RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm “Ċittadini għall-Ewropa” għall-inkoraġġiment ta' ċittadinanza Ewropea attiva

11.10.2006 - (9575/1/2006 – C6‑0316/2006 – 2005/0041(COD)) - ***II

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Hannu Takkula

Proċedura : 2005/0041(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0342/2006
Testi mressqa :
A6-0342/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm “Ċittadini għall-Ewropa” għall-inkoraġġiment ta' ċittadinanza Ewropea attiva

(9575/1/2006 – C6‑0316/2006 – 2005/0041(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (9575/1/2006 – C6‑0316/2006),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Parlament u l-Kunsill (COM(2005)0116)[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0342/2006),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni komuni tal-KunsillEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (d)

(d) li jiġi msaħħaħ il-ftehim reċiproku bejn iċ-ċittadini Ewropej b'rispett għad-diversità kulturali u lingwistika u bil-promozzjoni tagħha, filwaqt li jkun hemm kontribut għal djalogu interkulturali.

(d) li jiġu msaħħa t-tolleranza u l-ftehim reċiproku bejn iċ-ċittadini Ewropej b'rispett għad-diversità kulturali u lingwistika u bil-promozzjoni tagħha, filwaqt li jkun hemm kontribut għal djalogu interkulturali

Emenda 2

Artikolu 16, paragrafu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Emenda 3

Anness, Azzjoni 1, paragrafu 6

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 47 % tal-baġit allokat għal dan il-programm se jmur għal din l-azzjoni.

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 45% tal-baġit allokat għal dan il-programm se jmur għal din l-azzjoni.

Emenda 4

Anness, Azzjoni 2, paragrafu 6

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 29 % tal-baġit allokat għal dan il-programm se jmur għal din l-azzjoni.

Bħala indikazzjoni, bejn wieħed u ieħor 31% tal-baġit allokat għal dan il-programm se jmur għal din l-azzjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni tiegħu dwar dan il-programm fl-ewwel qari fil-5 ta' April 2006. F'Settembru 2006 il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu. F'ħafna aspetti il-Parlament u l-Kunsill għandhom l-istess ideat. Madankollu, deher ċar li kellhom jitressqu xi ftit emendi sabiex jerġgħu jiddaħħlu xi elementi addizzjonali ta' l-ewwel qari tal-Parlament. L-emendi mressqa mir-rapporteur f'din ir-rakkomandazzjoni ġew innegozjati mal-Presidneza Finlandiża tal-Kunsill u kien hemm qbil fuqhom magħha. Għalhekk ser ikun possibbli li tintlaħaq konklużjoni malajr ta' din il-proċedura tat-tieni qari. Dan ser jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tibda timplimenta l-programm fil-ħin.

Baġit

Wara l-ftehima dwar il-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013, il-baġit totali tal-programm ġie ffissat għal EUR 190 Mio (figuri ta' l-2004). Ir-rapporteur jirrakkomanda li jinbidlu l-allokazzjonijiet tal-baġit propost fil-pożizzjoni komuni. Hu jixtieq ibaxxi l-ammont previst għall-azzjoni 1 minn 47% għal 45% sabiex ikun hemm ftit aktar fondi għall-azzjoni 2 li tkun tista' tirċievi 31% minflok 29%. Fl-ewwel qari tiegħu, il-Parlament kien issuġġerixxa 40% għal azzjoni 1 u 38% għal azzjoni 2.

Proġetti edukattivi u ta' sport tad-dilettanti

Billi l-azzjoni 2 hija adattat b'mod speċjali għall-iffinanzjar ta' proġetti edukattivi dwar l-Ewropa, il-valuri u l-kulturi tagħha, ir-rapporteur jarah importanti li jiżdidilha l-baġit. L-inklużjoni ta' proġetti edukattivi bħal dawn li jista' jkollhom fil-mira tagħhom fornituri ta' edukazzjoni li ma tkunx formali jew marbuta ma' lawrea, huwa element ġdid fil-programm u ser isaħħaħ l-effettività tiegħu għaliex proġetti bħal dawn jilħqu l-persuni fit-triq li ma jipparteċipawx fi skemi ta' edukazzjoni formali u li m'humiex interessati f'attivitajiet aktar formali ffinanzjati permezz ta' dan il-programm.

