RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
13.10.2006 - (COM(2005)0230 – C6‑0301/2005 – 2005/0103(CNS)) - *
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Carlos Coelho
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)
(COM(2005)0230 – C6‑0301/2005 – 2005/0103(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0230)[1],
– wara li kkunsidra Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra Artikolu 39(1) tat-Trattat KE, li bis-saħħa tiegħu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0301/2005),
– wara li kkunsidra l-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, skond liema il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0353/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex konsegwentement tibdel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment il-proposta tal-Kummissjoni;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.
ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL DWAR L-ISTABBILIMENT, IT-TĦADDIM U L-UŻU TAS-SISTEMA TA' INFORMAZZJONI TA' SCHENGEN TAT-TIENI ĠENERAZZJONI (SIS II)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 30(1)(a) u (b), l-Artikoli 31 (1)(a) u (b) u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],
Billi:
(1) Is-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (minn hawn ’il quddiem imsejħa “SIS 1+”) stabbilita skond id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta' verifiki fil-fruntieri komuni tagħhom[4] (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Schengen”), tikkostitwixxi għodda essenzjali għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen kif inhu integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea.
(2) L-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-SIS (minn hawn ’il quddiem imsejħa “SIS II”) ġie fdat lill-Kummissjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2424/2001[5] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/886/JHA[6] tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II). Is-SIS II ser tissostitwixxi s-SIS kif stabbilita mill-Konvenzjoni ta’ Schengen.
(3) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-bażi leġislattiva meħtieġa biex is-SIS II tiġi regolata dwar materji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-“Trattat UE”). Ir-Regolament (KE) Nru 2006/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-SIS II[7] jikkostitwixxi l-bażi leġislattiva meħtieġa biex is-SIS II tiġi regolata dwar materji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-“Trattat KE”).
(4) Il-fatt li l-bażi leġislattiva meħtieġa biex is-SIS II tiġi regolata tikkonsisti minn strumenti separati ma jaffettwax il-prinċipju li s-SIS II tikkostitwixxi sistema waħda unika ta’ informazzjoni li għandha taħdem b’dan il-mod. Ċerti dispożizzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti għandhom għalhekk ikunu identiċi.
(5) Is-SIS II għandha tikkostitwixxi miżura kumpensatorja li tikkontribwixxi biex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà f’żona (...) ta' libertà, sigurtà u ġustizzja billi tappoġġa l-kooperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji f'materji kriminali
(6) Huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-objettivi tas-SIS II u li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħaddim, l-użu u r-responsabbiltajiet tagħha, inklużi l-arkitettura teknika u l-iffinanzjar tagħha, il-kategoriji tad-data li għandhom jiġu mdaħħla fis-sistema, il-finijiet għaliex dawn għandhom jiġu mdaħħla, il-kriterji biex jiġu mdaħħla, l-awtoritajiet awtorizzati li jkollhom aċċess għaliha, ir-rabta reċiproka bejn allerti u aktar regoli dwar l-ipproċessar ta' data u l-protezzjoni ta' data personali.
(7) In-nefqa involuta fit-tħaddim tas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni għandha titħallas mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.
(8) Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit manwal li jistipula r-regoli dettaljati għall-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari dwar l-azzjoni meħtieġa mill-allert. L-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru għandhom jiżguraw l-iskambju ta’ din l-informazzjoni.
(9) Għal perijodu transitorju, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mit-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali u ta' partijiet mill-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni. Madankollu, sabiex tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel bejn is-SIS 1+ u s-SIS II, hija tista' tiddelega r-responsabbiltajiet kollha jew uħud minnhom lil żewġ korpi nazzjonali tas-settur pubbliku. Fil-perijodu ta' żmien fit-tul, u wara valutazzjoni ta' l-impatt, li fiha analiżi sostantiva ta' alternattivi minn perspettiva finanzjarja, operattiva u organizzattiva, u proposti leġislattivi mill-Kummissjoni, għandha tiġi stabbilita Awtorità ta' Tmexxija permanenti li għandha tkun responsabbli minn dawn il-kompiti. Il-perijodu ta' transizzjoni m'għandux idum għal aktar minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
(10) Is-SIS II għandu jkun fiha allerti dwar persuni li huma mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' konsenja u li huma mfittxija għall-arrest għal finijiet ta' estradizzjoni. Minbarra allerti, huwa xieraq li jiġi previst l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari li huwa meħtieġ għall-proċeduri ta' konsenja u estradizzjoni. B’mod partikolari, id-data msemmija fl-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri[8] għandha tiġi pproċessata fis-SIS II.
(11) Għandu jkun possibbli li tiżdied mas-SIS II traduzzjoni tad-data addizzjonali mdaħħla għall-fini ta' konsenja taħt il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u għall-fini ta’ estradizzjoni.
