ABBOZZ TA' RAPPORT dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja li qiegħda tiġi negużjata bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja fuq in-naħa l-oħra
10.10.2006 - (2006/2150(INI))
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Véronique De Keyser
PROPOSTA TA' RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja li qiegħda tiġi negużjata bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja fuq in-naħa l-oħra
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal riżoluzzjoni mressqa minn Véronique De Keyser f'isem il-Grupp PSE dwarin-neguzjati għal ftehima ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja fuq in-naħa l-oħra (B6-0373/2006),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn fuq naħa l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u fuq in-naħa l-oħra r-Repubblika Għarbija tas-Sirja (COM(2004)0808)[1]
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar is-Sirja, b'mod partikulari dawk tat-8 ta' Settembru 2005 dwar il-qagħda ta' priġunieri politiċi fis-Sirja u tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar is-Sirja[2],
– wara li kkunsidra s-seba' laqgħa interparlamentari, il-Parlament Ewropew/is-Sirja, li saret mill-11 sat-18 ta' Ġunju 2005 fis-Sirja,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-proċess ta' Barċellona tat-28 ta' Novembru 1995 u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar il-proċess ta' Barċellona rivedut
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tan-NU dwar ir-relazzjonijiet bejn is-Sirja u l-Libanu, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet 1559 (2004) tat-2 ta' Settembru 2004 u 1701 (2006) tal-11 ta' Awissu 2006 tal-Kunsill tas-Sigurtà u l-aktar rapport reċenti ta' Serge Brammertz, Kap tal-Kummissjoni ta' Stħarriġ Indipendenti (S/2006/760) tal-25 ta' Settembru 2006,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 83, paragrafu 5 u l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta' l-Affarijiet Barranin (A6-0334/2006),
A. billi kkunsidra l-importanza ġeostrateġika tas-Sirja f'dak ir-reġjun tal-Lvant Qarib u tal-Lvant Nofsani, speċjalmentt l-irwol potenzjali tiegħu bħala rabta bejn il-partijiet fil-process għall-paċi, kif ukoll katalist fis-soluzzjoni tal-kunflitt reġjonali; billi dan l-irwol jista' jitjieb sabiex jiżviluppa djalogu ma' dan il-pajjiż,
B. billi bħalissa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-iffirmar ta' ftehima ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u s-Sirja għadhom ma ġewx sodisfati, għalkemm il-Parlament Ewropew huwa konvint li s-Sirja għandha l-potenzjal li tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji,
C. billi l-gwerra fl-Iraq, ir-relazzjonijiet strateġiċi tas-Sirja ma' l-Iran u l-involviment tagħha fil-kwistjonijiet tal-Libanu kellhom impatt fuq ir-relazzjonijiet bejn is-Sirja u l-ġirien tagħha u l-komunita internazzjonali f'sens wiesa',
D. billi l-iskop ta' dan il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u s-Sirja huwa li jinkoraġġixxi u jgħin fit-tranżizzjoni għal sistema politika demokratika, li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili, u ekonomija miftuħa u bbażata fuq is-suq, u dan dejjem fi ħdan qafas ta' djalogu effikaċi u ta' sħubija tabilħaqq,
E. billi s-Sirja diġa adottat numru ta' miżuri ekonomiċi preskritti għal ftehima ta' assoċjazzjoni fil-ġejjieni,
F. billi l-ħarsien tal-libertajiet fundamentali jikkostitwixxi l-pedament ta' l-iżvilupp kollu ta' socjetà ċivili b'saħħitha u indipendenti, u billi l-pożizzjoni tal-gvern matul dawn l-aħħar snin kienet ambigwa, imma xorta nisslet xi ftit tama li s-sistema politika tas-Sirja tista' tinfetaħ xi ftit,
