RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
25.9.2006 - (COM(2005)0280 – C6‑0288/2005 – 2005/0124(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Kinga Gál
Rapporteur għal opinjoni (*):
Cem Özdemir, Kumitat għall-Affarijiet Barranin
(*) Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
(COM(2005)0280 – C6‑0288/2005 – 2005/0124(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0280)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0288/2005),
– wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0306/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skond id-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu, 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Emendi tal-Parlament |
|
Emenda 1 Premessa 5 | |
(5) Ir-Rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew fit-13 ta’ Diċembru 2003 qablu li jibnu fuq iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija eżistenti li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta’ Ġunju 1997, u biex jiġi estiż il-mandat tiegħu ħalli jagħmluh Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem.
|
(5) Ir-Rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill Ewropew fit-13 ta’ Diċembru 2003 qablu li jibnu fuq iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija eżistenti li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta’ Ġunju 1997, u biex jiġi estiż il-mandat tiegħu ħalli jagħmluh Aġenzija għad-Drittijiet tal-Bniedem. Dakinhar huma ddeċidew ukoll li s-sede ta' l-Aġenzija għandu jibqa' fi Vjenna. |
Emenda 2 Premessa 8 | |
(8) Meta ġiet stabbilita l-Aġenzija, ingħatat l-attenzjoni xierqa għall-qafas operattiv ta’ l-aġenziji regolatorji Ewropej propost mill-Kummissjoni fl-abbozz tal-Ftehim Bejn l-Istituzzjonijiet1 fil-25 ta’ Frar 2005. |
imħassra |
_________________ 1 COM(2005)59 finali, 25.2.2005. |
|
Emenda 3 Premessa 9 | |
(9) Fix-xogħol tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6 (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u kif stabbilit b’mod partikolari fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rabta mill-qrib mal-Karta għandha tkun riflessa fl-isem ta’ l-Aġenzija. L-oqsma tematiċi ta’ l-attività ta’ l-Aġenzija għandhom jiġu stabbiliti fil-Qafas Pluriannwali, biex b’hekk jiġu ddefiniti l-limiti ta’ ħidmet l-Aġenzija, li skond il-prinċipji ġenerali istituzzjonali, m’għandhiex tistabbilixxi aġenda politika tad-drittijiet fundamentali minn jeddha; |
(9) Fix-xogħol tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6 (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inklużi dawk stipulati fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif rifless b’mod partikolari fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali. Ir-rabta mill-qrib mal-Karta għandha tkun riflessa fl-isem ta’ l-Aġenzija. |
Emenda 4 Premessa 9 a (ġdida) | |
|
(9a) Peress li l-Aġenzija għandha titwaqqaf fuq il-bażi taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija eżistenti, il-ħidma ta' l-Aġenzija għandha tkompli tkopri l-fenomeni tar-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu, kif ukoll il-ħarsien tal-persuni li jiffurmaw parti minn minoranzi, bħala elementi essenzjali fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali. Għandha tingħata importanza xierqa għal dawk il-gruppi li jġarrbu diskriminazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 13 tat-Trattat u l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 5 Premessa 11 | |
(11) L-Aġenzija għandha jkollha d-dritt li tifformula opinjonijiet lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u lill-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, mingħajr interferenza fil-proċeduri leġiżlattivi u ġudizzjarji stabbiliti fit-Trattat.; |
(11) L-Aġenzija għandha jkollha d-dritt li tifformula opinjonijiet lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u lill-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, mingħajr interferenza fil-proċeduri leġiżlattivi u ġudizzjarji stabbiliti fit-Trattat; Dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jitolbu opinjonijiet dwar il-proposti leġiżlattivi tagħhom jew dwar pożizzjonijiet li jkunu ħadu matul proċeduri legiżlattivi fir-rigward tal-kompatibilità ta' dawn mad-drittijiet fundamentali. |
Emenda 6 Premessa 12 | |
(12) Il-Kunsill għandu jkollu l-possibbiltà li jitlob il-kompetenza teknika ta’ l-Aġenzija fil-qafas tal-proċedura mibdija fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(12) Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikollhom l-possibbiltà li jitlobu l-kompetenza teknika ta’ l-Aġenzija fil-qafas tal-proċedura mibdija fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 7 Premessa 13 | |
(13) L-Aġenzija għandha tippreżenta rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni u kif qed ikunu rispettati mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta’ l-UE u mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi ta’ l-Unjoni. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tipproduċi rapporti tematiċi fis-suġġetti ta’ importanza partikolari għall-politika ta’ l-Unjoni; |
(13) L-Aġenzija għandha tippreżenta rapport annwali dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali koperti mill-oqsma ta' attività ta' l-Aġenzija, u għandu wkoll jenfasizza eżempji ta' prattika tajba. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tipproduċi rapporti tematiċi fis-suġġetti ta’ importanza partikolari għall-politika ta’ l-Unjoni; |
Emenda 8 Premessa 15 | |
(15) L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib kemm jista’ jkun mal-programmi, il-korpi u l-aġenziji kollha rilevanti tal-Komunità u mal-korpi ta’ l-Unjoni, biex tevita li x-xogħol ikun ripetut, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn l-Irġiel u n-Nisa li għandu jitwaqqaf fil-futur; |
(15) L-Aġenzija għandha taħdem mill-qrib kemm jista’ jkun ma' l-istituzzjonijiet kollha rilevanti ta' l-Unjoni, kif ukoll mal-korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità u ta’ l-Unjoni, biex tevita li x-xogħol ikun ripetut, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza Bejn is-Sessi li għandu jitwaqqaf fil-futur; |
Emenda 9 Premessa 15 a (ġdida) | |
|
(15a) L-Aġenzija għandha tikkopera mill-qrib ma' l-Istati Membri, u għal dan il-għan l-Istati Membri għandhom jinnominaw uffiċjali ta' komunikazzjoni nazzjonali. B'mod partikulari, l-Aġenzija għandha tikkomunika ma' l- uffiċjali ta' komunikazzjoni nazzjonali fir-rigward ta' rapporti u dokumenti oħrajn li hija tfassal. |
Emenda 10 Premessa 16 | |
(16) L-Aġenzija għandha tikkollabora mill-qrib mal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Il-kooperazzjoni għandha tiggarantixxi li jiġi evitat li l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija jirkbu dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, b’mod partikolari billi jiġu elaborati l-mekkaniżmi li jiżguraw is-sinerġiji, bħalma huwa t-tmiem ta’ ftehim bilaterali ta’ kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-istrutturi ta’ l-tmexxija ta’ l-Aġenzija, bi drittijiet ta’ votazzjoni definiti kif xieraq, bħalma hemm fl-EUMC bħalissa;
|
(16) L-Aġenzija għandha tikkollabora mill-qrib mal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Il-kooperazzjoni għandha tiggarantixxi li jiġi evitat li l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija jikkoinċidu ma' dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, b’mod partikolari billi jiġu elaborati mekkaniżmi li jiżguraw il-komplementarjetà u l-valur miżjud, bħalma huwa t-tmiem ta’ ftehim bilaterali ta’ kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-istrutturi ta’ l-tmexxija ta’ l-Aġenzija, bi drittijiet ta’ votazzjoni definiti kif xieraq. |
Emenda 11 Premessa 16 a (ġdida) | |
|
(16a) Waqt li tirrikonoxxi l-irwol importanti tas-soċjetà ċivili fil-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, l-Aġenzija għandha tippromwovi d-djalogu mas-soċjetà ċivili u taħdem mill-qrib ma' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u ma' l-istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Hija għandha twaqqaf netwerk ta' koperazzjoni msejjaħ "Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali" bil-ħsieb li tistabbilixxi djalogu strutturat u produttiv u koperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti kollha. |
Emenda 12 Premessa 17 a (ġdida) | |
|
(17a) Sabiex tiżgura l-kwalità xjentifika għolja ta' ħidmietha, l-Aġenzija għandha jkollha Kumitat Xjentifiku. |
Emenda 13 Premessa 17 b (ġdida) | |
|
(17b) L-awtoritajiet li jaħtru l-membri tal-Bord tat-Tmexxija, il-Bord Eżekuttiv u l-Kumitat Xjentifiku għandhom jimmiraw lejn parteċipazzjoni bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel f'dawn il-korpi. Għandha tingħata wkoll attenzjoni partikulari għar-rappreżentazzjoni ugwali ta' nisa u rġiel fl-istaff. |
Emenda 14 Premessa 18 | |
(18) Il-Parlament Ewropew għandu rwol sinifikanti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Huwa għandu jaħtar persuna waħda indipendenti bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija. |
(18) Il-Parlament Ewropew għandu rwol sinifikanti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Għaldaqstant huwa għandu jkun ikkonsultat qabel ma jkun adottat il-qafas pluriennali ta' l-Aġenzija u dwar il-kandidati proposti għall-kariga ta' Direttur ta' l-Aġenzija. |
Emenda 15 Premessa 19 | |
(19) Għandu jinħoloq Forum konsultattiv biex tkun żgurata rappreżentazzjoni pluralista tal-forzi soċjali tas-soċjetà ċivili attivi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fl-istrutturi ta’ l-Aġenzija bil-ħsieb li tiġi stabbilita kooperazzjoni effettiva mal-partijiet kollha interessati; |
imħassra |
Emenda 16 Premessa 21 a (ġdida) | |
|
(21a) Ir-Regolamenti ta' l-Impjegati għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b'mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea bil-għan li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti ta' l-Impjegati u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg, japplikaw għall-impjegati u għad-Direttur ta' l-Aġenzija, inklużi r-regoli tagħhom li jikkonċernaw it-tkeċċija tad-Direttur. |
Emenda 17 Premessa 22 | |
(22) L-Aġenzija għandu jkollha personalità legali u tilħaq wara ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija fir-rigward ta’ l-obbligi legali, l-impenni jew l-obbligi finanzjarji kollha mwettqa miċ-Ċentru jew il-ftehimiet magħmula miċ-Ċentru flimkien mal-kuntratti ta’ l-impjieg ma’ l-istaff taċ-Ċentru. L-Aġenzija għandha tibqa’ fi Vjenna, kif ġie ddeterminat mid-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri tat-2 ta’ Ġunju 1997 li tiddetermina l-post taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija. |
L-Aġenzija għandu jkollha personalità legali u tilħaq wara ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija fir-rigward ta’ l-obbligi legali, l-impenni jew l-obbligi finanzjarji kollha mwettqa miċ-Ċentru jew il-ftehimiet magħmula miċ-Ċentru flimkien mal-kuntratti ta’ l-impjieg ma’ l-istaff taċ-Ċentru. |
Emenda 18 Premessa 22 a (ġdida) | |
|
(22a) L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati. Barra minn hekk, il-pajjiżi li magħhom ġiet konkluża ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom jitħallew jipparteċipaw fl-Aġenzija, peress li dan jippermetti lill-Unjoni li tappoġġja l-isforzi tagħhom lejn integrazzjoni Ewropea billi jiffaċilita l-allinjament gradwali tal-leġiżlazzjoni tagħhom mal-liġi Komunitarja kif ukoll it-trasferiment ta' għarfien u prattika tajba, b'mod partikulari f'dawk l-oqsma ta' l-acquis li se jservu bħala punt ta' riferenza ta' qofol għall-proċess ta' riforma fil-Balkani tal-Punent. |
Emenda 19 Premessa 23 | |
(23) Minħabba li l-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament huma miżuri b’ambitu ġenerali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[2], għandhom jiġu adottati billi tintuża l-proċedura regolatorja provduta fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni. |
imħassra |
Emenda 20 Premessa 23 a (ġdida) | |
|
(23a) L-Aġenzija għandha tagħti bidu għall-evalwazzjonijiet meħtieġa ta' l-attivitajiet tagħha fil-ħin opportu, inkluża evalwazzjoni fil-fond tal-kamp t'azzjoni fir-rigward ta' pajjiżi li mhumiex membri ta' l-Unjoni, li fuq il-bażi tagħhom il-kamp ta' azzjoni, kompiti u metodi ta' ħidma għandhom ikunu riveduti. |
Emenda 21 Artikolu 3, paragrafi 2 sa 4 | |
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u kif stabbiliti b’mod partikolari fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea kif ipproklamata f’Nizza fis-7 ta’ Diċembru 2000. |
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali fis-sens ta' l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inklużi dawk stipulati fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali ffirmata f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950, u kif rifless fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea kif ipproklamata f’Nizza fis-7 ta’ Diċembru 2000. |
3. Fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha fis-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu li ġej u għall-Artikoli 4(1)(e), 27 u 28. |
3. L-Aġenzija għandha titratta kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja. Barra minn hekk, tista' titratta wkoll kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali fil-kamp t'applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu f'dawk il-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 27(1) sa fejn ikun meħtieġ għall-fini ta' l-allinjament gradwali mal-liġi Komunitarja tal-pajjiż ikkonċernat u b'konformità ma' l-Artikolu 27(2). |
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tipprovdi informazzjoni u analiżi dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali identifikati fit-talba fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet li jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, jew li tkun fetħet jew li tkun qed tippjana li tiftaħ negozjati fuq tali ftehimiet, b’mod partikolari ma’ pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea ta’ Qrubija. |
|
Iż-żjieda f'paragrafu 3 hija segwitu għas-suġġeriment tar-RU li tkun inkluża riferenza għall-kompetenzi Komunitarji, kif hemm fl-Artikolu 3(1). | |
Emenda 22 Artikolu 4 | |
1. Biex jintlaħaq l-għan stabbilit fl-Artikolu 2, l-Aġenzija għandha: |
1. Biex jintlaħaq l-għan stabbilit fl-Artikolu 2 u fil-kompetenzi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3, l-Aġenzija għandha: |
(a) tiġbor, tiddokumenta, tanalizza u xxerred informazzjoni u data oġġettivi, kredibbli u komparabbli rilevanti, inklużi r-riżultati minn riċerka u monitoraġġ li jiġu kkomunikati lilha mill-Istati Membri, mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni, mill-aġenziji tal-Komunità, miċ-ċentri tar-riċerka, mill-korpi nazzjonali, mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mill-pajjiżi terzi u mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti; |
(a) tiġbor, tiddokumenta, tanalizza u xxerred informazzjoni u dejta oġġettivi, kredibbli u komparabbli rilevanti, inklużi r-riżultati minn riċerka u monitoraġġ li jiġu kkomunikati lilha mill-Istati Membri, mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Komunità u ta' l-Unjoni, miċ-ċentri tar-riċerka, mill-korpi nazzjonali, mill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, mill-pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u b'mod partikulari l-korpi kompetenti tal-Kunsill ta' l-Ewropa; |
(b) tiżviluppa metodi biex ittejjeb il-komparabbilità, l-oġġettività u l-kredibbiltà tad-data fuq livell Ewropew, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u ma’ l-Istati Membri; |
(b) tiżviluppa metodi u standards biex ittejjeb il-komparabbilità, l-oġġettività u l-kredibbiltà tad-dejta fuq livell Ewropew, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u ma’ l-Istati Membri; |
(c) twettaq, tikkoopera ma’ jew tinkoraġġixxi r-riċerka u servejs xjentifiċi, studji ta’ preparazzjoni u studji ta’ probabbiltà, ukoll, fejn huwa adattat u kompatibbli mal-prijoritajiet tagħha u mal-programm ta’ ħidma annwali tagħha, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Għandha torganizza wkoll laqgħat ta’ l-esperti u, meta jkun neċessarju, torganizza gruppi ta’ ħidma ad hoc; |