(12) Is-SIS II għandu jkun fiha allerti dwar persuni nieqsa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tagħhom jew il-prevenzjoni ta' theddid, allerti dwar persuni mfittxija għal proċedura ġudizzjarja, allerti dwar persuni u oġġetti għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi u allerti dwar oġġetti għall-qbid jew għall-użu bħala prova fi proċedimenti kriminali.
(13) L-allerti ma għandhomx jinżammu fis-SIS II għal aktar żmien minn dak meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet li għalihom ikunu ngħataw. Bħala prinċipju ġenerali, allerti dwar persuni għandhom awtomatikament jiġu mħassra mis-SIS II wara perijodu ta' tliet snin. Allerti dwar oġġetti mdaħħla għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi għandhom awtomatikament jiġu mħassra mis-SIS II wara perijodu ta’ ħames snin. Allerti dwar oġġetti għall-qbid jew għall-użu bħala evidenza fi proċeduri kriminali għandhom awtomatikament jiġu mħassra mis-SIS II wara perijodu ta' għaxar snin. Id-deċiżjonijiet li jinżammu allerti dwar persuni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni individwali komprensiva. L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-allerti dwar persuni fiż-żmiem il-perijodu ta' reviżjoni u jżommu statistiċi dwar in-numru ta' allerti dwar persuni li l-perijodu ta' konservazzjoni tagħhom ġie estiż.
(14) (...)
(15) Is-SIS II għandha tippermetti li tiġi pproċessata data bijometrika sabiex tassisti fl-identifikazzjoni affidabbli ta’ l-individwi kkonċernati. Fl-istess kuntest, is-SIS II għandha wkoll tippermetti l-ipproċessar ta' data ta’ individwi li l-identità tagħhom intużat b’mod żbaljat sabiex jiġu evitati l-inkonvenjenzi kkaġunati mill-identifikazzjoni żbaljata tagħhom, soġġetti għal salvagwardji xierqa, b’mod partikolari l-kunsens ta’ l-individwu kkonċernat u limitazzjoni stretta tal-finijiet li għalihom tali data tista’ tiġi pproċessata skond il-liġi.
(16) Għandu jkun possibbli għal Stat Membru li jżid indikazzjoni, imsejħa marka, ma’ allert, li tindika li l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi ta' l-allert m'hijiex ser tittieħed fit-territorju tiegħu. Meta jinħarġu allerti għall-arrest għal finijiet ta' konsenja, xejn f'din id-Deċiżjoni ma għandu jiġi interpretat li qed jidderoga minn jew jipprevjeni l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imniżżlin fid-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA. (...) Id-deċiżjoni li tiżdied marka ma' allert għandha (...) tkun ibbażata biss fuq ir-raġunijiet għal rifjut li jinsabu f’dik id-Deċiżjoni Kwadru.
(16A) Meta marka tkun żdiedet skond l-Artikolu 14 Ċ(2) u jsir magħruf il-post fejn tinsab il-persuna mfittxija għal arrest għal konsenja, il-post li fih tinsab għandu dejjem jiġi kkomunikat lill-awtorità ġudizzjarja emittenti, li tista' tiddeċiedi li tittrasmetti Mandat ta' Arrest Ewropew lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA.
(17) Is-SIS II għandha toffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li jistabbilixxu rabtiet bejn allerti. L-istabbiliment ta' rabtiet minn Stat Membru bejn żewġ allerti jew aktar m’għandux ikollu impatt fuq l-azzjoni li għandha tittieħed, il-perijodu ta' konservazzjoni jew id-drittijiet għal aċċess għall-allerti.
(18) Data pproċessata fis-SIS II b’applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni m’għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali. Madankollu, huwa xieraq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Interpol bil-promozzjoni ta' skambju effiċjenti ta' data tal-passaport. Meta data personali tiġi trasferita mis-SIS II għall-Interpol, din id-data personali għandha tiġi soġġetta għal livell ta' protezzjoni (...) adegwat, iggarantit bi ftehim, li jipprovdi salvagwardji u kondizzjonijiet stretti.
(19) L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar awtomatiku ta' data personali. L-Artikolu 9 ta’ dik il-Konvenzjoni jippermetti eċċezzjonijiet u restrizzjonijiet għad-drittijiet u l-obbligi li tipprevedi, f'ċerti limiti. Id-data personali pproċessata fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi protetta skond il-prinċipji ta’ dik il-Konvenzjoni. Il-prinċipji stipulati fil-Konvenzjoni għandhom jiġu supplimentati jew iċċarati f’din id-Deċiżjoni fejn meħtieġ.
