RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet skond is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u għat-tixrid ta' riżultati tar-riċerka (2007-2011)
22.9.2006 - (COM(2006)0042 – C6‑0080/2006 – 2006/0014(CNS)) - *
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Anne Laperrouze
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u għat-tixrid ta' riżultati tar-riċerka (2007-2011)
(COM(2006)0042 – C6‑0080/2006 – 2006/0014(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0042)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 7 u 10 tat-Trattat Euratom, li skond dawn il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6‑0080/2006),
– wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6‑0305/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 119 tat-Trattat Euratom;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 12 a (ġdida) | |
|
(12a) In-nefqa amministrattiva totali tal-programm, inkluża n-nefqa interna u ta' l-immaniġġjar għall-Aġenzija Eżekuttiva, għandha tkun proporzjonata mal-funzjonijiet stipulati fil-programm ikkonċernat u għandha tkun suġġetta għad-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet baġitarji u leġiżlatttivi. |
(Din l-emenda tieħu post il-BUDG 6 għall-Abbozz ta’ Rapport ta’ Jerzy Buzek dwar il-Programm Euratom) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-metodi u l-proċeduri jridu jkunu ssimplifikati sabiex it-trasparenza tal-proċedura ta' selezzjoni tkun aktar mgħaġġla u biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-programm. L-approprjazzjonijiet allokati lill-Aġenzija Eżekuttiva għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta' kondotta dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija eżekuttiva u mar-Regolament tal-Kunsill Nru58/2003 li jistipulaw l-istatut għal aġenziji eżekuttivi li se jingħataw funzjonijiet speċifiċi fl-immaniġġjar ta' programmi tal-Komunità. Dan se jiżgura li jkun hemm finanzjament xieraq għall-azzjonijiet tal-programm. | |
Emenda 2 Premessa 12 b (ġdida) | |
|
(12a) Fis-Seba' Programm ta' Qafas il-mudelli ta’ rapportar ta’ l-ispejjeż magħmulin fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti skond is-Sitt Programm ta' Qafas għandhom jiġu abbandunati. Il-ħsieb hu li l-ewwel tiġi ssimplifikata d-definizzjoni ta' l-ispejjeż eleġibbli u, it-tieni, sabiex il-parteċipanti jitpoġġew kollha taħt l-istess kundizzjonijiet. Għas-Sitt Programm ta' Qafas intuża mudell wieħed ta’ rapportar ta' l-ispejjeż li ppermetta lill-entitajiet legali li jiġu rrimborżati sa 100% ta' l-ispejjeż addizzjonali tagħhom (u mhux ta' l-ispejjeż totali). Il-mudell ta' l-'ispejjeż addizzjonali' kien affermat fuq is-suppożizzjoni li l-ispejjeż addizzjonali jirrappreżentaw madwar 50% ta' l-ispejjeż totali. Minħabba dan, rata ta' rimborż ekwivalenti għal 75% ta' l-ispejjeż diretti u indiretti eliġibbli kollha (inklużi l-ispejjeż għall-istaff permanenti) għandha toffri lil dawn l-entitajiet legali inċentiv aħjar minn repetizzjoni tal-mudell ta' rapportar ta' l-ispejjeż addizzjonali. |
Emenda 3 Premessa 13 a (ġdida) | |
|
(13a) Il-Kummissjoni għandha timplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas bi qbil mal-prinċipji ta' qafas integrat għall-kontroll intern. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jiġu applikati kontrolli bi standard komuni u għandhom jiġu kkordinati sabiex tiġi evitata dupplikazzjoni mhux meħtieġa. L-ispiża ġenerali tal-kontrolli għandha tkun fi proporzjoni mal-benefiċċji li dawn joffru, kemm f'sens ta' flus u kif ukoll f'sens politiku, | |
Emenda 4 Premessa 15 a (ġdida) | |
|
(15a) Il-ħlas għandu jsir kemm jista' jkun malajr sabiex jitnaqqas il-finanzjament bil-quddiem min-naħa tal-parteċipanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Fid-dawl tal-perjodi twal qabel ma jsir il-ħlas, li l-Kummissjoni nnifisha tirrikonoxxi, l-istituti huma spiss ikollhom jiffinanzjaw bil-quddiem ħafna elementi mill-ispiża għad-dannu tal-baġit tal-proġett. | |
B'mod speċjali l-SMU's spiss ikunu f'pożizzjoni fejn ma jifilħux jiffinanzjaw l-ispiża bil-quddiem. | |
Emenda 5 Premessa 17 | |
(17) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u kemm is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu. |
(17) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kemm l-azzjonijiet indiretti mwettqa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u kemm is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-Programmi Speċifiċi tiegħu. Il-Kummissjoni għandha wkoll teżamina r-regoli preżenti dwar il-parteċipazzjoni u tqassim tar-riżultati. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-regoli preżenti għandhom ikunu eżaminati minn żmien għal żmien sabiex ikun jista' jsirilhom tibdil fil-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni. | |
Emenda 6 Premessa 17a (ġdida) | |
|
(17a) Għall-finanzjament mis-Seba' Programm ta' Qafas, il-frekwenza u n-natura tar-rapporti li għandhom jitressqu mill-konsorzju lill-Kummissjoni għandhom ikunu speċifikati fil-ftehim ta' għotja. Ir-rekwiżiti ta' rapportar għandhom, bħala regola, jinżammu fil-minimu meħtieġ li jippermetti lill-Kummissjoni li tissorvelja l-proġett b'mod xieraq. Bħala regola ġenerali, ħlief f'każi ġustifikati, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikati tal-verifika m'għandhomx imorru lil hinn mill-prinċipji stipulati fir-Regolament Finanzjarju. |
Emenda 7 Artikolu 2 | |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni: |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b’żieda ma’ dawk stipulati fir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni: |
(1) “tagħrif miksub” tfisser ir-riżultati, inkluż tagħrif, kemm jekk jistgħu jiġu protetti u kemm jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet. Dawn ir-riżultati jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur; drittijiet tad-disinn; drittijiet tal-brevetti; drittijiet tal-varjetà tal-pjanti; jew forom simili ta’ protezzjoni; |
(1) “tagħrif miksub” tfisser ir-riżultati, inkluż tagħrif, kemm jekk jistgħu jiġu protetti u kemm jekk le, li joħorġu mill-azzjonijiet. Dawn ir-riżultati jinkludu drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur; drittijiet tad-disinn; drittijiet tal-brevetti; drittijiet tal-varjetà tal-pjanti; jew forom simili ta’ protezzjoni; |
(2) “tagħrif eżistenti” tfisser it-tagħrif li jkollhom il-parteċipanti qabel ma jiġi ffirmat il-ftehim ta’ għotja, kif ukoll drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ dan it-tagħrif, li applikazzjoni għalih tkun ġiet ippreżentata qabel ma jikkonkludu l-ftehim ta’ għotja, u li huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati ta l-azzjoni indiretta; |
(2) “tagħrif eżistenti” tfisser it-tagħrif illi jkollhom il-parteċipanti qabel ma jiġi konkluż il-ftehim ta’ għotja, kif ukoll drittijiet ta’ l-awtur jew drittijiet ta’ proprjetà intellettwali oħra jew applikazzjonijiet tagħhom li jkollhom x’jaqsmu ma’ dan it-tagħrif, li huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ l-azzjoni indiretta jew għall-użu tar-riżultati tat-tagħrif miksub mill-azzjoni indiretta; |
(3) “organizzazzjoni tar-riċerka ” tfisser organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta’ riċerka xjentifika jew teknika bħala l-għan ewlieni tagħha; |
(3) “organizzazzjoni tar-riċerka ” tfisser organizzazzjoni li ma toperax bi qligħ bit-twettiq ta’ riċerka xjentifika jew teknika bħala l-għan ewlieni tagħha; |
(4) “pajjiż terz” tfisser Stat li m'huwiex Stat Membru; |
(4) “pajjiż terz” tfisser Stat li m'huwiex Stat Membru; |
(5) “Pajjiż Assoċjat” tfisser pajjiż terz li huwa parti minn ftehim internazzjonali mal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, li taħt it-termini jew abbażi tiegħu dan jikkontribwixxi finanzjarjament għas-Seba’ Programm ta’ Qafas kollu jew xi parti minnu; |
(5) “Pajjiż Assoċjat” tfisser pajjiż terz li huwa parti minn ftehim internazzjonali mal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, li taħt it-termini jew abbażi tiegħu dan jikkontribwixxi finanzjarjament għas-Seba’ Programm ta’ Qafas kollu jew xi parti minnu; |
(6) “organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni intergovernattiva, barra l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, li għandha personalità legali taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minnali organizzazzjoni internazzjonali bħal din; |
(6) “organizzazzjoni internazzjonali” tfisser organizzazzjoni intergovernattiva, barra l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, li għandha personalità legali taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minnali organizzazzjoni internazzjonali bħal din; |
(7) “organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa; |
(7) “organizzazzjoni internazzjonali b’interessi Ewropej” tfisser organizzazzjoni internazzjonali, li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma Stati Membri jew pajjiżi Assoċjati, u li l-għan ewlieni tagħha huwa li tippromwovi l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-Ewropa; |
(8) “korp pubbliku” tfisser kull entità legali mwaqqfa bħala tali bil-liġi pubblika nazzjonali, u organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(8) “korp pubbliku” tfisser kull entità legali mwaqqfa bħala tali bil-liġi pubblika nazzjonali, kull entità legali taħt il-liġi privata li taqdi xi funzjoni sovrana, kull entità legali mwaqqfa mil-liġi privata nazzjonali iżda primarjament iffinanzjata minn fondi pubbliċi, u organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(9) “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fit-tifsir tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta’ Mejju 2003; |
(9) “SMEs” tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fit-tifsir tar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE fil-verżjoni tas-6 ta’ Mejju 2003; |
|
(9a) 'Kumpanija assoċjata' tfisser, meta mqabbla ma' entità legali oħra, kull entità legali li hija jew: |
|
(a) taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' entità legali oħra, jew |
|
(b) taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-entità legali l-oħra. |
(10) “programm ta’ ħidma” tfisser pjan adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ programm speċifiku kif identifikat fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni […/…]; |
(10) “programm ta’ ħidma” tfisser pjan adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ programm speċifiku kif identifikat fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni […/…]; |
(11) “skemi ta’ ffinanzjar” tfisser il-mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta’ azzjonijiet indiretti mill-Komunità kif stabbilit fil-parti (a) ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni […/…]; |
(11) “skemi ta’ ffinanzjar” tfisser il-mekkaniżmi għall-iffinanzjar ta’ azzjonijiet indiretti mill-Komunità kif stabbilit fil-parti (a) ta’ l-Anness II għad-Deċiżjoni […/…]; |
|
(11a) "interess leġittimu" tfisser kwalunkwe interess ta' kwalunkwe natura, inkluż interess kummerċjali, li parteċipant jista' jinvoka fil-każi speċifikati f'dan ir-Regolament; għal dak l-għan, il-parteċipant għandu juri li, fiċ-ċirkostanza kkonċernata, in-nuqqas li jqis l-interess tiegħu jikkawżalu ħsara sproporzjonata; |
|
(11b) "kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli" tfisser kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli f'diversi forom possibbli, inklużi f'termini finanzjarji (ħlas ta' somom f'daqqa, drittijiet ta' l-awtur, etċ), stipulati fid-dawl tal-kontribut tal-parteċipant lix-xogħol li joħloq l-għarfien, u li għalih għandu jagħti aċċess, u lill-potenzjal inerenti f'dak l-għarfien; |
(12) “Assoċjazzjoni ta’ SMEs” tfisser kull entità legali li fil-parti l-kbira tagħha tkun magħmula minn SMEs u li tirrappreżenta l-interessi tagħhom; |
(12) “Assoċjazzjoni ta’ SMEs” tfisser kull entità legali li fil-parti l-kbira tagħha tkun magħmula minn SMEs u li tirrappreżenta l-interessi tagħhom; |
|
(12a) "parteċipant" tfisser kwalunkwe entità legali li tikkontribwixxi għal azzjoni indiretta u li jkollha d-drittijiet u l-obbligi fir-rigward tal-Komunità skond it-termini ta' dan ir-Regolament jew skond il-ftehim ta' għotja; |
|
(12b)"entitajiet affiljati" tfisser entitajiet legali li waħda minnhom tkun taħt il-kontroll dirett jew indirett ta' l-oħra, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett; "kumpaniji affiljati" tfisser li l-kontroll ikun definit fuq il-bażi tal-pussess ta' iżjed minn 50% tas-sehem tal-vot f'entità bħal din; |
Emenda 8 Artikolu 3, paragrafu -1 (ġdid) | |
|
Azzjonijiet skond is-Seba' Programm ta' Qafas jistgħu jagħtu lok għall-ħolqien jew l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata ta' l-UE. Dawn għandhom jiġu mmaniġġjati u protetti skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/844/KE, ECSC, Euratom) tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli interni ta' Proċedura tal-Kummissjoni1.
