftehima tal-konsorzju għandhom japplikaw. F’każi bħal dawn, l-ftehima ta’ konsorzju għandha tinkludi dispożizzjonijiet sabiex tkun promossa l-parteċipazzjoni ta' SMEs.

Emenda 74

Artikolu 25

L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom biex jagħmilha ta’ koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u l-ftehim ta’ għotja:

1. L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’azzjoni indiretta għandhom jaħtru minn fosthom koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u l-ftehima ta’ għotja sabiex:

 

(-a) jiżgura li l-entitajiet legali li jieħdu sehem fl-azzjoni indiretta jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom skond il-ftehima ta' għotja u l-ftehima ta' konsorzju;

(a) jiżgura li l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta’ għotja jlestu l-formalitajiet meħtieġa għall-approvazzjoni formali tal-ftehim ta’ għotja, kif stipulati fih;

(a) jivverifika jekk l-entitajiet legali identifikati fil-ftehima ta’ għotja jlestux il-formalitajiet meħtieġa għall-adeżjoni formali tal-ftehima ta’ għotja, kif stipulati fih.

(b) jirċievi l-kontribut finanzjarju tal-Komunità u jagħmel id-distribuzzjoni;

(b) jirċievi l-kontribut finanzjarju tal-Komunità u jqassamha skond il-ftehima ta' konsorżju u ta' għotja;

(c) iżomm il-kontijiet finanzjarji bl-ordni, iżomm ir-rekords u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità f’konformità ma’ l-Artikolu 36;

(c) iżomm ir-rekords ta' l-infiq u l-kontijiet u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità f’konformità ma’ l-Artikolu 24, punt (b) u l-Artikolu 36;

(d) jiżgura l-komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u l-Kummissjoni.

(d) jiżgura rapportar effiċjenti u korrett tal-progress tax-xogħol bejn il-parteċipanti u, b'konformità ma' l-Artikolu 19(4), lill-Kummissjoni.

2. Il-koordinatur għandu jkun identifikat fil-ftehim ta’ għotja.

Il-ħatra ta’ koordinatur ġdid għandha teħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.

2. Il-koordinatur għandu jkun identifikat fil-ftehima ta’ konsorzju.

 

 

2a. Fejn hu previst fil-ftehima ta' konsorzju, il-koordinatur jista' jissottokuntratta l-attivitajiet amministrattivi u maniġerjali tiegħu skond l-Artikolu 33(4).

Emenda 75

Artikolu 26

1. Il-parteċipanti f’azzjoni indiretta jistgħu jipproponu ż-żieda ta’ parteċipant ġdid jew it-tneħħija ta’ parteċipant eżistenti.

1. Il-parteċipanti f’azzjoni indiretta jistgħu jiftiehmu li jżidu parteċipant ġdid jew li jneħħu parteċipant eżistenti skond id-dispożizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-ftehima ta' konsorzju.

2. Kull entità legali li tissieħeb f’azzjoni li tkun għaddejja għandha tapprova formalment il-ftehim ta’ għotja.

2. Kull entità legali li tissieħeb f’azzjoni li tkun għaddejja għandha taċċetta formalment il-ftehima ta’ għotja u l-ftehima ta' konsorzju.

 

3. Fejn hu previst fil-ftehima ta' konsorzju, il-koordinatur jista' jissottokuntratta l-kompiti amministrattivi u dawk maniġerjali mhux prinċipali li ma jaffettwawx id-direzzjoni strateġika tal-proġett.

3. Fejn huwa pprovdut fil-ftehim ta’ għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b’mod wiesa’ bl-użu ta’ sostenn ta’ informazzjoni speċifika, partikolarment is-siti ta’ l-Internet dwar is-seba’ programm ta’ qafas, u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati għall-informazzjoni u s-sostenn.

3a. L-obbligu li jintgħażlu entitajiet legali li jissieħbu f'azzjoni li tkun għadha għaddejja b'mod ġust, trasparenti u kompetittiv għandu jkun stipulat fil-ftehima ta' għotja. Din il-proċedura għandha tqis il-ħtiġijiet tar-riċerka u m'għandhiex tkun tiswa ż-żejjed jew tieħu wisq żmien.

Il-konsorzju għandu jevalwa l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti maħtura mill-konsorzju, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 15, u 17, rispettivament.

 

4. Il-konsorzju għandu jinnotifika b’kull bidla li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista’ toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.

4. Il-konsorzju għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’kull bidla proposta li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu.

Tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbuta mal-proposti għal tibdiliet oħrajn fil-ftehim ta’ għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni huma suġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni.

 

Emenda 76

Artikolu 27, titolu

Monitorjar

Monitorjar u reviżjoni

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 77

Artikolu 27, paragrafu 1

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet indiretti abbażi ta’ rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 19(4).

1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet indiretti fuq il-bażi ta’ rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 19(4). B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub, ippreżentat skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 20(1).

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 78

Artikolu 27, paragrafu 2

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub, ippreżentat skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 20(1).

Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni tista’ tkun mgħejuna minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 17.

2. Il-Kummissjoni tista' wkoll twettaq reviżjonijiet ta' azzjonijiet indiretti fuq bażi perjodika, jew meta jintemmu. Reviżjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jitwettqu wkoll sabiex ikun iddeterminat jekk l-azzjoni indiretta għandhiex titwaqqaf milli tkompli skond l-Artikolu 18(5).

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 79

Artikolu 27, paragrafu 3

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-sebaprogramm ta’ qafas, il-programmi speċifiċi tiegħu,

fejn hu xieraq, programmi ta’ qafas preċedenti, bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 17. Barra minn hekk, din tista’ twaqqaf gruppi ta’ esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 17, biex jagħtu pariri dwar l-implimentazzjoni tal-politika tar-riċerka tal-Komunità.

3. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja s-Seba’ Programm ta’ Qafas, il-programmi speċifiċi tiegħu, il-proporzjonalità tad-dispożizzjonijiet ta implimentazzjoni fuq livell ta' proġett u fejn hu xieraq, programmi ta’ qafas preċedenti. Barra minn hekk, tista’ titlob parir dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' riċerka tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 80

Artikolu 27, paragrafu 3a (ġdid)

 

3a. Għal dawk il-finijiet, il-Kummissjoni tista’ tkun mgħejuna minn esperti indipendenti maħtura skond l-Artikolu 17.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 81

Artikolu 27, paragrafu 3b (ġdid)

 

3b. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lil kumitat ffurmat minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri, u ppresedut mill-Kummissjoni, ir-riżultati ta’ l-attivitajiet tagħha ta’ monitoraġġ skond il-paragrafi minn 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Kif jidher fil-verifiki tal-Qorti, il-Kumitati għal Programmi għandhom irwol importanti fil-monitoraġġ tal-programmi ta' qafas RTD. Għalhekk il-Qorti tqis li r-"Regoli għall-Parteċipazzjoni" għandhom jiddikjaraw li r-riżultati tal-attivitajiet tal-Kummissjoni għall-monitoraġġ ta' programmi, inklużi dawk li jirrigwardas il-programmi ta' qafas RTD preċedenti, għandhom jiġu preżentati lil kumitat għal programmi ffurmat mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, bi qbil ma' l-Artikolu 202 tat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea (ara l-premessa 17 u l-Artikolu 27).

Emenda 82

Artikolu 27, paragrafu 3c (ġdid)

 

3c. Ir-responsabilità għall-monitoraġġ tal-proġetti ta' riċerka "fuq il-fruntieri ta' l-għarfien" instigati mir-riċerkaturi ffinanzjati fi ħdan il-qafas tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) għandha tkun f’idejn il-Kunsill Xjentifiku ta’ l-ERC jew f’idejn is-sottokumitati kompetenti tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 83

Artikolu 27, paragrafu 3d (ġdid)

 

3d. Ladarba l-monitoraġġ u r-reviżjoni ta' proċeduri amministrattivi u finanzjarji huma partikularment importanti biex ikun iffaċilitat l-involviment effettiv ta' l-SMEs, il-proċess ta' monitoraġġ u reviżjoni għandu jqis il-fehmiet ta' l-SMEs li jkunu qegħdin jieħdu sehem fil-programm u għandu jinkludi indikaturi ta' riżultati li jsegwu l-kwalità ta' servizz li tkun esperjenzata mill-SMEs li jkunu qed jipparteċipaw.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun assigurat li s-Seba' Programm ta' Qafas isir aktar aċċessibbli għall-SMEs huwa essenzjali li jkun stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ u reviżjoni li jkun iffukat fuq il-parteċipanti. Dan se jippermetti titjib kontinwu fl-aċċessibilità tal-programm.

Emenda 84

Artikolu 27a (ġdid)

 

Artikolu 27a

 

Databases u skambju elettroniku ta' dejta

 

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li d-dejta relatata ma' l-azzjonijiet indiretti kollha ffinanzjati taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tkun ddokumentata u pproċessata f'databases integrati u f'sistema kompjuterizzata komuni.

 

Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iskambju elettroniku ta' dejta għall-aspetti kollha ta' l-immaniġġjar ta' proposti u għotjiet.

Emenda 85

Artikolu 28, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kull Stat Membru jew pajjiż Assoċjat kull tagħrif utli fil-pussess tagħha dwar it-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa fil-kuntest ta’ azzjoni indiretta, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. Wara li jiġi kkunsidrat l-Artikolu 3, meta tintalab, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ kull Stat Membru jew pajjiż Assoċjat kull tagħrif utli fil-pussess tagħha dwar it-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa fil-kuntest ta’ azzjoni indiretta, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

Emenda 86

Artikolu 29, paragrafu 1, parti introduttorja

1. Fejn xi waħda mill-entitajiet legali li ġejjin tieħu sehem f’azzjoni indiretta, din tista’ tirċievi kontribut finanzjarju mill-Komunità

1. L-entitajiet legali li ġejjin li jieħdu sehem f’azzjoni indiretta, jistgħu jirċievu kontribut finanzjarju mill-Komunità:

Emenda 87

Artikolu 29, paragrafu 2, parti introduttorja

2.  Fil-każ ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tkun qed tieħu sehem, barra xi organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej, jew entità legali mwaqqfa f’pajjiż terz li mhuwiex pajjiż imsieħeb fil-kooperazzjoni internazzjonali, jista’ jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità sakemm tiġi ssodisfata minn ta’ l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

2.  Fil-każ ta’ organizzazzjoni internazzjonali li tkun qed tieħu sehem, li m'huwiex organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej, jew entità legali mwaqqfa f’pajjiż terz li mhuwiex pajjiż assoċjat jew pajjiż sieħeb f'koperazzjoni internazzjonali, jista’ jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità kemm-il darba tiġi ssodisfata minn ta’ l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

L-emenda tispjega lilha nfisha.