(20) Il-prinċipji li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tal-Kumitat ta' Ministri tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tas-17 ta’ Settembru 1987 li tirregola l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija għandhom jitqiesu meta data personali tiġi pproċessata mill-awtoritajiet tal-pulizija fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
(20A) Il-Kummissjoni ppreżentat proposta lill-Kunsill għal Deċiżjoni Kwadru dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali, li f'konformità magħha għandha tiġi approvata sa l-aħħar ta' l-2006 u applikata għad-data personali li hija pproċessata fil-qafas tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u l-iskambju relatat ta' informazzjoni supplimentari skond din id-Deċiżjoni;
(21) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data[9] u b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 22 tiegħu fir-rigward tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta' l-ipproċessar japplika għall-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet jew il-korpi Komunitarji meta jkunu qed iwettqu l-kompiti tagħhom bħala responsabbli mit-tmexxija operattiva tas-SIS II fit-twettiq ta' l-attivitajiet kollha jew parti minnhom li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. Parti mill-ipproċessar ta' data personali fis-SIS II jaqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Komunitarja. Applikazzjoni konsistenti u omoġenja tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali teħtieġ kjarifika li, meta l-Kummissjoni tkun qed tipproċessa data personali fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 huwa applikabbli għaliha. Il-prinċipji stipulati fir- (...) Regolament (KE) Nru 2001/45 għandhom jiġu supplimentati jew iċċarati f'din id-Deċiżjoni fejn meħtieġ.
(21A) Safejn jikkonċerna l-kunfidenzjalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg ta' impjegati oħrajn tal-Komunitajiet Ewropej għandhom japplikaw għal uffiċjali jew impjegati oħrajn tal- Komunitajiet Ewropej li jkunu impjegati u qed jaħdmu f'konnessjoni mas-SIS II.
(22) Huwa xieraq li Awtoritajiet Nazzjonali (...) ta' Kontroll għandhom jimmonitorjaw il-legalità ta' l- ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri, filwaqt li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, maħtur bid-Deċiżjoni 2004/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 li taħtar il-korp ta' kontroll indipendenti previst fl-Artikolu 286 tat-Trattat tal- KE[10], għandu jimmonitorja l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji fir-rigward ta' l- ipproċessar ta' data personali b'kont meħud tal-kompiti limitati ta' l-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji fir-rigward tad-data nnifisha.
(23) Ir-responsabbiltà tal-Komunità li tirriżulta minn kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni mill-istituzzjonijiet jew il-korpi Komunitarji hija rregolata mit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 tat-Trattat KE.
(23A) Kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jelaboraw pjan ta' sigurtà sabiex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni konkreta ta' obbligi ta' sigurtà u għandhom jikkooperaw ma' xulxin sabiex jindirizzaw kwistjonijiet ta' sigurtà minn perspettiva komuni.
(24) Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija[11] (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ l-Europol”) dwar il- protezzjoni tad-data japplikaw għall-ipproċessar tad-data tas-SIS II mill-Europol, inklużi s-setgħat tal-Korp Konġunt ta' Kontroll, stabbilit taħt l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta’ l-Europol, biex jimmonitorja l-attivitajiet ta’ l-Europol u r-responsabbiltà għal kwalunkwe pproċessar illegali tad- data personali mill-Europol.
(25) Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA tat-28 ta’ Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-ħsieb li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità gravi [12]dwar il- protezzjoni tad-data japplikaw għall-ipproċessar tad-data tas-SIS II mill-Eurojust, inklużi s-setgħat tal-Korp Konġunt ta' Kontroll, stabbilit taħt l-Artikolu 23 ta’ dik id-Deċiżjoni, biex jimmonitorja l-attivitajiet ta’ l-Eurojust u r-responsabbiltà għal kwalunkwe pproċessar illegali tad-data personali mill-Eurojust.
(26) Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, kull sentejn għandu jsir rapport mill-Awtorità ta' Tmexxija dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluża s-sigurtà tagħha, u dwar l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari. Il-Kummissjoni għandha toħroġ valutazzjoni ġenerali kull erba’ snin.
(27) Ċerti aspetti tas-SIS II bħal ma huma regoli tekniċi dwar id-dħul, inkluża data meħtieġa għad-dħul ta' allert, aġġornament, tħassir u tfittix, regoli dwar il-kompatibbiltà u l-prijorità ta' allerti, iż-żieda ta' marki, rabtiet bejn allerti u skambju ta' informazzjoni supplementari ma jistgħux jiġu koperti b'mod eżawrjenti mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni minħabba n-natura teknika tagħhom, il-livell ta' dettall u l-ħtieġa għal aġġornament regolari. (...) Setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta' dawk l-aspetti għandhom għalhekk jiġu ddelegati lill-Kummissjoni. Regoli tekniċi dwar allerti ta' tfittix għandhom jieħdu kont tat-tħaddim bla xkiel ta' applikazzjonijiet nazzjonali. Soġġett għal valutazzjoni ta' impatt mill-Kummissjoni, ser jiġi deċiż safejn il-miżuri implimentattivi jistgħu jkunu responsabbiltà ta' l-Awtorità ta' Tmexxija permanenti, malli din tiġi stabbilita.