(c) twettaq, tikkoopera ma’ jew tinkoraġġixxi r-riċerka u servejs xjentifiċi, studji ta’ preparazzjoni u studji ta’ probabbiltà, ukoll, fejn huwa adattat u kompatibbli mal-prijoritajiet tagħha u mal-programm ta’ ħidma annwali tagħha, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. |
(d) tifformula konklużjonijiet u opinjonijiet fuq suġġetti ġenerali, għall-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri meta dawn jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizzjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. |
(d) tifformula u tippubblika konklużjonijiet u opinjonijiet fuq suġġetti tematiċi speċifiċi, għall-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri meta dawn jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizzjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. |
(e) tpoġġi l-kompetenza teknika tagħha għad-dispożizzjoni tal-Kunsill, fejn il-Kunsill, skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jitlob lil persuni indipendenti biex iressqu rapport dwar is-sitwazzjoni fi Stat Membru jew meta jinqabad bi proposta skond l-Artikolu 7(2), u fejn il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita f’dawn il-paragrafi rispettivi ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ikun talab kompetenza teknika bħal din mill-Aġenzija; |
e) tpoġġi l-kompetenza teknika tagħha għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fejn il-Kunsill jirċievi proposta, skond l-Artikolu 7(1) jew (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; |
(f) tippubblika rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali, ukoll billi tenfasizza l-eżempji ta’ prattika tajba; |
f) tippubblika rapport annwali dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali li huma koperti mill-oqsma ta' l-attività ta' l-Aġenzija, ukoll billi tenfasizza l-eżempji ta’ prattika tajba; |
(g) tippubblika rapporti tematiċi bbażati dwar l-analiżi, ir-riċerka u s-servejs tagħha; |
(g) tippubblika rapporti tematiċi bbażati dwar l-analiżi, ir-riċerka u s-servejs tagħha; |
(h) tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha; |
(h) tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha; |
(i) ittejjeb il-kooperazzjoni bejn is-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-sħab soċjali, iċ-ċentri tar-riċerka u r-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti u persuni jew korpi oħra involuti li jittrattaw id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari permezz ta’ netwerking, l-inkoraġġiment tad-djalogu fuq livell Ewropew u l-parteċipazzjoni, fejn huwa xieraq, f’diskussjonijiet jew f’laqgħat fuq livell nazzjonali; |
(i) tiżviluppa strateġija ta’ komunikazzjoni u tippromwovi d-djalogu mas-soċjetà ċivili, sabiex tqajjem kuxjenza pubblika dwar id-drittijiet fundamentali u tinforma b'mod attiv lill-pubbliku bix-xogħol tagħha. |
(j) torganizza, mal-partijiet interessati rilevanti, konferenzi, kampanji, diskussjonijiet (round tables), seminars u laqgħat fuq livell Ewropew biex tinkoraġġixxi u xxerred ix-xogħol tagħha; u |
|
(k) tiżviluppa strateġija ta’ komunikazzjoni mmirata biex iżżid l-għarfien tal-pubbliku ġenerali, twaqqaf riżorsi ta’ dokumentazzjoni aċċessibbli għall-pubbliku u tipprepara materjal edukattiv, tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni u tevita li jkun irripetut ix-xogħol ta’ sorsi oħra ta’ l-informazzjoni. |
|
2. Il-konklużjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti fformulati mill-Aġenzija meta tkun qed twettaq il-kompiti imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jikkonċernaw kwistjonijiet ta’ legalità tal-proposti mill-Kummissjoni fi ħdan t-tifsira ta’ l-Artikolu 250 tat-Trattat, il-pożizzjonijiet li jittieħdu mill-istituzzjonijiet waqt il-proċeduri leġiżlattivi jew il-legalità ta’ atti fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 230 tat-Trattat. M’għandhomx jittrattaw mal-kwistjoni jekk Stat Membru falliex li jissodisfa obbligu jew le taħt it-Trattat fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 226 tat-Trattat. |
2. Il-konklużjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jistgħu jikkonċernaw proposti mill-Kummissjoni fi ħdan t-tifsira ta’ l-Artikolu 250 tat-Trattat jew il-pożizzjonijiet li jittieħdu mill-istituzzjonijiet waqt il-proċeduri leġiżlattivi fil-każ biss meta l-istituzzjoni kkonċernata tkun issottomettiet talba f'dan is-sens, b'konformità ma' l-Artikolu 4(1)(d). Dawn il-konklużjonijiet, opinjonijiet u rapporti m’għandhomx jittrattaw mal-legalità ta’ atti fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 230 tat-Trattat, jew mal-kwistjoni jekk Stat Membru falliex li jissodisfa obbligu jew le taħt it-Trattat fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 226 tat-Trattat. |
Emenda 23 Artikolu 5 | |
1. Il-Kummissjoni għandha tadotta Qafas Pluriannwali għall-Aġenzija skond il-proċedura regolatorja li tissemma fl-Artikolu 29(2). Il-Qafas għandu |
1. Il-Bord tat-Tmexxija ta' l-Aġenzija, filwaqt li jqis il-linji gwida li joħorġu mnn riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u minn konklużjonijiet tal-Kunsill fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, għandu, fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni, jadotta qafas pluriannwali. |
a) ikopri ħames snin; |
|
b) jiddetermina l-oqsma tematiċi ta’ l-attività ta’ l-Aġenzija, bil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija dejjem tkun inkluża; |
|
c) jimxi skond il-prijoritajiet ta’ l-Unjoni kif iddefiniti fl-għanijiet strateġiċi tal-Kummissjoni; |
|
(d) jagħti l-kunsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi finanzjarji u umani ta’ l-Aġenzija; u |
|
e) jinkludi dispożizzjonijiet bil-ħsieb li jkun evitat li l-isfera tar-responsabbilità ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità titrekkeb fuq dik ta’ l-Aġenzija. |
|
2. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fl-oqsma tematiċi ffissati mill-Qafas Pluri-annwali. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ l-Aġenzija li tirrispondi, filwaqt li tagħti l-kunsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi finanzjarji u umani tagħha, għal talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni taħt l-Artikoli 3(4), 4(1)(d) u (e) ’l barra minn dawn l-oqsma tematiċi. |
2. Il-qafas pluriannwali għandu jkopri ħames snin, ikun konsistenti mal-prijoritajiet u l-objettivi strateġiċi ta' l-Unjoni, u jkun kompatibbli mar-riżorsi finanzjarji u umani li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Aġenzija. |
3. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fid-dawl tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha u bil-konsiderazzjoni xierqa għar-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli. |
3. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fl-oqsma tematiċi ffissati mill-qafas pluriannwali. Madankollu, l-Aġenzija għandha wkoll twieġeb għal talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 4(1)(d) u (e) li ma jaqgħux taħt dawk l-oqsma tematiċi, sakemm ir-riżorsi finanzjarju u umani jippermettu dan. |
4. Il-Programm ta’ Ħidma Annwali, adottat skond l-Artikolu 11(4)(a), għandu jkun skond il-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni, inklużi l-ħidma ta’ riċerka tiegħu u l-azzjonijiet tiegħu fuq l-istatistika magħmula fil-kuntest tal-Programm Statistiku tal-Komunità. |
4. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha fid-dawl tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha. |
Emenda 24 Artikolu 6, paragrafi 1 u 2 | |
1. L-aġenzija għandha tistabbilixxi u tikkoordina n-netwerks ta’ l-informazzjoni neċessarji . Dawn għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li tingħata informazzjoni oġġettiva, kredibbli u komparabbli, li tibni fuq il-kompetenza ta’ għadd ta’ organizzazzjonijiet u korpi f’kull Stat Membru u tqis il-bżonn li jkunu involuti l-awtoritajiet nazzjonali fil-ġbir tad-data. |
1. Sabiex tiżgura li tingħata informazzjoni oġġettiva, kredibbli u komparabbli, u filwaqt li tibni fuq il-kompetenza ta’ għadd ta’ organizzazzjonijiet u korpi f’kull Stat Membru u tqis il-bżonn li jkunu involuti l-awtoritajiet nazzjonali fil-ġbir tad-dejta, l-Aġenzija għandha. |
1 |
(a) tistabbilixxi u tikkoordina netwerks ta’ informazzjoni, bħan-netwerk ta' esperti indipendenti fuq id-drittijiet fundamentali, u tuża netwerks eżistenti; (b) torganizza laqgħat ta' esperti esterni; u, (c) meta jkun meħtieġ, twaqqaf gruppi ta' ħidma ad hoc. |
2. Fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha, biex tevita li x-xogħol ikun ripetut u tiggarantixxi l-aqwa użu possibbli tar-riżorsi, tqis l-informazzjoni eżistenti minn kwalunkwe sors u b’mod partikolari l-attivitajiet li diġà jitwettqu minn |
2. Fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha, sabiex tikseb komplementarjetà u tiggarantixxi l-aqwa użu possibbli tar-riżorsi, tqis, fejn ikun xieraq, l-informazzjoni miġbura u l-attivitajiet imwettqa, b'mod partikulari: |
(a) l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Komunità ; |
(a) mill-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Komunità u ta' l-Unjoni u ta' l-Istati Membri; |
(b) l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji ta’ l-Istati Membri; u |
(b) mill-Kunsill ta' l-Ewropa, billi tirriferi għas-sejbiet u l-attivitajiet tal-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u kontroll tiegħu u għall-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem; u |
c) il-Kunsill ta’ l-Ewropa u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. |
(c) mill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), in-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. |
Emenda 25 Artikolu 8, titolu, paragrafu - 1 | |
Il-kooperazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet fuq livell ta’ Stat Membru u fuq livell Ewropew |
Il-kooperazzjoni ma’ l-organizzazzjonijiet fuq livell ta’ Stat Membru u fuq livell internazzjonali |
|
-1. Sabiex tkun żgurata koperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri, kull Stat Membru għandu jinnomina uffiċjal governattiv bħala uffiċjal ta' kommunikazzjoni nazzjonali. L-Aġenzija għandha tgħaddi lill-uffiċjali ta' kommunikazzjoni nazzjonali d-dokumenti kollha mfassla skond l-Artikolu 4(1)(a), (b), (c), (d), (e), (f), (g), u (i). |
1. L-Aġenzija għandha tikkoopera ma’ l-organizzazzjonijiet u mal-korpi kompetenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fuq livell ta’ Stat Membru jew fuq livell Ewropew, biex jgħinuha twettaq il-kompiti tagħha, kemm jekk dawn ikunu tal-gvern u kemm jekk ma jkunux, |
1. Sabiex jgħinuha twettaq il-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tikkoopera ma':
- organizzazzjonijiet governattivi u ma' korpi pubbliċi kompetenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri, inklużi istituzzjonijiet nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem;
- l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa, speċjalment l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR), in-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. |
Emenda 26 Artikolu 9 | |
L-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’ dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, b’mod partikolari fir-rigward tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha skond l-Artikolu 5. Għalhekk, il-Komunità għandha, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 300 tat-Trattat, tidħol fi ftehim mal-Kunsill ta’ l-Ewropa sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn din ta’ l-aħħar u l-Aġenzija. Dan il-ftehim għandu jinkludi l-obbligu tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li jaħtar persuna indipendenti biex tkun parti mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija, skond l-Artikolu 11. |
Sabiex tiżgura komplementarjetà u valur miżjud, l-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’ dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, b’mod partikolari fir-rigward tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha skond l-Artikolu 5 u tal-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili b'konformità ma' l-Artikolu 9a. Għal dan il-għan, il-Komunità għandha, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 300 tat-Trattat, tidħol fi ftehim mal-Kunsill ta’ l-Ewropa sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn din ta’ l-aħħar u l-Aġenzija. Dan il-ftehim għandu jinkludi l-ħatra mill-Kunsill ta' L-Ewropa ta' persuna indipendenti biex tkun parti mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija u mill-Bord Eżekuttiv tagħha, skond l-Artikoli 11 u 12. |
Emenda 27 Premessa 9 a (ġdida) | |
|
Artikolu 9a |
|
Koperazzjoni mas-soċjetà ċivili u t-twaqqif ta' Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali |
|
1. L-Aġenzija għandha tikkopera mill-qrib ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi u istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi fuq livell nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali, fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, inkluż fil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija u fil-ħarsien tal-minoranzi. Għal dan il-fini, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi netwerk ta' koperazzjoni, li se tissejjaħ "Pjattaforma tad-Drittijiet Fundamentali", magħmula minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li jittrattaw id-drittijiet tal-bniedem, trejdjunjins u organizzazzjonijiet ta' min jimpjega, organizzazzjonijiet soċjali u professjonali rilevanti, knejjes, organizzazzjonijiet reliġjużi, filosofiċi u non-konfessjonali, universitajiet u esperti kwalifikati oħra ta' entitajiet u organizzazzjonijiet Erwopej jew internazzjonali. |
|
2. Il-Pjattaforma għandha tkun ta' mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni u għaċ-ċentralizzazzjoni ta' għarfien. Hija għandha tiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-partijiet interessati rilevanti. |
|
3. Il-Pjattaforma għandha tkun miftuħa għall-partijiet interessati u kwalifikati kollha skond il-paragrafu 1. L-Aġenzija tista' tindirizza lill-membri tal-Pjattaforma b'konformità mal-ħtiġijiet speċifiċi relatati ma' l-oqsma tal-ħidma ta' l-Aġenzija identifikati bħala projoritarji. |
|
4. L-Aġenzija għandha tistieden lill-Pjattaforma sabiex partikularment: (a) tagħmel suġġerimenti lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-programm annwali ta' ħidma, li jkun adottat skond l-Artikolu 11(4)(a); (b) tinforma lura u tissuġerixxi lill-Bord tat-Tmexxija miżuri ta' segwitu għar-rapport annwali skond l-Artikolu (4)(1)(f); u (c) tikkomunika l-eżiti u r-rakkomandazzjonijiet ta' konferenzi, seminars u laqgħat li huma rilevanti għall-ħidma ta' l-Aġenzija lid-Direttur u lill-Kumitat Xjentifiku. |
|
5. Il-Pjattaforma għandha tkun ikkoordinata taħt l-awtorità tad-Direttur. |
Emenda 28 Artikolu 10, punti (c) u (d) | |
c) direttur; d) forum. |
(c) Kumitat Xjentifiku; u d) Direttur. |
Emenda 29 Artikolu 11 | |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn persuni b’esperjenza xierqa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u fl-amministrazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, kif ġej: |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn persuni b’esperjenza xierqa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u fl-amministrazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku, kif ġej: |
a) Persuna indipendenti maħtura minn kull Stat Membru; |
(a) Persuna indipendenti maħtura minn kull Stat Membru li għandha responsabilitajiet ta' livell għoli f'istituzzjoni indipendenti nazzjonali fil-qasam tad-drttijiet tal-bniedem jew f'organizzazzjoni oħra pubblika jew privata; |
b) Persuna indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew; |
|
c) Persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta’ l-Ewropa; u |
c) Persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta’ l-Ewropa; u |
d) Żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni.
