RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistiki integrati tal-protezzjoni soċjali
9.10.2006 - (COM(2006)0011 – C6‑0024/2006 – 2006/0004(COD)) - ***I
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Jan Andersson
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistiki integrati tal-protezzjoni soċjali
(COM(2006)0011 – C6‑0024/2006 – 2006/0004(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0011)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0024/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6‑0324/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 8 a (ġdida) | |
|
(8a) Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament, speċjalment il-ħolqien ta' standards statistiċi komuni li jippermettu l-produzzjoni ta' dejta armonizzata, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
Emenda 2 Premessa 8 b (ġdida) | |
|
(8b) Hemm kooperazzjoni eżistenti ma' l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u għall-Iżvilupp (OECD) fil-qasam ta' benefiċċji soċjali netti. |
Emenda 3 Artikolu 2, punt (c a) (ġdid) | |
|
(ca) "Il-formazzjoni ta' gruppi ta' skemi": kriterji biex tiġi kklassifikata kull skema ta' protezzjoni soċjali, li huma, it-teħid tad-deċiżjonijiet, l-infurzar legali, l-istabbiliment ta' drittijiet, għanijiet u livelli ta' protezzjoni. Kull skema hija kklassifikata f'kategorija waħda għal kull kriterju. |
Emenda 4 Artikolu 3, paragrafu 1, subparagrafu 3 a (ġdid) | |
|
L-ewwel sena li għaliha hija miġbura d-dejta għandha tkun is-sena kalendarja ta' wara s-sena tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 5 Artikolu 3, paragrafu 2 | |
2. Mas-sistema prinċipali, għandhom jiġu miżjudin moduli li jkopru informazzjoni supplimentari ta’ statistika dwar aspetti partikolari tal-ħarsien soċjali.
|
2. Mas-sistema prinċipali, għandhom jiġu miżjudin moduli li jkopru dejta supplimentari ta’ statistika dwar benefiċjarji tal-pensjoni u benefiċċji netti tal-ħarsien soċjali. |
Emenda 6 Artikolu 4, paragrafu 2 a (ġdid) | |
|
L-ewwel sena li għaliha hija miġbura d-dejta għandha tkun is-sena kalendarja ta' wara s-sena tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 7 Artikolu 5, Titolu | |
Moduli addizzjonali |
Il-modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali. |
Emenda 8 Artikolu 5, paragrafu 1 | |
1. Għall-għanijiet ta’ modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali, kollezzjonijiet bi prova ta' informazzjoni għas-sena 2005 għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha sa l-aħħar ta' l-2008. Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti, il-provvediment u d-distribuzzjoni ta’ l-informazzjoni huma mniżżlin fl-Anness III. |
1. Bil-għan li jiġi introdott modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali, il-kollezzjoni bi prova ta' dejta għas-sena 2005 għandhom jitwettqu fl-Istati Membri kollha sa l-aħħar ta' l-2008. Is-suġġetti li għandhom jiġu koperti, il-provvediment u d-distribuzzjoni tad-dejta huma mniżżlin fl-Anness III. |
Emenda 9 Artikolu 5, paragrafu 2 | |
2. Id-deċiżjoni biex jiġi introdott dan il-modulu u biex tinbeda l-ġbir sħiħa ta' informazzjoni mhux qabel l-2010, ibbażata fuq sintesi ta’ dawn il-kollezzjonijiet ta’ informazzjoni nazzjonali bi prova, għandha tkun f'konformità mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 8. |
2. Fuq il-bażi ta' sintesi ta’ kollezzjoni ta’ dejta nazzjonali bi prova ta' dan it-tip, u sakemm ir-riżultat tal-maġġoranza kbira ħafna ta' dawn l-istudji bi prova jkun pożittiv, id-deċiżjoni biex jinbeda l-ġbir sħiħ ta' dejta rigward dan il-modulu, mhux iktar kmieni mill-2010, għandha tiġi adottata f'konformità mal-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 8(2). |
Emenda 10 Artikolu 7 | |
L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni dettaljata ta’ l-informazzjoni koperta, id-definizzjonijiet li għandhom jiġu użati, il-formati għat-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi, il-kriterji għall-kejl tal-kwalità, l-aġġornar tar-regoli ta' distribuzzjoni għandhom ikunu stabbiliti f’konformità mal-proċedura regolatorja speċifikata fl-Artikolu 8, b’mod partikolari għal: |
L-arranġamenti għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom iqisu r-riżultati ta' analiżi ta' l-ispiża u l-gwadann u għandhom jikkonċernaw l-ewwel sena li għaliha qed tinġabar id-dejta, li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni dettaljata tad-dejta koperta, id-definizzjonijiet li għandhom jiġu użati, il-formati għat-trażmissjoni tad-dejta, ir-riżultati li għandhom jiġu trażmessi, il-kriterji għall-kejl tal-kwalità, l-aġġornar tar-regoli ta' distribuzzjoni. L-arranġamenti għandhom jiġu stipulati skond il-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 8, għal: |
(a) is-sistema prinċipali ta’ ESSPROS |
(a) is-sistema prinċipali ta’ ESSPROS, (Anness I), |
(b) il-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni |
(b) il-modulu dwar il-benefiċjarji tal-pensjoni, (Anness II), |
(c) il-modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali. |
(c) il-modulu dwar il-Benefiċċji Netti tal-Ħarsien Soċjali. (Artikolu 5). |
Emenda 11 Artikolu 8, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu. |
Emenda 12 Anness I, paragrafu 1, titolu | |