Ukoll, l-inklużjoni ta' organizzazzjonijiet sportivi tad-dilettanti ser jgħin sabiex il-kamp ta' applikazzjoni tal-programm jitwessa' u jilħaq lil persuni li jista' jkun li ma jkunux interessati f'oqsma oħra tal-programm. L-isport tad-dilettanti jgħaqqad persuni madwar l-UE permezz ta' attivitajiet sportivi konġunti. Barra mill-aspetti sportivi ta' attivitajiet bħal dawn, il-persuni involuti jsiru jafu ħafna dwar xulxin, dwar id-differenzi fil-kulturi u kif ukoll dwar il-valuri komuni li jaqsmu bejniethom. Attivitajiet bħal dawn jippermettu esperjenza partikolarment emozzjonali ta' xi tfisser li ngħixu flimkien fl-Ewropa.

Iż-żewġ aspetti kellhom l-appoġġ tal-Parlament fl-ewwel qari.

Objettivi tal-programm u aċċess

Fir-rigward ta' l-objettivi tal-programm, ir-rapporteur, billi żied it-tisħiħ tat-tolleranza fl- Art 1.2 (d) u flimkien mal-premessa 5, jixtieq jiżgura li l-proġetti ffinanzjati permezz ta' dan il-programm jikkontribwixxu għal ċittadinanza attiva li tippromwovi rispett reċiproku u djalogu interkulturali u li jiġġieled kontra r-razziżmu, il-ksenofobija u d-diskriminazzjoni.

Il-Kunsill, permezz tal-premessa 7, qabel mat-talba tal-Parlament fl-ewwel qari li dan il-programm għandu jkun miftuħ għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi parteċipanti u kif ukoll għal residenti legali minn pajjiżi terzi. Dan huwa element importanti sabiex jiġu appoġġjati l-integrazzjoni u l-ftehim reċiproku.

Tifkiriet

Ir-rapporteur jixtieq jisħaq li l-inklużjoni ta' l-azzjoni l-ġdida 4 f'dan il-programm, introdotta mill-Parlament fl-ewwel qari tiegħu u maħsuba sabiex iżżomm ħajja l-memorji tal-krimini mwettqa mir-reġim Nażista u dak Stalinista, ġiet appoġġjata mill-Kunsill. F'għajnejn ir-rapporteur din l-azzjoni toħloq rabtiet importanti bejn il-valuri fundamentali tat-tolleranza u tad-demokrazija li fuqhom hija mibnija l-UE.

Organizzazzjonijiet maħtura

Il-Kunsill, permezz tal-pożizzjoni komuni tiegħu introduċa t-tmiem bil-mod ta' l-iffinanzjar għad-disa' organizzazzjonijiet li s'issa huma intitolati sabiex jirċievu appoġġ strutturali permanenti. Wara tliet snin dawn l-organizzazzjonijiet ser ikollhom jikkompetu permezz ta' sejħa għal proposti ma' kandidati oħrajn li jitolbu finanzi għall-organizzazzjonijiet u l-proġetti tagħhom. Ir-rapporteur jappoġġja dan l-approċċ għaliex iwassal għal trasparenza akbar fil-proċess ta' l-għażla u jagħti ċans aktar ġust lil kulħadd. Fil-ġejjieni, aktar minn qatt qabel, l-għażla ser tkun ibbażata fuq il-merti. Fl-istess waqt, it-tmiem bil-mod jagħti lill-organizzazzjonijiet konċernati żmien biżżejjed sabiex isibu skemi alternattivi ta' ffinanzjar.

PROĊEDURA

Titolu

Rakkomandazzjoni għat-tieni qari dwar proposta komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-programm “Ċittadini għall-Ewropa” għall-inkoraġġiment ta' ċittadinanza Ewropea attiva

Referenzi

9575/1/2006 – C6-0316/2006 – 2006/0041(COD)

Data ta' l-ewwel qari tal-PE – Numru

5.4.2006

P6_TA(2006)0127

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0116 – C6-0101/2005

Proposta ġdida tal-Kummissjoni

 

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

28.9.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT
28.9.2006

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Hannu Takkula
20.9.2006

 

Rapporteur(s)

 

 

Eżami fil-kumitat

9.10.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

10.10.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:
–:

0:

22

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia I Cutchet, Christopher Beazley, Ivo Belet, Guy Bono, Marie-Hélène Descamps, Věra Flasarová, Hanna Foltyn-Kubicka, Vasco Graça Moura, Lissy Gröner, Ruth Hieronymi, Bernat Joan i Marí, Manolis Mavrommatis, Ljudmila Novak, Doris Pack, Zdzisław Zbigniew Podkański, Christa Prets, Pál Schmitt, Nikolaos Sifunakis, Hannu Takkula, Henri Weber, Thomas Wise, Tomáš Zatloukal

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Reino Paasilinna

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-ressiq

11.10.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...