(28) Din id-Deċiżjoni għandha tiddefinixxi l-proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha. Il-proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri implimentattivi taħt din id-Deċiżjoni u r-Regolament (KE) Nru XX/2006 għandhom ikunu l-istess.
(29) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji fir-rigward ta' allerti maħruġa fis-SIS 1+ (...) li ser jiġu trasferiti għas-SIS II (...). Xi dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen għandhom jibqgħu japplikaw għal perijodu ta' żmien limitat sakemm l-Istati Membri jkunu eżaminaw il-kompatibbiltà ta’ dawk l-allerti mal-qafas legali l-ġdid. Il-kompatibbiltà ta' allerti dwar persuni għandha tiġi eżaminata bħala materja ta' prijorità. Barra minn hekk, kwalunkwe modifika, żieda, korrezzjoni jew aġġornament ta' allert trasferit mis-SIS 1+ għas-SIS II, kif ukoll kwalunkwe ħjiel ta' tali allert għandu jagħti bidu għal eżami immedjat tal-kompatibbiltà tiegħu mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.
(30) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċjali rigward il-kumplament tal-baġit provdut għall-operazzjonijiet tas-SIS li m'humiex parti mill-baġit ta’ l-Unjoni Ewropea.
(31) Peress li l-objettivi ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri l-istabbiliment u r-regolamentazzjoni ta' sistema konġunta ta’ informazzjoni, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista’ jadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE u msemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat UE. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi.
(32) Din id-Deċiżjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.
(33) Ir-Renju Unit qiegħed jieħu sehem f'din id-Deċiżjoni, skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat UE u għat-Trattat KE, u l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000, rigward it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jieħdu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen[13].
(34) L-Irlanda qed tieħu sehem f’din id-Deċiżjoni skond l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat UE u għat-Trattat KE, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba ta’ l-Irlanda li tieħu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen [14].
(35) Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għall-parteċipazzjoni parzjali tar-Renju Unit u ta’ l-Irlanda fl-acquis ta’ Schengen, kif definita fid-Deċiżjoni 2000/365/KE u 2002/192/KE, rispettivament.
(36) Fir-rigward ta’ l-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim[15].
(36A) Għandu jsir arranġament biex jippermetti lil rappreżentanti ta' l-Islanda u n-Norveġja jkunu assoċjati mal-ħidma ta' kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi tagħha. Tali arranġament ġie kkontemplat fl-Iskambji ta’ Ittri bejn il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja rigward kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi tagħha[16], annessi għall-Ftehim imsemmi hawn fuq.
(37) Fir-rigward ta' l-Isvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fi ħdan it-tifsira tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen, li jaqa' taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien ma’ l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni tal-Kunsill 2004/849/KE dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċertu dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim[17].
(37A) Għandu jsir arranġament biex jippermetti lil rappreżentanti ta' l-Isvizzera jkunu assoċjati mal-ħidma ta' kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi tagħha. Tali arranġament ġie kkontemplat fl-Iskambju ta’ Ittri bejn il-Komunità u l-Isvizzera, anness għall-Ftehim imsemmi hawn fuq.
(38) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa relatat miegħu b’xi mod ieħor fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(2) ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.
(39) Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Istati kkonċernati bil-Premessi 33, 34, 37 u 38 f'dati ddeterminati skond il-proċeduri stipulati fl-istrumenti rilevanti rigward l-applikazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen għal dawk l-Istati.
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
· Artikolu 1
· Stabbiliment u objettiv ġenerali tas-SIS II
1. Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa s-"SIS II") hija stabbilita b'dan.
2. Il-fini tas-SIS II għandu jkun, f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà f'żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, (...) inkluża ż-żamma ta' sigurtà pubblika u ta' politika pubblika u s-salvagwardja tas-sigurtà (...) fit-territorji ta' l-Istati Membri, u li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "it-Trattat KE") fir-rigward tal-moviment ta' persuni fit-territorji tagħhom, bl-użu ta' l-informazzjoni kkomunikata permezz ta' din is-sistema.
·
· Artikolu 2
· Kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni tiddefinixxi l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-ipproċessar ta’ allerti dwar persuni u oġġetti fis-SIS II u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari u ta' data addizzjonali għall-fini ta' kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali.
2. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet b'mod partikolari dwar l-arkitettura teknika tas-SIS II, ir-responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri u ta' l-Awtorità ta' Tmexxija msemmijin fl-Artikolu 12, l-ipproċessar ġenerali tad-data, id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u r-responsabbiltà.
· Artikolu 3
· Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “allert” tfisser sett ta’ data mdaħħla fis-SIS II li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw persuna jew oġġett fid-dawl ta' azzjoni speċifika li għandha tittieħed;
(b) "informazzjoni supplementari" tfisser l-informazzjoni mhux maħżuna fis-SIS II, iżda konnessa ma' allerti tas-SIS II, li għandha tiġi skambjata:
– sabiex tippermetti lill-Istati Membri jikkonsultaw jew jinfurmaw lil xulxin waqt li jdaħħlu allert;
– wara riżultat pożittiv għal tfittxija sabiex tkun tista' tittieħed l-azzjoni xierqa;
– meta l-azzjoni meħtieġa ma tkunx tista' tittieħed;
– meta tkun qed tiġi trattata l-kwalità tad-data tas-SIS II;
– meta tkun qed tiġi trattata l-kompatibbiltà u l-prijorità ta' l-allerti;
– meta jkun qed jiġi trattat l-eżerċizzju tad-dritt għal aċċess;
(c) "data addizzjonali" tfisser id-data maħżuna fis-SIS II u konnessa ma' allerti tas-SIS II li għandha ssir disponibbli minnufih lill-awtoritajiet kompetenti fejn persuni li dwarhom tkun iddaħħlet data fis-SIS II jinstabu bħala riżultat ta' tfittxijiet li jsiru hemmhekk;
(d) "data personali" għandha tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli ("suġġett tad-data"); persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament;
(e) "proċessar ta’ data personali" ("proċessar") għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet imwettqa fuq data personali, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħall-ġbir, ir-reġistrar, l-organizzazzjoni, il-ħażna, l-adattament jew l-alterazzjoni, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar permezz ta’ trasmissjoni, id-disseminazzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’mod ieħor, l-allinjament jew il-kombinazzjoni, l-imblukkar, it-tħassir jew il-qerda;
· (...)
2a Kwalunkwe referenza f'din id-Deċiżjoni għal dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri għandha tinftiehem bħala li tinkludi d-dispożizzjonijiet korrispondenti ta' Ftehim konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u stati terzi abbażi ta' l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għall-fini tal-konsenja ta' persuni abbażi ta' mandat ta' arrest li jipprevedu għat-trasmissjoni ta' tali mandat ta' arrest permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen.
Artikolu 4
· Arkitettura teknika u modi kif titħaddem is-SIS II
1. Is-SIS II hija magħmula minn:
(aa) sistema ċentrali (minn hawn 'il quddiem imsejħa "is-SIS II Ċentrali") magħmula minn:
– funzjoni ta' appoġġ tekniku (minn hawn 'il quddiem imsejħa "CS-SIS") li jkun fiha d-database (...) tas-SIS II;
– interface nazzjonali uniformi (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "NI-SIS");
(a) taqsima nazzjonali (minn hawn 'il quddiem imsejħa "N.SIS II") f'kull wieħed mill- Istati Membri, li tikkonsisti fis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS II Ċentrali. N.SIS II jista' jkun fiha fajl ta' data (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "kopja nazzjonali"), li jkun fih kopja sħiħa jew parzjali tad-database tas-SIS II;
(f) (tmexxa għal (aa))
(g) infrastruttura tal-komunikazzjoni bejn is-CS-SIS u l-NI-SIS (minn hawn 'il quddiem imsejħa "Infrastruttura tal-Komunikazzjoni") li tipprovdi netwerk virtwali kripotografiku ddedikat għad-data tas-SIS II u l-iskambju ta' data bejn l-Uffiċċji SIRENE kif imsemmi fl-Artikolu 7(2).
2. Id-data tas-SIS II għandha tiddaħħal, tiġi aġġornata, imħassra u mfittxija permezz ta' l- N.SIS II. Għandha tkun disponibbli kopja nazzjonali bil-fini li jitwettqu tfittxijiet awtomatiċi fit-territorju ta' kull wieħed mill-Istati Membri li jużaw tali kopja. M'għandux ikun possibbli li jsir tfittix fil-fajls ta' data ta' l-N.SIS II ta' Stati Membri oħrajn.
2. Is-CS-SIS prinċipali, li twettaq superviżjoni u amministrazzjoni teknika, tinsab fi Strasburgu (Franza) u CS-SIS ta' riżerva (backup), kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tas-CS-SIS prinċipali f'każ ta' ħsara f'din is-sistema, tinsab f'Sankt Johann f'Pongau (l-Awstrija).