Emenda 88

Artikolu 30, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-għotjiet identifikati fil-parti a) ta’ l-Anness III għas-Seba’ Programm ta’ Qafas għandu jkun imsejjes fuq ir-rimborż ta’ l-spejjeż eliġibbli.

1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-għotjiet identifikati fil-parti a) ta’ l-Anness III għas-Seba’ Programm ta’ Qafas għandu jikkonsisti fir-rimborż, parzjali jew sħiħ, ta’ l-spejjeż eliġibbli.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 89

Artikolu 30, paragrafu 1, subparagrafu 2

Madanakollu, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jieħu s-sura ta’ ffinanzjar b’rata fissa, inkluż iffinanzjar permezz ta’ skala ta’ spejjeż kull unità, jew somma f’daqqa, jew jista’ jkun taħlita ta’ rimborż ta’ l-spejjeż eliġibbli ma’ rati fissi u somom f’daqqa. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jieħu wkoll is-sura ta’ boroż ta’ studju jew premjijiet.

Madanakollu, f'xi każijiet speċifiċi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jieħu s-sura ta’ ffinanzjar b’rata fissa, inkluż iffinanzjar permezz ta’ skala ta’ spejjeż kull unità, jew somma f’daqqa, jew jista’ jkun taħlita ta’ rimborż ta’ l-spejjeż eliġibbli ma’ rati fissi u somom uniċi f’daqqa. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jieħu wkoll is-sura ta’ boroż ta’ studju jew premjijiet.

 

Il-forom ta’ l-għotjiet li għandhom jintużaw iridu jiġu speċifikati fis-sejħa għal proposti.

Ġustifikazzjoni

Il-forom ta' l-għotjiet għandhom ikunu magħrufa minn qabel. Il-prevedibilità hi essenzjali.

Emenda 90

Artikolu 30, paragrafu 2

2. Filwaqt li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jiġi kkalkulat b’referenza għall-ispiża totali ta’ l-azzjoni indiretta, dan għandu jkun imsejjes fuq l-ispejjeż rapportati ta’ kull parteċipant.

2. Il-kontribut finanzjarju massimu tal-Komunità għall-azzjoni indiretta għandu jiġi definit skond l-attivitajiet imwettqa minn, u msejjes fuq il-baġit ta’ l-ispejjeż stmati għal kull parteċipant.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

In addition, the Commission proposal in Article 30(2) on how to calculate the Community financial contribution is inconsistent and should be clarified, using exact terminology (i.e. the "maximum Community financial contribution" which is to be set on the basis of the "budget of estimated costs")45.

45 It should be noted that this calculation has to be made by the participant, on account of the different activities carried out by individual participants, the different use of lump sums or flat rates for specific activities, their specific cost structures and different co-financing rates. Of course, this underlying principle also applies to the reimbursement of eligible costs as provided for in Article 31.

Emenda 91

Artikolu 31

1. L-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti.

1. L-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti.

Biex isir rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli l-kontribut finanzjarju tal-Komunità m’għandux iwassal għal profitt

Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għar- rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli m’għandux iwassal għal profitt

2. Xi dħul għandu jkun ikkunsidrat għall-ħlas ta’ l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

2. L-ammonti rċevuti għandhom jitqiesu għall-ħlas ta’ l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 33(5).

 

2a. Meta l-ammonti rċevuti minn parti terza għal azzjoni indiretta, li jaslu għand parteċipant wieħed u jkun immaniġġjat minnu, ikunu għal prodotti jew servizzi li jibbenefikaw minnhom il-parteċipanti kollha b'mod indiskriminatorju, l-ispejjeż għandhom jitqiesu bħala allokati bejn il-parteċipanti kollha fi proporzjon ma' l-ispejjeż eleġibbli kollha.

3. Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

3. Biex ikunu kkunsidrati eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru minn kull parteċipant għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) iridu jkunu attwali;

(a) iridu jkunu attwali;

(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta’ l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta’ l-għotja;

(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta’ l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta’ l-għotja;

(c) għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali ta’ kontabbiltà u amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b’mod konsistenti mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja;

(c) għandhom ikunu ġew determinati u mġarrbin skond il-prinċipji normali tal-kontabbiltà tal-pajjiż fejn tkun stabbilita l-entità legali u l-prassi tal-kontabilità ta' l-ispejjeż tal-parteċipant u mġarrbin għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha;

(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta’ xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi;

(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta’ xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu rrekordjati fil-kontijiet tal-partijiet terzi;

(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b’mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta’ telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta’ proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b’mod partikolari minn taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, fejn tista' tiġi rkuprata, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibilità ta’ telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta’ proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż minn servizzi għad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).

Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta’ l-amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b’mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali.

 

Emenda 92

Artikolu 32

Spejjeż diretti eliġibbli u spejjeż indiretti eliġibbli

Spejjeż diretti u indiretti

1. Spejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fi spejjeż li jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż diretti eliġibbli” u, fejn japplikaw, fi spejjeż li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, imma li jkunu saru b’rabta diretta ma’ l-ispejjeż diretti eliġibbli attribwiti lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż indiretti eliġibbli”.

1. Spejjeż għandhom jikkonsistu fi spejjeż li jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż diretti” u, fejn japplikaw, fi spejjeż li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, imma li jkunu saru b’rabta diretta ma’ l-ispejjeż diretti attribwiti lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż indiretti”.

 

1a. L-ispejjeż eleġibbli huma parti mill-ispejjeż diretti:

Spejjeż diretti jistgħu jkunu komposti minn spejjeż ta' persunal, vjaġġar u sussistenza, u minn spejjeż speċifiċi oħra.

 

1b. L-ispejjeż tal-persunal għandhom jinkludu r-remunerazzjoni u ħlasijiet relatati li jkunu għall-persunal impjegat direttament minn parteċipant.

 

Dawn l-ispejjeż għandhom ikunu ċċarġjati fuq il-bażi tar-rekords tal-parteċipant tal-ħin li jkun fil-fatt ittieħed mill-persunal fuq l-azzjoni indiretta.

 

Parteċipant jista' jiċċarġja spejjeż medji jew skali ta' unità għal kategoriji speċifiċi ta' staff, kemm-il darba jkunu stabbiliti f'konformità mal-prassi tas-soltu tiegħu għall-kontabilità ta' spejjeż.

 

1c. L-ispejjeż ta' vjaġġar u sussistenza għal persunal li jkun qed jipparteċipa fl-azzjoni indiretta għandhom ikunu iċċarġjati bħala spejjeż attwali li jkunu ġġarrbu jew ibbażati fuq skali ta' unità, kemm-il darba jkunu stabbiliti f'konformità mal-prattiki tas-soltu tal-parteċipant rigward il-kontabilità ta' spejjeż, jew ibbażati fuq skali ta' unità stabbiliti mill-Kummissjoni.

 

1d. Spejjeż speċifiċi oħra, inklużi apparat li jservi għat-tul, tariffi ta' l-utenti, prodotti li jintużaw u jispiċċaw, sottokuntrattjar,għandhom ikunu eliġibbli biss jekk definiti fil-ftehima ta' għotja.

2. Biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti eliġibbli, parteċipant jista’ jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu għas-sottokuntratti.

2. Ir-rata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti għandha titnaqqas b'mod gradwali minn 60% tat-total ta’ l-ispejjeż diretti fl-ewwel tliet snin (2007 - 2009), għal 45% fl-2010 - 2012 u tiġi ffissata għal 30% mill-2012 'il quddiem; id-data ta' l-ewwel applikazzjoni tiddetermina l-livell ta' rata fissa applikabbli; ir-rata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti teskludi l-ispejjeż ta' l-għoti ta' sottokunttratti.

3. Il-ftehim ta’ għotja jista’ jipprovdi li r-rimborż ta’ spejjeż indiretti eliġibbli għandu jkun limitat għal persentaġġ massimu ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli għas-sottokuntratti, b’mod partikolari fil-każ ta’ l-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u, fejn huwa xieraq, l-azzjonijiet ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi.

 

Emenda 93

Artikolu 33

1. Għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

1. Għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. Għar-riċerka dwar is-sigurtà u l-ispazju, il-limitu ta' finanzjament massimu għandu jkun 75%.

Madankollu, fil-każ ta’ korpi pubbliċi, istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, dan jista’ jilħaq massimu ta’ 75% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

Madankollu, fil-każ ta’ korpi pubbliċi li ma jagħmlux qligħ, istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandha tkun mill-inqas 75% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

2. Għal attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

2. Għal attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

3. Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien, azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

3. Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien, azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, jew għall-għażla ta' riċerkaturi konnessi mat-twettiq tal-proġett, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

4. Għal ċertifikati ta’ ġestjoni u awditjar, u attivitajiet oħra mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

4. Għal attivitajiet ta’ ġestjoni (inklużi ċertifikati ta’ verifika) u attivitajiet ta’ taħriġ f'azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta ffinanzjar għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, għal koordinazzjoni, għal netwerking, u għal tixrid, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jkun sa massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli.

L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta’ ffinanzjar għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, networking, u tixrid.

L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta’ ffinanzjar għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, networking, u tixrid.

5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli wara t-tnaqqis tad-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità.

5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli wara t-tnaqqis tad-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità.

6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar b’rata fissa jew iffinanzjar permezz ta’ somma f’daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.

6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, skond il-każ, fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar b’rata fissa jew iffinanzjar permezz ta’ somma f’daqqa għall-azzjoni indiretta kollha.

Emenda 94

Artikolu 34

Rappurtaġġ u awditjar ta’ spejjeż eliġibbli

Rappurtaġġ ta’ spejjeż

1. Għandhom jiġu sottomessi rapporti perjodikament lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu minn qabel l-iffinanzjar, u d-dħul relatat ma’ l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn hu xieraq, jiġu ċċertifikati b’ċertifikat ta’ l-awditjar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni.