1. Informazzjoni kwantitattiva |
1. Dejta kwantitattiva permezz ta' skemi u benefiċċji dettaljati |
Emenda 13 Anness I, paragrafu 1.1 | |
1.1 B’referenza għall-klassifikazzjoni komprensiva, l-informazzjoni trażmessa għandha tkopri: |
1.1. B’referenza għall-klassifikazzjoni komprensiva, id-dejta trażmessa trid tkopri: |
Emenda 14 Anness I, paragrafu 1.3 | |
1.3. Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika informazzjoni dwar l-infiq għall-ħarsien soċjali fuq il-livell ta’ l-iskemi totali sa l-aħħar ta’ N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażata fuq l-informazzjoni li tirreferi għas-sena finanzjarja N. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam informazzjoni dettaljata fi skemi lil utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru l-informazzjoni ta’ ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali). Dawn l-utenti speċifiċi ikunu jistgħu jippubblikaw biss gruppi ta' skemi. |
1.3. Il-Kummissjoni (Eurostat) tippubblika dejta dwar l-infiq għall-ħarsien soċjali fuq il-livell ta’ l-iskemi totali sa l-aħħar ta’ N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażata fuq id-dejta li tirreferi għas-sena finanzjarja N. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni (Eurostat) tqassam dejta dettaljata fi skemi lil utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru d-dejta ta’ ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali). Dawn l-utenti speċifiċi ikunu jistgħu jippubblikaw biss gruppi ta' skemi. |
Emenda 15 Anness I, paragrafu 2.2 | |
2.2. Aġġornar ta’ kull sena ta’ sett komplut ta’ informazzjoni kwalitattiva diġà pprovduta għandu jkun limitat għal bdil fis-sistema ta' ħarsien soċjali u għandu jiġi trażmess flimkien ma' l-informazzjoni kwantitattiva. |
2.2. Aġġornar ta’ kull sena ta’ sett komplut ta’ informazzjoni kwalitattiva diġà pprovduta jrid ikun limitat għal bdil fis-sistema ta' ħarsien soċjali u jrid jiġi trażmess flimkien mad-dejta kwantitattiva. |
Emenda 16 Anness II, paragrafu 2 | |
L-istatistika tkun ipprovduta kull sena. L-informazzjoni għandha tikkonċerna l-ħażniet u tirreferi għall-aħħar tas-sena (31.12/1.1). It-terminu perentorju għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni għas-sena N huwa l-aħħar ta’ Mejju tas-sena N+2. L-informazzjoni tkun maqsuma kif ġej: |
L-istatistika tkun ipprovduta kull sena. Id-dejta trid tikkonċerna l-ħażniet u tirreferi għall-aħħar tas-sena (31.12/1.1). L-iskadenza għat-trażmissjoni ta’ dejta għas-sena N huwa l-aħħar ta’ Mejju tas-sena N+2. Id-dejta tkun maqsuma kif ġej: |
Emenda 17 Artikolu II paragrafu 2, punt (c) | |
(c) skond it-tip ta' ġestjoni ta' l-iskema (suġġetta għar-riżultati pożittivi ta’ l-istudju ta’ vijabilità) |
imħassar
|
Amendment 18 Anness II, paragrafu 3, subparagrafu 1 a (ġdid) | |
|
Il-Kummissjoni (Eurostat) trid tippubblika u xxerred ma' l-utenti speċifiċi (istituzzjonijiet nazzjonali li jiġbru d-dejta ta’ ESSPROS, id-dipartimenti tal-Kummissjoni u istituzzjonijiet internazzjonali) it-total ta' kull wieħed mis-7 kategoriji sa tmiem N+22 xahar (Ottubru tas-sena N+2) ibbażat fuq id-dejta li jirreferi għas-sena kalendarja N. |
- [1] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistiki integrati tal-protezzjoni soċjali (ESSPROS) |
||||||||||
Referenzi |
COM(2006)0011 – C6‑0024/2006 – 2006/0004(COD) |
||||||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-Parlament |
20.1.2006 |
||||||||||
Kumitat responsabbli |
EMPL |
||||||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
|
|
|
|
|
||||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
|
|
|
|
|
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
||||||
Rapporteur(s) |
Jan Andersson 1.2.2006 |
|
|||||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
|
||||||||||
Bażi legali kkontestata |
|
/ |
|
||||||||
Allokazzjoni finanzjarja emendata |
|
/ |
|
||||||||
Konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||||||
Konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||||||
Eżami fil-kumitat |
12.9.2006 |
4.10.2006 |
|
|
|
||||||
Data ta' l-adozzjoni |
5.10.2006 |
||||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ – 0 |
40 0 2 |
|||||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Jan Andersson, Jean-Luc Bennahmias, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Philip Bushill-Matthews, Milan Cabrnoch, , Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Ole Christensen, Luigi Cocilovo, Jean Louis Cottigny, Harald Ettl, Carlo Fatuzzo, Ilda Figueiredo, Joel Hasse Ferreira, Roger Helmer, Stephen Hughes, Karin Jöns, Ona Juknevičienė, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Bernard Lehideux, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Mario Mantovani, Ana Mato Adrover, Maria Matsouka, Csaba Őry, Pier Antonio Panzeri, Jacek Protasiewicz, José Albino Silva Peneda, Jean Spautz, Kathy Sinnott, Gabriele Zimmer |
||||||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Mihael Brejc, Udo Bullmann, Françoise Castex, Richard Howitt, Roberto Musacchio, Leopold Józef Rutowicz, Elisabeth Schroedter |
||||||||||
Sostituti(i) skond l-Artikolu 178(2) |
Ari Vatanen |
||||||||||
Data tat-tressiq |
9.10.2006 |
||||||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||||||