|
|
_____ |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta tal-Kummissjoni li tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-ftehim ta' għotja (Artikolu 21(3)) mhix adegwata, minħabba li l-kunfidenzjalità trid tiġi żgurata wkoll mill-istadju ta' l-evalwazzjoni tal-proposta 'l quddiem. | |
Bħalissa l-Kummissjoni qiegħda temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom li temenda r-regoli interni ta' proċedura tagħha, sabiex iddaħħal id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/952/KE li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE li tadotta r-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill sa nofs is-sena. | |
Emenda 9 Artikolu 10, paragrafu 1 a (ġdid) | |
|
Il-parteċipanti minn pajjiżi terzi jistgħu, b'għażla tagħhom, jiksbu rimborżi bbażati fuq somma unika mħallsa f'daqqa maħduma għal kull riċerkatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-parteċipanti minn pajjiżi terzi spiss jiġu f'diffikultà sabiex jiddeterminaw l-ispejjeż attwali tagħhom u biex isibu s-sehem tagħhom mill-finanzjament konġunt. Din il-problema tista' tissolva permezz ta' rata fissa.Għal dan il-għan, tista' tintuża r-rata stipulata għan-netwerks ta' eċċellenza. | |
Emenda 10 Artikolu 12 | |
1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet għall-proposti għal azzjonijiet indiretti f’konformità mal-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-programmi speċifiċi u programmi ta’ ħidma rilevanti. |
1. Il-Kummissjoni għandha toħroġ sejħiet għall-proposti f’konformità mal-kundizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fil-programmi speċifiċi u programmi ta’ ħidma rilevanti, li jistgħu jinkludu sejħiet diretti lejn gruppi partikulari bħall-SMEs. |
B’żieda mal-pubbliċità speċifikata fir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għall-proposti fil-paġni tas-Seba’ Programm ta’ Qafas fuq l-Internet, permezz ta’ kanali ta’ l-informazzjoni speċifiċi, u fil-punti ta’ kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati membri u l-pajjiżi Assoċjati. |
B’żieda mal-pubbliċità speċifikata fir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika s-sejħiet għall-proposti fil-paġni tas-Seba’ Programm ta’ Qafas fuq l-Internet, permezz ta’ kanali ta’ l-informazzjoni speċifiċi, u fil-punti ta’ kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati membri u l-pajjiżi Assoċjati. |
2. Fejn hu xieraq, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fis-sejħa għall-proposti li l-parteċipanti m’għandhomx għalfejn jagħmlu ftehim ta’ konsorzju. |
2. Fejn hu xieraq, il-Kummissjoni għandha tispeċifika fis-sejħa għall-proposti li l-parteċipanti m’għandhomx għalfejn jagħmlu ftehim ta’ konsorzju. |
|
2a. Is-sejħiet għal proposti għandhom ikunu diretti bir-reqqa u jkollhom objettivi ċari u preċiżi sabiex l-ebda kandidat ma jirrispondi bla bżonn. |
|
2b. Il-kriterji ta' l-għażla għandhom jistipulaw il-karatteristiċi, il-kwalità u l-implimentazzjoni tal-proġett. |
Emenda 11 Artikolu 13 | |
Il-Kummissjoni m’għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin: |
B'konformità mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regoli ta' l-Implimentazzjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex toħroġ sejħiet għal proposti għal dawn li ġejjin: |
(a) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jridu jitwettqu mill-entitajiet legali identifikati fil-programmi speċifiċi jew fil-programmi ta’ ħidma meta l-programm speċifiku jippermetti li l-programmi ta’ ħidma jidentifikaw il-benefiċjarji, f’konformità mar-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni; |
(a) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jridu jitwettqu mill-entitajiet legali identifikati fil-programmi speċifiċi jew fil-programmi ta’ ħidma fejn il-programm speċifiku jippermetti li l-programmi ta’ ħidma jidentifikaw il-benefiċjarji; |
(b) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu f’xiri jew servizz suġġett għar-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi stipulati fir-Regolament Finanzjarju; |
(b) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jikkonsistu fix-xiri ta' xi prodott jew ta' xi servizz stabbilit b'kuntratt u magħżul skond ir-regoli dwar l-akkwisti pubbliċi; |
|
(ba) l-azzjonijiet ta' koordinament u ta' għajnuna li jirrigwardaw l-għoti ta' boroż ta' studju għal studju, riċerka jew taħriġ u l-għoti ta' premjijiet ta' kompetizzjonijiet; |
(c) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ relatati mal-ħatra ta’ esperti indipendenti; |
(c) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ relatati mal-ħatra ta’ esperti indipendenti; |
(d) azzjonijiet oħra, fejn hekk huwa stipulat fir-Regolament Finanzjarju jew fir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni. |
(d) azzjonijiet oħra implimentati fuq il-bażi ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew (jew tal-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew) identifikati fil-parti (a) ta' l-Anness II tad-Deċiżjoni […/…] li tistabbilixxi s-Seba' Programm ta' Qafas. |
Emenda 12 Kapitolu II, sezzjoni 2, subsezzjoni 2, titolu | |
EVALWAZZJONI TAL-PROPOSTI |
EVALWAZZJONI, GĦAŻLA, U NEGOZJAR TAL-PROPOSTI U L-ASSENJAZZJONI TA' GĦOTJIET |
Emenda 13 Artikolu 14 | |
Evalwazzjoni, għażla u approvazzjoni |
Il-prinċipji ta' evalwazzjoni, u l-kriterji ta' għażla u ta' assenjazzjoni |
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji tal-kriterji ta’ l-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni stipulati fil-programm speċifiku u fil-programm ta’ ħidma. |
1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-proposti kollha mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-proposti abbażi tal-prinċipji tal-kriterji ta’ l-evalwazzjoni, ta' evalwazzjoni anonima minn pari u l-għażla u l-approvazzjoni stipulati fil-programm speċifiku u fil-programm ta’ ħidma. |
|
Il-kriterji użati għandhom ikunu kif ġej: |
|
(a) l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika u l-grad ta' innovazzjoni; |
|
(b) il-ħila li titwettaq b'suċċess l-azzjoni indiretta u li titmexxa b'mod effiċjenti f'termini ta' riżorsi u kompetenza, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-arranġamenti organizzattivi stipulati mill-parteċipanti; |
|
(c) ir-rilevanza għall-objettivi tal-programm speċifiku; |
|
(d) il-massa kritika ta' riżorsi mmobilizzati u l-kontribut tagħhom għall-politiki Komunitarji; |
|
(e) il-kwalità tal-pjan għall-użu u t-tixrid ta' l-għarfien miksub, il-potenzjal f'termini tal-promozzjoni ta' l-innovazzjoni u l-iskemi ċari għall-amministrazzjoni ta' proprjetà intellettwali. |
Il-programm ta’ ħidma jista’ jistipula kriterji speċifiċi jew aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji. |
Il-programm ta’ ħidma jista’ jistipula kriterji speċifiċi jew aktar dettalji dwar l-applikazzjoni tal-kriterji. |
|
1a. Fejn stabbilit fil-programmi ta' ħidma jew fis-sejħa għal proposti, jistgħu jsiru evalwazzjonijiet mill-bogħod. |
2. Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m’għandhiex tingħażel. Proposta bħal din tista’ tiġi eskluża mill-evalwazzjoni, l-għażla u l-approvazzjoni f’kull ħin. |
2. Proposta li tmur kontra l-prinċipji fundamentali ta’ l-etika jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm speċifiku, fil-programm ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti m’għandhiex tkun eleġibbli għall-parteċipazzjoni u tista’ tiġi eskluża f’kull ħin, wara li jkun intalab il-parir ta' esperti indipendenti. |
3. Il-proposti għandhom jintgħażlu abbażi tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni. |
3. Il-proposti għandhom jiġu kklassifikati fuq il-bażi tar-riżultati ta' evalwazzjoni u magħżulin għall-finanzjament kif suppost. |
|
3a. Għandhom jiġu ppubblikati gwidi għal dawk li jagħmlu l-evalwazzjonijiet u l-kriterji ta' l-għażla għal tali persuni. |
Emenda 14 Artikolu 15, paragrafi 2, 3 u 4 | |
2. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jissottomettu proposta kompluta fit-tieni stadju. |
2. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ sottomissjoni f’żewġ stadji, huma biss dawk il-proposti li jissodisfaw il-kriterji ta’ l-evalwazzjoni għall-ewwel stadju li għandhom jintalbu jissottomettu proposta kompluta fit-tieni stadju. |
|
L-ewwel stadju tal-proċedura għandu jkun ristrett għal evalwazzjoni primarja tal-proposti mressqin li jkunu aċċettabbli. Lejn l-aħħar ta' dan l-istadju tal-proċedura, l-applikanti konċernati għandhom ikunu informati f'każ li l-proposti tagħhom ma jkollhom l-ebda ċans ta' suċċess. |
|
It-tieni stadju tal-proċedura għandu jkun differenti mill-ewwel wieħed, partikularment fir-rigward ta' l-iskop u l-kontenut tad-dokumenti sekondarji li għandhom jitressqu mill-applikanti. Meta applikant jintalab jipprovdi dokumenti sekondarji addizzjonali, huwa għandu jkun mgħarraf b'mod sħiħ u definit għal dak l-effett mill-Kummissjoni. |
|
Kwalunkwe dejta miġbura għandha tiddaħħal f'bank tad-dejta. Iridu jsiru sforzi sabiex jiġi żgurat li l-proċedura titlesta malajr. |
|
Matul il-proċedura kollha, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb b'mod partikulari li tiżgura li l-ispejjeż magħmulin mill-applikanti għall-pubblikazzjoni, għad-dokumentazzjoni u għal kwalunkwe evidenza dokumentata meħtieġa b'konnessjoni ma' l-għajnuna finanzjarja, ma jkunux sproporzjonati għall-għajnuna finanzjarja li tkun se tingħata. |
3. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ evalwazzjoni f’darbtejn, huma biss dawk il-proposti li jkunu għamlu b’suċċess l-ewwel pass, skond evalwazzjoni ta’ sett limitat ta’ kriterji, li għandhom jimxu ’il quddiem għal aktar evalwazzjoni. |
3. Fejn is-sejħa għall-proposti tispeċifika proċedura ta’ evalwazzjoni f’darbtejn, huma biss dawk il-proposti li jkunu għamlu b’suċċess l-ewwel pass, skond evalwazzjoni ta’ sett limitat ta’ kriterji, li għandhom jimxu ’il quddiem għal aktar evalwazzjoni. |
|
F'kull każ, la l-ewwel u lanqas it-tieni stadju tal-proċedura ta' evalwazzjoni m'għandu jaqbeż is-sitt xhur. |
|
3a. Sakemm fil-programm ta' ħidma ma jkunx speċifikat mod ieħor, il-proposti għal azzjonijiet indiretti għandhom jitressqu b'mod elettroniku. |