3. Is-CS-SIS ser tipprovdi s-servizzi meħtieġa għall-aġġornament ta', u t-tfittxijiet fid-database (...) tas-SIS II. Għall-Istati Membri li jużaw kopja nazzjonali s-CS-SIS ser tipprovdi:
– l-aġġornament on-line tal-kopji nazzjonali;
– is-sinkronizzazzjoni u l-koerenza bejn il-kopji nazzjonali u d-database (...) tas-SIS II;
– it-tħaddim għall-inizjalizzazzjoni u r-restawrazzjoni tal-kopji nazzjonali.
·
· Artikolu 5
· Spejjeż
1. L-ispejjeż ta' l-istabbiliment, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-SIS II Ċentrali u l- Infrastruttura tal-Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ta' l-Unjoni Ewropea.
2. Dawn l-ispejjeż ser jinkludu l-ħidma magħmula fir-rigward tas-CS-SIS li tiżgura l-forniment tas-servizzi msemmijin fl-Artikolu 4(4).
3. L-ispejjeż għall-istabbiliment, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta’ kull N.SIS II għandhom jitħallsu mill-Istat Membru konċernat.
4. (...)
KAPITOLU II
Responsabbiltajiet ta’ l-Istati Membri
·
· Artikolu 6
· Sistemi Nazzjonali
Kull Stat Membru (...) għandu jkun responsabbli għal:
(a) l-istabbiliment, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' l-N.SIS II tiegħu;
(b) il-kollegament ta' l-N.SIS II tiegħu ma' l-NI-SIS.
·
· Artikolu 7
· Uffiċċju N.SIS II u Uffiċċju SIRENE
1. (a) Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità (minn hawn 'il quddiem imsejħa "Uffiċċju N.SIS II"), li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-N.SIS II tiegħu;
(b) L-awtorità msemmija għandha tkun responsabbli għat-tħaddim bla xkiel ta' l-N.SIS II, għandha tiżgura l-aċċess ta' l-awtoritajiet kompetenti għas-SIS II u għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id- Deċiżjoni.
(ċ) Kull Stat Membru għandu jittrasmetti l-allerti tiegħu permezz ta' l-Uffiċċju N.SIS II.
2. (a) Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha tiżgura l-iskambju ta’ l- informazzjoni supplimentari kollha (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Uffiċċju SIRENE”) skond id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 8;
(b) Dan l-Uffiċċju għandu jikkoordina wkoll il-verifika tal-kwalità ta' l-informazzjoni li tiddaħħal fis-SIS II (...).
(c) Għal dawk il-finijiet huwa għandu jkollu aċċess għad-data pproċessata fis-SIS II.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12 dwar l-uffiċċju N.SIS II tagħhom u dwar l-Uffiċċju SIRENE tagħhom. L-Awtorità ta' Tmexxija (...) għandha tippubblika l-lista tagħhom flimkien mal-lista msemmija fl-Artikolu 40(7).
· Artikolu 8
· Skambju ta’ informazzjoni supplimentari
1. Informazzjoni supplimentari għandha tiġi skambjata skond id-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE u bl-użu ta' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
2. Tali informazzjoni għandha tintuża biss għall-fini li għalih intbagħtet.
3. F'każ li l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni ma tkunx disponibbli, l-Istati Membri jistgħu jużaw mezzi tekniċi oħrajn protetti b'mod adegwat għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.
3aa Talbiet għal informazzjoni supplimentari magħmula minn Stati Membri oħrajn għandhom jiġu mwieġba malajr kemm jista' jkun.
3a Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-iskambju ta' informazzjoni supplimentari skond il-proċedura definita fl-Artikolu 61 fl-għamla ta' manwal imsejjaħ il-"Manwal SIRENE", mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12.
· Artikolu 9
· Konformità teknika
1. Sabiex tiġi żgurata t-trasmissjoni rapida u effettiva ta' data, kull Stat Membru għandu josserva, meta jkun qed jistabbilixxi l-N.SIS II tiegħu, il-protokolli u l-proċeduri tekniċi stabbiliti sabiex jiżgura l-kompatibbiltà tas-CS-SIS ma' l-N-SIS II. Dawn il-protokolli u l- proċeduri tekniċi għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 61, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12.
2. Jekk Stat Membru juża kopja nazzjonali huwa għandu jiżgura, permezz tas-servizzi provduti mis-CS-SIS (...) li d-data maħżuna fil-kopja nazzjonali tkun, permezz ta' l-aġġornamenti awtomatiċi msemmija fl-Artikolu 4(4), identika u konsistenti mad-database tas-SIS II, u (...) li tfittxija fil-kopja nazzjonali tiegħu tipprovdi riżultat ekwivalenti bħal tfittxija fid-database tas-SIS II.
·
– Artikolu 10
- Sigurtà (...)