1. L-ispejjeż kollha, l-interess finanzjarju li jirriżulta minn finanzjament bil-quddiem, u d-dħul relatat ma’ l-azzjoni indiretta kkonċernata għandhom ikunu rrapportati perjodikament lill-Kummissjoni.

L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta’ l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni.

L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta’ l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni.

 

1a. Għal azzjonijiet indiretti li jdumu inqas minn sentejn, fi tmiem il-proġett għandu jintalab ċertifikat wieħed biss minn kull parteċipant. Għal azzjonijiet indiretti oħrajn, in-numru ta' ċertifikati ta' verifika għal kull parteċipant m'għandu qatt jaqbeż il-massimu ta' 3.

 

Il-parteċipanti li jitlobu kontribut finanzjarju mill-Komunità ta' inqas minn EUR 25,000 għall-involviment tagħhom fl-azzjoni indiretta m'għandhomx jintalbu jressqu ċertifikati ta' verifika.

2. Fil-każ ta’ korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat ta’ l-awditjar kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 jista’ jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.

2. Fil-każ ta’ korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat ta' verifika kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 jista’ jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti.

 

2a. M'għandhomx jintalbu ċertifikati ta' verifika għal azzjonijiet indiretti li jkunu rimborżati b'mod sħiħ minn somom f'daqqa jew minn rati fissi.

Emenda 95

Artikolu 35

Artikolu 35

Netwerks ta’ Eċċellenza

imħassar

1. Għajr fejn huwa stipulat mod ieħor fil-programm ta’ ħidma, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal Netwerks ta’ Eċċellenza għandu jieħu s-sura ta’ somma f’daqqa kkalkulata skond in-numru ta’ riċerkaturi li jridu jiġu integrati fin-Netwerk ta’ Eċċellenza u ż-żmien li tieħu l-azzjoni.

 

2. Il-valur ta’ l-unità għal somom imħallsa f’daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jkun ta’ EUR 23 500 fis-sena u għal kull riċerkatur. L-ammont għandu jiġi aġġustat mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni.

 

3. Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi n-numru massimu ta’ parteċipanti u, fejn huwa xieraq, in-numru massimu tar-riċerkaturi li jista’ jintuża bħala bażi tal-kalkolu tas-somma f’daqqa massima skond il-paragrafu 1. Madanakollu, parteċipanti aktar mill-maxima li jistabbilixxu l-massimu tal-kontribut finanzjarju jistgħu jieħdu sehem skond kif ikun xieraq.

 

4. Il-ħlas ta’ somom f’daqqa taħt il-paragrafu 1 għandu jsir permezz ta’ ħlasijiet perjodiċi.

 

Dawk il-ħlasijiet perjodiċi għandhom isiru skond l-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta’ l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta’ l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni nnegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta’ għotja.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 96

Artikolu 36, paragrafu 1

1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur.

1. Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jitħallas lill-parteċipanti permezz tal-koordinatur. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-programm ta' ħidma, il-ħlasijiet għandhom isiru b'mod sħiħ sa sitt xhur mill-għażla tal-proposta.

Ġustifikazzjoni

Il-Komunità għandha tieħu kull miżura possibbli biex tnaqqas il-perjodu ta’ żmien bejn is-sottomissjonijiet ta’ proposti u l-ħlas tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità. Sitt xhur huma iktar minn biżżejjed għal pagament tal-fondi tal-Komunità lill-koordinatur tal-konsorzju jew lill-parteċipanti jekk ma jkunx hemm bżonn li tintlaħaq ftehima ta’ konsorzju.

Emenda 97

Artikolu 36, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Il-koordinatur għandu jżomm rekords li jippermettu li jkun determinat f’kull ħin x’porzjon tal-fondi tal-Komunità jkun tqassam lil kull parteċipant.

2. Il-koordinatur għandu jżomm rekords li jippermettu li jkun determinat f’kull ħin x’porzjon tal-fondi tal-Komunità jkun tqassam lil kull parteċipant u x’deċiżjonijiet ikunu ttieħdu mill-konsorzju dwar l-allokazzjoni tagħhom bejniethom.

Ġustifikazzjoni

It-tqassim tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità bejn membri ta’ l-istess konsorzju mhux deċiżjoni għall-koordinatur waħdu, imma għall-konsorzju, skond ir-regoli stipulati mill-konsorzju nnifsu.

Emenda 98

Artikolu 38

Ammonti miżmuma għall-evitar tar-riskju

Fond ta’ garanzija

1. Skond il-livell tar-riskju marbut man-nuqqas ta’ rkupru ta’ somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista’ żżomm persentaġġ żgħir tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità lil kull parteċipant f’azzjoni indiretta sabiex tkopri xi ammonti dovuti minn parteċipanti f’azzjonijiet indiretti u li jonqsu li jirrimborżaw.

1. Il-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas għandhom jikkontribwixxu għal fond ta’ garanzija amministrat mill-Kummissjoni u intenzjonat biex ikopri r-riskji finanzjarji possibbli li jinħolqu minn falliment tekniku u/jew finanzjarju min-naħa ta’ ċerti parteċipanti.

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal dawn li ġejjin:

 

2. Dan il-fond ta' garanzija, li għandu jibda jaħdem meta jidħol fis-seħħ is-Seba' Programm ta' Qafas u jitħaddem ma' istituzzjoni finanzjarja xierqa, għandu jkun iffinanzjat permezz ta' pagamenti mill-Kummissjoni meta tibda kull azzjoni indiretta, b'mod korrispondenti mas-somma miżmuma għall-aħħar pagament dovut lill-parteċipanti fl-azzjoni indiretta konċernata.

(a) korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija ggarantita minn Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja;

 

(b) parteċipanti f’azzjonijiet li jappoġġjaw taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, azzjonijiet ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien, u azzjonijiet għall-benefiċċju ta’ gruppi speċifiċi bl-eċċezzjoni ta’ azzjonijiet għall-benefiċċju ta’ SMEs.

 

Kull wieħed mit-tipi ta’ parteċipant msemmija fil-punti (a) u (b) għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu.

 

3. L-ammonti miżmuma jikkostitwixxu dħul assenjat lis-Seba’ Programm ta’ Qafas fit-tifsir ta’ l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju.

3. Is-somom imħallsin lill-fond ta' garanzija, u l-interess akkumulat fuqhom, għandhom jiġu assenjati lis-Seba' Programm ta' Qafas.

4. Fi tmiem il-programm ta’ qafas għandha ssir evalwazzjoni ta’ l-ammonti meħtieġa biex ikopru riskji pendenti. Xi somom li jeċċedu dawn l-ammonti għandhom jiġu rimborżati lill-programm ta’ qafas u jkunu jikkostitwixxu dħul imwarrab.

4. Sakemm ikun hemm spejjeż eleġibbli xierqa u aċċettati għall-azzjoni indiretta, meta tħallas il-pagament finali, il-Kummissjoni għandha tħallas lura s-somma msemmija fil-paragrafu 2 lill-parteċipanti li ġejjin:

 

- korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija garantita minn Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja;

 

- parteċipanti f’azzjonijiet li jappoġġjaw taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, azzjonijiet ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien, u azzjonijiet għall-benefiċċju ta’ gruppi speċifiċi bl-eċċezzjoni ta’ azzjonijiet għall-benefiċċju ta’ SMEs.

 

5. Għal parteċipanti oħra, il-Kummissjoni għandha tieħu mill-fond ta’ garanzija kwalunkwe ammont kopert minn ordni ta’ rkupru li ma jkunx tħallas. L-ammonti miżmuma għandhom iwasslu għal tnaqqis fil-pagament finali dovut, ikkalkulat fuq bażi pro rata skond l-użu tal-fond ta’ garanzija, imnaqqas biex ikun ikkunsidrat l-interess finanzjarju ġġenerat mill-fond ta’ garanzija u li ma jaqbiżx il-1% tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità.

 

6. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika l-proċeduri li jirregolaw l-operat ta’ dal-fond ta’ garanzija, li għandhom ikunu inklużi fil-ftehima ta’ għotja u li għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta’ hawn fuq.

 

7. Ladarba l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet indiretti taħt is-Seba' Programm ta' Qafas tkun lesta, kull somma pendenti mill-fond ta' garanzija għandha tiġi trasferita lis-Seba' Programm ta' Qafas u għandha tikkostitwixxi riżorsa allokata, sakemm l-awtorità leġiżlattiva ma tiddeċiedix mod ieħor.

Emenda 99

Artikolu 39, paragrafu 1, punt (a)

(a) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu f’xiri jew servizz suġġett għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi stipulati fir-Regolament Finanzjarju;

(a) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta' appoġġ li jikkonsistu f’xiri ta' merkanzija jew ta' servizzi suġġetti għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi stipulati fir-Regolament Finanzjarju u fir-Regoli ta' Implimentazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 100

Artikolu 39, paragrafu 2

2. It-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa taħt l-azzjonijiet indiretti barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun il-proprjetà tal-parteċipanti li jkunu qed iwettqu l-ħidma li tipproduċi dak it-tagħrif miksub.

2. It-tagħrif miksub li joħroġ mill-ħidma mwettqa taħt l-azzjonijiet indiretti barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun il-proprjetà tal-parteċipant li jkun qed iwettaq il-ħidma li tipproduċi dak it-tagħrif miksub.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tagħmilha possibbli li tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina tad-dispożizzjoni, bħal attribuzzjoni tas-sjieda tar-riżultati lill-parteċipanti kollha fi proġett.

Emenda 101

Artikolu 40

1. Fejn għadd ta’ parteċipanti jkunu wettqu ħidma flimkien li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, huma għandu jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub.

1. Fejn għadd ta’ parteċipanti jkunu wettqu ħidma flimkien li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, huma għandu jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub.

 

F'każi ta' dan it-tip, il-parteċipanti involuti għandhom jikkonkludu ftehima ta' sjieda konġunta bejniethom li tirregola l-allokazzjoni tas-sjieda konġunta. Il-ftehima għandha tmexxi wkoll l-eżerċitar tas-sjieda konġunta tat-tagħrif miksub li għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tal-ftehima ta' għotja.

2. Fejn ma jkunx ġie konkluż ftehim ta’ sjieda konġunta fir-rigward ta’ l-allokazzjoni u t-termini ta’ l-eżerċizzju tas-sjieda konġunta, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta’ subliċenzjar u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

2. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi mudell għal ftehima ta' sjieda konġunta b'konformità ma' dan ir-Regolament.