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b’konsistenza l-eżistenza ta’ l-istatus legali tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. |
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli li jiżguraw li tiġi vverifikata b’konsistenza l-eżistenza ta’ l-istatus legali tal-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti kif ukoll tal-kapaċità finanzjarja tagħhom. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha twaqqaf u tuża bank ċentrali tad-dejta li jkun fih it-tagħrif legali u finanzjarju rekwiżit li għandu x'jaqsam ma' l-applikanti. |
|
4a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika tagħrif dwar il-proġetti li tappoġġja fuq il-websajt uffiċjali tas-Seba' Programm ta' Qafas, ħlief meta dan it-tagħrif ikun kunfidenzjali. |
|
4b. Meta tintagħżel proposta, il-Kummissjoni tista' taqbel mal-parteċipanti, jekk ikun meħtieġ, biex tibdel l-aspetti xjentifiċi, operazzjonali u finanzjarji ta' l-azzjoni indiretta, fil-limiti tal-programm ta' ħidma u tas-sejħa għall-proposta, u fil-kuntest tar-riżultati ta' l-evalwazzjoni tal-proposta. |
Emenda 15 Artikolu 15 a (ġdid) | |
|
Artikolu 15a |
|
Evitar ta' verifika doppja |
|
Sabiex tiġi evitata verifika doppja, il-Kummissjoni għandha tiċċertifika verifika waħda b'suċċess, li sakemm joħroġ avviż ieħor, għandha titqies bħala biżżejjed għall-proposti kollha li jressaq l-istess applikant. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha twaqqaf sistema waħda ta' verifika u ċertifikazzjoni u għandha tadotta u tippubblika regoli speċifiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proposta modifikata għandha tiżgura approċċ koerenti fil-Kummissjoni, li jevita l-burokrazija bla bżonn għall-parteċipanti u jħaffef in-negozjati tal-proposti magħżula. | |
Emenda 16 Artikolu 16 | |
1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjoni meħtieġa taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu. |
1. Il-Kummissjoni għandha taħtar esperti indipendenti sabiex jgħinu fl-evalwazzjoni ta' azzjonijiet indiretti kif meħtieġ taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas u l-programmi speċifiċi tiegħu. |
Għall-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 13, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f’loku. |
Għall-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, imsemmija fl-Artikolu 13, l-esperti indipendenti għandhom jinħatru biss jekk il-Kummissjoni tqis li dan ikun f’loku. |
2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu b’konsiderazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom. |
2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu b’konsiderazzjoni tal-ħiliet u l-għarfien xierqa għall-ħidmiet assenjati lilhom, u, fejn xieraq, għandhom ikunu awtorizzati fuq il-livell xieraq sabiex ikollhom aċċess għall-informazzjoni li tkun meqjusa mis-servizzi tal-Kummissjoni bħala informazzjoni klassifikata ta' l-Unjoni Ewropea. |
L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u jintgħażlu abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil aġenziji nazzjonali tar-riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċcerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta’ kandidati adatti. |
L-esperti indipendenti għandhom ikunu identifikati u jintgħażlu abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji nazzjonali ta' riċerka, istituzzjonijiet jew intrapriżi tar-riċerka bil-għan li jiġu stabbiliti listi ta’ kandidati adatti. |
Il-Kummissjoni tista’, jekk tqis li huwa xieraq, tagħżel kwalunkwe individwu bil-ħiliet xierqa li ma jkunx fil-listi. |
|
Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta’ esperti indipendenti. |
Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi meta jinħatru gruppi ta’ esperti indipendenti. |
|
2a. Għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta' riċerka "fil-fruntiera" orjentata għar-riċerkaturi, għandhom jinħatru esperti mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' proposta mill-Kunsill Xjentifiku ta' l-ERC. |
3. Meta taħtar espert indipendenti, il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f’kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni. |
3. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li l-espert ma jiġix f’kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-materja li dwarha huwa meħtieġ li jagħti opinjoni. |
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta ittra tal-ħatra mudell, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ittra tal-ħatra”, li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m’għandu l-ebda konflitt ta’ interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jinforma lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi konflitt ta’ interess waqt l-għoti ta’ l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta’ dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha toħroġ ittra ta’ ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti. |
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta ittra tal-ħatra mudell, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-ittra tal-ħatra”, li għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-espert indipendenti m’għandu l-ebda konflitt ta’ interess fil-ħin tal-ħatra u huwa jintrabat li jinforma lill-Kummissjoni kemm-il darba jitfaċċa xi konflitt ta’ interess waqt l-għoti ta’ l-opinjoni tiegħu jew il-qadi ta’ dmirijietu. Il-Kummissjoni għandha toħroġ ittra ta’ ħatra bejn il-Komunità u kull wieħed mill-esperti indipendenti. |
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika perjodikament f’mezz xieraq il-lista ta’ l-esperti indipendenti li jkunu għenuha f’kull wieħed mill-programmi speċifiċci. |
5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, sa mhux aktar tard mid-data li fiha s-Seba' Programm ta' Qafas jidħol fis-seħħ, l-ismijiet ta' l-esperti kollha li jkunu kapaċi jevalwaw il-proposti għal proġett. Id-dokumentazzjoni tista' tiġi eżaminata f'kwalunkwe żmien. Il-Kummissjoni għandha tippubblika perjodikament, ta' l-inqas darba fis-sena u f’mezz xieraq, il-lista ta’ l-esperti indipendenti li jkunu għenuha f’kull wieħed mill-programmi speċifiċi. |
Emenda 17 Kapitolu II, Sezzjoni 2, Subsezzjoni 3, titolu | |
IMPLIMENTAZZJONI U FTEHIMIET TA’ GĦOTJA |
IMPLIMENTAZZJONI TA' AZZJONIJIET INDIRETTI U FTEHIMIET TA’ GĦOTJA |
Emenda 18 Artikolu 17 | |
1. Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw l-azzjoni indiretta u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u raġonevoli kollha għal dik il-fini. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għamdhom jimplimentaw ix-xogħol b’mod konġunt. |
1. Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw l-azzjoni indiretta u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u raġonevoli kollha għal dik il-fini. Kull parteċipant fl-istess azzjoni indiretta għandu jintalab jimplimenta x-xogħol tiegħu skond programm ta' ħidma stabbilit b’mod konġunt. Madankollu, il-parteċipanti m'għandhomx ikunu responsabbli lejn il-Komunità għal xi ħlas lura tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mħallasa lil parteċipant ieħor jew għal xi spejjeż, infiq jew ħsarat li ssofri l-Komunità minħabba li xi applikant ieħor ikun naqas li jikkonforma ma' obbligi tiegħu, ħlief meta jkun evidenti li jkun hemm responsabilità konġunta fl-abbuż mill-fondi. |
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal, abbażi tal-mudell ipprovdut fl-Artikolu 18(7) u b’konsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta’ l-iskema ta’ ffinanzjar ikkonċernata, ftehim ta’ għotja bejn il-Komunità u l-parteċipanti. |
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal, abbażi tal-mudell ipprovdut fl-Artikolu 18(7) u b’konsiderazzjoni tal-karatteristiċi ta’ l-iskema ta’ ffinanzjar ikkonċernata, ftehim ta’ għotja bejn il-Komunità u l-parteċipanti. |
3. Il-parteċipanti m’għandhom jagħmlu ebda impenji li jkunu inkompatibbli mal-ftehim ta’ l-għotja. |
3. Il-parteċipanti m’għandhom jagħmlu ebda impenji li jkunu inkompatibbli mal-ftehim ta’ l-għotja. |
4. Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta’ għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu. |
4. Fejn parteċipant jonqos milli jikkonforma ma’ l-obbligi tiegħu fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-ftehim ta’ għotja mingħajr ebda kontribut komplementari mill-Komunità sakemm il-Kummissjoni ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu. |
5. Jekk l-implimentazzjoni ta’ azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta’ l-azzjoni. |
5. Jekk l-implimentazzjoni ta’ azzjoni ssir impossibbli jew jekk il-parteċipanti jonqsu milli jimplimentawha, il-Kummissjoni għandha tiżgura t-terminazzjoni ta’ l-azzjoni, skond l-Artikolu 20. |
6. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b’dak kollu li jkun qed jiġri li jista’ jaffettwa l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità. |
6. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni tiġi informata b’dak kollu li jkun qed jiġri li jista’ jaffettwa l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta jew l-interessi tal-Komunità. |
|
6a. L-entitajiet legali li jipparteċipaw fl-azzjoni indiretta jistgħu jagħtu ċerti elementi tax-xogħol tagħhom b'sottokuntratt lil partijiet terzi. Meta l-parteċipanti jidħlu f'sottokuntratti sabiex iwettqu xi partijiet mill-ħidmiet konnessi ma' l-azzjoni indiretta, huma jibqgħu marbutin bl-obbligi tagħhom li jirrigwardaw l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta. |
Emenda 19 Artikolu 18 | |
1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti fil-konfront tal-Komunità, f’konformità mad-Deċiżjoni […/…], dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja. |
1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti fil-konfront tal-Komunità, f’konformità mad-Deċiżjoni […/…], dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u f’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja. |
Dan għandu jistabbilixxi wkoll, f’konformità ma’ l-istess kondizzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi ta’ entitajiet legali li jidħlu jieħdu sehem waqt li l-azzjoni indiretta tkun għaddejja. |
|
|