|
(d) Żewġ persuni nnominati mill-Kummissjoni: |
|
- ta' l-ewwel tkun persuna indipendenti maħtura minn fost individwi li l-kompetenza tagħhom fil-qasam tad-drittijiet fundamentali hija rikonoxxuta universalment, u |
|
- l-persuna l-oħra tkun tirrappreżenta lill-Kummissjoni. |
Il-persuni li jissemmew fil-punt (a) għandhom ikunu persuni b’responsabbilitajiet ta’ livell għoli fl-amministrazzjoni ta’ istituzzjoni indipendenti nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem; jew, b’kompetenza profonda fil-qasam tad-drittijiet fundamentali miksuba fil-kuntest ta’ istituzzjonijiet jew korpi indipendenti oħra. |
|
Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija jista’ jiġi rappreżentat minn membru alternattiv, li jissodisfa l-kondizzjonijiet imsemmija aktar ’il fuq. Il-lista tal-membri tal-Bord għandha ssir pubblika u tinżamm aġġornata mill-Aġenzija fuq il-websajt tagħha. |
|
2. Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura għandu jkun ta’ 5 snin. Jista’ jerġa’ jiġġedded darba. Madankollu, meta membru ma jissodisfax aktar il-kriterji li huwa jew hija inħatar għalihom, huwa jew hija għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni u lid-Direttur ta’ l-Aġenzija. Il-parti kkonċernata għandha taħtar membru ġdid għall-bqija tal-mandat. |
|
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħżel lill-President u lill-Viċi-President biex iservu għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li jista’ jiġi estiż darba. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija, jew fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, il-membru alternattiv, għandu jkollu vot wieħed. |
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħżel lill-President u lill-Viċi-President biex iservu għal perjodu ta’ sentejn u nofs, li jista’ jiġi estiż darba. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija, jew fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, il-membru sostitut, għandu jkollu vot wieħed. |
4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-kompiti li hija ġiet inkarigata bihom. Għandu jkun il-korp ta’ l-ippjanar u tal-monitoraġġ ta’ l-Aġenzija. B’mod partikolari, għandu a) jadotta kull sena l-Programm ta’ Ħidma Annwali ta’ l-Aġenzija fuq il-bażi ta’ abbozz imressaq mid-Direttur ta’ l-Aġenzija u wara li l-Kummissjoni tkun tat opinjoni. Għandu jkun skond ir-riżorsi finanzjarji u umani. Il-Programm ta’ Ħidma Annwali għandu jiġi mgħoddi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; (b) jadotta r-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 4(1)(f) u (h) fejn iqabbel, b’mod partikolari, ir-riżultati miksuba bl-għanijiet tal-programm ta’ ħidma annwali; dawn ir-rapporti għandhom jiġi mgħoddija sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta’ l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; c) jaħtar u, jekk ikun neċessarju, ineħħi mill-kariga d-Direttur ta’ l-Aġenzija; d) jadotta l-baġits abbozzati u finali annwali ta’ l-Aġenzija; e) jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur; f) jikkompila stima annwali tan-nefqa u tad-dħul għall-aġenzija u jibgħatha lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 19(5); g) jadotta r-regoli ta’ proċedura ta’ l-Aġenzija fuq il-bażi ta’ abbozz imressaq mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni; h) jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija fuq il-bażi ta’ abbozz imressaq mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni, skond l-Artikolu 20(11); i) jadotta l-miżuri neċessarji biex jiġu implimentati r-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, skond l-Artikolu 23(3); u j) jadotta l-proċeduri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skond l-Artikolu 16(2). |
4. Il-mandat tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura u tal-membri sostituti għandu jkun ta’ ħames snin. Il-mandat ma jiġġeddidx. |
5. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega kwalunkwe responsabbiltà li għandu lill-Bord Eżekuttiv minbarra dwar il-kwistjonijiet li jissemmew fil-punti (a), (b), (c), (d), (g) u (h) tal-paragrafu 4. |
5. Barra mill-każijiet ta' sostituzzjoni ordinarja jew mewt, il-mandat ta' membru jew ta' membru sostitut għandu jintemm biss meta hu jirriżenja/hi tirriżenja. Madankollu, meta membru jew membru sostitut ma jissodisfax aktar il-kriterju ta' indipendenza, huwa jew hija għandu minnufih jinforma lill-Kummissjoni u lid-Direttur ta' l-Aġenzija b'dan. Il-parti kkonċernata għandha taħtar membru jew membru sostitut ġdid għall-bqija tal-mandat. Il-parti kkonċernata għandha taħtar ukoll membru jew membru sostitut għall-bqija tal-mandat, jekk il-Bord tat-Tmexxija jistabbilixxi, fuq il-bażi ta' proposta mingħand terz tal-membri tiegħu jew tal-Kummissjoni, li membru jew membru sostitut ma jissodisfax aktar il-kriterju ta' indipendenza. Jekk il-perjodu li jkun fadal mill-mandat ikun ta' anqas minn sentejn, il-mandat tal-membru jew membru sostitut ġdid jista' jkun ta' ħames snin sħaħ. |
6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, minbarra fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c), u (d) tal-paragrafu 4, fejn għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ tliet terzi tal-membri kollha. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv. Il-persuna magħżula mill-Kunsill ta’ l-Ewropa tista’ tivvota biss fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4. |
6. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar iċ-Chairperson u l-Viċi Chairperson u ż-żewġ membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv, kif imsemmi fl-Artikolu 13, minn fost il-membri tiegħu, maħtura skond paragrafu 1(a), biex iservu għal perjodu ta' sentejn u nofs, li jista' jiġġedded darba. |
7. Il-President għandu jsejjaħ il-Bord darba fis-sena, mingħajr preġudizzju għal-laqgħat straordinarji supplementari. Il-President għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija. |
7. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-Aġenzija twettaq il-kompiti li hija ġiet inkarigata bihom. Għandu jkun il-korp ta’ l-ippjanar u tal-monitoraġġ ta’ l-Aġenzija. B’mod partikolari, għandu (a) jadotta l-programm annwali ta' ħidma ta' l-Aġenzija b'konformità mal-qafas pluriannwali, fuq il-bażi ta' abbozz imressaq mid-Direttur ta' l-Aġenzija wara li l-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku jkunu taw l-opinjoni tagħhom. Il-programm għandu jkun konformi mar-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli u għandu jqis il-ħidma ta' riċerka u statistika tal-Komunità. Il-Programm ta’ Ħidma Annwali għandu jiġi mgħoddi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; (b) jadotta r-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 4(1)(f) u (h) fejn iqabbel, b’mod partikolari f'ta' l-aħħar, ir-riżultati miksuba ma' l-għanijiet tal-programm ta’ ħidma annwali; mingħajr ħsara għall-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 12a, il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun ikkonsultat qabel ma jkun adottat ir-rapport li għalih hemm riferenza fl-Artikolu 4(1)(f); ir-rapporti għandhom jiġi mressqa sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta’ l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni; c) jaħtar u, jekk ikun neċessarju, ineħħi mill-kariga d-Direttur ta’ l-Aġenzija; d) jadotta l-baġits abbozzati u finali annwali ta’ l-Aġenzija; (e) jeżerċita l-poteri stipulati fl-Artikolu 23(2) fil-konfront tad-Direttur u l-awtorità dixxiplinari fuq id-Direttur; f) jikkompila stima annwali tan-nefqa u tad-dħul għall-Aġenzija u jibgħatha lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 19(5); g) jadotta r-regoli ta’ proċedura ta’ l-Aġenzija fuq il-bażi ta’ abbozz imressaq mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni u l-Kumitat Xjentifiku jkunu taw opinjoni; h) jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija fuq il-bażi ta’ abbozz imressaq mid-Direttur u wara li l-Kummissjoni tkun tat deċiżjoni, skond l-Artikolu 20(11); i) jadotta l-miżuri neċessarji biex jiġu implimentati r-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol ta’ l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, skond l-Artikolu 23(3); (j) jadotta l-arranġamenti sabiex jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001, b'konformità ma' l-Artikolu 16(3); (k) jaħtar u jneħħi mill-kariga membri tal-Kumitat Xjentifiku b'konformità ma' l-ewwel u t-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 12a; u (l) jistabbilixxi li membru jew membru sostitut tal-Bord tat-Tmexxija ma jissodisfax aktar il-kriterju ta' indipendenza, skond il-paragrafu 5. |
8. Id-Direttur ta’ l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa jista’/tista jattendi/tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur/osservatriċi. Id-Diretturi ta’ aġenziji tal-Komunità u korpi ta’ l-Unjoni oħra rilevanti jistgħu wkoll jattendu bħala osservaturi meta jiġu mistiedna mill-Bord Eżekuttiv. |
8. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega r-responsabbiltajiet tiegħu lill-Bord Eżekuttiv ħlief fil-kwistjonijiet li jissemmew fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (h), (k) u (l) tal-paragrafu 7. |
|
8a. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, ħlief fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (c), (d), (e), (g), (k) u (l) tal-paragrafu 7, fejn għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija, jew fin-nuqqas tiegħu jew tagħha, il-membru sostitut, għandu jkollu vot wieħed. Iċ-Chairperson għandu jkollu l-vot deċiżiv. Il-persuna magħżula mill-Kunsill ta’ l-Ewropa tista’ tivvota fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b), (g) u (k) tal-paragrafu 7. |
|
8b. Iċ-Chairperson għandu jlaqqa' l-Bord tat-Tmexxija darbtejn fis-sena, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe laqgħat straordinarji ulterjuri. Iċ-Chairperson għandu jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija. |
|
8c. Iċ-Chairperson jew il-Viċi-Chairperson tal-Kumitat Xjentifiku u d-Direttur ta' l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistgħu jattendu laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi. Id-Diretturi ta' aġenziji Komunitarji rilevanti oħra, entitajiet ta' l-Unjoni u istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn, kif imsemmija fl-Artikoli 8 u 9, jistgħu wkoll jattendu bħala osservaturi meta jkunu mistiedna mill-Bord Eżekuttiv. |
Emenda 30 Artikolu 12, paragrafu 1 | |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi-President tal-Bord tat-Tmexxija, u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul miċ-Chairperson u mill-Viċi-Chairperson tal-Bord tat-Tmexxija, żewġ membri oħra tal-Bord tat-Tmexxija eletti mill-Bord tat-Tmexxija skond l-Artikolu 11(6) u waħda mill-persuni nnominati għal fuq il-Bord tat-Tmexxija mill-Kummissjoni. Il-persuni maħtura mill-Kunsill ta' l-Ewropa għal fuq il-Bord tat-Tmexxija tista' tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv bħala osservatur. |
Emenda 31 Artikolu 12 a (ġdid) | |
|
Artikolu 12a |
|
Kumitat Xjentifiku |
|
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun magħmul minn ħdax-il persuna indipendenti, li jkunu kkwalifikati ħafna fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lill-membri wara sejħa għall-applikazzjonijiet u proċedura ta' għażla li jkunu trasparenti, wara li jkun ikkonsulta u ta kas tal-fehmiet espressi mill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li jkun hemm rappreżentanza ġeografika bbilanċjata. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija m'għandhomx ikunu membri tal-Kumitat Xjentifiku. Ir-regoli ta' proċedura msemmija fl-Artikolu 11(7)(g) għandhom jippreskrivu l-kundizzjonijiet iddettaljati li jirregolaw il-ħatra tal-Kumitat Xjentifiku. |
|
Il-mandat tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkun ta’ ħames snin. Il-mandat ma jiġġeddidx. |
|
Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandhom ikunu indipendenti. Jistgħu jiġu mibdula biss jekk jitolbu dan huma stess, jew fil-każ li ma jkunux jistgħu, b'mod permanenti, iwettqu dmirijiethom. Madanakollu, fejn membru ma jibqax/tibqax jissodisfa/tissodisfa l-kriterju ta' l-indipendenza, huwa jew hija għandu/għandha minnufih jinforma/tinforma b'dan lill-Kummissjoni u lid-Direttur ta' l-Aġenzija. Alternattivament, il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddikjara, wara li ssir proposta minn terz tal-membri tiegħu, li l-persuna kkonċernata ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterju ta' l-indipendenza u jneħħi lill-persuna kkonċernata mill-kariga. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar membru ġdid għall-bqija tal-mandat skond il-proċedura għall-membri ordinarji. Fejn il-perjodu li jkun fadal mill-mandat ikun ta' anqas minn sentejn, il-mandat tal-membru l-ġdid jista' jkun ta' ħames snin sħaħ. Il-lista tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandha ssir pubblika u għandha tinżamm aġġornata mill-Aġenzija fuq il-websajt tagħha. |
|
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jeleġġi liċ-Chairperson u lill-Viċi Chairperson tiegħu għal mandat ta' sena. |
|
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkun garanti tal-kwalità xjentifika tax-xogħol ta' l-Aġenzija, u għandu jiggwida x-xogħol għal dak l-għan. Għal dak il-fini, id-Direttur għandu jinvolvi lill-Kumitat Xjentifiku kmieni skond kif xieraq fit-tħejjija tad-dokumenti kollha mfassla skond l-Artikolu 4(1)(a), (b), (c), (d), (e), (f), (g), u (i). |
|
Il-Kumitat Xjentifiku għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi. Il-Kumitat għandu jitlaqqa' miċ-Chairperson tiegħu erba' darbiet fis-sena. Jekk ikun meħtieġ, iċ-Chairperson għandu/għandha jniedi/tniedi proċedura bil-miktub jew isejjaħ/issejjaħ laqgħat straordinarji fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha stess jew fuq talba ta’ mill-inqas erba' membri tal-Kumitat Xjentifiku. |
Emenda 32 Artikolu 13 | |
1. L-Aġenzija għandha tkun immexxija minn Direttur, maħtur/maħtura mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni. Id-Direttur għandu/għandha jinħatar/tinħatar fuq il-bażi tal-mertu, tal-kapaċitajiet u l-esperjenza ta’ amministrazzjoni u tmexxija fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Qabel ma jinħatar/tinħatar, il-kandidat/kandidata magħżul/magħżula mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jintalab/tintalab jagħmel/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jirrispondi/tirrispondi l-mistoqsijiet mill-membri tiegħu. |
1. L-Aġenzija għandha tkun immexxija u rrappreżentata minn Direttur, maħtur/maħtura mill-Bord tat-Tmexxija skond proċedura ta' koperazzjoni ("konċertazzjoni") li jipprovdi għaliha l-paragrafu 2. Id-Direttur għandu/għandha jinħatar/tinħatar fuq il-bażi tal-mertu personali tiegħu jew tagħha, ta' l-esperjenza fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u tal-kapaċitajiet amministrattivi u tat-tmexxija. |
2. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ ħames snin. Fuq proposta mill-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, dan jista’ jiġi estiż darba għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari r-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod li bih dawn inkisbu, u d-dmirijiet u l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ l-Aġenzija fis-snin li ġejjin. |
2. Il-proċedura ta' koperazzjoni għandha tkun kif ġej: (a) fuq il-bażi ta' lista magħmula mill-Kummissjoni wara sejħa għall-kandidati u proċedura trasparenti ta' għażla, l-applikanti għandhom jintalbu, qabel ma ssir ħatra, biex jindirizzaw lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u lill-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġbu għall-mistoqsijiet; (b) il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandhom imbagħad jagħtu l-fehma tagħhom dwar l-applikanti u jiddikjaraw l-ordni tal-preferenzi tagħhom; (c) il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur filwaqt li jagħti kas ta' dawk il-fehmiet. |
3. Id-Direttur għandu/għandha jkun/tkun responsabbli għal: a) It-twettiq tal-kompiti li jissemmew fl-Artikolu 4; b) Il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Ħidma Annwali ta’ l-Aġenzija; c) Il-kwistjonijiet kollha ta’ l-istaff u b’mod partikolari l-eżerċizzju tal-poteri provduti fl-Artikolu 23(2); d) Il-kwistjonijiet ta’ l-amministrazzjoni ta’ kuljum; (e) L-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Aġenzija, skond l-Artikolu 20; u f) L-implimentazzjoni ta’ proċeduri effettivi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li jirrelataw mat-turija ta’ l-Aġenzija meta mqabbla ma’ l-għanijiet tagħha skond standards magħrufa professjonalment. Id-Direttur għandu/għandha jirrapporta/tirrapporta annwalment lill-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati tas-sistema ta’ monitoraġġ. |
3. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ ħames snin. Matul id-disa' xhur ta' qabel tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod partikulari r-riżultati li jkun/tkun kiseb/kisbet id-Direttur u d-dmirijiet u r-rekwiżiti ta' l-Aġenzija għas-snin li jkun imiss. Il-Bord tat-Tmexxija jista', filwaqt li jqis ir-rapport ta' evalwazzjoni u biss fejn ikun iġġustifikat mid-dmirijiet u mir-rekwiżiti ta' l-Aġenzija, fuq proposta tal-Kummissjoni, itawwal il-mandat tad-Direttur darba għal mhux iktar minn tliet snin. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew bil-ħsieb tiegħu li jtawwal il-mandat tad-Direttur. F'perjodu ta' xahar qabel ma l-Bord tat-Tmexxija formalment jieħu d-deċiżjoni tiegħu li jtawwal il-mandat, id-Direttur jista' jintalab jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u biex iwieġeb għal mistoqsijiet mill-membri tiegħu.