(a) għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra;

 

(b) Għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.

 

Emenda 102

Artikolu 41, paragrafu 1

Fil-każ ta’ azzjonijiet għall-benefiċċju ta’ gruppi speċifiċi, l-Artikolu 39(2) u l-Artikolu 40(1) m’għandhomx japplikaw. F’dawn il-każijiet, it-tagħrif miksub għandu jkun is-sjieda konġunta tal-parteċipanti membri fil-grupp speċifiku li jibbenefika mill-azzjoni, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor bejn dawk il-parteċipanti.

Fil-każ ta’ azzjonijiet għall-benefiċċju ta’ gruppi speċifiċi identifikati fil-parti (a), taqsima 6, ta' l-Anness III għad-Deċiżjoni Nru …/… [dwar is-Seba' Programm ta' Qafas...], l-Artikolu 39(2) u l-Artikolu 40(1) m’għandhomx japplikaw. F’dawn il-każijiet, it-tagħrif miksub għandu jkun fis-sjieda konġunta tal-parteċipanti membri fil-grupp speċifiku li jibbenefika mill-azzjoni, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor bejn dawk il-parteċipanti.

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta’ ċertezza legali, il-“gruppi speċifiċi” msemmija fl-Artikolu 41 għandhom ikunu identifikati b’mod ċar b’referenza għall-parti rilevanti ta’ l-Anness III tal-Programm ta’ Qafas.

Emenda 103

Artikolu 41, paragrafu 2

Fejn is-sidien tat-tagħrif miksub mhumiex membri ta’ dak il-grupp, huma għandhom jiżguraw li l-grupp jingħata d-drittijiet kollha għat-tagħrif miksub li huma meħtieġa għall-finijiet ta’ l-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub skond l-anness tekniku għall-ftehim ta’ għotja.

Fejn is-sidien tat-tagħrif miksub mhumiex membri ta’ dak il-grupp, huma għandhom jiżguraw li l-grupp jingħata d-drittijiet esklussivi għat-tagħrif miksub li huma meħtieġa għall-finijiet ta’ l-użu u t-tixrid tat-tagħrif miksub skond l-anness tekniku għall-ftehima ta’ għotja.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 104

Artikolu 42

1. Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu liċ-ċessjonarju, b’mod partikolari dawk dwar l-għoti tad-drittijiet ta’ l-aċċess, u t-tixrid u l-użu, f’konformità mal-ftehim ta’ għotja.

1. Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu dwar dak it-tagħrif miksub liċ-ċessjonarju, inkluż l-obbligu li dan jingħadda lil kwalunkwe ċessjonarju sussegwenti, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-ftehima ta’ għotja, u l-ftehima ta' konsorzju.

 

1a. It-tagħrif miksub għandu jkun aċċessibbli wkoll għal entitajiet affiljati mal-parteċipanti li jkunu qegħdin jagħmlu x-xogħol li jiġġenera dak it-tagħrif miksub jekk l-entità affiljata:

 

(a) tkun stabbilita fi Stat Membru jew f'Pajjiż Assoċjat;

 

(b) tagħti d-drittijiet ta' aċċess reċiproku fir-rigward ta' kwalunkwe tagħrif eżistenti li jkollha u li jkun meħtieġ biex jintuża t-tagħrif miskub;

 

(c) tkun konformi ma' l-obbligi li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità b'konformità ma' l-Artikolu 3.

2. Suġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-konfidenzjalità, fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta’ l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma’ informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ l-aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta’ għotja.

2. Fejn il-parteċipant jeħtieġlu jgħaddi d-drittijiet ta’ l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma’ informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ l-aċċess tagħhom taħt il-ftehima ta’ għotja.

Madanakollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta’ ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta’ avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta’ trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament.

Madanakollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta’ ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta’ avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta’ trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament.

3. Wara l-avviż skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għal kwalunkwe trasferiment ta’ sjieda għar-raġuni li tkun taffettwa ħażin id-drittijiet ta’ l-aċċess tagħhom.

 

Fejn il-parteċipanti l-oħra juru li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu affettwati ħażin, it-trasferiment maħsub m’għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati.

 

4. Fejn hu f’loku, il-ftehim ta’ għotja jista’ jipprovdi, permezz ta’ kondizzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b’kull trasferiment maħsub ta’ sjieda lil parti terza.

4. Fejn ikun f’loku, il-ftehima ta’ għotja tista’ tipprovdi, permezz ta’ kundizzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b’kull trasferiment maħsub ta’ sjieda lil parti terza, jew għoti ta' liċenzja esklussiva għall-użu tat-tagħrif miksub f'sitwazzjonijiet speċifiċi stipulati fil-ftehima ta' għotja li fihom tali trasferiment jew liċenzja esklussiva għandha titqies bħala inkompatibbli mal-għan li tiġi promossa l-kompetittività ekonomika Ewropea.

Emenda 105

Artikolu 43

Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta’ liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil xi entità legali mwaqqfa f’pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba’ Programm ta’ Qafas, jekk tqis li dan mhuwiex konformi ma’ l-interessi ta’ l-iżvilupp tal-kompetittività ta’ l-ekonomija Ewropea jew li mhuwiex konsistenti mal-prinċipji ta’ l-etika.

Sa xahar wara li tkun irċeviet avviż bil-miktub ta' trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub, jew għall-għoti ta’ liċenzja esklussiva rigward it-tagħrif miksub, lil xi entità legali mwaqqfa f’pajjiż terz mhux assoċjat fis-Seba’ Programm ta’ Qafas, il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona jekk tqis li dan ma jkunx konformi ma’ l-interessi ta’ l-iżvilupp tal-kompetittività ta’ l-ekonomija Ewropea jew li ma jkunx konsistenti mal-prinċipji ta’ l-etika. Il-Kummissjoni għandha tadotta vademecum li jipprovdi gwida dwar kwistjonijiet bħal dawn.

F’dawn il-każijiet, it-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta’ liċenzja esklussiva m’għandux isir sakemm il-Kummissjoni ma tkunx sodisfatta li twaqqfu s-salvagwardji xierqa.

F’dawn il-każijiet, it-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta’ liċenzja esklussiva m’għandux isir sakemm il-Kummissjoni u l-parteċipant konċernat ikunu qablu fuq kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li skond dawn ikunu jistgħu jsiru t-trasferiment jew l-għotja.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jkun definit limitu ta' żmien li fih il-Kummissjoni tista' toġġezzjona għat-trasferiment tas-sjieda jew l-għoti ta’ drittijiet esklussivi sabiex tiżgura l-effiċjenza u tevita l-konfużjoni dwar jekk il-Kummissjoni tistax toġġezzjona għal dan it-tip ta' transazzjonijiet fil-futur imbiegħed.

Emenda 106

Artikolu 44, paragrafu 1

1. Fejn it-tagħrif miksub jista’ jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment, sidu għandu jipprovdi għat-tħaris adegwat u effettiv tiegħu f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti, u b’konsiderazzjoni mistħoqqa ta’ l-interessi leġittimi, partikolarment l-interessi kummerċjali tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta kkonċernata.

1. Fejn it-tagħrif miksub jista’ jiġi applikat fl-industrija u kummerċjalment, sidu għandu jipprovdi għall-ħarsien adegwat u effettiv tiegħu f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti, u b’konsiderazzjoni mistħoqqa ta’ l-interessi leġittimi, partikolarment l-interessi kummerċjali tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni indiretta kkonċernata. Meta tagħrif miksub ma jkollux applikazzjoni fl-industrija jew fil-kummerċ, is-sid tiegħu għandu jaħseb għall-ħarsien xieraq tiegħu sabiex it-tixrid tiegħu u l-innovazzjoni ma jkunux imfixkla.

Fejn parteċipant jinvoka interess leġittimu, huwa għandu, f’kull każ, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.

Fejn parteċipant jinvoka interess leġittimu, huwa għandu, f’kull każ, juri li jkun se jsofri dannu kbir sproporzjonat.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jinstab bilanċ bejn il-ħarsien u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka, sabiex il-ħarsien tal-privattivi jaqdi l-irwol tiegħu sew u ma jkunx manipulat għall-iskopijiet ta' monopolji li jimblukkaw l-innovazzjoni.

Emenda 107

Artikolu 44, paragrafu 2, subparagrafu 1

Fejn sid it-tagħrif miksub ma jħarisx it-tagħrif miksub li jippossjedi, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor skond l-Artikolu 42(1) u (2), ebda attivitajiet ta’ tixrid ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.

Fejn sid it-tagħrif miksub ma jħarisx it-tagħrif miksub li jippossjedi, u li jkollu applikazzjoni fl-industrija u fil-kummerċ, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor skond l-Artikolu 42(1) u (2), ma jistgħu jsiru l-ebda attivitajiet ta’ tixrid qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata.

Emenda 108

Artikolu 44, paragrafu 2, subparagrafu 2

F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’, bil-kunsens tal-parteċipant ikkonċernat, tieħu f’idejha s-sjieda tat-tagħrif miksub u tadotta miżuri għall-ħarsien adegwat u effettiv tiegħu. Il-parteċipant ikkonċernat jista’ jirrifjuta l-kunsens biss jekk ikun kapaċi juri li l-interessi leġittimi tiegħu jkunu se jsofru dannu kbir sproporzjonat.

F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’, bil-kunsens tal-parteċipant ikkonċernat, tieħu f’idejha s-sjieda tat-tagħrif miksub u tadotta miżuri għall-ħarsien adegwat u effettiv tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 109

Artikolu 46, paragrafu 2

2. Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li tiegħu huwa s-sid jixxerred kemm jista’ jkun b’ħeffa. Jekk jonqos milli jagħmel dan, il-Kummissjoni tista’ xxerred dak it-tagħrif miksub.

2. Kull parteċipant għandu jiżgura li t-tagħrif miksub li tiegħu huwa s-sid jixxerred kemm jista’ jkun b’ħeffa. Jekk jonqos milli jagħmel dan sa tliet snin wara t-tmiem tal-proġett li jkun irċieva fondi mill-Komunità, il-Kummissjoni tista’ xxerred dak it-tagħrif miksub.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament irid jagħmilha ċara f'liema stadju l-Kummissjoni hija intitolata li xxerred it-tagħrif miksub hija stess.

