RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar it-twettiq ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew
11.10.2006 - (6233/2/2006 – C6‑0271/2006 – 2004/0151(COD)) - ***II
Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Ruth Hieronymi
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar it-twettiq ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew
(6233/2/2006 – C6‑0271/2006 – 2004/0151(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (6233/2/2006 – C6‑0271/2006),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0470))[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6‑0337/2006),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.
- [1] Testi adottati tal-25.10.2005, P6_TA(2005)0398..
- [2] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-Parlament Ewropew diġà kkomunika l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta magħmula mill-Kummissjoni Ewropea għall-programm MEDIA 2007 fil-25 ta' Ottubru 2005. In-nuqqas ta' qbil u n-negozjati fit-tul li seħħew mill-gvernijiet nazzjonali dwar il-Qafas Finanzjarju għall-perjodu 2007-2013 wasslu biex il-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill ittardjat sas-7 ta' Settemru 2006. Issa, u għal darba oħra, il-Parlament Ewropew qed jirreaġixxi b'ħeffa konsiderevoli. Bil-proċedura tiegħu tat-tieni qari, il-Parlament Ewropew se jaqbel dwar l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-programm MEDIA għas-seba' snin li ġejjin. L-aktar importanti huwa li din id-deċiżjoni għandha tassigura bidu f'waqtu tas-sejħa għall-offerti u tagħti l-opportunità lil benefiċjarji potenzjali tal-programm li jipparteċipaw fil-programm il-ġdid.
Il-Parlament Ewropew iqis il-pożizzjoni komuni bħala test bilanċjat, għalkemm l-ammont finanzjarju totali allokat għall-programm MEDIA għall-perjodu 2007-2013 fir-rigward tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar il-Qafas Finanzjarju ma jirriflettix l-għanijiet u l-ambizzjonijiet stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. Dawn l-għanijiet kienu ġew appoġġjati bis-sħiħ mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari.
Bejn l-adozzjoni tar-rapport dwar l-ewwel qari tal-Parlament Ewropew u l-pożizzjoni komuni fil-Kunsill, saru diversi kuntatti bejn ir-rapporteur ta' l-opinjoni, il-gruppi politiċi u l-Presidenza Awstrijaka u dik Finlandiża, bil-għan li jinstabu kompromessi bejn il-Parlament u l-Kunsill fuq emendi differenti.
Wieħed irid jiftakar ukoll li permezz ta' l-emendi tal-Parlament Ewropew, il-programm MEDIA issa għandu referenzi aktar ċari dwar l-importanza taċ-ċinema Ewropea għad-djalogu interkulturali, id-diversità lingwistika u kulturali, il-prinċipji tad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza u t-tneħħija tad-diskriminazzjoni. MEDIA se jgħin biex jiġu promossi dawn il-prinċipji.
L-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni sar element ċentrali tal-programm bil-għan li tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq Ewropew u li jkun hemm appoġġ għall-kapaċità ta' innovazzjoni tal-qasam awdjoviżiv Ewropew. Il-katalogi diġitali, pereżempju, għandhom jgħinu biex jittejjeb l-aċċess għall-wirt ċinematografiku Ewropew għaċ-ċittadini.
Issa qed tingħata attenzjoni aktar speċifika minn kif kien maħsub fil-proposta oriġinali mill-Kummissjoni Ewropea lil kumpaniji li jispeċjalizzaw fl-iffinanzjar ta' self fil-qasam awdjoviżiv u fil-kwistjoni ferm importanti ta' l-aċċess għall-kreditu.
Ġiet imsaħħa l-koperazzjoni bejn il-programm MEDIA u programmi oħra ta' l-UE fil-qasam ta' l-edukazzjoni, tat-taħriġ u tar-riċerka kif ukoll mal-Euroimage, il-programm ta' għajnuna għall-produzzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Il-programm MEDIA ġie mtejjeb u mfassal b'mod li jkun aktar aċċessibbli għal benefiċjarji potenzjali. L-implimentazzjoni tiegħu għandha ssir b'mod aktar trasparenti u li jkun aktar faċli għall-utent.
Fl-aħħarnett, il-Parlament Ewropew irnexxielu jinkludi fil-programm l-organizzazzjoni ta' jiem iddedikati għaċ-ċinema Ewropea u l-Premju għat-Talenti Ġodda. Dawn l-avvenimenti jistgħu jgħinu biex ikomplu jżidu l-għarfien dwar dan il-programm ta' l-UE, li bla dubju diġà kien suċċess.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) |
|||||||
|
Referenzi |
6233/2/2006 – C6 0271/2006 – 2004/0151(COD) |
|||||||
|
Data ta' l-ewwel qari tal-PE – Numru P |
25.10.2005 |
|||||||
|
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2004)0470 – C6-0093/2004 |
|||||||
|
Proposta emendata tal-Kummissjoni |
|
|||||||
|
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni |
|
|||||||
|
Kumitat responsabbli |
CULT |
|||||||
|
Rapporteur(s) |
Ruth Hieronymi |
|
||||||
|
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
||||||
|
Eżami fil-kumitat |
11.9.2006 |
9.10.2006 |
|
|
|
|||
|
Data ta' l-adozzjoni |
10.10.2006 |
|||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: 0: |
22 1 0 |
||||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Badia I Cutchet, Christopher Beazley, Ivo Belet, Guy Bono, Marie-Hélène Descamps, Věra Flasarová, Hanna Foltyn-Kubicka, Vasco Graça Moura, Lissy Gröner, Ruth Hieronymi, Bernat Joan i Marí, Manolis Mavrommatis, Ljudmila Novak, Doris Pack, Zdzisław Zbigniew Podkański, Christa Prets, Pál Schmitt, Nikolaos Sifunakis, Hannu Takkula, Henri Weber, Thomas Wise, Tomáš Zatloukal |
|||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Reino Paasilinna |
|||||||
|
Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||
|
Data tat-tressiq |
11.10.2006 |
|
||||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
|||||||