G. billi minkejja l-parteċipazzjoni attiva u kostruttiva tagħha fil-proċess ta' Barċellona, is-Sirja hija l-uniku pajjiż li l-UE għadha ma ffirmatx ftehima ta' assoċjazzjoni miegħu, u dan jimpedixxi ż-żvilupp sħiħ ta' sħubija Ewro Mediterranja,
H. billi d-dikjarazzjoni ta' stat ta' emerġenza ta' Marzu 1963, flimkien ma' l-atti leġiżlattivi kollha relati magħha għadhom fis-seħħ sa llum, minkejja li fir-rakkomandazzjonjiet ta' wara l-għaxar kungress reġjunali tal-Partit tal-Baath (li sar mis-6 sad-9 ta' Ġunju 2005) kienet ġiet prevista li ssir reviżjoni tagħhom,
I. billi l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni internazzjonali indipendenti ta' stħarriġ dwar il-qtil ta' l-ex Prim Ministru Libaniż Rafik Hariri, kif jitolbu r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà, huma element fundamentali għall-iffirmar tal-ftehim ta' assoċjażżjoni fil-ġejjieni,
J. billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż ħżienet mill-aħħar riżoluzzjoni, hawn fuq imsemmija, tal-Parlament Ewropew dwar is-Sirja, tal-15 ta' Ġunju 2006, u billi mhux l-attivisti kollha li tpoġġew il-ħabs f'Mejju 2006 talli ffirmaw petizzjoni sabiex jitjiebu r-relazzjonijiet bejn is-Sirja u l-Libanu ġew meħlusa,
1. Huwa konvint li l-ftehima ta' assoċjazzjoni tagħti nifs deċiżiv lir-riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali li huma meħtieġa għat-titjib tas-sitwazzjoni fil-pajjiż,
2. Jinsisti madanakollu li r-rispett għall-valuri demokratiċi, għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet ċivili huma prerekwiżiti neċessarji u jkun xieraq li f'dan ir-rigward ikun żgurat li hemm inkluż mekkaniżmu għall-kontroll effikaċi fil-klawżola tad-"drittijiet tal-bniedem" tal-ftehima; jitlob b'mod partikolari rispett akbar għall-minoritajiet etniċi u jinsisti fuq il-bżonn li tkun priżervata l-libertà tat-twemmin;
3. Iqis li r-rabta qawwija tas-Sirja fis-sħubija Euro-Mediterranea se ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ma' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u sħabha tan-Nofsinhar tal-Mediterran u se tiffaċilita l-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani;
4. Jistaqsi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-passi li jmiss rigward l-iffirmar tal-ftehima ta' assoċjazzjoni Euro-Mediterranja li diġà kienet inbdiet fid-19 ta' Ottubru 2004;
5. Jistieden lill-Kunsill jintensifika l-inizjattivi tiegħu bil-għan li tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-UE u s-Sirja u sabiex finalment tiġi ffirmata l-ftehima filwaqt li jiġu kkunsidrati r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin li:
· jiġu inkoraġġiti u appoġġjati l-azzjonijiet tal-Gvern Sirjan bil-ħsieb li titwaqqaf sistema demokratika;
· s-Sirja tiġi mistiedna tirrispetta s-sovranità tal-Libanu u sabiex tastjeni milli tintervjeni fil-kwistjonijiet interni tiegħu b'mod partikolari milli timblokka l-provvista ta' l-armi u milli żżomm ir-riarmament tal-milizja tal-Hezbollah b'koperazzjoni sħiħa mal-FINUL, u milli ġġedded l-isforzi tagħha sabiex terġa tibda proċess kredibbli ta' paċi fir-reġjun li jwassal għal soluzzjoni komprensiva u għar-restituzzjoni ta' l-Għoljiet tal-Golan lil Damasku;
· jiġu kkunsidrati s-sinjali politiċi li joħorġu mill-għaxar kungress reġjonali tal-Partit tal-Baath, li prominenti fosthom hemm il-bidla tal-grupp ta' tmexxija ma' mexxejja aktar żgħażagħ li huma qrib il-President Al-Assad, kif turi n-nominazzjoni ta' Abdallah Dardari għal kariga ta' viċi Prim Ministru;
· tingħata attenzjoni partikulari għall-implimentazzjoni tal-klawsoli tal-ftehima maħsubin biex jagħmlu aktar trasparenti s-swieq pubbliċi; l-Kummissjoni tkun mistiedna tiżgura li ftehimiet bilaterali jew multilaterali oħra jimxu fuq din il-linja;