Fejn il-mandat tiegħu jew tagħha ma jiġġeddidx, id-Direttur għandu/għandha jibqa'/tibqa' fil-kariga sakemm issir il-ħatra tas-suċċessur tiegħu jew tagħha. |
4. Id-Direttur għandu/għandha jirrispondi/tirrispondi għall-amministrazzjoni ta’ l-attivitajiet tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija u għandu/għandha jipparteċipa/tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord mingħajr ma jkollu/jkollha d-dritt li jivvota/tivvota. |
4. Id-Direttur għandu/għandha jkun/tkun responsabbli: (a) għat-twettiq tax-xogħol imsemmi fl-Artikolu 4 u b'mod partikulari għat-tħejjija u l-pubblikazzjoni tad-dokumenti mfassla skond l-Artikolu 4(1)(a), (b), (c), (d), (e), (f), (g) u (i) f'koperazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku; (b) għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programm annwali ta' ħidma ta' l-Aġenzija; (c) għall-affarijiet kollha ta' l-istaff, u b'mod partikulari l-eżerċitar fil-konfront ta' l-istaff tal-poteri stabbiliti fl-Artikolu 23(2); d) għall-kwistjonijiet ta’ l-amministrazzjoni ta’ kuljum; (e) għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija, skond l-Artikolu 20; f) għall-implimentazzjoni ta’ proċeduri effettivi ta’ kontroll u ta' evalwazzjoni fir-rigward tar-riżultati ta’ l-Aġenzija meta mqabbla ma’ l-objettivi tagħha skond standards irrikonoxxuti professjonalment. Id-Direttur għandu/għandha kull sena jirrapporta/tirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija dwar ir-riżultati tas-sistema ta’ kontroll; (g) għall-koperazzjoni ma' l-uffiċjali nazzjonali tal-kollegamenti; u (h) għall-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili, inkluż il-koordinament tal-Pjattaforma għad-Drittijiet Fundamentali skond l-Artikolu 9a. |
5. Id-Direttur jista’/tista’ jitneħħa/titneħħa mill-kariga mill-Bord tat-Tmexxija qabel ma jispiċċa/tispiċċa l-mandat tiegħu jew tagħha, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. |
5. Id-Direttur għandu/għandha jwettaq/twettaq xogħlu/xogħlha b'mod indipendenti. Għandu/għandha jwieġeb/twieġeb dwar il-ġestjoni ta' l-attivitajiet tiegħu/tagħha lill-Bord tat-Tmexxija u għandu/għandha jieħu/tieħu sehem fil-laqgħat tiegħu mingħajr drittijiet tal-vot. |
|
5a. Id-Direttur jista'/tista' jissejjaħ/tissejjaħ f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill biex jattendi/tattendi smigħ dwar kwalunkwe affari li tkun marbuta ma' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. |
|
5b. Id-Direttur jista’/tista’ jitneħħa/titneħħa mill-kariga mill-Bord tat-Tmexxija qabel ma jintemm il-mandat tiegħu jew tagħha, fuq il-bażi ta’ proposta minn terz tal-membri tiegħu. Iċ-Chairperson tal-Bord tat-Tmexxija għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għat-tneħħija mill-kariga. |
Emenda 33 Artikolu 14 | |
Artikolu 14 Il-Forum għad-Drittijiet Fundamentali 1. Il-Forum għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi responsabbli għad-drittijiet fundamentali u għall-isforzi biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu, tat-trejdjunjins u ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, ta’ l-organizzazzjonijiet soċjali u professjonali kkonċernati, tal-knejjes, ta’ l-organizzazzjonijiet reliġjużi u filosofiċi u mhux ta’ xi denominazzjoni reliġjuża, ta’ l-universitajiet u ta’ esperti kwalifikati, u ta’ korpi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. 2. Il-membri tal-Forum għandhom jintgħażlu permezz ta’ mekkaniżmu ta’ l-għażla miftuħa li għandu jiġi deċiż mill-Bord tat-Tmexxija. In-numru massimu għandu jkun ta’ 100. Il-mandat tagħhom għandu jkun ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded darba. 3. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija m’għandhomx ikunu membri tal-Forum, imma jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Forum. 4. Il-Forum għandu jikkostitwixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta’ ġbir flimkien ta’ l-informazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu l-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali u l-ippûljar tal-konoxxenza. Għandu jiżgura kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-partijiet interessati rilevanti. 5. Il-Forum għandu: (a) tagħmel suġġerimenti lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-programm annwali ta' ħidma, li jkun adottat skond l-Artikolu 11(4)(a); u - jagħti informazzjoni lura dwar u jissuġġerixxi x’għandu jsir aktar fuq il-bażi tar-rapport annwali dwar is-sitwazzjoni li tirrigwarda d-drittijiet fundamentali adottati taħt l-Artikolu 11(4)(b). 6. Il-Forum għandu jkun ippresedut mid-Direttur. Għandu jiltaqa’ darba fis-sena, jew fuq it-talba tal-Bord tat-Tmexxija. Il-proċeduri operattivi tiegħu għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni ta’ l-Aġenzija u għandhom ikunu pubbliċi. 7. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ tekniku u loġistiku neċessarju lill-Forum u tipprovdi segretarjat għal-laqgħat tiegħu. |
imħassar |
Emenda 34 Artikolu 15, paragrafu 2 | |
2. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur u l-membri tal-Forum għandhom jimpenjaw irwieħhom biex jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dan il-fini, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ impenn. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija maħtura taħt l-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c), id-Direttur u l-membri tal-Forum għandhom jieħdu r-responsabbilità li jaġixxu b’mod indipendenti. Għal dan il-fini, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ l-interessi billi jindikaw jew in-nuqqas ta’ kwalunkwe interess li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom jew kwalunkwe interess dirett jew indirett li jista’ jitqies li jippreġudika l-indipendenza tagħhom. Iż-żewġ dikjarazzjonijiet għandhom isiru kull sena bil-miktub. |
2. Il-membri u l-membri li jalternaw tal-Bord tat-Tmexxija, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku u d-Direttur għandhom jimpenjaw irwieħhom biex jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dan il-fini, għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta’ l-interessi fejn jindikaw jew l-ineżistenza ta’ interessi li jistgħu jitqiesu bħala li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom jew inkella kwalunkwe interessi diretti jew indiretti li jistgħu jitqiesu bħala li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom. Għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni bil-miktub meta jieħdu l-kariga u għandhom jirreveduha kemm-il darba jseħħu tibdiliet fir-rigward ta' dawk l-interessi. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Aġenzija fuq is-sit tagħha fuq l-internet. |
Emenda 35 Artikolu 16, titolu u paragrafi 1 u 2 | |
L-aċċess għad-dokumenti |
It-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti |
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija. |
1. L-Aġenzija għandha tiżviluppa prattiki amministrattivi tajba sabiex tiżgura l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza fir-rigward ta' l-attivitajiet tagħha. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija. |
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta arranġamenti biex jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-ħidma ta’ l-Aġenzija. |
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, fi żmien sitt xhur minn meta l-Aġenzija tibda tiffunzjona, jadotta regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni prattika tal-paragrafu 1. Dawn għandhom jinkludu, inter alia, regoli: - għall-ftuħ tal-laqgħat, - għall-pubblikazzjoni tax-xogħol ta' l-Aġenzija, inkluż dak tal-Kumitat Xjentifiku, u - għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. |
Emenda 36 Artikolu 19, paragrafu 3 | |
3. Id-dħul ta’ l-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, jinkludi: |
3. Id-dħul ta’ l-Aġenzija għandu, mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, jinkludi sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni). |
(a) Sussidju mill-Komunità, imdaħħal fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni); u (b) Il-pagament li waslu għal servizzi mogħtija. |
Dan id-dħul jista' jiġi miżjud b'pagamenti li waslu għal servizzi mogħtija fil-qafas ta' l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet elenkati fl-Artikolu 4. |
Dan id-dħul jista’ jiġi kkomplementat minn (a) Kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri; u (b) Kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja mill-organizzazzjonijiet jew minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikoli 8, 9 jew 27. |
|
Emenda 37 Artikolu 22, paragrafu 4 | |
4. L-Aġenzija għandha legalment tilħaq wara ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija. Għandha tassumi d-drittijiet u l-obbligi legali kollha, l-impenni jew l-obbligi finanzjarji kollha taċ-Ċentru. Il-kuntratti ta’ l-impjieg konklużi miċ-Ċentru qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu onorati. |
4. L-Aġenzija għandha legalment tilħaq wara ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija. Għandha tassumi d-drittijiet u l-obbligi legali kollha, l-impenji jew l-obbligi finanzjarji kollha taċ-Ċentru. |
Emenda 38 Artikolu 23, paragrafi 1 u 2 | |
1. Ir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex ikunu applikati dawn ir-regolamenti ta’ l-istaff u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom japplikaw għall-istaff ta’ l-Aġenzija. |
1. Ir-Regolamenti ta’ l-Istaff għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex ikunu applikati dawn ir-regolamenti ta’ l-istaff u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom japplikaw għall-istaff ta’ l-Aġenzija u għad-Direttur tagħha. |
2. Fir-rigward ta’ l-istaff tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita l-poteri li ġew ittrasferiti lill-awtorità tal-ħatra. |
2. Fir-rigward ta’ l-istaff tagħha, l-Aġenzija għandha teżerċita l-poteri li ġew ittrasferiti lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti ta' l-Istaff għall-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fuq l-awtorità li hi intitolata li tikkonkludi kuntratti mill-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta' Aġenti Oħra tal-Komunitajiet Ewropej. |
Emenda 39 Artikolu 27 | |
Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati jew tal-pajjiżi kandidati potenzjali |
Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati u tal-pajjiżi li magħhom ġiet konkluża Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni |
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi li kkonkludew ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-Komunità u li ġew identifikati mill-Kunsill Ewropew bħala pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni fejn il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni rilevanti jiddeċiedi fuq tali parteċipazzjoni. |
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi kandidati u ta' pajjiżi li magħhom ġiet konkluża Ftehima ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mill-Komunità Ewropea. |
2. F’dik l-eventwalità, il-modalitajiet ta’ din il-parteċipazzjoni għandhom jiġu ddeterminati minn deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni rilevanti. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kompetenza u l-assistenza li għandha tkun offruta lill-pajjiż ikkonċernat u tindika b’mod partikolari n-natura, l-medda u l-mod li fihom dawn il-pajjiżi ser jipparteċipaw fix-xogħol ta’ l-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi li l-Aġenzija timpenja ruħha fihom, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u ma’ l-istaff. Id-deċiżjoni għandha tkun skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti u mar-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Id-deċiżjoni għandha tipprovdi li l-pajjiż li qed jipparteċipa jista’ jaħtar persuna indipendenti li tissodisfa l-kwalifiki għall-persuni li jissemmew fl-Artikolu 11(1)(a) bħala osservatur għall-Bord tat-Tmexxija mingħajr id-dritt li jivvota. |
2. Il-parteċipazzjoni ta' tali pajjiżi u l-modalitajiet rilevanti għandhom jiġu ddeterminati minn deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni rilevanti, li tkun tagħti kas ta' l-istejtus speċifiku ta' kull pajjiż. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi b'mod partikulari n-natura, il-medda u l-mod kif dawn il-pajjiżi ser jipparteċipaw fix-xogħol ta’ l-Aġenzija, fil-qafas stabbilit fl-Artikoli 4 u 5, inklużi d-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-parteċipazzjoni fl-inizjattivi li l-Aġenzija timpenja ruħha fihom, mal-kontribuzzjoni finanzjarja u ma’ l-istaff. Id-deċiżjoni għandha tkun skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament preżenti u mar-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej. Id-deċiżjoni għandha tipprovdi li l-pajjiż li qed jipparteċipa jista’ jaħtar persuna indipendenti li tissodisfa l-kwalifiki għall-persuni li jissemmew fl-Artikolu 11(1)(a) bħala osservatur għall-Bord tat-Tmexxija mingħajr id-dritt li jivvota. |
3. L-Aġenzija għandha tieħu ħsieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi, li jipparteċipaw skond dan l-Artikolu, safejn huwa rilevanti għall-ftehim ta’ assoċjazzjoni rispettiv. L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal hekk. |
|
Emenda 40 Artikolu 29 | |
Artikolu 29 Il-proċedura 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat, magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut mir-rappreżentant tal-Kummissjoni. 2. 2.Fejn jissemma dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, f’konformità ma’ l-Artikolu 7(3) tagħha. 3. Il-perjodu provdut mill-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar. |
imħassar |