Emenda 110

Artikolu 46, paragrafu 3

3. Attivitajiet ta’ tixrid għandhom ikunu kompatibbli mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-konfidenzjalità, u l-interess leġittimu tas-sid tat-tagħrif miksub.

3. Attivitajiet ta’ tixrid għandhom ikunu kompatibbli mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR), l-obbligi ta' konfidenzjalità, , u l-interess leġittimu tas-sid tat-tagħrif miksub fir-rigward tal-ħarsien jew tal-ħarsien potenzjali tat-tagħrif miksub.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 111

Artikolu 46, paragrafu 4, subparagrafu 2

Wara l-avviż, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista’ joġġezzjona jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub tiegħu jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. Fit-tali każijiet, l-attività ta’ tixrid ma tistax issir sakemm ma jittieħdux il-passi xierqa għas-salvagwardja ta’ dawk l-interessi leġittimi.

Wara l-avviż, kull wieħed minn dawk il-parteċipanti jista’ joġġezzjona f'perjodu ta' żmien li għandu jkun miftiehem bejn il-parteċipanti fil-ftehima ta' konsorzju tagħhom jekk huwa jqis li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tat-tagħrif miksub jew tat-tagħrif eżistenti jistgħu jsofru dannu kbir sproporzjonat. Fit-tali każijiet, l-attività ta’ tixrid ma tistax issir sakemm ma jittieħdux il-passi xierqa għas-salvagwardja ta’ dawk l-interessi leġittimi, u l-parteċipanti kkonċernati għandhom jieħdu passi ta' dan it-tip biex jippermettu l-preżentazzjoni f'waqtha ta' pubblikazzjoni.

Emenda 112

Artikolu 46, paragrafu 4, subparagrafu 2a (ġdid)

 

Il-koordinaturi tal-proġetti għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar dawk ir-riżultati tagħhom li jkunu adatti għat-tixrid lill-pubbliku.

Emenda 113

Artikolu 47

Fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien, il-parteċipanti għandhom b’mod attiv jiżguraw it-tixrid tat-tagħrif miksub, b’konsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-benefiċċji tat-tixrid b’ħeffa, il-konfidenzjalità, u l-interessi leġittimi tal-parteċipanti.

Fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien, il-parteċipanti għandhom b’mod attiv jiżguraw it-tixrid tat-tagħrif miksub, b’konsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-benefiċċji tat-tixrid b’ħeffa u b'mod aċċessibbli, il-konfidenzjalità, u l-interessi leġittimi tal-parteċipanti.

Emenda 114

Artikolu 48

Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet ta’ azzjoni indiretta fi ftehima bil-miktub u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku.

Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet ta’ azzjoni indiretta fil-ftehima ta' konsorzju.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

115Artikolu 49, paragrafu 2

2.  Sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor mas-sid tat-tagħrif miksub jew it-tagħrif eżistenti, id-drittijiet ta’ l-aċċess ma’ jagħtu ebda dritt li jingħataw subliċenzji.

2. Sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor mas-sid tat-tagħrif miksub jew it-tagħrif eżistenti, id-drittijiet ta’ l-aċċess ma’ jagħtu ebda dritt li jingħataw subliċenzji. Is-sub-liċenzji jistgħu jintgħataw lill-affiljati u lill-kumpaniji li huma ta' l-istess grupp li l-kumpanija prinċipali tiegħu tkun stabbilita fl-UE.

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu għandu jqis li, fi Gruppi kbar, l-IPRs normalment ikunu tal-kumpanija possedenti jew ta' kumpanija li l-iskop tagħha jkun il-pussess u l-immaniġġjar tal-portafoll ta' IPRs tal-grupp; għalhekk l-entitajiet li huma parti minn grupp, li l-kumpanija ewlenija tagħhom tinsab fl-Ewropa, jużaw l-IPRs tal-grupp bl-awtorità ta' arranġamenti ta' liċenzja tas-subgrupp (infragroup license) u ta' subliċenzja; għalhekk, il-projbizzjoni tas-subliċenzji ta' drittijiet ta' l-aċċess lill-affiljati ma tħallix lill-gruppi industrijali jgawdu kif xieraq id-drittijiet ta' l-aċċess li jipprovdi dan ir-Regolament.

Emenda 116

Artikolu 49, paragrafu 5

5. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun b’kull limitazzjoni għall-għoti ta’ drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b’kull restrizzjoni oħra li tista’ taffettwa b’mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta’ l-aċċess.

 

5. Bla ħsara għall-Artikoli 50 u 51 u għall-ftehima ta' għotja rilevanti, il-parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin malajr kemm jista’ jkun b’kull limitazzjoni għall-għoti ta’ drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif eżistenti, jew b’kull restrizzjoni oħra li tista’ taffettwa b’mod sostanzjali l-għoti tad-drittijiet ta’ l-aċċess.

Emenda 117

Artikolu 50, paragrafu 1, subparagrafu 1

1. Id-drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif miksub għandhom jingħataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta.

 

1. Id-drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif miksub għandhom jingħataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta u lill-entitajiet affiljati tagħhom, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 118

Artikolu 50, paragrafu 2, subparagrafu 1

2. Id-drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif eżistenti għandhom jingħataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta sakemm il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.

 

2. Id-drittijiet ta’ l-aċċess għal tagħrif eżistenti għandhom jingħhataw lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni indiretta u lill-entitajiet affiljati magħhom, jekk dawn ikunu meħtieġa biex jippermettu lil dawk il-parteċipanti li jwettqu l-ħidma tagħhom taħt dik l-azzjoni indiretta sakemm il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 119

Artikolu 50, paragrafu 2, subparagrafu 2

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw ħielsa mir-royalties, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mall-parteċipanti kollha qabel l-approvazzjoni formali għall-ftehim ta’ għotja.

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw ħielsa mir-royalties, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mall-parteċipanti kollha fil-ftehima ta' konsorzju.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

Emenda 120

Artikolu 51

1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif miksub, jekk dawn ikunu meħtieġa għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess.

1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif miksub. Entitajiet affiljati għandhom igawdu l-istess drittijiet ta' aċċess sakemm ma jkunx hemm regoli speċjali fil-ftehima ta' għotja.

 

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw jew b’kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties.

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw jew b’kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties.

2. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.

2. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta u l-entitajiet affiljati magħhom għandhom igawdu drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom.

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw jew b’kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties.

It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima ta' għotja.

3. Talba għad-drittijiet ta’ l-aċċess skond il-paragrafi 1 jew 2 tista’ ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet:

3. Talba għad-drittijiet ta’ l-aċċess skond il-paragrafi 1 jew 2 tista’ ssir sa żmien sena wara t-tmiem ta' l-azzjoni indiretta. Parteċipant li jirtira mill-proġett qabel iż-żmien jista' jitlob id-drittijiet ta' aċċess lill-parteċipanti l-oħrajn sa mhux iżjed tard minn sena mid-data ta' l-irtirar tiegħu, wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet:

(a) it-tmiem ta’ l-azzjoni indiretta;

(a) it-tmiem ta’ l-azzjoni indiretta;

(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat.

(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat.

Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta’ żmien differenti.

Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta’ żmien differenti.

4. Suġġett għal ftehim bejn is-sidien kollha kkonċernati, id-drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif miksub għandhom jingħataw lil RTD performer, b’kondizzjonijiet li jridu jiġu maqbula, għall-finijiet tat-tkomplija ta’ attivitajiet ta’ riċerka.

4. Suġġett għal ftehim bejn is-sidien kollha kkonċernati, id-drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif miksub għandhom jingħataw lil RTD performer, b’kondizzjonijiet li jridu jiġu maqbula, għall-finijiet tat-tkomplija ta’ attivitajiet ta’ riċerka.

5. RTD performers għandhom jagħtu aċċess ħieles mir-royalties għat-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-użu tat-tagħrif prodott mill-azzjoni indiretta.

5. RTD performers għandhom jagħtu aċċess ħieles mir-royalties, jew b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li għandu jintlaħaq qbil dwarhom qabel l-iffirmar tal-ftehima ta' l-għotja, għat-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-użu tat-tagħrif prodott mill-azzjoni indiretta.

Emenda 121

Artikolu 52, paragrafu 1

1. Fil-każ ta’ riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien (“frontier”), id-drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif miksub u t-tagħrif eżistenti għall-implimentazzjoni jew l-użu għandhom ikunu ħielsa mir-royalties, minkejja l-Artikoli 50 u 51.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Peress li d-definizzjoni ta' riċerka fil-fruntieri ta’ l-għarfien (“frontier”) mhix ċara, l-intenzjoni ta' din is-sezzjoni wkoll mhix ċara.

Emenda 122

Artikolu 53, paragrafu 1

1. Il-Komunità tista’ tagħti għotja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) biex tkopri r-riskju tas-self li l-EIB jagħmel għas-sostenn ta’ l-għanijiet tar-riċerka stabbiliti taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas (Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju).

1. Il-Komunità tista’ tagħti għotja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) biex jikkontribwixxi għall-provvista u l-allokazzjoni tal-kapital għas-self u l-garanzija tal-finanzjament tagħha għas-sostenn ta’ azzjonijiet implimentati fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew identifikati fil-parti (b) ta' l-Anness III għad-Deċiżjoni Nru …/… [li jikkonċernaw is-Seba’ Programm ta’ Qafas...] (Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju).

Emenda 123

Artikolu 53, paragrafu 2

2. L-EIB għandu jipprovdi dan is-self skond il-prinċipji tal-ġustizzja, trasparenza, imparzjalità u trattament indaqs.

2. Billi jqis l-orjentazzjoni u l-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Kummissjoni fil-ftehima ta' għotja, l-EIB għandu jipprovdi u jamministra dawn is-self u garanziji skond ir-regoli tiegħu stess.

Emenda 124

Artikolu 53, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha d-dritt li toġġezzjona għall-użu tal-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju għal ċertu self, skond termini li jridu jiġu ddefiniti fil-ftehim ta’ għotja f’konformità mal-Programmi ta’ Ħidma.

3. Il-Kummissjoni għandha d-dritt li toġġezzjona għall-użu tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-Faċilità Finanzjarja għall-Qsim tar-Riskju għal ċerti azzjonijiet u garanziji, skond termini li jridu jiġu ddefiniti fil-ftehima bejn il-Komunità u l-EIB li jistipulaw t-termini u l-kundizzjonijiet dettaljati tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità.