1a. Għal kull azzjoni indiretta, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmijin fl-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tfassal, billi tuża l-mudell tal-ftehim ta' għotja msemmi fil-paragrafu 7, ftehim ta' għotja bejn il-Komunità u l-koordinatur li jidher f'isem il-parteċipanti. |
2. Fejn hu xieraq, il-ftehim ta’ għotja għandu jistipula liema parti mill-kontribut tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq ir-rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli, u liema parti għandha tkun ibbażata fuq rati fissi (inkluża skala ta’ spejjeż kull unità) jew somma f’daqqa. |
2. Il-ftehim ta' għotja għandu jispeċifika t-tul ta' l-azzjoni, ix-xogħol xjentifiku u tekniku li jrid isir, il-baġit ta' l-ispejjeż totali stmati u l-kontribut finanzjarju massimu tal-Komunità lill-azzjoni indiretta, skond il-kundizzjonijiet stipulati fil-programm ta' ħidma u fis-sejħa għall-offerti, fejn xieraq. |
3. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistipula liema tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju jkunu jeħtieġu l-pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa kompetittiva. |
|
4. Il-ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ il-preżentazzjoni lill-Kummissjoni ta’ rapporti tal-progress perjodikament fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta kkonċernata. |
4. Il-ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ il-preżentazzjoni b'mod perjodiku lill-Kummissjoni ta’ mhux iżjed minn żewġ rapporti tal-progress fis-sena dwar l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn xieraq, tista' tagħti lok ukoll għal reviżjonijiet sabiex tevalwa l-implimentazzjoni ta' l-azzjoni indiretta konċernata. |
5. Fejn ikun xieraq, il-ftehim ta’ għotja jista’ jistipula li l-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa bil-quddiem b’kull intenzjoni ta’ trasferiment tas-sjieda tat-tagħrif miksub lil parti terza. |
|
6. Fejn ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ li l-parteċipanti jwettqu attivitajiet ta’ benefiċċju għal partijiet terzi, il-parteċipanti għandhom jirriklamaw dan b’mod wiesa’ u jidentifikaw, jevalwaw u jagħżlu l-partijiet terzi b’mod trasparenti, ġust u imparzjali. F’każ li hekk ikun stipulat fil-programm ta’ ħidma, il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tat-tali partijiet terzi. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li toġġezzjona għall-għażla tal-partijiet terzi. |
6. Fejn ftehim ta’ għotja jkun jeħtieġ li l-parteċipanti jwettqu attivitajiet ta’ benefiċċju għal partijiet terzi, il-parteċipanti għandhom jirriklamaw dan b’mod wiesa’ u jidentifikaw, jevalwaw u jagħżlu l-partijiet terzi b’mod trasparenti, ġust u imparzjali. F’każ li hekk ikun stipulat fil-programm ta’ ħidma, il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tat-tali partijiet terzi. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li toġġezzjona għall-għażla tal-partijiet terzi. |
7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell ta’ ftehim ta’ għotja f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
7. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mudell ta’ ftehim ta’ għotja f’konformità ma’ dan ir-Regolament. |
8. Il-ftehim ta’ għotja mudell għandu jirrifletti l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tar-Riċerkaturi Ewropea u tal-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ tar-Riċerkaturi. Dan għandu jndirizza, kif jixraq, is-sinerġiji ma’ l-edukazzjoni fil-livelli kollha; id-disponibbiltà u l-kapaċità li jrawwem id-djalogu u d-dibattitu dwar kwestjonijiet xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka ma’ pubbliku wiesa’ lil hinn mill-komunità tar-riċerka; u attivitajiet li jżidu s-sehem u r-rwol tan-nisa fir-riċerka; u attivitajiet li jindirizzaw aspetti soċjo-ekonomiċi tar-riċerka. |
8. Il-mudell tal-ftehim ta’ għotja għandu, fost oħrajn, iqis il-prinċipji ġenerali stabbiliti fil-Karta tar-Riċerkaturi Ewropea u tal-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġgġ tar-Riċerkaturi. Dan għandu jndirizza, kif jixraq, is-sinerġiji ma’ l-edukazzjoni fil-livelli kollha; id-disponibbiltà u l-kapaċità li jrawwem id-djalogu u d-dibattitu dwar kwestjonijiet xjentifiċi u r-riżultati tar-riċerka ma’ pubbliku wiesa’ lil hinn mill-komunità tar-riċerka; u attivitajiet li jżidu s-sehem u r-rwol tan-nisa fir-riċerka; u attivitajiet li jindirizzaw aspetti soċjo-ekonomiċi tar-riċerka. |
Emenda 20 Artikolu 19, paragrafu 1 | |
1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-aċċess, l-użu u t-tixrid, safejn dawn l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
1. Il-ftehim ta’ għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet ta’ l-aċċess, l-użu u t-tixrid, safejn dawn d-drittijiet u l-obbligi ma jkunux ġew stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
Emenda 21 Artikolu 22, subparagrafu 1 | |
Il-ftehim ta’ għotja għandu jidħol fis-seħħ mal-firma tal-koordinatur u tal-Kummissjoni. |
Il-ftehim ta’ għotja għandu jidħol fis-seħħ mal-firma tal-koordinatur, li jidher f'isem il-parteċipanti l-oħrajn, u tal-Kummissjoni. |
Emenda 22 Artikolu 23 | |
Għajr fejn ipprovdut mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, l-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’azzjoni indiretta għandhom ifasslu ftehim, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim ta’ konsorzju”, biex jirregola dawn li ġejjin: |
1. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fis-sejħa għall-proposti, il-parteċipanti kollha f'azzjoni indiretta għandhom jikkonkludu ftehim, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-ftehim ta’ konsorzju”, li jista' jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi addizzjonali tal-parteċipanti f'azzjoni indiretta, skond id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' l-għotja, biex jirregola, fost l-oħrajn, dawn li ġejjin: |
(a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju; |
(a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju; |
(b) id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità; |
(b) il-modalitajiet ta' l-allokazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità; |
(c) regoli addizzjonali dwar arranġamenti li jirrigwardaw it-tixrid u l-użu inklużi drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, kif ikun xieraq; |
(c) regoli addizzjonali dwar id-drittijiet ta' l-aċċess, is-sjieda, it-trasferiment tas-sjieda, it-tixrid u l-użu tar-riżultati, inklużi arranġamenti dwar id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, kif ikun xieraq; |
(d) is-soluzzjoni ta’ tilwim intern. |
(d) is-soluzzjoni ta’ tilwim intern; il-konsorzji għandhom jistabbilixxu proċeduri sabiex japplikawhom f'każi ta' tilwim jew abbużi mill-poter; |
|
(da) arranġamenti ta' responsabilità, ta' kumpens u ta' kunfidenzjalità bejn il-parteċipanti; |
|
2. Il-ftehim ta' konsorzju għandu jiġi konkluż mill-parteċipanti kollha li jkunu jixtiequ jieħdu sehem f'azzjoni indiretta qabel ma l-ftehim ta' għotja jiġi ffirmat mill-koordinatur. |
Emenda 23 Artikolu 24 | |
L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’azzjoni indiretta għandhom jaħtru wieħed minn fosthom biex jagħmilha ta’ koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u l-ftehim ta’ għotja: |
1. L-entitajiet legali kollha li jixtiequ jieħdu sehem f’azzjoni indiretta għandhom jaħtru minn fosthom koordinatur ħalli jwettaq il-ħidmiet li ġejjin f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni, u l-ftehim ta’ għotja: |
|
(-a) biex jiżgura li l-entitajiet legali li jieħdu sehem fl-azzjoni indiretta jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom skond il-ftehim ta' għotja u l-ftehim ta' konsorzju; |
(a) jiżgura li l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta’ għotja jlestu l-formalitajiet meħtieġa għall-approvazzjoni formali tal-ftehim ta’ għotja, kif stipulati fih; |
(a) biex jivverifika jekk l-entitajiet legali identifikati fil-ftehim ta’ għotja jlestux il-formalitajiet meħtieġa għall-approvazzjoni formali tal-ftehim ta’ għotja, kif stipulati fih; |
(b) jirċievi l-kontribut finanzjarju tal-Komunità u jagħmel id-distribuzzjoni; |
(b) biex jirċievi l-kontribut finanzjarju tal-Komunità u jagħmel id-distribuzzjoni skond il-ftehim ta' konsorzju u l-ftehim ta' l-għotja; |
(c) iżomm il-kontijiet finanzjarji fl-ordni, iżomm ir-rekords u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità f’konformità ma’ l-Artikolu 35; |
(c) biex iżomm ir-rekords tan-nefqiet u l-kontijiet u jinforma lill-Kummissjoni dwar id-distribuzzjoni tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità f’konformità ma’ l-Artikolu 23(b) u l-Artikolu 35; |
(d) jiżgura l-komunikazzjoni effiċjenti u korretta bejn il-parteċipanti u l-Kummissjoni. |
(d) biex jiżgura rapportar effiċjenti u korrett tal-progress tax-xogħol bejn il-parteċipanti u, b'konformità ma' l-Artikolu 18(4), lill-Kummissjoni. |
2. Il-koordinatur għandu jkun identifikat fil-ftehim ta’ għotja. |
2. Il-koordinatur għandu jkun identifikat fil-ftehim ta’ konsorzju. |
Il-ħatra ta’ koordinatur ġdid teħtieġ l-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni. |
|
|
2a. Fejn hu stipulat fil-ftehim ta' konsorzju, il-koordinatur jista' jagħti b'sottokuntratt l-attivitajiet amministrattivi u ta' ġestjoni tiegħu, b'konformità ma' l-Artikolu 32(4). |
Emenda 24 Artikolu 25 | |
1. Il-parteċipanti f’azzjoni indiretta jistgħu jipproponu ż-żieda ta’ parteċipant ġdid jew it-tneħħija ta’ parteċipant eżistenti. |
1. Il-parteċipanti f’azzjoni indiretta jistgħu jaqblu li jżidu parteċipant ġdid jew li jneħħu parteċipant eżistenti, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rispettivi stabbiliti fil-ftehim ta' konsorzju. |
2. Kull entità legali li tissieħeb f’azzjoni li tkun għaddejja għandha tapprova formalment il-ftehim ta’ għotja. |
2. Kull entità legali li tissieħeb f’azzjoni li tkun għaddejja għandha tapprova formalment il-ftehim ta’ għotja u l-ftehim ta' konsorzju. |
|
3. Fejn huwa pprovdut fil-ftehim ta' konsorzju, il-koordinatur jista' jagħti b'sottokuntratt il-ħidmiet amministrattivi u ta' ġestjoni relatati li ma jaffettwawx id-direzzjoni strateġika tal-proġett. |