Emenda 41 Artikolu 30 | |
1. Il-mandat preżenti tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex tiżgura li Bord tat-Tmexxija stabbilit skond l-Artikolu 11 għandu jibda l-mandat tiegħu fl-1 ta’ Jannar 2007. |
1. Il-mandat preżenti tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament biex tiżgura li Bord tat-Tmexxija stabbilit skond l-Artikolu 11 jibda xogħlu meta jkun il-waqt. |
2. Il-Kummissjoni għandha tibda l-proċedura tal-ħatra għal Direttur ta’ l-Aġenzija kif provdut fl-Artikolu 13(1) mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
2. Il-partijiet ikkonċernati għandhom jibdew il-proċedura tal-ħatra għal Direttur ta’ l-Aġenzija kif provdut fl-Artikolu 13(1) mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
3. Fuq il-proposta tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi l-mandat preżenti tad-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija għal perjodu massimu ta’ 18-il xahar, sakemm issir il-proċedura tal-ħatra li tissemma fil-paragrafu 2. |
3. Fuq il-proposta tal-Kummissjoni, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jaħtar Direttur interim jew jestendi l-mandat preżenti tad-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija bl-iqsar perjodu possibbli, sakemm issir il-proċedura tal-ħatra li tissemma fil-paragrafu 2. |
4. Fil-każ li d-Direttur taċ-Ċentru ma jixtieqx jew ma jistax ikompli fil-kariga skond il-paragrafu 3, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar Direttur temporanju bl-istess kondizzjonijiet. |
|
Emenda 42 Artikolu 31, paragrafi 1 sa 4 | |
1. L-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjonijiet regolari ex-ante u ex-post ta’ l-attivitajiet tagħha meta dawn jeħtieġu nefqa sinifikanti. Għandha tinnotifika lill-Bord tat-Tmexxija bir-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet. |
1. L-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjonijiet regolari ex-ante u ex-post ta’ l-attivitajiet tagħha meta dawn jeħtieġu nefqa sinifikanti. Id-Direttur għandu jinnotifika lill-Bord tat-Tmexxija bir-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet. |
2. L-Aġenzija għandha tgħaddi kull sena kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni lill-awtorità tal-baġit. |
2. L-Aġenzija għandha tgħaddi kull sena kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni lill-awtorità tal-baġit. |
3. Sal-31 ta’ Diċembur 2009, l-Aġenzija għandha tikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tagħha matul l-ewwel tliet snin tal-ħidmiet fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza maħruġa mill-Bord tat-Tmexxija fi ftehim mal-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tqis il-kompiti ta’ l-Aġenzija, il-prattika tax-xogħol u l-impatt ta’ l-Aġenzija fuq il-ħarsien u l-inkoraġġiment tad-drittijiet fundamentali u għandha tinkludi analiżi ta’ l-effetti tas-sinerġija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe estensjoni tal-kompiti. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju u kemm fuq livell nazzjonali. |
3. Sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-Aġenzija għandha tikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tagħha matul l-ewwel tliet snin tal-ħidmiet fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza maħruġa mill-Bord tat-Tmexxija fi ftehim mal-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha: - tqis il-kompiti ta’ l-Aġenzija, il-prattika tax-xogħol u l-impatt ta’ l-Aġenzija fuq il-ħarsien u l-inkoraġġiment tad-drittijiet fundamentali; - tinkludi evalwazzjoni dwar il-ħtieġa possibbli li l-kompiti, l-ambitu, l-oqsma ta' ħidma jew l-istruttura ta' l-Aġenzija jiġu mmodifikati; - tinkludi analiżi ta’ l-effetti tas-sinerġija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe estensjoni tal-kompiti; u - tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju u kemm fuq livell nazzjonali. |
L-evalwazzjoni għandha wkoll tivvaluta l-bżonn possibbli li jiġu mmodifikati jew estiżi l-kompiti, l-ambitu, l-oqsma ta’ l-attività jew l-istruttura ta’ l-Aġenzija, inklużi b’mod partikolari modifiki fl-istruttura bżonnjużi biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli orizzontali dwar l-aġenziji regolatorji ladarba dawn jidħlu fis-seħħ. |
|
Emenda 43 Artikolu 32, paragrafu 1 | |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżamina l-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni li tissemma fl-Artikolu 31 u għandu joħroġ lill-Kummissjoni tali rakkomandazzjonijiet kif ikun neċessarju rigward bidliet fl-Aġenzija, fil-prattika tax-xogħol tagħha u fl-ambitu tal-missjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport ta’ l-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni u għandha tagħmilhom pubbliċi. |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeżamina l-konklużjonijiet ta’ l-evalwazzjoni li tissemma fl-Artikolu 31(3) u (4) u għandu joħroġ lill-Kummissjoni tali rakkomandazzjonijiet kif ikun neċessarju rigward bidliet fl-Aġenzija, fil-prattika tax-xogħol tagħha u fl-ambitu tal-missjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi r-rapport ta’ l-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni u għandha tagħmilhom pubbliċi. |
NOTA SPJEGATTIVA
Minħabba l-proċess ta' tfassil ta' kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea (l-UE), li bħalissa jinsab sospiż, ir-rapporteur hija tal-fehma li dan huwa l-mument opportun biex l-Ewropa tiġbed l-attenzjoni dwar il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.
Waqt id-diskussjoni dwar l-irwol tal-Parlament Ewropew (il-PE) fil-proċess tal-ħolqien ta' Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, huwa importanti ħafna li jinżamm il-livell għoli ta' ambizzjoni ta' l-ewwel proposta tiegħu dwar il-kwistjoni. Għaldaqstant fid-diskussjoni interistituzzjonali ddettaljata dwar il-mandat u l-istruttura ta' l-Aġenzija, jeħtieġ li wieħed iżomm mal-prinċipji fformulati fir-Riżoluzzjoni tal-PE tas-26 ta' Mejju 2005 dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali: l-irwol ta' l-istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej, inkluża l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali.
Skond din ir-riżoluzzjoni u skond il-fehma kurrenti tar-rapporteur, huwa essenzjali li tinħoloq Aġenzija, li fl-istess ħin tkun indipendenti u responsabbli. Għalhekk, jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn dawn iż-żewġ rekwiżiti, filwaqt li wieħed dejjem iżomm quddiem għajnejh li l-aktar ħaġa importanti hi li jinħoloq korp li jiffunzjona u li jkun effiċjenti. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, huwa meħtieġ li jkun hemm koperazzjoni attiva u mill-qrib fost it-tliet istituzzjonijiet Ewropej; fuq kollox irid jinkiseb kunsens politiku.
Aġenzija bħal din tkun ta' interess biss jekk tkun kapaċi twettaq il-missjoni tagħha b'leġittimità, b'effiċjenza u bi kredibilità. F'dan il-proċess jeħtieġ li jinstab bilanċ bejn żewg sfidi li jikkompetu ma' xulxin: li tissaħħaħ l-indipendenza tagħha u li tkun żgurata r-responsabilità tagħha vis-à-vis l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea. Aġenzija li tkun leġittima u responsabbli biżżejjed jeħtiġilha li primarjament tikkonċentra fuq l-Istati Membri ta' l-Unjoni, mingħajr ma teskludi l-possibilità li tindirizza kwistjonijiet marbuta ma' pajjiżi terzi - sakemm dan ikun rilevanti fl-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja u tal-politiki interni ta' l-UE.
Ir-rapporteur emendat il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi li dawn l-aspetti tabilħaqq isiru karatteristiċi tal-korp li għadu kif inħoloq. Dawn l-emendi jistgħu jinġabru flimkien fi tliet argumenti ewlenin.
L-ewwel nett, sabiex tkabbar il-leġittimità ta' l-Aġenzija, meta jkun qed jitfasslu l-mandat u l-istruttura tagħha l-irwol tal-Parlament Ewropew għandu jkun enfasizzat aktar milli kien enfasizzat fil-proposta tal-Kummissjoni (l-Emenda nru 8, l-Emenda nru 9, l-Emenda nru 13, l-Emenda nru 19, l-Emenda nru 21, l-Emenda nru 39 għandhom l-għan li jissodisfaw dan l-objettiv).
It-tieni nett, meta jiġu ddefiniti l-irwol, l-isfera ta' kompetenza ġeografika u x-xogħlijiet ta' l-Aġenzija, għandu jingħata kas xieraq tax-xogħol tal-Kunsill ta' l-Ewropa, sabiex jiġi evitat ix-xogħol doppju u sabiex jiġu żgurati s-sinerġiji (l-Emenda nru 11, l-Emenda nru 17, l-Emenda nru 25, l-Emenda nru 31, l-Emenda nru 33 u l-Emenda nru 40 jiżguraw dan).
It-tielet nett, fl-istruttura tagħha, l-indipendenza ta' l-Aġenzija tista' tiġi ggarantita biss jekk il-membri tagħha u l-korpi fi ħdanha fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ikunu huma stess indipendenti u maħtura permezz ta' proċess trasparenti. Minbarra l-Kummissjoni, anki l-Parlament jeħtieġ li jkun involut fid-definizzjoni tal-Programm ta' Qafas Plurijennali tagħha (l-Emenda nru 22.) Għandha titħalla l-possibilità li l-Aġenzija teżamina kwistjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess (l-Emenda nru 32, l-Emenda nru 33, l-Emenda nru 28, l-Emenda nru 39 u l-Emenda nru 40 għandhom l-għan li jissodisfaw dan l-objettiv, li għandu bosta implikazzjonijiet).
Fejn tidħol l-isfera ta' kompetenza ġeografika ta' l-Aġenzija, ir-rapporteur hija tal-fehma li l-irwol primarju ta' l-Aġenzija hu li tassisti lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jikkonformaw mad-dover tagħhom skond il-liġi Komunitarja sabiex fil-politiki tagħhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali. Madanakollu, pajjiżi terzi lanqas ma jistgħu jiġu esklużi mill-isfera ta' kompetenza tagħha, minħabba li jeħtieġ li jitqiesu bl-istess mod id-dimensjonijiet esterni ta' liġi Komunitarja rilevanti jew dawk ta' politika interna. Biex intlaħaq kompromess dwar din il-kwistjoni, ngħata kas xieraq tal-koperazzjoni ikbar mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin - l-AFET (l-Emenda nru 16 tirrappreżenta din il-ftehima).
L-ambizzjoni wara dawn l-emendi hi li l-Aġenzija titpoġġa fil-qalba tal-moviment Ewropew favur ħarsien aħjar tad-drittijiet fundamentali u kwalukwe esperjenza eżistenti għandha tintuża f'dan il-proċess. Id-drittijiet fundamentali għandhom ikunu fil-qalba tal-politiki u l-miżuri kollha ta' l-UE sabiex l-Ewropa tkun tabilħaqq magħrufa bħala simbolu tad-drittijiet fundamentali.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (11.5.2006)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
(COM(2005)0280 – C6‑0288/2005 – 2005/0124(CNS))
Rapporteur għal opinjoni (*): Cem Özdemir(*) Koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-kumitati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Parlament Ewropew dejjem kien fuq quddiem nett favur it-titjib tad-drittijiet tal-bniedem u favur il-garanzija tad-drittijiet fundamentali fl-UE u fid-dinja. Għal din ir-raġuni jidher li ilu li wasal iż-żmien li l-Unjoni Ewropea toħloq l-aġenzija proposta. Tabilħaqq, bil-ħolqien ta' din l-aġenzija, l-Unjoni Ewropea qed turi li hi kapaċi tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem fil-politiki tagħha. Fir-rigward tal-mandat tagħha (l-Artikolu 6(2) tat-TEU u l-Karta għad-Drittijiet Fundamentali), l-Aġenzija għandha tfittex li tikkoordina u tikkopera mill-qrib mal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex ma jkun hemm l-ebda tip ta' xogħol doppju. Tabilħaqq, għandha tagħti kas xieraq ta' informazzjoni, analiżi u xogħol tal-Kunsill ta' l-Ewropa, u b'mod partikulari l-mekkaniżmi tiegħu għas-sorveljanza fuq id-drittijiet tal-bniedem, sabiex tevita li jinħolqu linji diviżorji u standards doppji li jirriskjaw li jdgħajfu l-ħarsien ġenerali tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ewropa.
L-irwol primarju ta' l-Aġenzija hu li tassisti lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u lill-Istati Membri tagħha, meta taġixxi fl-ambitu tal-liġi Komunitarja, biex jikkonformaw mad-dover tagħhom skond il-liġi ta' l-UE u dik Komunitarja li jirrispettaw id-drittijiet fundamentali fil-politiki tagħhom. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li tiġi indirizzata l-possibilità li l-UE u l-istati membri tagħha, taħt il-liġi ta' l-UE u dik internazzjonali, potenzjalment jinżammu responsabbli għal kwalunkwe atti li jiksru d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi u li għaldaqstant l-Aġenzija għandu jkollha l-mandat li tirrevedi kwalunkwe politiki li jistgħu jwasslu għal tali responsabilità. F'din il-kapaċità, l-Aġenzija tista' taġixxi bħala sistema ta' twissija bikrija fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi.
Huwa l-irwol kumplimentari ta' l-Aġenzija li tassisti lill-UE fl-implimentazzjoni tal-politiki esterni tagħha, meta dawn jirrikjedu evalwazzjoni tal-qagħda f'pajjiż terz fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (l-Artikolu 3 (4) tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea). Hija miftuħa wkoll għas-sehem ta' pajjiżi li ġew identifikati mill-Kunsill Ewropew bħala pajjiżi kandidati jew bħala pajjiżi kandidati potenzjali biex isiru membri ta' l-Unjoni, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea fil-proposta tagħha (l-Artikolu 27). Dan jista' jittieħed bħala lezzjoni mit-tkabbir ta' l-imgħoddi u se jgħin aktar biex jiġi żgurat li l-integrazzjoni fl-UE tal-pajjiżi li se jsiru membri fil-ġejjieni sseħħ mingħajr skossi. Barra minn hekk, rwol simili għall-Aġenzija ġej minn ftehimiet ta' l-UE ma' pajjiżi terzi (l-Artikolu 3(4) tal-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea), b'mod partikulari ma' pajjiżi li huma koperti mill-Politika Ewropea għall-Viċinanzi, inkluża klawsola ta' kundizzjonalità fir-rigward tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, i.e. klawsola li għandha tiġi applikata miż-żewġ naħat.