· l-Gvern Sirjan jiġi mistieden jadotta miżuri fl-oqsma tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem bil-ħsieb li jiġi rrispettat id-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem rigward il-libertà ta' l-espressjoni, għall-ħarsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra t-torturi u t-tneħħija tal-piena tal-mewt; tinġibed l-attenzjoni partikolarment għar-riforma meħtieġa fil-liġi ta' assoċjazzjoni Sirjana sabiex jintemmu r-restrizzjonijiet maġġuri dwar l-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
· madanakollu jiġi indirizzat lill-Gvern Sirjan it-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas ta' żviluppi fuq kwistjonijiet bħall-p.eż, il-ftuħ għal sistema politika b'aktar minn partit wieħed u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet ċivili; jiġi enfasizzat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem jikkostitwixxi element essenzjali ta' din il-ftehima ta' assoċjazzjoni u jappella lis-Sirja tirrispetta l-impenji tagħha fil-qafas tal-proċess ta' Barċellona u rigward il-politika Ewropea għall-Viċinanza; s-Sirja tiġi mistiedna f'dan il-kuntest sabiex tagħmel dak li hu meħtieg biex immedjatament tneħħi l-istat ta' emergenza;
· l-Gvern Sirjan jiġi mitlub jeżamina mill-ġdid il-każ tal-priġunierui politiċi u jeħles lill-priġunieri ta' kuxjenza u lill-attivisti paċifiċi, jippermetti l-eżistenza ta' gruppi bħal per eżempju il-firmatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Damasku, iffirmata fis-16 ta' Ottubru 2005 minn ħames partijiet projbiti kif ukoll minn persuni indipendenti, kif ukoll mill-firmatarji tad-Dikjarazzjoni ta' Bejrut-Damasku, Damasku-Bejrut ta' l-14 ta' Mejju 2006; s-Sirja tiġi mistiedna tiggarantixxi li l-persuni detenuti jew il-ħabsin ikunu trattati tajjeb, ma jiġux ittorturati u jibbenefikaw minn aċċess mgħaġġel, regolari u mingħajr limitu għall-avukati, t-tobba u l-familji tagħhom;
· l-Gvern Sirjan, jikkundanna kif għamel il-Parlament fir-riżoluzzjoni diġà msemmija tal-15 ta' Ġunju 2006, għall-mewġa ta' arresti li saru b'reazzjoni għad-Dikjarazzjoni "Damasku-Bejrut, Bejrut-Damasku", l-ewwel inizjattiva konġunta ta' intellettwali u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Sirjani u Libaniżi, u jitlob il-ħelsien immedjat tagħhom;
· jiġi indirizzat it-tħassib ta' l-Unjoni Ewropea dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-minoritajiet, reliġjużi jew oħrajn, speċjalment dawk tal-Kurdi; l-Gvern Sirjan jintalab jagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ta' l-iżviluppi ta' dawn il-kwistjonijiet;
· jkun hemm impenn li jinbeda djalogu ġenwin mas-Sirja li jinvolvi lil dan il-pajjiż fl-isforzi għall-paċi bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni komprensiva għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani;
· jintalab immedjatament lis-Sirja li tassumi rwol kostruttiv fl-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet 1559 u 1701 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u tiġi mistiedna speċifikament biex min-naħa tagħha jsaħħaħ il-kontrolli fuq il-fruntiera bejn il-Lebanon u s-Sirja sabiex ma tippermettix il-forniment ta' armamenti lil entitajiet mhux statali;
· jiġi enfasizzat li l-kollaborazzjoni min-naħa ta' l-awtoritajiet Sirjani mal-Kummissjoni ta' stħarriġ internazzjonali indipendenti tan-NU mmexxija mill-imħallef Brammertz tjiebet, imma għandha ssir insistenza li din għandha tiġi aktar intensifikata u li rigward riżultati jeħtieġ li jkun hemm segwitu konkret għall-inkjesta;