Emenda 125

Artikolu 53 a (ġdid)

 

Artikolu 53a

 

Rapport tal-Kummissjoni

 

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:

 

(a) in-numru ta' applikanti fis-sena li ntemmet;

 

(b) in-numru u l-kwota ta' applikazzjonijiet milqugħa għal kull sejħa għal proposti u għal kull stabbiliment li ngħata l-fondi;

 

(c) it-tul medju tal-proċedura, mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti sal-konklużjoni tal-ftehima dwar l-għajnuna finanzjarja jew l-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja, kif ikun xieraq, għal kull sejħa għal proposti u għal kull stabbiliment iffinanzjat;

 

(d) it-tul medju ta' żmien qabel l-evalwazzjoni konklużiva u l-ħlas finali.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-proċedura ddum ħafna, ir-rappurtar huwa essenzjali bħala bażi importanti għat-titjib. Ir-rappurtar jista' jirriżulta fil-possibilità li l-bilanċ ta' suċċess bejn il-pjan ta' ħidma u l-implimentazzjoni tiegħu jiġi rivedut b'mod differenzjat.

Emenda 126

Kapitolu IV a

 

Kapitolu IV a

 

Sinerġija

 

Artikolu 53a

 

Sinerġiji bejn il-fondi

 

Il-Kummissarju responsabbli għar-riċerka u l-Kummissarju responsabbli għall-politika reġjonali għandhom jiltaqgħu kull sena sabiex jistabbilixxu kif għandhom isaħħu s-sinerġija bejn is-Seba' Programm ta' Qafas u l-fondi strutturali u ta' koeżjoni.

Ġustifikazzjoni

Waqt li l-komplimentarjetà hija mħeġġa fid-dokumenti kollha tal-Kummissjoni, saret ftit li xejn riferenza għal kif din għandha tintlaħaq, u min hu responsabbli biex din tintlaħaq. Il-Kummissarji għar-riċerka u l-politika reġjonali għandhom ikunu responsabbli li jiżviluppaw proċessi li jiżguraw dan.

Emenda 127

Artikolu 54, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni temporanja ta' dan ir-Regolament sa mhux iżjed tard mill-2010 u tressaq proposti biex temendah, fejn ikun meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

Emenda proposta mill-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u mressqa miċ-Chairman tal-Kumitat ITRE biex jiffaċilita l-votazzjoni.

  • [1]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]               ĠU L 75, tat-22.3.2005, p. 67.
  • [3]               ĠU L 75, tat-22.3.2005, p. 67.

NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

Attivitajiet ta' riċerka madwar l-Unjoni bla dubju jiġġeneraw 'iżjed valur miżjud' mis-sinerġija benefika li taħdem fuq diversi livelli billi jifformaw 'mases kritiċi' ta' riżorsi, isaħħu l-'eċċellenza' permezz ta' kompetizzjoni ma' l-Ewropa kollha u ta' kollaborazzjoni transnazzjonali, jaħdmu bħala 'katalist' għal inizjattivi nazzjonali, u jtejbu l-attivitajiet ta' riċerka fl-Istati Membri.

Is-Sitt Programm ta' Qafas, li jispiċċa din is-sena, stimula l-komunità xjentifika Ewropea b'mod qawwi ħafna. Is-Seba' Programm ta' Qafas (FP7) propost mill-Kummissjoni, li bħalissa qiegħed jiġi diskuss fil-PE, ikompli fl-istess vena ta' l-attivitajiet li hemm għaddejin bħalissa u jistabbilixxi qafas ambizzjuż ġdid għall-perjodu 2007-2013.

L-istruttura l-ġdida u s-sustanza tal-proposta tal-Kummissjoni huma bbażati fuq żewġ prinċipji ewlenin: il-kontinwità u l-innovazzjoni.

Il-kontinwità meta mqabbel mas-Sitt Programm ta' Qafas ma tinsabx biss fil-programm speċifiku 'Koperazzjoni' mad-disa' temi tiegħu ta' prijorità, iżda wkoll fil-qasam il-ġdid ta' l-ispazju u s-sigurtà.

L-innovazzjoni tapplika għall-forma ta' l-erba' programmi speċifiċi - Koperazzjoni, Ideat, Persuni u Ħiliet - li għall-ewwel darba qed jagħtu struttura koerenti lill-kunċett ta' Zona Ewropea għar-Riċerka. Iżda n-novità ta' l-FP7 hija l-proposta tiegħu li jistabbilixxi Kunsill Ewropew għar-Riċerka. It-tabu li r-riċerka 'fil-fruntieri ta' l-għarfien' hija affari għall-Istati Membri biss sar impossibbli li jinżamm.

Ir-rapporteur tagħkom m'għandu l-ebda għażla ħlief li jikkundanna l-fatt li dawk l-ambizzjonijiet li l-Unjoni ddikjarat żmien ilu ma jissarfux fl-allokazzjoni tal-fondi meħtieġa. It-tnaqqis fil-baġit għall-FP7 ta' madwar terz ta' dak propost mill-Kummissjoni, huwa opportunità mitlufa oħra għall-ġejjieni tal-kompetittività Ewropea.

It-titjib tat-tħaddim u l-implimentazzjoni ta' l-FP7

Il-proposta li tistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet għall-iskopijiet ta' l-implimentazzjoni tal-FP7 (2007-2013) tirrifletti b'mod wiesa' l-approċċ imsemmi fuq. Essenzjalment, din tipproduċi mill-ġdid il-qafas ġenerali tar-regoli tal-parteċipazzjoni użati għall-FP6 (elementi ta' kontinwità) waqt li tintroduċi diversi dispożizzjonijiet ġodda (aspetti ta' innovazzjoni).

Ir-rapporteur tagħkom jilqa' bi pjaċir il-proposta ġenerali tal-Kummissjoni, għax din tirrappreżenta pass sinifikanti 'l quddiem f'termini tal-ħtieġa tas-simplifikazzjoni u hija flessibbli biżżejjed sabiex tkun implimentata b'mod effettiv u trasparenti. Din hija bbażata b'mod estensiv fuq il-proposti tar-rapport Marimon u tar-Rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' l-2004.

Fir-rigward tal-punti ewlenin - il-flessibilità, is-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni - ikun aħjar li nelaboraw xi ftit iktar. Fid-dokument ta' ħidma tagħha l-Kummissjoni stess tagħraf li s-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni huma s-sine qua non għas-suċċess ta' l-attivitajiet ta' riċerka ta' l-FP7. Sabiex jinkiseb l-għan li qed insegwu, is-simplifikazzjoni trid tinfirex mhux biss sal-proċeduri amministrattivi u r-regoli għall-finanzjament, iżda wkoll għar-razzjonalizzazzjoni ta' l-immaniġġjar tal-Programm ta' Qafas u l-proġetti ta' riċerka.

L-emendi li huma inizjalment proposti hawn huma mfasslin sabiex iwettqu dan u biex jiftħu d-diskussjoni sabiex jiġu inklużi suġġetti bħall-irwol u s-setgħat tal-koordinaturi, il-mudelli ta' l-ispejjeż, il-kriterji ta' l-evalwazzjoni, u l-bqija. Oħrajn huma maħsubin biex jiċċaraw ċerti definizzjonijiet: sorsi potenzjali ta' problemi, bħal ngħidu aħna, id-definizzjoni ta' l-SMEs u r-rata differenzjali assenjata lilhom m'għandhomx iqajmu diffikultajiet addizzjonali. Il-kunċett attwali ta' SME huwa diffiċli biex jiġi applikat għax hu bbażat fuq definizzjonijiet kumplessi. Jekk l-istatus ta' SME jrid jiġi kkontrollat waqt in-negozjati u kull sena, dan aktarx jikkomplika l-ipproċessar amministrattiv u jtawwal ż-żmien meħtieġ sabiex jiġu negozjati l-ftehimiet u biex aktar tard jiġu approvati r-rapporti. Fir-rigward ta' l-evalwazzjoni u n-negozjar tal-ftehimiet, il-limiti ta' żmien huma twal wisq u f'xi każi jistgħu jfixklu lill-SMEs milli jieħdu sehem. Għaliex ma naħsbux fuq xi ħaġa bħal sistema li tevalwa ideat tajbin aktar milli fuq proċess ftit li xejn prattiku? Il-finanzjament ta' 75% għar-Riċerka u l-Iżvilupp huwa bla dubju importanti ħafna, iżda mhux l-uniku fattur li jrid jitqies. Ir-rata fissa applikata sabiex tkopri l-ispejjeż indiretti hija daqstant ieħor kruċjali. Huwa għalhekk li qiegħed jiġi propost li r-rata fissa togħla iżjed mill-20% ta' bħalissa.

Huwa ovvju li l-SMEs jappoġġjaw kundizzjonijiet ta' parteċipazzjoni iżjed sempliċi, għad li dawn jifhmu li l-proġetti ta' riċerka transnazzjonali huma minnhom infushom kumplessi.

Mill-banda l-oħra, ir-rapporteur tagħkom għandu xi dubji dwar xi punti li huma miktubin b'mod vag u li jħallu lok għal ħafna inċertezza dwar il-koerenza ta' l-arranġamenti għat-tfassil tal-programmi ta' ħidma u tas-sejħiet għal proposti. Ta' l-aħħar b'mod partikulari trid tingħata attenzjoni mill-viċin u jkollha objettivi ċari sabiex jiġi żgurat li l-parteċipanti ma japplikawx għal xejn. Min-naħa tagħha, din tiffaċilita l-ħidma tal-Kummissjoni , u tevita l-frustrazzjoni u b'hekk in-nuqqas ta' sodisfazzjon mifrux li s-soltu jirriżulta minn rata baxxa ta' suċċess.

Minn dan jirriżulta li l-ħsieb ammirevoli li l-SMEs jiġu appoġġjati b'mod iżjed effettiv fl-R&D tagħhom irid jissarraf fil-prattika f'mod flessibbli, bl-għajnuna ta' regoli u verifiki xierqa. Dan il-prinċipju jimplika mhux biss regoli ta' parteċipazzjoni ċari u sempliċi, iżda anke l-applikazzjoni ta' l-inforzar tagħom mill-Kummissjoni.