3. Fejn huwa pprovdut fil-ftehim ta’ għotja, il-konsorzju għandu jippubblika sejħa kompetittiva u jirriklamaha b’mod wiesa’ bl-użu ta’ sostenn ta’ informazzjoni speċifika, partikolarment is-siti ta’ l-Internet dwar is-seba’ programm ta’ qafas, u l-punti ta’ kuntatt nazzjonali mwaqqfa mill-Istati Membri u l-pajjiżi Assoċjati għall-informazzjoni u s-sostenn. |
3a. L-obbligu li jintgħażlu entitajiet legali li jissieħbu f'azzjoni li tkun għadha għaddejja b'mod ġust, trasparenti u kompetittiv għandu jkun stipulat fil-ftehim ta' l-għotja. Din il-proċedura għandha tqis il-ħtiġijiet tar-riċerka u m'għandha la tkun għolja żżejjed u lanqas tieħu ħafna ħin. |
Il-konsorzju għandu jevalwa l-offerti fid-dawl tal-kriterji li jkunu rregolaw l-azzjoni inizjali u bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti maħtura mill-konsorzju, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 14, u 16, rispettivament. |
|
4. Il-konsorzju għandu jinnotifika b’kull bidla li ssir fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, li tista’ toġġezzjona fi żmien 45 jum min-notifika. |
4. Il-konsorzju għandu jinnotifika b’kull bidla proposta fil-kompożizzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. |
Tibdiliet fil-kompożizzjoni tal-konsorzju marbuta mal-proposti għal tibdiliet oħrajn fil-ftehim ta’ għotja li mhumiex relatati direttament mal-bidla fil-kompożizzjoni huma suġġetti għall-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissjoni. |
|
Emenda 25 Artikolu 26 a (ġdid) | |
|
Artikolu 26a |
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li d-dejta relatata ma' l-azzjonijiet indiretti kollha finanzjati mis-Seba' Programm ta' Qafas tkun reġistrata u proċessata f'databases integrati u f'sistema kompjuterizzata komuni. |
|
Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-iskambju elettroniku għall-aspetti kollha fir-rigward ta' l-immaniġġjar tal-proposti u l-għotjiet. |
Emenda 26 Artikolu 30 | |
1. L-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti. |
1. L-għotjiet għandhom ikunu kofinanzjati mill-parteċipanti. |
Biex isir rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità m’għandux iwassal għal profitt. |
Biex isir rimborż ta’ l-ispejjeż eliġibbli, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità m’għandux iwassal għal profitt. |
2. Xi dħul għandu jkun ikkunsidrat għall-ħlas ta’ l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni. |
2. Xi dħul għandu jkun ikkunsidrat għall-ħlas ta’ l-għotja fi tmiem l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni, b'konformità ma' l-Artikolu 32(5). |
|
2a. Meta dħul minn parti terza għal azzjoni indiretta li jkun riċevut u mmaniġġjat minn parteċipant wieħed ikun għal prodotti jew servizzi li jibbenefikaw minnhom il-parteċipanti kollha b'mod indiskriminatorju, l-ispejjeż għandhom jitqiesu bħala allokati bejn il-parteċipanti fi proporzjon ma' l-ispejjeż eleġibbli tagħhom. |
3. Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin: |
3. Biex ikunu kkunsidrati bħala eliġibbli, l-ispejjeż li jsiru minn kull parteċipant għall-implimentazzjoni ta’ azzjoni indiretta għandhom jissodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin: |
(a) iridu jkunu attwali; |
(a) iridu jkunu attwali; |
(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta’ l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta’ l-għotja; |
(b) għandhom ikunu saru tul il-perjodu ta’ l-azzjoni, bl-eċċezzjoni tar-rapporti finali fejn ikun sar provvediment għal dan fil-ftehim ta’ l-għotja; |
(c) għandhom ikunu ġew determinati skond il-prinċipji u l-prassi normali tal-kontabbiltà u l-amministrazzjoni tal-parteċipant u użati għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha, b’mod konsistenti mal-prinċipji ta’ l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività; |
(c) għandhom ikunu ġew determinati u minfuqin skond il-prinċipji normali tal-kontabbiltà tal-pajjiż fejn tkun stabbilita l-entità legali u l-prassi tal-kontabbiltà ta' l-ispejjeż tal-parteċipant u magħmulin għall-iskop waħdieni li jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-azzjoni indiretta u r-riżultati mistennija minnha; |
(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta’ xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi; |
(d) għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-parteċipant u mħallsa u, fil-każ ta’ xi kontribut minn partijiet terzi, għandhom ikunu mdaħħla fil-kontijiet tal-partijiet terzi; |
(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b’mod partikolari taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta’ telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta’ proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d). |
(e) għandhom ikunu ħielsa minn spejjeż mhux eliġibbli, b’mod partikolari minn taxxi indiretti identifikabbli inkluża t-taxxa fuq il-valur miżjud, fejn tista' tiġi rkuprata, dazji, imgħaxijiet dovuti, provvedimenti dwar il-possibbiltà ta’ telf jew nefqiet futuri, telf fuq il-kambju, spejjeż relatati mad-dħul mill-kapital, spejjeż iddikjarati jew li jkunu saru, jew rimborżati fir-rigward ta’ proġett ieħor tal-Komunità, dejn jew spejjeż tad-dejn, infiq żejjed jew bl-addoċċ, u kull spiża oħra li ma tissodisfax il-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d). |
Għall-finijiet tal-punt (a), għall-persunal jistgħu jintużaw l-ispejjeż medji jekk dawn ikunu konsistenti mal-prinċipji ta’ l-amministrazzjoni u l-prassi tal-kontabbiltà tal-parteċipant u ma jvarjawx b’mod sinifikanti mill-ispejjeż attwali. |
|
Emenda 27 Artikolu 31 | |
Spejjeż diretti eliġibbli u spejjeż indiretti eliġibbli |
Spejjeż diretti u indiretti |
1. Spejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fi spejjeż li jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż diretti eliġibbli” u, fejn japplikaw, fi spejjeż li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, imma li jkunu saru b’rabta diretta ma’ l-ispejjeż diretti eliġibbli attribwiti lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż indiretti eliġibbli”. |
1. L-ispejjeż għandhom jikkonsistu fi spejjeż li jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż diretti” u, fejn japplikaw, fi spejjeż li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, imma li jkunu saru b’rabta diretta ma’ l-ispejjeż diretti attribwiti lill-azzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa “spejjeż indiretti”. |
|
1a. L-ispejjeż eleġibbli huma parti mill-ispejjeż diretti: L-ispejjeż diretti jistgħu jikkonsistu fl-istaff, fl-ivjaġġar u fis-sussistenza, u spejjeż speċifiċi oħrajn. |
|
1b. L-ispejjeż ta' l-istaff għandhom jinkludu r-rimunerazzjonijiet u l-ħlasijiet relatati għall-istaff impjegat direttament minn xi parteċipant. |
|
Dawn għandhom ikunu ċċarġjati fuq il-bażi tar-rekords tal-parteċipant dwar kemm l-istaff ikun tabilħaqq iddedika ħin għall-azzjoni indiretta. |
|
Parteċipant jista' jiċċarġja tariffi medji jew skali ta' units għal kategoriji speċifiċi ta' l-istaff, dejjem sakemm dawn ikunu stabbiliti skond il-prassi tal-kontabbiltà ta' l-ispejjeż tiegħu tas-soltu. |
|
1c. L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u s-sussistenza għal staff li jipparteċipa fl-azzjoni indiretta għandhom ikunu ċċarġjati bħala spejjeż attwali magħmulin jew ibbażati fuq skali unitarji, dejjem sakemm dawn ikunu stabbiliti skond il-prassi tal-kontabbiltà ta' l-ispejjeż tas-soltu tal-parteċipant, jew ibbażati fuq skali unitarji stabbiliti mill-Kummissjoni. |
|
1d. Spejjeż speċifiċi oħrajn, inklużi apparat li jibqa' tajjeb għal żmien twil, miżati ta' l-utenti, oġġetti ta' konsum u sottokuntratti, għandhom ikunu eliġibbli biss jekk ikunu definiti fil-ftehim ta' l-għotja. |
2. Biex jiġu koperti l-ispejjeż diretti eliġibbli, parteċcipant jista’ jagħżel li jieħu rata fissa għat-total ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli tiegħu għas-sottokuntratti. |
2. Ir-rata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti għandha titnaqqas b'mod gradwali minn 60% tat-total ta’ l-ispejjeż diretti fl-ewwel tliet snin (2007 - 2009), għal 45% fl-2010 - 2012 u tiġi ffissata 30% mill-2012 'il quddiem; id-data ta' l-ewwel applikazzjoni tiddetermina l-livell ta' rata fissa applikabbli; ir-rata fissa li tkopri l-ispejjeż indiretti teskludi l-ispejjeż ta' sottokuntratti. |
3. Il-ftehim ta’ għotja jista’ jipprovdi li r-rimborż ta’ spejjeż indiretti eliġibbli għandu jkun limitat għal persentaġġ massimu ta’ l-ispejjeż diretti eliġibbli, esklużi l-ispejjeż diretti eliġibbli għas-sottokuntratti, b’mod partikolari fil-każ ta’ l-azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u, fejn huwa xieraq, l-azzjonijiet ta’ taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi. |
|
Emenda 28 Artikolu 32 | |
1. Għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
1. Għal attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. Għar-riċerka dwar l-ispazju u s-sigurtà, il-limitu ta' ffinanzjar massimu għandu jkun ta' 75%. |
Madanakollu, fil-każ ta’ korpi pubbliċi, istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, dan jista’ jilħaq massimu ta’ 75% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
Madankollu, fil-każ ta’ korpi pubbliċi li ma jagħmlux profitt, istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u SMEs, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tkun mill-inqas 75% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
2. Għal attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
2. Għal attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
3. Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet għal taħriġ u żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
3. Għal attivitajiet appoġġjati minn azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ, u azzjonijiet għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, jew għar-reklutaġġ ta' riċerkaturi konnessi mat-twettiq ta' proġett, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
4. Għal ċertifikati ta’ ġestjoni u awditjar, u attivitajiet oħra mhux koperti mill-paragrafi 1, 2 u 3, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jilħaq massimu ta’ 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