1. Kull Stat Membru għandu, fir-rigward ta' l-N.SIS II tiegħu, jadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' pjan ta' sigurtà, sabiex:
(aa) fiżikament jipproteġi d-data inkluż billi jsiru pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;
(a) jiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll ta' l-aċċess għall-faċilitajiet);
(b) jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati ta' medja tad-data (kontroll tal-medja tad-data);
(c) jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);
(d) jimpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll ta' l-utent);
(e) jiżgura li persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' pproċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom u b'identitajiet ta' l-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss (kontroll ta' l-aċċess għad-data);
(ea) jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt għal aċċess għas-SIS II jew tal-faċilitajiet ta' proċessar ta' data joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li jkunu awtorizzati li jaċċessaw, idaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu d-data u jagħmlu dawn il-profili disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll mingħajr dewmien fuq talba tagħhom (profili tal-persunal)
(f) jiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat id-data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);
(g) jiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi verifikat u stabbilit liema data personali tkun iddaħħlet f'sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data, meta, minn min u għal liema fini ddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);
(h) jimpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali waqt trasferimenti ta’ data personali, b'mod partikolari b'teknika kriptografika adatta (kontroll tat-trasport).
(ha) jimmonitorja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmijin f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex tiżgura l-konformità ma' din id-Deċiżjoni (...) (awto-verifika).
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwilvalenti għal dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà dwar l-iskambju ta' l-informazzjoni supplimentari.
3. (...)
4. (...)
· Artikolu 10 A
Kunfidenzjalità
Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu ta' segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità lill-persuni u l-korpi kollha li meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS II u bl-informazzjoni supplimentari, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu. Dan l-obbligu għandu jgħodd ukoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem ta’ l-attivitajiet ta’ dawk il-korpi.
· Artikolu 11
Żamma ta’ reġistri f'livell nazzjonali
4. (a) L-Istati Membri li m'humiex jużaw il-kopji nazzjonali għandhom jiżguraw li kull aċċess għal u kull skambju ta' data personali mas-CS-SIS jiġu rreġistrati fl-N.SIS II għall-finijiet ta' verifika jekk it-tfittxija tkunx ammissibbli jew le, għall-fini ta' monitoraġġ tal-legalità ta' l-ipproċessar tad-data, għall-awto-monitoraġġ, waqt li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb ta' l-N.SIS II, l-integrità u s-sigurtà tad-data.
(b) L-Istati Membri li jkunu qed jużaw kopji nazzjonali għandhom jiżguraw li kull aċċess għal u kull skambju tad-data tas-SIS II jiġu rreġistrati għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1(a), bl-eċċezzjoni ta' skambji kkollegati mas-servizzi msemmija fl-Artikolu 4(4).
1a (tmexxa għal 1(b))
2. Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, l-istorja ta' l-allerti, id-data u l-ħin tad-data mibgħuta, id-data użata biex issir tfittxija, ir-referenza għad-data mibgħuta u l-isem ta’ l-awtorità kompetenti kif ukoll tal-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
3. Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-fini speċifikat fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru wara perijodu ta' mhux inqas minn sena u mhux iktar minn tliet snin wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja ta' l-allerti għandhom jitħassru wara perijodu ta' bejn sena u tliet snin wara li jitħassru l-allerti.
4. Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodu itwal jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.
4a L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli milli jivverifikaw jekk it-tfittxija hix ammissibbli jew le, għall-fini ta' monitoraġġ tal-legalità ta' l-ipproċessar tad-data, għall-awto-monitoraġġ, waqt li jkun żgurat il-funzjonament tajjeb ta' l-N.SIS II, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba, għal dawn ir-reġistri biex jiżguraw li huma jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom.
Artikolu 11 A
Awto-monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għal aċċess għad-data tas-SIS II għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' din id-Deċiżjoni u għandha tikkoopera, fejn meħtieġ, ma' l-Awtorità Nazzjonali ta' Kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 53.
· Artikolu 11 B
Taħriġ tal-persunal
Qabel ma jkun awtorizzat biex jipproċessa data maħżuna fis-SIS II, il-persunal ta' l-awtoritajiet bi dritt ta' aċċess għas-SIS II għandu jirċievi taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data u r-regoli tal-protezzjoni tad-data u għandu jiġi mgħarraf dwar kwalunkwe reat kriminali u penali rilevanti.
Kapitolu III
Responsabbiltajiet ta' l-Awtorità ta' Tmexxija
·
· Artikolu 12
Tmexxija operattiva
1. Awtorità ta' Tmexxija, li għandha tkun iffinanzjata mill-baġit ta' l-Unjoni Ewropea, għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali. Hi għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin relatati ma' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni:
(a) kontroll;
(b) sigurtà;
(c) il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħrajn kollha relatati ma' l- nfrastruttura tal-Komunikazzjoni, b'mod partikolari:
(a) ti ta' implimentazzjoni tal-baġit;
(b) ist u tiġdid;
(c) tjonijiet kuntrattwali.