· issir insistenza biex is-Sirja tikkonforma kompletament mar-riżoluzzjonijiet 1559, 1562, 1680 u 1701 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u rigward id-dikjarazzjoni dwar il-Libanu tal-Kunsill Ewropew tas-16 u tas-17 ta' Ġunju li jappellaw lis-Sirja u lil-Libanu biex jiddefinixxu l-fruntiera komuni tagħhom sabiex tissaħħaħ l-istabbilità reġjunali; is-Sirja tiġi mistiedna biex tikkontribwixxi b'mod pożittiv biex tiġi ppreċiżata s-sitwazzjoni finali tar-reġjun ta' l-irziezet ta' Shebaa, kif jitolbu r-rakkomandazzjonijiet tat-12 ta' Settembru 2006 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU u kif titlob ukoll il-liġi internazzjonali;
· jingħaraf b'mod pożittiv f'din il-perspettiva l-irtirar tat-truppi Sirjani mit-territorji tal-Libanu; min-naħa l-oħra, jintalab bil-qawwa li l-Gvern Sirjan jistabbilixxi relazzjonijiet diplomatici formali mal-Libanu, li dan sa llum irrifjuta li jagħmel, u li jtemm l-appoġġ tiegħu għall-Hezbollah;
· jintalab lill-Gvern Sirjan biex jispjega x'azzjonijiet konkreti qed jittieħdu fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' l-armamenti, kif ukoll kontra t-terroriżmu u Al Quaida u rigward kontrolli fuq il-fruntieri tiegħu bl-iskop li jiġi pprojbit il-kuntrabandu ta' l-armamenti u d-dħul ta' terroristi fil-pajjiżi ġirien;
· jiġi ddeplorat f'dan il-kuntest l-iffirmar ta' ftehima militari li sar ma' l-Iran fil-15 ta' Ġunju 2006 dwar it-tisħiħ ta' koperazzjoni reċiproka kontra t-"theddid" mill-Amerika u l-Iżrael;
· jiġi muri lis-Sirja s-siwi ta' l-irwol potenzjali tagħha bħala stabbilizzatur fil-Lvant Qarib u l-Lvant Nofsani bl-iskop li tinsab riżoluzzjoni paċifika għall-kunflitti tar-reġjun; tingħata attenzjoni għat-tħassib rigward l-appoġġ tas-Sirja għall-gruppi militanti Palestinjani tal-Hamas u tal-Jihad Iżlamika bbażati f'Damas għad-detriment tal-forzi moderati Palestinjani li jixtiequ l-koeżistenza u l-paċi ma' Iżrael;
· jistieden lill-Gvern Sirjan biex itejjeb il-kundizzjonijiet ta' l-għajxien u ambjentali tal-kampijiet tar-refuġjati Palestinjani fis-Sirja biex jiġu rrispettati l-istandards dinjija rigward id-drittijiet tal-bniedem;
· jistieden lill-Gvern Sirjan biex jeħles lil Yacoub Hanna Shamoun, Nisrani Assirjan li ilu miżmum il-ħabs għal aktar minn għoxrin sena mingħajr proċess legali, jew biex jiffissa data biex dan jinħeles fi żmien qasir;
· jimxi bi prudenza rigward ripatriazzjoni lejn is-Sirja ta' immigranti u refuġjati minn minoritajiet reliġjużi sakemm ittul ir-ripressjoni; u, fil-każ in kwistjoni, jarmonizza aħjar l-approċċ nazzjonali ta' diversi Stati Membri f'dan il-qasam;
· jintalab li jingħata appoġġ għal djalogu bejn is-Sirja u l-Parlament dwar dawn il-punti differenti sabiex ikun jista' jsir progress fil-koperazzjoni bejn l-UE u s-Sirja u bit-tama li tiġi ffirmata l-ftehima ta' assoċjazzjoni;
6. Jitlob lill-Kunsill li jitfasslu inċentivi u allokazzjonijiet addizzjonali għas-Sirja li jmorru 'lhinn minn dawk mogħtijin bħala parti minn ftehima ta' assoċjazzjoni sabiex jingħata inkoraġġiment lis-Sirja biex tirrevedi l-politika barranija attwali tagħha u l-allinjament reġjunali tagħha sabiex dan iservi bħala għajnuna għall-promozzjoni tal-paċi, l-istabbilità u l-prosperità reġjunali, u b'mod partikolari, għall-għarfien tad-dritt li għandu l-Istat ta' Iżrael għall-eżistenza tiegħu, kif ukoll l-appoġġ tiegħu għall-progress fil-proċess tal-paci fil-Lvant Nofsani.
7. Jitlob lill-President tiegħu biex jgħaddi r-riżoluzzjoni preżenti bir-rakkomandazzjoni li fiha tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, kif ukoll lill-Kummissjoni u lill-Gvern u lill-Majlis al-Sha'ab tar-Repubblika Għarbija tas-Sirja.
19.6.2006
- [1] ĠU...
- [2] Testi adottati minn din id-data, P6_TA(2005)0340.