4. Għal attivitajiet ta' ġestjoni (inklużi ċ-ċertifikati ta' verifika) u attivitajiet ta' taħriġ f'azzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-iskema ta' finanzjament għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, għall-koordinazzjoni, għan-netwerking, u għat-tixrid, il-kontribut finanzjarju tal-Komunità jista’ jkun sa 100% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli. |
L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta’ ffinanzjar għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, networking, u tixrid. |
L-attivitajiet l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu jinkludu, inter alia, it-taħriġ fl-azzjonijiet li ma jaqgħux fl-iskema ta’ ffinanzjar għat-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, koordinazzjoni, networking, u tixrid. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli wara t-tnaqqis tad-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità. |
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, għandhom jitqiesu l-ispejjeż eliġibbli wara t-tnaqqis tad-dħul sabiex ikun iddeterminat il-kontribut finanzjarju tal-Komunità. |
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar b’rata fissa jew iffinanzjar permezz ta’ somma f’daqqa għall-azzjoni indiretta kollha. |
6. Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, kif ikun xieraq, fil-każ ta’ azzjonijiet indiretti fejn jintuża ffinanzjar l-istess f'kull każ jew iffinanzjar permezz ta’ somma f’daqqa għall-azzjoni indiretta kollha. |
Emenda 29 Artikolu 33 | |
Rappurtaġġ u awditjar ta’ spejjeż eliġibbli |
L-irrapportar ta' l-ispejjeż |
1. Għandhom jiġu sottomessi rapporti perjodikament lill-Kummissjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu minn qabel l-iffinanzjar, u d-dħul relatat ma’ l-azzjoni indiretta kkonċernata u, fejn hu xieraq, jiġu ċċertifikati b’ċertifikat ta’ l-awditjar, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ l-Implimentazzjoni. |
1. L-ispejjeż kollha, l-interessi finanzjarji li jkunu daħlu permezz tal-finanzjament minn qabel , u d-dħul konness ma' l-azzjoni indiretta kkonċernata għandhom ikunu rrapportat perjodikament lill-Kummissjoni. |
L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta’ l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni. |
L-eżistenza tal-kofinanzjar fir-rigward ta’ l-azzjoni kkonċernata għandha tiġi rrappurtata u, fejn hu xieraq, iċċertifikata fi tmiem l-azzjoni. |
|
1a. Għal azzjonijiet indiretti li jdumu inqas minn sentejn, fi tmiem il-proġett għandu jintalab ċertifikat ta' verifika wieħed biss minn kull parteċipant. Għal azzjonijiet indiretti oħrajn, in-numru ta' ċertifikati ta' verifika minn kull parteċipant m'għandu qatt jaqbeż massimu ta' 3. |
|
Parteċipanti li jitlobu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità ta' inqas minn EUR 25,000 għall-involviment tagħhom fl-azzjoni indiretta m'għandhomx jintalbu li jressqu ċertifikati ta' verifika. |
2. Fil-każ ta’ korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat ta’ l-awditjar kif meħtieġ skond il-paragrafu 1 jista’ jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti. |
2. Fil-każ ta’ korpi pubbliċi, organizzazzjonijiet tar-riċerka, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja, ċertifikat ta' verifika kif meħtieġ skond il-Paragrafu 1 jista’ jsir minn uffiċjal pubbliku kompetenti. |
|
2a. M'għandhomx ikunu meħtieġa ċertifikati ta' verifika għal azzjonijiet indiretti li jkunu rimborżati b'mod sħiħ minn somom f'daqqa jew minn rati l-istess għal kull każ.. |
Emenda 30 Artikolu 4, paragrafu 1, subparagrafu 2 | |
Dawk il-ħlasijiet perjodiċi għandhom isiru skond l-evalwazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt ta’ l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta’ l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tal-prestazzjoni nnegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehim ta’ għotja. |
Dawk ir-rilaxxi perjodiċi għandhom isiru skond l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni progressiv tal-Programm Konġunt ta’ l-Attivitajiet permezz tal-kejl ta’ l-integrazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tar-riċerka msejjes fuq indikaturi tar-rendiment tar-riċerka nnegozjati mal-konsorzju u speċifikati fil-ftehima ta’ għotja. |
Ġustifikazzjoni | |
L-indikaturi tar-rendiment għandhom jirreferu għal kif tkun qiegħda ssir ir-riċerka iżjed milli jiddenotaw indikaturi maħluqin speċifikament sabiex ikejlu l-integrazzjoni tan-netwerk; l-għan tan-netwerks huwa li tintlaħaq l-eċċellenza fir-riċerka. | |
Emenda 31 Artikolu 37 | |
Artikolu 37 |
Artikolu 37 |
Ammonti miżmuma għall-evitar tar-riskju |
Fond ta' garanzija |
1. Skond il-livell tar-riskju marbut man-nuqqas ta’ rkupru ta’ somom dovuti lill-Komunità, il-Kummissjoni tista’ żżomm persentaġġ żgħir tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità lil kull parteċipant f’azzjoni indiretta sabiex tkopri xi ammonti dovuti minn parteċipanti f’azzjonijiet indiretti u li jonqsu li jirrimborżaw. |
1. Il-parteċipanti f'azzjonijiet indiretti fis-Seba' Programm ta' Qafas għandhom jikkontribwixxu għal fond ta' garanzija mmaniġġjat mill-Kummissjoni u maħsub biex ikopri r-riskji finanzjarji possibbli li jiġu minn nuqqasijiet tekniċi u/jew finanzjarji minn xi parteċipanti. |
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal dawn li ġejjin:
|
2. Dan il-fond ta' garanzija, li għandu jibda jeżisti meta jidħol fis-seħħ is-Seba' Programm ta' Qafas u għandu jitqiegħed f'idejn istituzzjoni finanzjarja xierqa, għandu jkun iffinanzjat permezz ta' pagamenti mill-Kummissjoni kull meta tibda xi azzjoni indiretta, b'mod korrispondenti mas-somma miżmuma għall-aħħar pagament dovut lill-parteċipanti fl-azzjoni indiretta kkonċernata. |
(a) korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija garantita minn Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja; |
|
(b) parteċipanti f'azzjonijiet li jappoġġjaw it-taħriġ u l-żvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi, azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera, u azzjonijiet li jibbenefikaw minnhom gruppi speċifiċi, bl-eċċezzjoni ta' azzjonijiet għall-benefiċċju ta' l-SMEs. |
|
Kull wieħed mit-tipi ta’ parteċipant msemmija fil-punti (a) u (b) għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu. |
|
3. L-ammonti miżmuma jikkostitwixxu dħul assenjat lis-Seba’ Programm ta’ Qafas fit-tifsir ta’ l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Finanzjarju. |
3. Is-somom imħallsin għal ġol-fond ta' garanzija, u kull ammont ta' interessi akkumulati fuqhom, għandhom jiġu assenjati lis-Seba' Programm ta' Qafas. |
4. Fi tmiem il-programm ta’ qafas għandha ssir evalwazzjoni ta’ l-ammonti meħtieġa biex ikopru riskji pendenti. Xi somom li jeċċedu dawn l-ammonti għandhom jiġu rimborżati lill-programm ta’ qafas u jkunu jikkostitwixxu dħul imwarrab. |
4. Jekk ikun hemm spejjeż eliġibbli adegwati aċċettati għall-azzjoni indiretta, meta tiġi biex tħallas il-pagament finali, il-Kummissjoni għandha tħallas is-somma msemmija fil-paragrafu 2 lill-parteċipanti li ġejjin: |
|
- korpi pubbliċi, entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni indiretta hija ggarantita minn Stat Membru jew pajjiż Assoċjat, u istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja; |
|
- parteċipanti f'azzjonijiet li jappoġġjaw it-taħriġ u l-iżvilupp tal-karriera ta' riċerkaturi, azzjonijiet ta' riċerka fil-fruntiera, u azzjonijiet li jibbenefikaw minnhom gruppi speċifiċi, bl-eċċezzjoni ta' azzjonijiet għall-benefiċċju ta' l-SMEs. |
|
5. Għal parteċipanti oħrajn, il-Kummissjoni għandha tiġbed mill-fond ta' garanzija is-somom ta' flus koperti minn ordni ta' rkupru li ma tkunx ġiet onorata. Is-somom miżmumin għandhom jirriżultaw fi tnaqqis mill-aħħar pagament dovut, ikkalkulat fuq bażi pro rata skond l-użu tal-fond ta' garanzija, imnaqqas sabiex jitqies l-interess finanzjarju ġġenerat mill-fond ta' garanzija u m'għandux jaqbeż il-1% tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. |
|
6. Il-Kummissjoni għandha tadotta u tippubblika l-proċeduri li jmexxu l-operazzjoni tal-fond ta' garanzija, li għandhom jiġu inklużi fil-ftehima ta' l-għotja u jkunu konformi mal-prinċipji msemmijin fuq. |
|
7. Ladarba l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet indiretti tas-Seba' Programm ta' Qafas tkun lesta, kull somma pendenti mill-fond ta' garanzija għandha tiġi trasferita lill-Programm ta' Qafas u għandha tikkostitwixxi riżorsa mwarrba, sakemm l-awtorità leġiżlattiva ma tiddeċidix mod ieħor. |
Emenda 32 Artikolu 40 | |
1. Fejn għadd ta’ parteċipanti jkunu wettqu ħidma flimkien li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, huma għandu jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub. |
1. Fejn għadd ta’ parteċipanti jkunu wettqu ħidma b'mod konġunt li tiġġenera tagħrif miksub u fejn is-sehem rispettiv tagħhom ma jkunx jista’ jiġi aċċertat, huma għandhom jkollhom sjieda konġunta tat-tali tagħrif miksub. |
|
F'każi bħal dawn, il-parteċipanti involuti għandhom jikkonkludu ftehima ta' sjieda konġunta bejniethom li tirregola l-allokazzjoni ta' dik is-sjieda konġunta. Il-ftehima għandha tirregola wkoll l-eżerċitar ta' dik is-sjieda konġunta tat-tagħrif miksub li għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli u tkun konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tal-ftehima ta' l-għotja. |
2. Fejn ma jkunx ġie konkluż ftehim ta’ sjieda konġunta fir-rigward ta’ l-allokazzjoni u t-termini ta’ l-eżerċizzju tas-sjieda konġunta, kull wieħed mis-sidien konġunti għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi, mingħajr ebda dritt ta’ subliċenzjar u jkun suġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin: |
2. Il-Kummissjoni tista' tagħti xi informazzjoni għal mudell ta' ftehima ta' sjieda konġunta f'konformità ma' dan ir-Regolament. |
(a) għandu jingħata avviż bil-quddiem lis-sidien konġunti l-oħra; |
|
(b) għandu jkun ipprovdut kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra. |
|
|
2a. Il-Kummissjoni tista' tipprovdi mudell ta' ftehima ta' sjieda konġunta f'konformità ma' dan ir-Regolament. |
Emenda 33 Artikolu 41 | |
1. Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu liċ-ċessjonarju, b’mod partikolari dawk dwar l-għoti tad-drittijiet ta’ l-aċċess, u t-tixrid u l-użu, f’konformità mal-ftehim ta’ għotja. |
1. Fejn parteċipant jittrasferixxi s-sjieda tat-tagħrif miksub, huwa għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu dwar dak it-tagħrif miksub liċ-ċessjonarju, inkluż l-obbligu li jgħaddi dan lil kwalunkwe ċessjonarju sussegwenti, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-ftehima ta' għotja u l-ftehima ta' konsorzju. |
|
1a. It-tagħrif miksub għandu jkun aċċessibbli wkoll għall-entitajiet affiljati tal-parteċipanti li jkunu qegħdin iwettqu x-xogħol li jiġġenera dak it-tagħrif miksub jekk l-entità affiljata: |
|
(a) tkun stabbilita fi Stat Membru jew f'Pajjiż Assoċjat; |
|
(b) tagħti d-drittijiet ta' aċċess reċiproku fir-rigward ta' kwalunkwe tagħrif eżistenti li jkollha u li jkun meħtieġ biex jintuża t-tagħrif miskub; |
|
(c) tkun konformi ma' l-obbligi li jikkonċernaw il-kunfidenzjalità f'konformità ma' l-Artikolu 3. |
2. Suġġett għall-obbligi tiegħu rigward il-konfidenzjalità, fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta’ l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma’ informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ l-aċċess tagħhom taħt il-ftehim ta’ għotja. |
2. Fejn il-parteċipant jeħtieġlu li jgħaddi d-drittijiet ta’ l-aċċess, huwa għandu javża bil-quddiem lill-parteċipanti l-oħra fl-istess azzjoni, flimkien ma’ informazzjoni biżżejjed dwar is-sid il-ġdid tat-tagħrif miksub biex jippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet ta’ aċċess tagħhom taħt il-ftehima ta’ għotja. |
Madanakollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta’ ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta’ avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta’ trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament. |
Madanakollu, il-parteċipanti l-oħra jistgħu, permezz ta’ ftehim bil-miktub, jirrinunzjaw għad-dritt ta’ avviż individwali bil-quddiem fil-każ ta’ trasferimenti tas-sjieda minn parteċipant lil xi parti terza identifikata speċifikament. |
3. Wara l-avviż skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parteċipanti l-oħra jistgħu joġġezzjonaw għal kwalunkwe trasferiment ta’ sjieda għar-raġuni li tkun taffettwa ħażin id-drittijiet ta’ l-aċċess tagħhom. |
|
Fejn il-parteċipanti l-oħra juru li d-drittijiet tagħhom ikunu se jiġu affettwati ħażin, it-trasferiment maħsub m’għandux iseħħ qabel jintlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati. |
|
4. Fejn hu f’loku, il-ftehim ta’ għotja jista’ jipprovdi, permezz ta’ kondizzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b’kull trasferiment maħsub ta’ sjieda lil parti terza. |
4. Fejn ikun f’loku, il-ftehima ta’ għotja tista’ tipprovdi, permezz ta’ kundizzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni tkun trid tiġi avżata minn qabel b’kull trasferiment maħsub ta’ sjieda lil parti terza, jew għoti ta' liċenzja esklussiva għall-użu tat-tagħrif miksub f'sitwazzjonijiet speċifiċi stipulati fil-ftehima ta' għotja li fihom tali trasferiment jew liċenzja esklussiva għandha titqies bħala inkompatibbli ma' l-għan li tiġi promossa l-kompetittività ekonomika Ewropea. |
Emenda 34 Artikolu 43, paragrafu 2, subparagrafu 1 | |
Fejn sid it-tagħrif miksub ma jħarisx it-tagħrif miksub li jippossjedi, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor skond l-Artikolu 41(1) u (2), ebda attivitajiet ta’ tixrid ma jistgħu jsiru qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet informata. |
Fejn sid ta' tagħrif miksub li jista' jkun tajjeb għall-applikazzjoni industrijali jew kummerċjali ma jħarisx it-tagħrif miksub li jippossjedi, u ma jittrasferihx lil parteċipant ieħor skond l-Artikolu 41(1) u (2), l-ebda attivita' ta’ tixrid ma tista' ssir qabel ma l-Kummissjoni tkun ġiet infurmata. |
Emenda 35 Artikolu 46 | |
Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet ta’ azzjoni indiretta fi ftehim bil-miktub u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku. |
Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu fil-ftehima ta' konsorzju t-tagħrif eżistenti meħtieġ għall-finijiet ta’ azzjoni indiretta u, fejn ikun xieraq, jistgħu jeskludu tagħrif eżistenti speċifiku. |
Emenda 36 Artikolu 49 | |
1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif miksub, jekk dawn ikunu meħtieġa għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess. |
1. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu d-drittijiet ta’ aċċess għat-tagħrif miksub. L-entitajiet affiljati għandhom igawdu l-istess drittijiet ta' aċċess ħlief fejn ikun espressament stipulat mod ieħor fil-ftehima ta' għotja. |
It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw jew b’kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties. |
It-tali drittijiet ta’ aċċess għandhom jingħataw jew b’kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties. |
2. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta għandhom igawdu drittijiet ta’ l-aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom. |
2. Il-parteċipanti fl-istess azzjoni indiretta u l-entitajiet affiljati tagħhom għandhom igawdu drittijiet ta’ aċċess għat-tagħrif eżistenti, jekk dan ikun meħtieġ għall-użu tat-tagħrif miksub tagħhom stess kemm-il darba il-parteċipant ikkonċernat huwa intitolat li jagħtihom. |
It-tali drittijiet ta’ l-aċċess għandhom jingħataw jew b’kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli, jew ħielsa mir-royalties. |
It-tali drittijiet ta’ aċċess għandhom jingħataw suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehima ta' għotja. |
3. Talba għad-drittijiet ta’ l-aċċess skond il-paragrafi 1 jew 2 tista’ ssir sa żmien sena wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet: |
3. Talba għad-drittijiet ta’ aċċess skond il-paragrafi 1 jew 2 tista’ ssir sa żmien sena wara t-tmiem ta' l-azzjoni indiretta. Parteċipant li jirtira mill-proġett qabel iż-żmien ikun jista' jitlob id-drittijiet ta' aċċess lill-parteċipanti l-oħrajn fi żmien sena biss mid-data ta' l-irtirar tiegħu, wara xi waħda minn dawn l-eventwalitajiet: |
(a) it-tmiem ta’ l-azzjoni indiretta; |
(a) it-tmiem ta’ l-azzjoni indiretta; |
(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat. |
(b) it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-sid tat-tagħrif eżistenti jew tat-tagħrif miksub ikkonċernat. |
Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta’ żmien differenti. |
Madanakollu, il-parteċipanti kkonċernati jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta’ żmien differenti. |
Emenda 37 Article 51, paragraph 1 a (new) | |
|
L-intrapriża konġunta msemmija fil-paragrafu 1, punt (ċ), għandha titwaqqaf bil-għan li tiġi mmaniġġjata u amministrata l-kontribuzzjoni Ewropea għall-ftehima internazzjonali ITER li għandha tirratifika t-twaqqif ta' l-organizzazzjoni ITER, flimkien ma' attivitajiet addizzjonali li jirrigwardaw il-kostruzzjoni ta' l-ITER, li hi prevista fil-programm speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (2007-2011). L-attivitajiet l-oħrajn kollha li jaqgħu taħt l-attività tematika 'enerġija mill-fużjoni' previsti taħt dan il-programm speċifiku għandhom ikunu implimentati u mmaniġġjati b'mod separat mill-intrapriża konġunta msemmija fil-punt (ċ), biex b'hekk ikun possibbli li jinżamm l-approċċ integrat u l-involviment mill-qrib ta' l-assoċjazzjonijiet tal-fużjoni. |
Emenda 38 Artikolu 53, subparagrafu 2 a (ġdid) | |
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni proviżorja ta' dan ir-Regolament sa mhux iżjed tard mill-2010 u, fejn ikun meħtieġ, tagħmel proposti biex temendah. |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjonijiet fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u għat-tixrid tar-riżultati ta' riċerka, hija identika, fejn japplika, għall-proposta għal regolament dwar il-parteċipazzjoni fl-implimentazzjoni ta' l-FP7 'konvenzjonali'.
Ir-regoli għall-parteċipazzjoni fl-FP7 EURATOM għandhom xi karatteristiċi speċifiċi, inkluż il-mod kif ir-riċerka hija implimentata fil-qasam tal-fużjoni termonukleari kkontrollata.
Ir-rapporteur tagħkom hija konxja tal-ħtieġa li tipproduċi test identiku għar-regolament prinċipali fir-rigward tat-tħaddim tal-proċeduri ġenerali, u b'mod ġenerali hija ta' l-istess fehma tar-rapporteur fuq ir-regoli ta' parteċipazzjoni fl-FP7 konvenzjonali, inkluż dwar l-importanza kruċjali ta' dan il-programm u dwar il-ħtieġa tas-simplifikazzjoni u ta' iżjed flessibilità f'qafas li jorbot sabiex ikun jista' jiġi implimentat b'mod effettiv u trasparenti. Ir-rapporteur tagħkom jiddispjaċiha wkoll għaċ-ċokon tal-baġit allokat (iżda bla ma tixtieq tinjora n-nuqqas ta' investiment fir-riċerka nazzjonali min-naħa tas-settur privat u l-gvernijiet). Fl-aħħar, hija taqbel li sakemm ma jiġux indirizzati dawn l-isfidi u l-problemi, il-probabilità tkun li l-awturi ta' proġetti innovattivi jfittxu l-finanzjament banda oħra.
Għalhekk għar-rapporteur tagħkom ikun jidher konsistenti li tressaq il-biċċa l-kbira ta' l-emendi mressqin mir-rapporteur għar-regoli ta' parteċipazzjoni fl-FP7 konvenzjonali.
Minbarra xi ftit emendi li r-rapporteur xtaqet tressaq lill-korp ewlieni ta' l-FP7, li essenzjalment jirrigwardaw il-ħatra ta' esperti, il-kunfidenzjalità, is-sjieda u t-trasferiment ta' l-għarfien, tressqu wkoll numru ta' emendi speċifiċi (FP7 Euratom).
L-għan prinċipali huwa li permezz ta' kuntratti ta' assoċjazzjoni u l-Ftehim Ewropew dwar l-Iżvilupp tal-Fużjoni (EFDA), tiġi żgurata l-kontinwità fit-tħaddim tal-ftehimiet Ewropej dwar il-finanzjament tal-fużjoni, li għamluha possibbli li l-Unjoni Ewropea twettaq rwol ewlieni fir-riċerka globali f'dan il-qasam u li jservu bħala mudell għaz-Zona Ewropea għar-Riċerka. L-artikolu kkonċernat jinkorpora elementi ġodda tal-mekkaniżmu li se jagħmel possibbli l-implimentazzjoni tal-proġett ITER, b'mod partikulari t-twaqqif ta' l-Intrapriża Konġunta Ewropea magħrufa bħala l-ELE (Entità Legali Ewropea), li hija struttura vitali li għandha tiżgura koordinazzjoni ma' l-entità legali internazzjonali responsabbli mit-tmexxija tal-proġett ITER.