Suġġett ieħor li jrid jiġi diskuss, ladarba naqas il-finanzjament għall-FP7, huwa r-relazzjoni bejn ir-rata tal-kontribuzzjoni u n-numru ta' proġetti eliġibbli għall-finanzjament. Riskji maqsumin li jkunu konnessi ma' responsabilità konġunta li jaqgħu taħt arranġament ta' garanzija komuni m'għandhomx ikunu iżjed minn 1% tal-finanzjament tal-proġett; ladarba jitlesta proġett, kwalunkwe fondi mhux użati għandhom jiġu allokati mill-ġdid lit-tema ta' prijorità konċernata.

Fl-aħħar nett, ladarba l-FP7 hu maħsub li jdum mill-2007 sa l-2013, se jkun hemm il-ħtieġa li ssir reviżjoni tar-regoli ta' parteċipazzjoni f'nofs it-terminu.

Konklużjoni

Ir-regoli ta' parteċipazzjoni jimponu qafas legali u b'hekk jimponu xi limiti. Madankollu, dawn għandhom ikunu sempliċi u koerenti u għandhom ikunu kapaċi jipprovdu spjegazzjonijiet ċari lill-parteċipanti. Inkella r-riskju jkun li dawk li jkunu produċew l-iżjed proġetti ta' riċerka innovattivi jafu lanqas biss jitħajru japplikaw għall-finanzjament tal-Programm ta' Qafas, iżda minflok ifittxu s-sorsi ta' finanzjament meħtieġa xi mkien ieħor.

Huwa vitali li nafdaw lill-komunità xjentifika u li ninkoraġġixxu liż-żgħażagħ biex jaqbdu karriera fir-riċerka. B'konsegwenza ta' dan, meta r-riċerkaturi, b'mod individwali jew fi gruppi, jieħdu sehem fil-Programm ta' Qafas billi jwettqu l-proġetti tagħhom, il-premessa trid tkun li se jagħmlu l-aħjar użu mill-fondi pubbliċi fdati lilhom. Bħala regola, mhux dejjem possibbli li tiggarantixxi minn qabel li l-attivitajiet ta' riċerka se jiksbu r-riżultati mistennijin.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit (23.6.2006)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet fi ħdan is-Seba’ Programm ta’ Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)
(COM(2005)0705 – C6‑0005/2006 – 2005/0277(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marilisa Xenogiannakopoulou

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Elementi ewlenin tal-proposta

Din il-proposta għar-Regoli ta' Parteċipazzjoni għas-Seba' Programm ta' Qafas hija bbażata fuq l-Artikolu 167 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea li jipprevedi l-adozzjoni tar-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet u r-regoli għat-tixrid tar-riżultati biex jiġi implimentat il-programm ta' qafas plurjennali għar-riċerka. Dawn ir-regoli jiddefnixxu d-drittjiet u l-obbligi ta' entitajiet legali li jixtiequ jieħdu sehem fil-programm ta' qafas u jistabbilixxu l-prinċipji għall-użu u t-tixrid tax-xogħol tagħhom li jkun ħareġ minn dik il-parteċipazzjoni.

Il-proposta tikkonsisti minn erba' kapitoli:

dispożizzjonijiet ta' introduzzjoni (suġġett, definizzjonijiet u kunfidenzjalità)

parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti (kundizzjonijiet minimi għal parteċipazzjoni, aspetti proċedurali, inklużi n-numri minimi ta' parteċipanti, il-post fejn huma stabbiliti, evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-proposta, ftehimiet ta' implimentazzjoni u ta' għotjiet, immoniterjar ta' proġetti u programmi, kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja: eliġibilità għal fondi u forom ta' għotjiet finanzjarji, rati ta' rimbors, ħlas, distribuzzjoni, ġbir u garanziji)

regoli għat-tixrid, użu u drittijiet ta' aċċess (pussess, ħarsien, pubblikazzjoni, tixrid u użu, drittijiet ta' aċċess għall-isfond

il-Bank Ewropew għall-Investiment: Skond il-proposta, il-Komunità tista’ tagħti għotja lill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) biex tkopri r-riskju tas-self li l-EIB jagħmel b'appoġġ għall-objettivi tar-riċerka stipulati fi ħdan is-Seba’ Programm ta’ Qafas (Faċilità ta' Finanzjament b'Kondiviżjoni tar-Riskju).

2. Kummenti mir-rapporteur għal opinjoni

Huwa importanti li l-proposta preżenti tkun koerenti mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni, ir-regoli dwar għajnuna mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp. Ir-Regolament Finanzjarju kif ukoll kull regolament settorjali ieħor huma regolamenti u għalhekk legalment huma fuq l-istess livell.

Il-ħafna dewmien tal-proċeduri ta' ffinanzjar fi ħdan il-Programm ta' Qafas preżenti għandu jkun evitat kemm jistà jkun. Skond ir-Rapport Speċjali Nru. 1/2004 dwar l-amministrazzjoni ta' miżuri indiretti ta' RTD fi ħdan il-Ħames Programm ta' Qafas (1998-2002) maħruġ mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, jgħaddu medja ta' 263 ġurnata kalendarja bejn il-wasla tad-dokumenti għand il-Kummissjoni u l-iffirmar tal-kuntratt. Dan iqajjem ukoll il-kwistjoni tal-prinċipju ta' l-annwalità[1]

Finanzjar fit-tul bil-quddiem mill-partċipanti għandu jiġi evitat fejn ikun possibbli. B'mod partikolari SMUs spiss ma jkunux kapaċi jlaħħqu ma' dan l-intopp.

Hemm bżonn kbir ta' simplifikazzjoni ta' din il-proċedura. Ir-rapporteur għalhekk tipproponi l-ħolqien ta' bażi ta' dejta ('database') għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet.

Test propost mill-Kummissjoni[2]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 13 a (ġdida)

 

(13a) Il-Kummissjoni għandha timplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas bi qbil mal-prinċipji ta' qafas integrat għall-kontroll intern.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu applikati kontrolli bi standard komuni u għandhom jiġu kkordinati sabiex tiġi evitata dupplikazzjoni mhux meħtieġa. L-ispiża ġenerali tal-kontrolli għandha tkun fi proporzjoni mal-benefiċċji globali li dawn joffru, kemm f'sens ta' flus u kif ukoll f'sens politiku,

Emenda 2

Premessa 15 a (ġdida)

 

(15a) Il-ħlasijiet se jsiru kemm jista' jkun malajr sabiex jonqos il-finanzjament bil-quddiem min-naħa tal-parteċipanti.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-perjodi twal qabel ma jsir il-ħlas, li l-Kummissjoni nnifisha tirrikonoxxi, l-istituti huma spiss sfurzati jħallsu bil-quddiem ħafna punti ta' nfiq għad-dannu tal-baġit tal-proġett. Speċjalment l-SMU's spiss ikunu f'pożizzjoni fejn ma jifilħux jiffinanzjaw l-ispiża bil-quddiem.

Emenda 3

Arikolu 14, parti introduttorja

Il-Kummissjoni m’għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin:

Bi qbil mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni m’għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolament ikunu koerenti mar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 4

Artikolu 16, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. L-aċċess għall-fondi għandu jkun iffaċilitat permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità fir-rigward tad-dokumenti li għandhom ikunu pprovduti, u permezz tal-ħolqien ta' bażi ta' dejta għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-metodi u l-proċeduri hemm bżonn li jiġu simplifikati sabiex it-trasparenza tal-proċedura ta' l-għażla tkun aktar mgħaġġla u biex l-aċċess għall-programm jiġi ffaċilitat.

Emenda 5

Artikolu 16, paragrafu 1 b (ġdid)

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li d-dejta relatata ma' l-azzjonijiet indiretti kollha ffinanzjati fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas tinżamm u tiġi pproċessata f'bażijiet ta' dejta integrati u li tintuża sistema kompjuterizzata komuni.

Ġustifikazzjoni

Il-metodi u l-proċeduri hemm bżonn li jiġu simplifikati sabiex it-trasparenza tal-proċedura ta' l-għażla tkun aktar mgħaġġla u biex l-aċċess għall-programm jiġi ffaċilitat.

Emenda 6

Artikolu 16, paragrafu 3 a (ġdid)

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-l-evalwazzjoni, l-għażla u l-proċedura ta' għoti f'perjodu ta' żmien li jkun proporzjonat mal-finanzjament involut. Il-parteċipanti għandhom ikunu infurmati bil-quddiem dwar id-data li fiha tkun mistennija deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proċeduri mtawlin jitfgħu fuq l-istituti ta' riċerka kemm diversi tipi ta' xkiel u kif ukoll riskji baġitarji serji. F'termini baġitarji, dwa jirriżulta fi proċedura preliminari estremament imtawla, li titfa dubju fuq il-prinċipju baġitarju ta' annwalità.

Emenda 7

Artikolu 16 a (ġdid)

 

Artikolu 16a

 

Sabiex tiġi evitata verifika doppja, il-Kummissjoni għandha tiċċertifika verifika li rnexxiet, li, sakemm jitħabbar mod ieħor, għandha tiġi kkunsidrata bħala suffiċjenti għall-proposti kollha ppreżentati mill-istess parteċipant. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha toħloq sistema waħda ta' verifika u ta' ċertifikazzjoni u għandha tadotta u tippubblika regoli speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla proposta tiżgura approċċ koerenti fi ħdan il-Kummissjoni, tevita burokrazija żejda għall-parteċipanti u tħaffef in-negozzjati ta' proposti magħżula.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u

għat-tixrid tar-riżultati ta' riċerka (2007-2013)

Referenzi

COM(2005)0705 – C6-0005/2006 – 2005/0277(COD)

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
1.2.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib – Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

0.0.0000

Rapporteur ta' opinjoni
  Data tal-ħatra

Marilisa Xenogiannakopoulou
20.9.2004

Rapporteur ta' opinjoni preċedenti:

 

Eżami fil-kumitat

22.6.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Bösch, Simon Busuttil, Bárbara Dührkop Dührkop, Markus Ferber, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Antonis Samaras, Esko Seppänen, Nina Škottová, Helga Trüpel, Yannick Vaugrenard, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  Ara d-Dokument ta' Ħidma 5 dwar il-proċeduri ta' applikazzjoni għal għotja u r-Regolament Finanzjarju f'dak li għandu x'jaqsam mas-Sitt Programm ta' Qafas għar-Riċerka minn Ingeborg Gräßle u Borut Pahor tat-2 ta' Ġunju 2005 (DT 569074).
  • [2]  ĠU Ċ 49, 28.2.2006, p. 37.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (23.6.2006)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)
(COM(2005)0705 – C6 0005/2006 – 2005/0277(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Karin Resetarits

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni taqbel f'ħafna punti mal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013). Ir-regoli l-ġodda ikomplu jibnu fuq l-esperjenzi miksuba mis-Seba' Programm ta' Qafas.