Il-Parlament Ewropew, bħala l-istituzzjoni eletta direttament min-nies u li flimkien mal-Kunsill jissorvelja r-relazzjonijiet ta' l-UE ma' pajjiżi terzi, jeħtieġ li jkun jista' jagħmel użu mis-servizzi u mill-kompetenza ta' l-Aġenzija għal ġudizzji msejsa fuq bażi soda.
It-tisħiħ ta' l-indipendenza ta' l-aġenzija kif ukoll ir-responsabilità ta' l-aġenzija vis-à-vis l-Istituzzjonijiet Ewropej għandha tiġi indirizzata b'koperazzjoni mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern.
Għal din ir-raġuni l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jitolbu lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
EMENDI
Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 2 | |
(2) Il-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, tafferma mill-ġdid id-drittijiet kif jirriżultaw, b’mod partikolari, mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali u l-obbligi internazzjonali komuni għall-Istati Membri, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati Komunitarji, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-karti soċjali adottati mill-Komunità u mill-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
(2) Il-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, tafferma mill-ġdid id-drittijiet kif jirriżultaw, b’mod partikolari, mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali u l-obbligi internazzjonali komuni għall-Istati Membri, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 6(2) u 11 tiegħu, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti rilevanti l-oħra kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem, it-Trattati Komunitarji, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-karti soċjali adottati mill-Komunità u mill-Kunsill ta’ l-Ewropa u d-diversi strumenti legali bħad-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
Emenda 2 Premessa 16 | |
(16) L-Aġenzija għandha tikkollabora mill-qrib mal-Kunsill ta’ l-Ewropa. Il-kooperazzjoni għandha tiggarantixxi li jiġi evitat li l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija jirkbu dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, b’mod partikolari billi jiġu elaborati l-mekkaniżmi li jiżguraw is-sinerġiji, bħalma huwa t-tmiem ta’ ftehim bilaterali ta’ kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-istrutturi ta’ l-tmexxija ta’ l-Aġenzija, bi drittijiet ta’ votazzjoni definiti kif xieraq, bħalma hemm fl-EUMC bħalissa; |
(16) L-Aġenzija għandha tikkollabora mill-qrib mal-Kunsill ta’ l-Ewropa u tevita li taqa' fi stat ta' dipendenza jew ta' interdipendenza fuq dan ta' l-aħħar. Il-kooperazzjoni għandha tiggarantixxi li jiġi evitat li l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija jirkbu dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, b’mod partikolari billi jiġu elaborati l-mekkaniżmi li jiżguraw is-sinerġiji, bħalma huwa t-tmiem ta’ ftehim bilaterali ta’ kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ persuna indipendenti maħtura mill-Kunsill ta’ l-Ewropa fl-istrutturi ta’ l-tmexxija ta’ l-Aġenzija, bi drittijiet ta’ votazzjoni definiti kif xieraq, bħalma hemm fl-EUMC bħalissa; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kollaborazzjoni ma tillimitax l-abilitajiet ta' l-Aġenzija li tieħu d-deċiżjonijiet tagħha nnifisha fuq il-bażi tal-pożizzjoni tagħha stess. | |
Emenda 3 Premessa 18 | |
(18) Il-Parlament Ewropew għandu rwol sinifikanti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Huwa għandu jaħtar persuna waħda indipendenti bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija, |
(18) Il-Parlament Ewropew għandu rwol sinifikanti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Huwa għandu jaħtar persuna waħda indipendenti bħala membru tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija u għandu jkollu d-dritt li jieħu sehem fil-ħatra tad-Direttur ta' l-Aġenzija u fl-estensjoni tal-mandat tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu jeżerċita l-funzjoni tiegħu ta' kontroll anki fir-rigward tal-ġestjoni ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 4 Premessa 26 b (ġdida) | |
|
(26b) Il-Parlament Ewropew jagħraf u jafferma mill-ġdid l-importanza tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fil-ftehimiet kollha ta' l-UE ma' pajjiżi terzi u jagħraf li l-Kummissjoni għandha tevalwa b'mod attiv il-konformità ma' dawk l-obbligi fundamentali;
|
Emenda 5 Artikolu 2 | |
L-għan ta’ l-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji rilevanti tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi Komunitarja b’assistenza u b’kompetenza relatati mad-drittijiet fundamentali biex tagħtihom appoġġ meta jieħdu miżuri jew jifformulaw pjanijiet għal azzjoni fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom biex ikunu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali. |
L-għan ta’ l-Aġenzija għandu jkun li tipprovdi lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji rilevanti tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri tagħha meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi Komunitarja b’assistenza u b’kompetenza relatati mad-drittijiet fundamentali biex tagħtihom appoġġ meta jieħdu miżuri jew jifformulaw pjanijiet għal azzjoni fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom biex ikunu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali. Filwaqt li tkun is-suċċessur legali taċ-Ċentru Ewropew għall-Moniteraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija, l-Aġenzija għandha tiżviluppa l-metodoloġija, il-proċeduri u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha stess u f'xogħolha għandha tkun immexxija mill-prinċipju ta' l-oġġettività xjentifika.
|
Emenda 6 Artikolu 3, paragrafu 2 | |
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u kif stabbiliti b’mod partikolari fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea kif ipproklamata f’Nizza fis-7 ta’ Diċembru 2000. |
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha l-Aġenzija għandha tirreferi għad-drittijiet fundamentali kif iddefiniti fl-Artikolu 6(2) u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u kif stabbiliti b’mod partikolari fil-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea kif ipproklamata f’Nizza fis-7 ta’ Diċembru 2000, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-istandards internazzjonali eżistenti dwar id-drittijiet tal-bniedem, bħal dawk fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-protokolli ta' magħha, id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-bqija ta' l-istrumenti internazzjonali rilevanti dwar id-drittijiet tal-bniedem; |
Emenda 7 Artikolu 3, paragrafu 3 | |
3. Fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha fis-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Membri tagħha meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu li ġej u għall-Artikoli 4(1)(e), 27 u 28. |
3. Fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha tinvolvi ruħha fis-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali u fl-effett fuq l-istess drittijiet, ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi fi proċess ta' adeżjoni u l-pajjiżi kandidati meta jimplimentaw il-liġi Komunitarja, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu li ġej u għall-Artikoli 4(1)(e), 27 u 28. |
Emenda 8 Artikolu 3, paragrafu 4 | |
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tipprovdi informazzjoni u analiżi dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali identifikati fit-talba fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet li jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, jew li tkun fetħet jew li tkun qed tippjana li tiftaħ negozjati fuq tali ftehimiet, b’mod partikolari ma’ pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea ta’ Qrubija. |
4. L-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, tipprovdi informazzjoni u analiżi dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali identifikati fit-talba fir-rigward ta’ pajjiżi terzi, f'dak li jirrigwarda dimensjoni esterna ta' l-applikazzjoni tal-Liġi Komunitarja jew ta' politika interna, bla preġudizzju għal Artikolu 9. Din il-ħidma m'għandhiex issir a skapitu ta' tal-fokus primarju ta' l-Aġenzija, jiġifieri, l-Istati Membri. |
Emenda 9 Artikolu 3, paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
4a. Sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-ħatra ta' l-ewwel Bord tat-Tmexxija tagħha, l-Aġenzija għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill b'evalwazzjoni fil-fond ta' l-isfera tar-responsabilità tagħha kif stabbilita f'dan l-Artikolu skond il-kapaċitajiet baġitarji u amministrattivi tagħha, inklużi, jekk huwa neċessarju, kwalunkwe modifiki proposti. |
Emenda 10 Artikolu 4, paragrafu 1, punt (d) | |
(d) tifformula konklużjonijiet u opinjonijiet fuq suġġetti ġenerali, għall-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri meta dawn jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizzjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. |
(d) tifformula rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet fuq suġġetti ġenerali u ftehimiet internazzjonali, għall-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri meta dawn jimplimentaw il-liġi Komunitarja, jew fuq l-inizzjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-Aġenzija għandha ġenwinament tipprovdi valur miżjud, għandha titħalla tippreżenta rakkomandazzjonijiet, inklużi dwar ftehimiet internazzjonali. | |
Emenda 11 Artikolu 9 | |
L-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’ dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, b’mod partikolari fir-rigward tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha skond l-Artikolu 5. Għalhekk, il-Komunità għandha, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 300 tat-Trattat, tidħol fi ftehim mal-Kunsill ta’ l-Ewropa sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn din ta’ l-aħħar u l-Aġenzija. Dan il-ftehim għandu jinkludi l-obbligu tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li jaħtar persuna indipendenti biex tkun parti mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija, skond l-Artikolu 11. |
L-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma’ dawk tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, b’mod partikolari fir-rigward tal-Programm ta’ Ħidma Annwali tagħha skond l-Artikolu 5. Għalhekk, il-Komunità għandha, skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 300 tat-Trattat, tidħol fi ftehim bilaterali mal-Kunsill ta’ l-Ewropa sabiex tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn din ta’ l-aħħar u l-Aġenzija. Dan il-ftehim għandu jinkludi, inter alia: (a) il-possibilità għall-Kunsill ta’ l-Ewropa li jaħtar ir-rappreżentant tiegħu jew il-Kummissarju dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu biex ikun parti mill-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija, skond l-Artikolu 11; (b) koperazzjoni msaħħa bejn l-aġenzija u l-korpi relevanti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa fir-rigward ta' pajjiżi terzi li huma membri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa..
|
Emenda 12 Premessa 9 a (ġdida) | |
|
Artikolu 9a |
|
Koperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti Fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha tqis il-korpi relevanti tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż l-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, li miegħu tista' tikkonkludi ftehimiet ta' koperazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-korpi relevanti tan-Nazzjonijiet Uniti. | |
Emenda 13 Artikolu 9 b (ġdid) | |
|
Artikolu 9 b |
|
Koperazzjoni ma' NGOs tad-drittijiet tal-bniedem Meta twettaq l-attivitajiet tagħha, l-Aġenzija għandha tikkopera ma' NGOs rikonoxxuti tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment fir-rigward ta' l-esponiment, u r-rapporti magħmula b'mod regolari minn dawn l-organizzazzjonijiet, ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE u f'pajjiżi terzi. |
Emenda 14 Artikolu 11, paragrafu 6 | |
6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, minbarra fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c), u (d) u (e) tal-paragrafu 4, fejn għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ tliet terzi tal-membri kollha. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv. Il-persuna magħżula mill-Kunsill ta’ l-Ewropa tista’ tivvota biss fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4. |
6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, minbarra fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c), u (d) u (e) tal-paragrafu 4, fejn għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv. Il-persuna magħżula mill-Kunsill ta’ l-Ewropa ma tistax tivvota fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (c), (d), (e),(f), (h) u (j) tal-paragrafu 4. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan ta' din l-emenda hu li jagħti lill-persuna maħtura mill-Kunsill ta' l-Ewropa vot fuq kwistjonijiet bħall-adozzjoni ta' konklużjonijiet u opinjonijiet dwar suġġetti ġenerali, kif ukoll fuq proċeduri, u b'hekk jgħinu sabiex tiġi rinforżata l-konsistenza u l-kumplimentarità ma' l-istandards u ma' l-attivitajiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa. | |
Emenda 15 Artikolu 12, paragrafu 1 | |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi-President tal-Bord tat-Tmexxija, u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi-President tal-Bord tat-Tmexxija, il-persuna maħtura fil-Bord tat-Tmexxija mill-Kunsill ta' l-Ewropa u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-istess għan bħall-Emendi 5, 6 u 7. | |
Emenda 16 Artikolu 13, paragrafu 1 | |