Bħala konklużjoni, jidher xieraq li ssir enfasi fuq l-importanza ta' dawn iż-żewġ programmi ta' qafas li jagħmluha possibbli għall-Unjoni Ewropea li torganizza r-riċerka tagħha b'mod iżjed effettiv, u f'dan ir-rigward ir-regoli għall-parteċipazzjoni huma element kruċjali.
Fl-aħħarnett, fir-rigward tal-qasam tematiku 'riċerka fl-enerġija mill-fużjoni', dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni, li huma kemmxejn emendati fuq il-bażi ta' suġġerimenti mir-rapporteur tagħkom, jidhru li huma maħsubin sewwa għall-objettivi li ġew stipulati: li jipprovdu appoġġ ta' prijorità għal azzjonijiet ta' riċerka li għandhom jiġu implimentati b'konnessjoni mal-proġett ITER kif ukoll jiffinanzjaw azzjonijiet oħrajn li kienu diġà identifikati fl-imgħoddi bħala prijoritajiet mill-komunità Ewropea għall-fużjoni; li joħolqu mekkaniżmu effettiv fuq il-livell Ewropew li jkun kapaċi jiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa ta' l-Unjoni Ewropea fil-proġett ITER u li jipprovdu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ għall-programm għall-fużjoni li jappoġġjah.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit (23.6.2006)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jistipula r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' intrapriżi, ċentri ta' riċerkau universitajiet f'azzjonijiet fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika ugħat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011)
(COM(2006)0042 – C6‑0080/2006 – 2006/0014(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Marilisa Xenogiannakopoulou
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. Elementi ewlenin tal-proposta
Din il-proposta għar-Regoli ta' Parteċipazzjoni għas-Seba' Programm ta' Qafas hija bbażata fuq l-Artikoli 7 u 10 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. Dawn ir-regoli jiddefinixxu d-drittijiet u l-obbligi ta’ l-entitajiet legali li jixtiequ jieħdu sehem fil-programm ta’ qafas u jistabbilixxu l-prinċipji għall-użu u t-tixrid tal-ħidma tagħhom li tirriżulta minn dik il-parteċipazzjoni.
Il-proposta tikkonsisti f'erba' kapitoli:
· dispożizzjonijiet ta' introduzzjoni (suġġett, definizzjonijiet u kunfidenzjalità)
· parteċipazzjoni f'azzjonijiet indiretti (kundizzjonijiet minimi għall-parteċipazzjoni, aspetti proċedurali, inklużi n-numri minimi ta' parteċipanti, il-post fejn huma stabbiliti, evalwazzjoni tal-preżentazzjoni tal-proposta, ftehimiet ta' implimentazzjoni u ta' għotjiet, immoniterjar ta' proġetti u programmi, kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja: eliġibilità għal fondi u forom ta' għotjiet finanzjarji, rati ta' rimborż, ħlas, distribuzzjoni, ġbir lura u garanziji)
· regoli għat-tixrid, l-użu u d-drittijiet ta' aċċess (pussess, ħarsien, pubblikazzjoni, tixrid u użu, drittijiet ta' aċċess għal tagħrif eżistenti);
· regoli speċifiċi għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet fi ħdan il-qasam tematiku "riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni".
2. Kummenti mir-rapporteur għal opinjoni
· Huwa importanti li l-proposta preżenti tkun koerenti mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu, ir-regoli dwar għajnuna mill-istat għar-riċerka u l-iżvilupp. Ir-Regolament Finanzjarju kif ukoll kull regolament settorjali ieħor huma regolamenti u għalhekk legalment joqogħdu fuq l-istess livell.
· Il-ħafna dewmien tal-proċeduri ta' ffinanzjar fi ħdan il-Programm ta' Qafas preżenti għandu jkun evitat kemm jistà jkun. Skond ir-Rapport Speċjali Nru 1/2004 dwar l-amministrazzjoni ta' miżuri indiretti ta' RTD fi ħdan il-Ħames Programm ta' Qafas (1998-2002) maħruġ mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, jgħaddu medja ta' 263 ġurnata kalendarja bejn il-wasla tad-dokumenti għand il-Kummissjoni u l-iffirmar tal-kuntratt. Dan ukoll iġib dubju fuq il-validità tal-prinċipju ta' annwalità[1]
· Fejn ikun possibbli, l-iffinanzjar fit-tul bil-quddiem mill-partċipanti għandu jiġi evitat. B'mod partikolari l-SMUs spiss ma jkunux kapaċi jlaħħqu ma' din il-problema.
Hemm bżonn kbir li l-proċedura tkun issimplifikata. Ir-rapporteur għalhekk tipproponi l-ħolqien ta' bażi ta' dejta ('database') għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet.
Proposta għal regolament
Test propost mill-Kummissjoni[2] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 13 a (ġdida) | |
|
(13a) Il-Kummissjoni għandha timplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas bi qbil mal-prinċipji ta' qafas integrat għall-kontroll intern. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandhom jiġu applikati kontrolli lil standard komuni u għandhom jiġu kkordinati sabiex tiġi evitata dupplikazzjoni li mhix meħtieġa. L-ispiża ġenerali tal-kontrolli għandha tkun fi proporzjoni mal-benefiċċji totali li dawn joffru, kemm f'sens ta' flus u kif ukoll f'sens politik. | |
Emenda 2 Premessa 15 a (ġdida) | |
|
(15a) Il-ħlasijiet ser isiru kemm jista' jkun malajr sabiex il-finanzjament bil-quddiem min-naħa tal-parteċipanti jitnaqqas. |
Ġustifikazzjoni | |
Fid-dawl tal-perjodi twal sa ma jsir il-ħlas, li l-Kummissjoni nnifisha tirrikonoxxi, l-istituti huma spiss sfurzati jiffinanzjaw bil-quddiem ħafna partijiet mill-ispiża għad-dannu tal-baġit tal-proġett. Speċjalment l-SMU's spiss ikunu f'pożizzjoni fejn ma jifilħux jiffinanzjaw l-ispiża bil-quddiem. | |
Emenda 3 Artikolu 13, parti introduttorja | |
Il-Kummissjoni m’għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin: |
Skond ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta' Implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni m’għandhiex toħroġ sejħiet għall-proposti għal dawn li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanta li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolament ikunu koerenti mar-Regolament Finanzjarju. | |
Emenda 4 Article 15, paragraph 1 a (new) | |
|
1a. L-aċċess għall-għoti ta' fondi għandu jkun iffaċilitat permezz ta' l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità fir-rigward tad-dokumenti li għandhom ikunu pprovduti, u permezz tal-ħolqien ta' bażi ta' dejta għall-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-metodi u l-proċedura hemm bżonn li jiġu ssimplifikati sabiex it-trasparenza tal-proċedura ta' l-għażla tkun aktar mgħaġġla u biex l-aċċess għall-programm jiġi ffaċilitat. | |
Emenda 5 Artikolu 15, paragrafu 1 b (ġdid) | |
|
1b. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li d-dejta relatata ma' l-azzjonijiet indiretti kollha ffinanzjati fi ħdan is-Seba' Programm ta' Qafas tintrefa' u tiġi pproċessata f'bażijiet ta' dejta integrati u li tintuża sistema kompjuterizzata komuni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-metodi u l-proċeduri hemm bżonn li jiġu simplifikati sabiex it-trasparenza tal-proċedura ta' l-għażla tkun aktar mgħaġġla u biex l-aċċess għall-programm jiġi ffaċilitat. | |
Emenda 6 Article 15, paragraph 3 a (new) | |
|
3a. Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-evalwazzjoni, l-għażla u l-proċedura ta' għoti f'perjodu ta' żmien li jkun proporzjat mal-finanzjament involut. Il-parteċipanti għandhom ikunu infurmati bil-quddiem dwar id-data li fiha tista' tkun mistennija deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċeduri mtawlin jitfgħu fuq l-istituti ta' riċerka kemm firxa kbira ta' restrizzjonijiet kif ukoll ta' riskji baġitarji serji. F'termini baġitarji, dan jirriżulta fi proċedura preliminari imtawla b'mod estrem, li titfa' dubju fuq il-prinċipju baġitarju ta' annwalità. | |
Emenda 7 Artikolu 15 a (ġdid) | |
|
Artikolu 15a |
|
Sabiex tiġi evitata verifika doppja, il-Kummissjoni għandha tiċċertifika verifika li rnexxiet, li sakemm ikun avżat mod ieħor għandha tiġi kkunsidrata bħala suffiċjenti għall-proposti kollha ppreżentati mill-istess parteċipant. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha twaqqaf sistema waħda unika ta' verifika u ċertifikazzjoni u għandha tadotta u tippubblika regoli speċifiċi. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-modifika proposta se tiżgura approċċ koerenti fi ħdan il-Kummissjoni, li jevita l-burokrazija bla bżonn għall-parteċipanti u jħaffef l-innegozjar tal-proposti magħżula. |
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet skond is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u għat-tixrid ta' riżultati tar-riċerka (2007-2011) |
||||||
Referenzi |
COM(2006)0042 – C6-0080/2006 – 2006/0014(CNS) |
||||||
Kumitat risponsabbli |
ITRE |
||||||
Opinjoni mogħtija minn |
BUDG |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
0.0.0000 |
||||||
Rapporteur għal opinjoni |
Marilisa Xenogiannakopoulou |
||||||
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
22.6.2006 |
|
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
22.6.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
14 2 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Herbert Bösch, Simon Busuttil, Bárbara Dührkop Dührkop, Markus Ferber, Ingeborg Gräßle, Nathalie Griesbeck, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Antonis Samaras, Esko Seppänen, Nina Škottová, Helga Trüpel, Yannick Vaugrenard, Ralf Walter |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ intrapriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet skond is-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u għat-tixrid ta' riżultati tar-riċerka (2007-2011) |
||||||
Referenzi |
COM(2006)0042 – C6-0080/2006 – 2006/0014(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
8.3.2006 |
||||||
Kumitat responsabbli |
ITRE |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
BUDG |
|
|
|
|
||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
|
|
|
|
|
||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
||
Rapporteur(s) |
Anne Laperrouze |
|
|||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni Data tad-deċiżjoni |
|
||||||
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||
Dotazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
|
||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Konsulatazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
3.4.2006 |
3.5.2006 |
19.6.2006 |
13.7.2006 |
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
12.9.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 3 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Attard-Montalto, Šarūnas Birutis, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Den Dover, Nicole Fontaine, Adam Gierek, Norbert Glante, Umberto Guidoni, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Rebecca Harms, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Anne Laperrouze, Eluned Morgan, Reino Paasilinna, Aldo Patriciello, Miloslav Ransdorf, Vladimír Remek, Herbert Reul, Paul Rübig, Andres Tarand, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Dominique Vlasto |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
María del Pilar Ayuso González, Daniel Caspary, Cristina Gutiérrez-Cortines, Edit Herczog, Lambert van Nistelrooij, Vittorio Prodi, Mechtild Rothe |
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali) |
|
||||||
Data tat-tressiq |
22.9.2006 |
|
|||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||