PROPOSTA GĦAL RAKKOMMANDAZZJONI B6‑0373/2006
imressqa skond l-Artikolu 114, paragrafu 1 tar-Regolament
minn Véronique De Keyser
f'isem il-Grupp PSE
dwar ftehima ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja li qiegħda tiġi negużjata bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja fuq in-naħa l-oħra
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-neguzjati li għadhom għaddejin għal konklużjoni ta' ftehima ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja bejn fuq naħa l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u fuq in-naħa l-oħra r-Repubblika Għarbija tas-Sirja (COM(2004)0808)[1]
–
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta' qabel tiegħu dwar is-Sirja, b'mod partikulari dawk tat-8 ta' Settembru 2005 dwar il-qagħda ta' priġunieri politiċi fis-Sirja[2] u tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar is-Sirja[3]
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tan-NU dwar ir-relazzjonijiet bejn is-Sirja u l-Libanu, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni 1680 (2006) tas-17 ta' Mejju 2006 tal-Kunsill tas-Sigurtà u l-aktar rapport reċenti ta' Serge Brammertz, Kap tal-Kummissjoni ta' stħarriġ internazzjonali indipendenti ta' l-14 ta' Ġunju 2006,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 114, paragrafu 1 u l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi s-Sirja tinsab attwalment f'perjodu ta' tranżizzjoni li jista' jwassalha għal ekonomija tas-suq soċjali, għal sistema politika aktar demokratika u għal aktar rispett għad-drittijiet tal-bniedem,
B. billi l-ftehima futura għal assoċjazzjoni u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u s-Sirja b'rispett reċiproku permanenti jistgħu jippermettu l-appoġġ għal dan l-iżvilupp,F. billi l-konklużjonijiet definittivi tal-Kummissjoni internazzjonali indipendenti ta' stħarriġ dwar l-attentat li wassal għall-mewt ta' l-ex Prim Ministru Libaniż Rafik Hariri, huma element determinanti sabiex tiġi ffirmata u rratifikata l-ftehima ta' assoċjazzjoni,
1. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jintensifikaw l-inizjattivi tagħhom rigward l-iffirmar ta' din il-ftehima, filwaqt li jżommu f'moħħhom ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
a) jiġi rrispettat il-fatt li filwaqt li l-abbozz tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u s-Sirja huwa bbażat fuq ftehimiet ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji oħrajn li qegħdin fis-seħħ, huwa għandu madankollu dispożizzjonijiet ġodda li jolqtu b'mod partikolari l-qasam tan-nuqqas ta' proliferazzjoni ta' l-armi, il-gwerra kontra t-terroriżmu, it-tnaqqis ta' tariffi doganali u d-dritt għall-istabbiliment, li jagħmlu dawn in-neguzjati aktar komplikati;
b) jitqiesu s-sinjali politiċi li ħarġu mill-10 kungress reġjunali tal-Partit tal-Baas li fost l-aktar viżibbli huma t-tiġdid u t-tnaqqis fl-etàjiet fost il-grupp tat-tmexxija;
c) issir insistenza mal-Gvern Sirjan sabiex ineħħi l-istat ta' e li jkun jista' jippermetti li dan jgħin għall-iżvilupp ta' l-istat tad-Dritt, b'rispett għall-ispirtu ta' l-Artikolu 2 tal-ftehim;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi r-rakkomandazzjoni preżenti lill-Kunsill u, bħala informazzjoni, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Parlament u lill-Gvern tas-Sirja.
- [1] ĠU C 55 ta' 4.3.2005, p. 7.
- [2] Testi adottati minn din id-data, P6_TA(2005)0279
- [3] Testi adottati minn din id-data, P6_TA(2005)0340
PROĊEDURA
|
Titlu |
dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehima ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranja li qiegħda tiġi negużjata bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa, u r-Repubblika Għarbija tas-Sirja fuq in-naħa l-oħra |
||||||||||
|
Numru tal-Proċedura |
|||||||||||
|
Kumitat risponsabbli - Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AFET |
||||||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
INTA |
|
|
|
|
||||||
|
Opinjonijiet mhux mogħtija |
INTA |
|
|
|
|
||||||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
||||||
|
Rapporteur: |
Véronique De Keyser |
|
|||||||||
|
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||||||
|
Eżami fil-kumitat |
11.7.2006 |
13.9.2006 |
4.10.2006 |
|
|
||||||
|
Data ta' l-adozzjoni |
5.10.2006 |
||||||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 1 |
|||||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Bastiaan Belder, Simon Coveney, Ryszard Czarnecki, Véronique De Keyser, Camiel Eurlings, Alfred Gomolka, Richard Howitt, Ioannis Kasoulides, Bogdan Klich, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Baroness Nicholson of Winterbourne, Raimon Obiols i Germà, Cem Özdemir, Tobias Pflüger, Hubert Pirker, Bernd Posselt, Michel Rocard, Raül Romeva i Rueda, György Schöpflin, Gitte Seeberg, Marek Siwiec, Hannes Swoboda, István Szent-Iványi, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Ari Vatanen, Luis Yañez-Barnuevo García |
||||||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, Patrick Gaubert, Jaromír Kohlíček, Erik Meijer, Jean Spautz |
||||||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Viktória Mohácsi |
||||||||||
|
Data tat-tressiq |
10.10.2006 |
||||||||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||||||