L-Aġenzija għandha tkun immexxija minn Direttur, maħtur/maħtura mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni. Id-Direttur għandu/għandha jinħatar/tinħatar fuq il-bażi tal-mertu, tal-kapaċitajiet u l-esperjenza ta’ amministrazzjoni u tmexxija fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Qabel ma jinħatar/tinħatar, il-kandidat/kandidata magħżul/magħżula mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jintalab/tintalab jagħmel/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jirrispondi/tirrispondi l-mistoqsijiet mill-membri tiegħu. |
L-Aġenzija għandha tkun immexxija minn Direttur, maħtur/maħtura mill-Bord tat-Tmexxija fuq il-bażi ta’ lista ta’ kandidati proposta mill-Kummissjoni. Id-Direttur għandu/għandha jinħatar/tinħatar fuq il-bażi tal-mertu, tal-kapaċitajiet u l-esperjenza ta’ amministrazzjoni u tmexxija fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Qabel ma jinħatar/tinħatar, il-kandidat/kandidata magħżul/magħżula mill-Bord tat-Tmexxija jista’ jintalab/tintalab jagħmel/tagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u jirrispondi/tirrispondi l-mistoqsijiet mill-membri tiegħu. Il-Parlament Ewropew għandu jiċħad jew japprova l-ħatra tad-Direttur. |
Emenda 17 Artikolu 13, paragrafu 2 | |
2. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ ħames snin. Fuq proposta mill-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, dan jista’ jiġi estiż darba għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari r-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod li bih dawn inkisbu, u d-dmirijiet u l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ l-Aġenzija fis-snin li ġejjin. |
2. Il-mandat tad-Direttur għandu jkun ta’ ħames snin. Fuq proposta mill-Kummissjoni u wara evalwazzjoni, dan jista’ jiġi estiż darba għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin. Fl-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari r-riżultati miksuba matul l-ewwel mandat u l-mod li bih dawn inkisbu, u d-dmirijiet u l-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ l-Aġenzija fis-snin li ġejjin. Kwalunkwe estensjoni fil-mandat tad-Direttur għandha tkun suġġetta għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu juża l-irwol tiegħu ta' kontroll fil-proċess tat-titwil tal-mandat tad-Direttur. | |
Emenda 18 Artikolu 13, paragrafu 5 | |
Id-Direttur jista’/tista’ jitneħħa/titneħħa mill-kariga mill-Bord tat-Tmexxija qabel ma jispiċċa/tispiċċa l-mandat tiegħu jew tagħha, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. |
Id-Direttur jista’/tista’ jitneħħa/titneħħa mill-kariga mill-Bord tat-Tmexxija qabel ma jispiċċa/tispiċċa l-mandat tiegħu jew tagħha, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni jew tal-Parlament Ewropew. |
Emenda 19 Artikolu 14, paragrafu 6 | |
6. Il-Forum għandu jkun ippresedut mid-Direttur. Għandu jiltaqa’ darba fis-sena, jew fuq it-talba tal-Bord tat-Tmexxija. Il-proċeduri operattivi tiegħu għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni ta’ l-Aġenzija u għandhom ikunu pubbliċi. |
6. Il-Forum għandu jkun ippresedut mid-Direttur. Għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena, jew fuq it-talba tal-Bord tat-Tmexxija, jew kull meta maġġoranza tal-membri tiegħu iħossu li huwa neċessarju. Il-proċeduri operattivi tiegħu għandhom jiġu speċifikati fir-regoli interni ta’ l-Aġenzija u għandhom ikunu pubbliċi. |
Emenda 20 Artikolu 27, paragrafu 1 | |
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi li kkonkludew ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-Komunità u li ġew identifikati mill-Kunsill Ewropew bħala pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni fejn il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni rilevanti jiddeċiedi fuq tali parteċipazzjoni. |
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni bħala osservaturi ta’ dawk il-pajjiżi li kkonkludew ftehima ta’ assoċjazzjoni mal-Komunità u li ġew identifikati mill-Kunsill Ewropew bħala pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali għall-adeżjoni ma’ l-Unjoni fejn il-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni rilevanti jiddeċiedi fuq tali parteċipazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan ta' din l-emenda hu li jintroduċi lil Stati Membri potenzjali ġodda ta' l-UE ma' l-Aġenzija u li jinvolvihom fl-attivitajiet tagħha qabel l-adeżjoni, b'mod li huwa konsistenti ma' l-iskop ewlieni tagħha. |
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali |
||||||
Referenzi |
COM(2005)0280 – C6‑0288/2005 – 2005/0124(CNS) |
||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
AFET |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
29.9.2005 |
||||||
Rapporteur għal opinjoni |
Cem Özdemir |
||||||
'Rapporteur' ta' opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
21.11.2005 3.5.2006 |
4.1.2006 |
24.1.2006 |
20.2.2006 |
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
3.5.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 5 3 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Bastiaan Belder, André Brie, Elmar Brok, Simon Coveney, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Richard Howitt, Jana Hybášková, Anna Ibrisagic, Toomas Hendrik Ilves, Ioannis Kasoulides, Bogdan Klich, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Cecilia Malmström, Emilio Menéndez del Valle, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Cem Özdemir, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Tobias Pflüger, João de Deus Pinheiro, Mirosław Mariusz Piotrowski, Michel Rocard, Libor Rouček, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Emil Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Gitte Seeberg, Antonio Tajani, Charles Tannock, Paavo Väyrynen, Ari Vatanen, Karl von Wogau, Luis Yañez-Barnuevo García |
||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Irena Belohorská, Árpád Duka-Zólyomi, Michl Ebner, Kinga Gál, Milan Horáček, Aloyzas Sakalas, Inger Segelström, Tatjana Ždanoka |
||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
… |
||||||
- [1] Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
OPINJONI TAL- KUMITAT GĦALL-BAĠIT (25.4.2006)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
(COM(2005)0280 – C6‑0288/2005 – 2005/0124(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Jutta D. Haug
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Proposta tal-Kummissjoni Ġenerali Fit-13 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew, filwaqt li enfasizza l-importanza tal-kollezzjoni u analiżi tad-drittijiet tal-bniedem bil-għan li jiddefinixxi l-politika ta' l-Unjoni f'dan il-qasam, qabel li jkompli jibni fuq iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tar-Razziżmu u tal-Ksenofobija (EUMC) eżistenti u li jestendi l-mandat tiegħu biex isir Aġenzija tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Kummissjoni qablet u indikat l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta biex temenda r-Regolament 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 li jistabbilixxi l-EUMC. L-idea ta' aġenzija tad-Drittijiet tal-Bniedem sussegwentament ġiet inkluża fil-Programm ta' l-Aja; it-tisħiħ tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, adottat fl-4 u l-5 ta' Novembru 2004. Fis-16 u s-17 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill Ewropew talab għal implimentazzjoni ulterjuri tal-ftehima sabiex tiġi stabbilita l-Aġenzija tad-Drittijiet tal-Bniedem. Skond l-"Għanijiet Strateġiċi ta’ l-2005-2009, Ewropa 2010: Sħubija għat-Tiġdid Ewropew - Prosperità, Solidarjetà u Sigurtà" adottati mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Jannar 2005, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali irid jitpoġġa fuq quddiemnett ta’ l-azzjoni Ewropea bit-twaqqif ta’ Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
Implikazzjonijiet finanzjarji L-EUMC attwali għandha baġit annwali ta' EUR 8.2 miljun u staff ta 37. Huwa propost li l-Aġenzija l-ġdida tibda topera fl-1 ta' Jannar 2007, b'mandat estiż b'mod konsiderevoli. L-istorja turi li t-twaqqif ta' Aġenżija jieħu bejn sentejn u tliet snin, u huwa maħsub li estensjoni kbira ta' istituzzjoni eżistenti se teħtieġ l-istess perjodu ta' żmien. Għaldaqstant huwa propost li jkun hemm baġit dejjem ikbar għall-aġenzija l-ġdida għall-perjodu 2007-2013, biex jitqies il-perjodu inevitabbli ta' tranżizzjoni. Dan li ġej huwa l-ippjanar finanzjarju indikattiv: il-Baġit għall-2007: EUR 16-il miljun; 2008: EUR 20 miljun; 2009: EUR 21 miljun; 2010: EUR 23 miljun; 2011: EUR 26 miljun; 2012: EUR 28 miljun; 2013: EUR 29 miljun; Huwa propost li jkun hemm total ta’ 100 persuna impjegata. Id-dettalji finanzjarji huma kif ġejjin: |
|
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
Total |
|
Sussidju għal Titolu 1 - Impjegati |
|||||||||
CA/PA |
4,806 |
6,318 |
7,560 |
8,640 |
9,720 |
10,800 |
10,800 |
58,644 |
|
Sussidju għal Titolu 2 - Infiq amministrattiv ieħor |
|||||||||
CA/PA |
1,200 |
1,550 |
1,900 |
2,150 |
2,400 |
2,700 |
2,700 |
14,600 |
|
Sussidju għal Titolu 3 - Infiq operazzjonali |
|||||||||
|
9,894 |
12,132 |
11,540 |
12,810 |
14,280 |
14,600 |
16,400 |
91,656 |
|
AMMONT TOTALI TA' REFERENZA |
15,900 |
20,000 |
21,000 |
23,600 |
26,400 |
28,100 |
29,900 |
164,900 |
|
Inkluża n-nefqa għar-riżorsi umani, minn 2007-2013 hemm bżonn l-ammonti li ġejjin:
|
2007 |
2008 |
2009 |
2010 |
2011 |
2012 |
2013 |
TOTAL |
|
TOTALI CA/PA |
16,262 |
20,365 |
21,368 |
24,030 |
26,834 |
28,538 |
30,338 |
167,735 |
|
Rimarki
Ir-rapporteur tirrikonoxxi b'mod sħiħ li aġenziji deċentralizzati jistgħu fil-fatt ikunu rispons xieraq għall-bżonn li titjieb it-tmexxija ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni. B'mod speċjali fil-ħolqien ta' żona ta' l Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali indipendenti u rispettata li taġixxi f'ambjent li jagħti lok għal xogħol effettiv jista' verament jipprovdi valur miżjud Ewropew għan-nies kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea ta' llum.
Madankollu, il-proliferazzjoni ta' aġenziji f'dawn l-aħħar għaxar snin wassal għal xi tħassib fir-rigward tal-porzjon dejjem akbar ta' fondi operazzjonali li jintużaw għal infiq li min-natura tiegħu huwa amministrattiv. B'mod speċjali fl-isfond ta' riżorsi skarsi għall-qafas finanzjarju tal-perjodu 2007-2013 u x-xewqa tal-Parlament li jistabbilixxi valur massimu ġenerali għal aġenziji deċentralizzati, ir-rapporteur tiegħek tixta' terġa' tiġbed l-attenzjoni li wasal iż-żmien li nfittxu l-effettività fl-infiq anke fil-qasam ta' aġenziji ta' l-UE. Fl-isfond ta' inċertezzi baġitarji sinjifikanti, ma jistax ikun li jibqa' jsir xogħol doppju minn aġenziji differenti li jaħdmu fuq suġġetti relatati.
Rigward l-ammont ta' referenza ppjanat għall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, huwa importanti li jiġi nnutat li, skond l-aħħar analiżi indikattiva ta' l-ispejjeż mill-Kummissjoni, ibbażata fuq il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2005, il-finanzjament neċessarju taħt is-sottointestatura 3A tal-qafas finanzjarju l-ġdid 207-2013 jidher li bħalissa huwa garantit. Madankollu, evalwazzjoni finali tas-sitwazzjoni, anke rigward it-talba għal limitu massimu għall-aġenziji, tista' ssir biss wara li jkun sar il-ftehim dwar qafas finanzjarju ġdid.
F'dan l-istadju, ir-rapporteur tixtieq tinnota li l-figuri attwali donnhom qed jindikaw li sa l-2013 jista' jkun diffiċli ħafna (u forsi wkoll impossibbli) li jingħata finanzjament lil kwalunkwe aġenzija ġdida taħt is-sottointestatura 3A, li ma ġiex propost s'issa. Jekk ikun hemm żviluppi ġodda fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja li jinneċessitaw il-ħolqien ta' aġenzija ġdida, jista' ma jkunx hemm il-flus disponibbli għal dan.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
Abbozz Ta' Riżoluzzjoni Leġiżlattiva
Emenda 1 Premessa 1 a (ġdida) | |
1a. Iqis li l-ammont ta' referenza finanzjarju indikat fil-proposta leġiżlattiva għandha tkun kompatibbli mal-limitu massimu ta' l-intestatura xx tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali l-Ġdid (MFF) u mad-dispożizzjonijiet ta' punt 47 tat-IIA ta' xxx; |
Proposta għal regolament
Test propost mill-Kummissjoni[1]
|
|
Emendi tal-Parlament |
|
Emenda 2
Artikolu 31, paragrafu 2
2. L-Aġenzija għandha tgħaddi kull sena kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni lill-awtorità tal-baġit. |
2. L-Aġenzija għandha tgħaddi kull sena kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ l-evalwazzjoni lill-awtorità tal-baġit, speċjalment jekk tinvolvi infiq sinjifikanti. |
|
Ġustifikazzjoni
l-awtorità baġitarja għandha tiġi infurmata dwar attivitajiet li jwasslu għal infiq sinjifikanti, b'mod speċjali jekk l-evalwazzjoni turi li hemm xi problemi.
Emenda 3
Artikolu 31, paragrafu 3, ubparagrafu 2
L-evalwazzjoni għandha wkoll tivvaluta l-bżonn possibbli li jiġu mmodifikati jew estiżi l-kompiti, l-ambitu, l-oqsma ta’ l-attività jew l-istruttura ta’ l-Aġenzija, inklużi b’mod partikolari modifiki fl-istruttura bżonnjużi biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli orizzontali dwar l-aġenziji regolatorji ladarba dawn jidħlu fis-seħħ. |
L-evalwazzjoni għandha wkoll tivvaluta l-bżonn possibbli li jiġu mmodifikati jew estiżi l-kompiti, l-ambitu, l-oqsma ta’ l-attività jew l-istruttura ta’ l-Aġenzija, inklużi b’mod partikolari modifiki fl-istruttura li huma bżonjużi biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli orizzontali dwar l-aġenziji regolatorji ladarba dawn jidħlu fis-seħħ. Il-konsegwenzi baġitarji ta' kwalunkwe modifika jew estensjoni għandu jkun speċifikat fir-rapport ta' evalwazzjoni. |
|
Ġustifikazzjoni
L-evalwazzjoni għandha tindika il-konsegwenzi baġitarji ta' kwalunkwe tibdiliet li jsiru fir-rigward ta' l-istruttura jew il-ħidmiet ta' l-Aġenzija. Dan huwa aktar u aktar importanti jekk ser jiġi inkluż limitu massimu ġenerali għal aġenziji fil-perspettiva finanzjarja l-ġdida.