Ir-rapporteur taqbel speċjalment mal-kontributi finanzjarji li jgħinu r-riċerka fil-fruntieri ta' l-għarfien, peress li r-riċerka bażika fl-ogħla livell toħloq l-aħjar premessi għal riċerka avvanzata u li tista' tiġi utilizzata, u propju r-riċerka fil-fruntieri ta' l-għarfien tista' tikkontribwixxi għal integrazzjoni Ewropea aktar mgħaġġla.

Ir-rapporteur, barra minn hekk, tixtieq li tqajjem dawn il-preokkupazzjonijiet li ġejjin:

Il-bżonnijiet ta' l-Istati membri li għandhom infrastruttura fil-qasam tar-riċerka anqas żviluppata għandhom jiġu kkunsidrati b'mod speċjali, għax inkella l-possibilitajiet tagħhom jibqgħu minimi.

Anke x-xjenzati tal-ġenerazzjoni li jmiss għandhom jiġu promossi bis-saħħa.

It-tentattiv biex tiġi ssimplifikata l-proċedura għal dawk kollha kkonċernati jrid jitqies b'mod pożittiv. Il-proċedura bbażata fuq żewġt istadji u l-possibilità ta' applikazzjoni kompletament b'sistema elettronika għandhom jgħinu biex jiġu ffrankati l-ħin, l-istaff u l-flus.

Fil-każ ta' fondi tal-Komunità, l-SMEs se jitpoġġew fuq l-istess livell ma' korpi pubbliċi. Dan isostni l-koperazzjoni bejn entitajiet privati u pubbliċi.

Għall-istituzzjonijiet pubbliċi, il-bidla għall-kalkolu sħiħ iġġib aktar trasparenza u paragun dirett.

Il-possibilità ta' ċertifikati ta' reviżjoni tal-kontijiet għall-istituzzjonijiet pubbliċi għandħa teskludi r-reviżjonijiet li jsiru minnhom stess.

Il-Kummissjoni qed torbot fuq kollaborazzjoni effettiva min-naħa ta' esperti indipendenti. Hemm bżonn li jkun hemm l-akbar trasparenza possibbli fl-għażla ta' dawn l-esperti; il-kriterji dwar kwalità preċiża għandhom jiġu stabbiliti bil-miktub mill-Kummissjoni. Għandha tiġi kkunsidrata l-organizzazzjoni ta' seminars ta' taħriġ u kkowċjar sabiex fil-ġejjieni l-Kummissjoni tkun tista' tagħmel l-għażla b'mod proattiv.

Il-komunikazzjoni għandha tkun aktar effetiva. Ir-rapporti ta' l-attivitajiet għandhom jinżammu fil-qosor u jkunu aktar preċiżi, u għandhom jiddeskrivu l-progress tal-miżuri li jkunu qed jittieħdu. Għandha tiġi evitata r-ripetizzjoni sempliċi tat-test ta' l-applikazzjoni.

Fil-każ ta' ftehimiet konsorzjali, il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' regoli biex jissolvew kontroversji huwa kkumplikat bla bżonn, u jekk jitneħħa jkun sar pass 'il quddiem biex il-proċedura tkun simplifikata.

Biex ir-riċerka attwali ma tiġix imxekkla, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-limiti ta' żmien tagħha għall-possibilità ta' oppożizzjoni.

Meta l-istituzzjonijiet Ewropej, b'mod partikulari l-Kummissjoni, fil-ħolqien u l-implimentazzjoni ta' regolament bħal dan, iqisu lilhom infushom bħala entitajiet li qed joffru servizz u japplikaw il-mizuri kollha neċessarji f'dan is-sens, il-kontribut għal komunikazzjoni aħjar u aktar qrib taċ-ċittadin jkun jista' jiġi realizzat.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Eerġija, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 9 a (ġdida)

 

(9a) Is-sitwazzjoni ta' organizzazzjonijiet xjentifiċi fl-Istati Membri li jippossjedu infrastruttura għar-riċerka li mhux żviluppata sew għandha titqies b'mod speċjali. Organizzazzjonijiet non-governattivi, l-assoċjazzjonijiet ta' kategorija ta' soċjetajiet xjentifiċi u gruppi ta' interess speċjali li l-għan ewlieni tagħhom hu t-tisħiħ tal-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika Ewropea ma' dawn l-Istati Membri għandhom ikunu intitulati minn qabel biex jipparteċipaw fis-Seba' Programm ta' Qafas.

Ġustifikazzjoni

B'mod partikolari fil-qasam ta' l-infrastrutturi, fl-Ewropa jeżistu standards differenti. Din il-miżura għandha tgħin għal integrazzjoni aktar mgħaġġla.

Emenda 2

Artikolu 7 a (ġdid)

 

Artikolu 7a

Netwerks ta' eċċellenza

Fil-ħolqien tan-netwerks ta' eċċellenza għandu jingħata aktar valur lill-eċċellenza u anqas lin-numru tal-parteċipanti u minn liema stat ġejjin.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza turi li netwerks ta' eċċellenza kbar wisq m'humiex effettivi.

Emenda 3

Artikolu 12, paragrafu 1 a (ġdid)

 

Il-kundizzjonijiet addizjonali fil-programmi tax-xogħol għandhom jitfasslu minn min huwa direttament responsabbli, sakemm dan huwa possibbli, biex il-proċess jimxi aktar b'ħeffa.

Emenda 4

Artikolu 13, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Fir-rigward tat-tfassil tas-sejħa għall-preżentazzjoni ta' proposti, għandhom jitqiesu l-bżonnijiet prattiċi tad-dinja tar-riċerka.

Ġustifikazzjoni

Fil-passat ġara li fil-gruppi ta' esperti ma' kienx hemm esperti b'esperjenza prattika.

Emenda 5

Artikolu 19, paragrafu 4, subparagrafu 1 a (ġdid)

 

Dawn ir-rapporti ta' progress għandhom jiddeskrivu b'mod preċiż u fil-qosor il-progress fil-ħidma ta' riċerka kif ukoll l-infiq.

Ġustifikazzjoni

Fil-preżent dawn ir-rapporti ta' attività jirrepetu t-test tal-preżentazzjoni. Il-Kummissjoni żgur li m'għandhiex il-possibilità li tivverifika l-verità tal-kontenut tagħhom. F'din il-forma, ir-rapporti ta' attività jikkumplikaw ix-xogħol tal-parteċipanti kollha. Anki hawn, il-Kummissjoni għandha tagħti importanza lis-simplifikazzjoni.

Emenda 6

Artikolu 25, punt (d)

(d) Is-soluzzjoni ta’ tilwim intern.

imħassar

Emenda 7

Artikolu 26, paragrafu 4, subparagrafu 1

4. Il-konsorzju għandu jinnotifika b’kull bidla li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista’ toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika.

4. Il-konsorzju għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bkull bidla li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu. Jekk fi żmien 28 jum ma jkun hemm l-ebda reazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, il-bidla titqies aċċettata.

Emenda 8

Artikolu 27, paragrafu 1

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet indiretti abbażi ta’ rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 19(4).

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet indiretti abbażi ta’ rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati skond l-Artikolu 19(4), li għandhom jiddeskrivu b'mod preċiż u fil-qosor il-progress fil-ħidma ta' riċerka kif ukoll l-infiq

Emenda 9

Artikolu 40, paragrafu 2, punt (b)

(b) Għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.

(b) Għandu jingħata kumpens lis-sidien konġunti l-oħra, li jkun aċċettabbli għall-imsieħba kollha.

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett doppju ta' "ġust u raġonevoli" huwa diffiċli tinterpretah fil-kuntest ta' kumpens finanzjarju.

Emenda 10

Artikolu 42, paragrafu -1 a, parti introduttorja (ġdida)

 

-1a. Kull kuntratt ta' riċerka stipulat fil-qafas tas-Seba' Programm ta' Qafas għandu jintemm bil-pubblikazzjoni, il-valutazzjoni,u d-diffużjoni xierqa tar-riżultati miksuba waqt li tkun rispettata l-proprjetà intellettwali, bl-iskop li t-trasferiment u l-iskambju tagħha jkunu ffavoriti fil-livell internazzjonali skond il-metodi miftiehma bejn il-partijiet. Dawn il-metodi għandhom ikunu stipulati kull każ għalih. Il-pubblikazzjoni tar-riżultati miksuba għandha tqis ir-riżervi li ġejjin:

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm ta' Qafas u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)

Referenzi

(COM(2005)0705 – C6 0005/2006 – 2005/0277(COD))

Kumitat responsabbli

ITRE

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT
1.2.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib – Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur ta' opinjoni
  Data tal-ħatra

Karin Resetarits
23.1.2006

Rapporteur ta' opinjoni preċedenti:

 

Eżami fil-kumitat

29.5.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

21.6.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Christopher Beazley, Ivo Belet, Giovanni Berlinguer, Guy Bono, Marie-Hélène Descamps, Věra Flasarová, Milan Gaľa, Vasco Graça Moura, Luis Herrero-Tejedor, Ruth Hieronymi, Manolis Mavrommatis, Marianne Mikko, Miguel Portas, Christa Prets, Karin Resetarits, Nikolaos Sifunakis, Hannu Takkula, Helga Trüpel, Thomas Wise, Tomáš Zatloukal

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Erna Hennicot-Schoepges, Nina Škottová, Catherine Trautmann, Jaroslav Zvěřina

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

  • [1]  Għadu mhux ippublikat fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula r-regoli għall- parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u ta' universitajiet f'azzjonijiet fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea u għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)

Referenzi

COM(2005)0705 – C6-0005/2006 – 2005/0277(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.12.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE
1.2.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
1.2.2006

CULT
1.2.2006

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Philippe Busquin
31.1.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

3.4.2006

3.5.2006

13.7.2006

 

 

Data ta' l-adozzjoni

12.9.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

0

39

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Attard-Montalto, Šarūnas Birutis, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Aldo Patriciello, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

María del Pilar Ayuso González, Daniel Caspary, Cristina Gutiérrez-Cortines, Edit Herczog, Lambert van Nistelrooij, Vittorio Prodi, Mechtild Rothe

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

22.9.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...