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali |
||||||
Referenzi |
COM(2005)0280 – C6-0288/2005 – 2005/0124(CNS) |
||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
BUDG |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
'Rapporteur' għal opinjoni |
Jutta D. Haug |
||||||
'Rapporteur' ta' opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
25.4.2006 |
|
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
25.4.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20
|
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Richard James Ashworth, Reimer Böge, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Bárbara Dührkop Dührkop, Hynek Fajmon, Salvador Garriga Polledo, Jutta D. Haug, Ville Itälä, Anne E. Jensen, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Helga Trüpel, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Hans-Peter Martin, Peter Šťastný |
||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (22.3.2006)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
(COM(2005)0280 – C6‑0288/2005 – 2005/0124(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Emine Bozkurt
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jitlob lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 2 | |
(2) Il-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, tafferma mill-ġdid id-drittijiet kif jirriżultaw, b’mod partikolari, mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali u l-obbligi internazzjonali komuni għall-Istati Membri, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati Komunitarji, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali[2], il-karti soċjali adottati mill-Komunità u mill-Kunsill ta’ l-Ewropa u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
(2) Il-Karta għad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, tafferma mill-ġdid id-drittijiet kif jirriżultaw, b’mod partikolari, mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali u l-obbligi internazzjonali komuni għall-Istati Membri, it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati Komunitarji, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali[3], il-karti soċjali adottati mill-Komunità u mill-Kunsill ta’ l-Ewropa u d-diversi strumenti legali bħad-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej u tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tfal huma grupp partikularment vulnerabbli, u huwa importanti ħafna li tiġi enfasizzata l-importanza li jingħataw attenzjoni speċifika. | |
Emenda 2 Premessa 4 | |
(4) Konoxxenza aktar fil-fond u għarfien mifrux tal-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni jistgħu jwasslu biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Jikkontribwixxi għal dan il-għan li titwaqqaf aġenzija Komunitarja li l-kompiti tagħha jkunu li tipprovdi l-informazzjoni u d-data dwar il-kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali. Barra dan, l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet effettivi għall-ħarsien u l-inkoraġġiment tad-drittijiet tal-bniedem huwa valur komuni ta’ komunità internazzjonali u Ewropea, kif espress mir-Rakkomandazzjoni Nru R (97) 14 tat-30 ta’ Settembru 1997 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa; |
(4) Konoxxenza aktar fil-fond u għarfien mifrux tal-kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni jistgħu jwasslu biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Jikkontribwixxi għal dan il-għan li titwaqqaf aġenzija Komunitarja li l-kompiti tagħha jkunu li tipprovdi l-informazzjoni u d-data dwar il-kwistjonijiet ta’ drittijiet fundamentali. Barra dan, l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet effettivi għall-ħarsien u l-inkoraġġiment tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tat-tfal huwa valur komuni ta’ komunità internazzjonali u Ewropea, kif espress mir-Rakkomandazzjoni Nru R (97) 14 tat-30 ta’ Settembru 1997 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa; |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda ta' Premessa 2 | |
Emenda 3 Premessa 13 | |
(13) L-Aġenzija għandha tippreżenta rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni u kif qed ikunu rispettati mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta’ l-UE u mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi ta’ l-Unjoni. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tipproduċi rapporti tematiċi fis-suġġetti ta’ importanza partikolari għall-politika ta’ l-Unjoni; |
(13) L-Aġenzija għandha tippreżenta rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni u kif qed ikunu rispettati mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta’ l-UE u mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-liġi ta’ l-Unjoni. Barra minn dan, l-Aġenzija għandha tipproduċi rapporti tematiċi fis-suġġetti ta’ importanza partikolari għall-politika ta’ l-Unjoni; L-integrazzjoni bejn is-sessi għandha titqies fir-rapporti kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
L-integrazzjoni bejn is-sessi għandu jokkupa rwol prominenti fix-xogħol ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 4 Premessa 15 a (ġdida) | |
|
(15a) L-Aġenzija għandha tappoġġja ta' politika pubblika għall-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, billi ssawwar programmi speċifiċi li jiżguraw li d-drittijiet tagħhom jiġu rispettati b'mod sħiħ. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda ta' Premessa 2 | |
Emenda 5 Artikolu 3, paragrafu 4 | |
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Kummissjoni, tipprovdi informazzjoni u analiżi dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali identifikati fit-talba fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet li jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, jew li tkun fetħet jew li tkun qed tippjana li tiftaħ negozjati fuq tali ftehimiet, b’mod partikolari ma’ pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea ta’ Qrubija. |
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-Aġenzija għandha, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, tipprovdi informazzjoni u analiżi dwar kwistjonijiet tad-drittijiet fundamentali identifikati fit-talba fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li magħhom il-Komunità kkonkludiet ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet li jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, jew li tkun fetħet jew li tkun qed tippjana li tiftaħ negozjati fuq tali ftehimiet, b’mod partikolari ma’ pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea ta’ Qrubija. |
Ġustifikazzjoni | |
L-emenda tirrimedja d-difetti msemmija hawn fuq billi testendi r-responsabilità ta' l-Aġenzija għall-Istituzzjonijiet kollha ta' l-UE. | |
Emenda 6 Artikolu 3, paragrafu 4 a (ġdid) | |
|
4 a. Minħabba li d-drittijiet tat-tfal huma fattur determinanti fil-kuntest tar-rispett tad-drittijiet fundamentali b'mod ġenerali, l-Aġenzija għandha tfittix li tagħmel u tippromwovi azzjonijiet prijoritarji li jqisu biss l-aħjar interessi tat-tfal, b'mod partikulari l-aktar tfal żvantaġġati u dawk li huma abbandunati jew fi stat ta' piena psikoloġika jew emozzjonali. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi djalogu kostruttiv ma' l-Istati Membri sabiex tiżgura li d-drittijiet kollha tat-tfal jiġu protetti. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda ta' Premessa 2 | |
Emenda 7 Artikolu 4, paragrafu 1, punt (b) | |
b) tiżviluppa metodi biex ittejjeb il-komparabbilità, l-oġġettività u l-kredibbiltà tad-data fuq livell Ewropew, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u ma’ l-Istati Membri; |
b) tiżviluppa metodi, filwaqt li titqes l-integrazzjoni bejn is-sessi, biex ittejjeb il-komparabbilità, l-oġġettività u l-kredibbiltà tad-data fuq livell Ewropew, f’koperazzjoni mal-Kummissjoni u ma’ l-Istati Membri; |
Emenda 8 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (b) | |
b) jiddetermina l-oqsma tematiċi ta’ l-attività ta’ l-Aġenzija, bil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija dejjem tkun inkluża;
|
b) jiddetermina l-oqsma tematiċi ta’ l-attività ta’ l-Aġenzija, bil-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija dejjem tkun inkluża, filwaqt li tingħata l-istess attenzjoni lil oqsma tematiċi li fihom qed iseħħ il-ksur tad-drittijiet fundamentali u tad-drittijiet tat-tfal, kif ukoll lill-protezzjoni ta' minoranzi nazzjonali tradizzjonali u l-aktar gruppi vulnerabbli; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-qafas plurijennali m'għandux isofri minn approċċ mhux oġġettiv li jgħaqqad il-limitazzjonijiet tar-riżorsi (cfr. virgoli oħra fl-istess artikolu) u 'preferenza għar-razziżmu u l-ksenofobija, għaldaqstant it-test ta' din il-virgola għandu jsemmi impenn li jitqiesu b'mod xieraq u ugwali, l-oqsma l-oħra suġġetti għal ksur ta' drittijiet fundamentali sabiex jipprovdu lill-persuna li qed tieħu d-deċiżjoni b'qafas ta' azzjoni aktar definit. | |
Emenda 9 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (b a) (ġdid) | |
|
(ba) għandu jitqies l-Artikolu 2 tat-Trattat li Jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, li jgħid li l-Komunità għandha tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa , u l-Artikolu 3 tat-Trattat li jgħid li fl-attivitajiet kollha msemmija f'dak l-Artikolu, il-Komunità għandha timmira li telimina l-inugwaljanzi, u li tippromwovi l-ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa; |
Emenda 10 Artikolu 5, paragrafu 1, punt (e) | |
e) jinkludi dispożizzjonijiet bil-ħsieb li jkun evitat li l-isfera tar-responsabbilità ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità titrekkeb fuq dik ta’ l-Aġenzija. |
e) jinkludi dispożizzjonijiet bil-ħsieb li jkun evitat li l-isfera tar-responsabbilità ta’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Komunità titrekkeb fuq dik ta’ l-Aġenzija, b'mod partikulari l-Istitut għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.. |
Ġustifikazzjoni | |
L-aħjar użu ta' riżorsi kemm ta' l-Istitut u tad-Drittijiet Fundamentali jimplika koperazzjoni speċifika li se trawwem ir-rispett tal-kompetenzi rispettivi. | |
Emenda 11 Artikolu 11, paragrafu 1, subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
L-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet li jaħtru membri tal-bord għandhom jimmiraw li jiżguraw li jkun hemm bilanċ bejn nsa u rġiel fin-numru ta' membri tal-Bord. |
Emenda 12 Artikolu 11, paragrafu 6 | |
6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, minbarra fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c), u (d) tal-paragrafu 4, fejn għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ tliet terzi tal-membri kollha. Il-President għandu jkollu l-vot deċiżiv. Il-persuna magħżula mill-Kunsill ta’ l-Ewropa tista’ tivvota biss fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.
|
6. Id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa, minbarra fir-rigward tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a), (c), u (d) tal-paragrafu 4, fejn għandha tkun meħtieġa maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri kollha. Il-persuna magħżula mill-Kunsill ta’ l-Ewropa tista’ tivvota biss fuq id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.
|
Ġustifikazzjoni | |
Rigward it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija, iċ-Chairperson għandu/għandha jitpoġġa/titpoġġa fuq livell indaqs ma' membri oħra tal-Bord. | |
Emenda 13 Artikolu 11, paragrafu 8 | |
8. Id-Direttur ta’ l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa jista’/tista jattendi/tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur/osservatriċi. Id-Diretturi ta’ aġenziji tal-Komunità u korpi ta’ l-Unjoni oħra rilevanti jistgħu wkoll jattendu bħala osservaturi meta jiġu mistiedna mill-Bord Eżekuttiv. |
8. Id-Direttur ta’ l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn l-Irġiel u n-Nisa għandha/għandu jattendi/tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur/osservatriċi, sabiex tikkoordina il-programmi ta' ħidma annwali rispettivi. Id-Diretturi ta’ aġenziji tal-Komunità u korpi ta’ l-Unjoni oħra rilevanti jistgħu wkoll jattendu bħala osservaturi meta jiġu mistiedna mill-Bord Eżekuttiv. |
Ġustifikazzjoni | |
Koerenti ma' premessa 15 tal-proposta tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-koperazzjoni prattika bejn iż-żewġ korpi ikollha ssir permezz ta' koordinazzjoni tal-programmi ta' ħidma, għaldaqstant huwa essenzjali li jkun hemm preżenza definita b'mod ċar tad-Direttur ta' l-Istitut fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija biex tiġi żgurata koperazzjoni effettiva. | |
Emenda 14 Artikolu 12, paragrafu 1 | |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi-President tal-Bord tat-Tmexxija, u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. |
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiġi assistit minn Bord Eżekuttiv. Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi-President tal-Bord tat-Tmexxija, il-persuna maħtura fil-Bord tat-Tmexxija mill-Kunsill ta' l-Ewropa u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan ta' din l-emenda hu li tirrinforza dispożizzjonijiet intenzjonati biex jevitaw duplikazzjoni ta' l-attivitajiet tal-Kunsill ta' l-Ewropa u biex jagħtu rappreżentazzjoni lill-Kunsill ta' l-Ewropa fl-Aġenzija, u b'hekkjipprovdu mekkaniżmu prattiku biex jgħinu sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol tal-Kunsill ta' l-Ewropa u biex tiżgura konsistenza u kumplimentarjetà. | |
Emenda 15 Artikolu 14, paragrafu 1 | |
1. Il-Forum għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi responsabbli għad-drittijiet fundamentali u għall-isforzi biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu, tat-trejdjunjins u ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, ta’ l-organizzazzjonijiet soċjali u professjonali kkonċernati, tal-knejjes, ta’ l-organizzazzjonijiet reliġjużi u filosofiċi u mhux ta’ xi denominazzjoni reliġjuża, ta’ l-universitajiet u ta’ esperti kwalifikati, u ta’ korpi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. |
1. Il-Forum għandu jkun magħmul mir-rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi responsabbli għad-drittijiet fundamentali u għad-drittijiet tat-tfal u għall-isforzi biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u l-anti-Semitiżmu, tat-trejdjunjins u ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, ta’ l-organizzazzjonijiet soċjali u professjonali kkonċernati, tal-knejjes, ta’ l-organizzazzjonijiet reliġjużi u filosofiċi u mhux ta’ xi denominazzjoni reliġjuża, ta’ l-universitajiet u ta’ esperti kwalifikati, u ta’ korpi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda ta' Premessa 2 | |
Emenda 16 Artikolu 23, paragrafu 1 | |
1. Ir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ l-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex ikunu applikati dawn ir-regolamenti ta’ l-istaff u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom japplikaw għall-istaff ta’ l-Aġenzija. |
1. Ir-Regolamenti ta’ l-Istaff ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ l-Impjegati l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea sabiex ikunu applikati dawn ir-regolamenti ta’ l-istaff u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom japplikaw għall-istaff ta’ l-Aġenzija. Għandha tingħata attenzjoni partikulari għar-rappreżentazzjoni indaqs bejn in-nisa u l-irġiel. |
Ġustifikazzjoni | |
Ħafna Aġenziji jsofru minn nuqqas ta' rappreżentazzjoni ta' nisa fost l-impjegati tagħhom. Hemm bżonn ċar li jiġi enfasizzat ir-rispett ta' l-opportunitajiet indaqs sabiex ikun hemm referenza fir-regolament meta jasal iż-żmien għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' l-Aġenzija. | |
Emenda 17 Artikolu 27, paragrafu 3 | |
3. L-Aġenzija għandha tieħu ħsieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi, li jipparteċipaw skond dan l-Artikolu, safejn huwa rilevanti għall-ftehim ta’ assoċjazzjoni rispettiv. L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal hekk. |
3. L-Aġenzija għandha tieħu ħsieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tat-tfal fil-pajjiżi, li jipparteċipaw skond dan l-Artikolu, safejn huwa rilevanti għall-ftehim ta’ assoċjazzjoni rispettiv. L-Artikoli 4 u 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal hekk. |
Ġustifikazzjoni | |
Ara l-emenda ta' Premessa 2 | |
Emenda 18 Artikolu 31, paragrafu 3 | |
3. Sal-31 ta’ Diċembur 2009, l-Aġenzija għandha tikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tagħha matul l-ewwel tliet snin tal-ħidmiet fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza maħruġa mill-Bord tat-Tmexxija fi ftehim mal-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tqis il-kompiti ta’ l-Aġenzija, il-prattika tax-xogħol u l-impatt ta’ l-Aġenzija fuq il-ħarsien u l-inkoraġġiment tad-drittijiet fundamentali u għandha tinkludi analiżi ta’ l-effetti tas-sinerġija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe estensjoni tal-kompiti. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju u kemm fuq livell nazzjonali. |
3. Sal-31 ta’ Diċembur 2009, l-Aġenzija għandha tikkummissjona evalwazzjoni esterna indipendenti tal-kisbiet tagħha matul l-ewwel tliet snin tal-ħidmiet fuq il-bażi tat-termini ta’ referenza maħruġa mill-Bord tat-Tmexxija fi ftehim mal-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tqis il-kompiti ta’ l-Aġenzija, il-prattiki tax-xogħol, il-politika ta' opportunitajiet indaqs fi ħdan l-Aġenzija u l-impatt ta’ l-Aġenzija fuq il-ħarsien u l-inkoraġġiment tad-drittijiet fundamentali u għandha tinkludi analiżi ta’ l-effetti tas-sinerġija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe estensjoni tal-kompiti. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kemm fuq livell Komunitarju u kemm fuq livell nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Ħafna Aġenziji jsofru minn nuqqas ta' rappreżentazzjoni ta' nisa fost l-impjegati tagħhom. Hemm bżonn ċar li jiġi enfasizzat ir-rispett ta' l-opportunitajiet indaqs sabiex ikun hemm referenza fir-regolament meta jasal iż-żmien għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' l-Aġenzija. |
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali |
||||||
Referenzi |
COM (2005)0280 – C6‑0288/2005 – 2005/0124(CNS) |
||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
FEMM |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
'Rapporteur' għal opinjoni |
Emine Bozkurt |
||||||
'Rapporteur' ta' opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
21.2.2006 |
21.3.2006 |
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
21.3.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 0 2 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Lissy Gröner, Zita Gurmai, María Esther Herranz García, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Pia Elda Locatelli, Astrid Lulling, Angelika Niebler, Siiri Oviir, Teresa Riera Madurell, Amalia Sartori, Britta Thomsen, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg |
||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali |
||||||
Referenzi |
COM(2005)0280– C6-0288/2005 – 2005/0124(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
22.9.2005 |
||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
AFET 29.9.2005 |
FEMM 29.9.2005 |
AFCO 29.9.2005 |
CULT 29.9.2005 |
BUDG 29.9.2005 |
||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
AFCO 18.5.2006 |
CULT 30.8.2005 |
|
|
|
||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
AFET 29.9.2005 |
|
|
|
|
||
Rapporteur(s) |
Kinga Gál 14.9.2005 |
|
|||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||
Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni Data tad-deċiżjoni |
|
||||||
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||
Dotazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
|
||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni – data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
4.10.2005 4.5.2006 |
24.1.2006 1.6.2006 |
22.2.2006 |
23.3.2006 |
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
13.09.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
31 6 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Alfredo Antoniozzi, Edit Bauer, Mihael Brejc, Michael Cashman, Jean-Marie Cavada, Charlotte Cederschiöld, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Lilli Gruber, Timothy Kirkhope, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Henrik Lax, Sarah Ludford, Jaime Mayor Oreja, Claude Moraes, Lapo Pistelli, Martine Roure, Ioannis Varvitsiotis, Donato Tommaso Veraldi, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Frieda Brepoels, Marco Cappato, Bárbara Dührkop Dührkop, Maria da Assunção Esteves, Anne Ferreira, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in 't Veld, Hubert Pirker, Antonio Tajani, Kyriacos Triantaphyllides |
||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Thomas Wise |
||||||
Data tat-tressiq |
25.9.2006 |
|
|||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||