3. Matul perijodu transitorju qabel ma l-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fil-paragrafu 1 tibda bil-ħidma tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas- SIS II Ċentrali. Il-Kummissjoni tista' tafda l-eżerċizzju ta' din it-tmexxija kif ukoll ta' kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[18], lil korpi nazzjonali tas-settur pubbliku, f'żewġ pajjiżi differenti.
3aa Kull korp nazzjonali tas-settur pubbliku, kif imsemmi fil-paragrafu 3, għandu jikkonforma b'mod partikolari mal-kriterji ta' selezzjoni li ġejjin:
(a) għandu juri esperjenza fit-tul fit-tħaddim ta' sistema ta' informazzjoni fuq skala kbira bil-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(4);
(b) għandu jkollu kompetenza fit-tul fil-ħtiġiet ta' servizz u ta' sigurtà ta' sistema ta' informazzjoni komparabbli mal-funzjonalitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(4);
(ċ) għandu jkollu persunal biżżejjed u ta' esperjenza bil-ħiliet professjonali u lingwistiċi adatti biex jaħdem f'ambjent ta' kooperazzjoni internazzjonali bħalma hu dak previst fl-Artikolu 4;
(d) għandu jkollu disponibbli infrastruttura ta' faċilità sigura u (...) mibnija apposta, b'mod partikolari kapaċi tappoġġa u tiggarantixxi l-funzjonament kontinwu ta' sistemi ta' l-IT fuq skala kbira; u
(e) għandu jaħdem f'ambjent amministrattiv li jippermettilu jimplimenta l-kompiti tiegħu tajjeb u jevita kwalunkwe konflitt ta' interessi.
3a Il-Kummissjoni għandha qabel kwalunkwe tali delega u wara dan f'intervalli regolari tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet tad-delega, il-kamp ta' applikazzjoni preċiż tad-delega, u l-korpi li lilhom jiġu ddelegati l-kompiti.
3b F'każ li l-Kummissjoni tiddelega r-responsabbiltà tagħha waqt il-perijodu transitorju skond il-paragrafu 3 hija għandha tiżgura li din id-delega tirrispetta bis-sħiħ il-limiti stabbiliti mis-sistema istituzzjonali mniżżla fit-Trattat. Hija għandha tiżgura, b'mod partikolari, li din id-delega ma taffettwax ħażin kwalunkwe mekkaniżmu ta' kontroll effettiv taħt il-liġi ta' l-Unjoni Ewropea, sew jekk hi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti ta' l-Awdituri jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
4. It-tmexxija operattiva tas-SIS II Ċentrali għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex is-SIS II Ċentrali tinżamm tiffunzjona fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa b'mod konformi ma' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari l-ħidma ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa għat-tħaddim mingħajr xkiel tas-sistema.
5. (imħassar)
6. L-Awtorità ta' Tmexxija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri, li għas-SIS II Ċentrali tintuża dejjem l-aqwa teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi ta' kost-benefiċċju.
Artikolu 13
Sigurtà (...)
1. L-Awtorità ta' Tmexxija għandha, fir-rigward tas-SIS II Ċentrali u l-Kummissjoni fir-rigward ta' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, tadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' pjan ta' sigurtà, sabiex:
(aa) fiżikament tipproteġi d-data inkluż billi jsiru pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;
(a) tiċħad l-aċċess lil persuni mhux awtorizzati għal faċilitajiet li jipproċessaw id-data użati għall-ipproċessar ta' data personali (kontroll ta' l-aċċess għall-faċilitajiet);
(b) timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati ta' medja tad-data (kontroll tal-medja tad-data);
(ċ) timpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);
(d) timpedixxi l-użu ta' sistemi awtomatizzati ta' pproċessar ta' data minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll ta' l-utent);
(e) tiżgura li persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta' pproċessar ta' data jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom u b'identitajiet ta' l-utenti individwali u uniċi u modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss (kontroll ta' l-aċċess għad-data);
(ea) toħloq profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet għal persuni li huma awtorizzati jaċċedu d-data jew il-faċilitajiet ta' pproċessar tad-data u tagħmel dawn il-profili disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien fuq talba tiegħu (profili tal-persunal);
(f) tiżgura li jkun possibbli li jiġi verifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat id-data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni);
(fa) tiżgura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data personali ddaħħlet f'sistemi awtomatiċi ta' pproċessar tad-data, meta u minn min iddaħħlet id-data (kontroll tad-dħul);
(g) timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta' data personali waqt trasferimenti ta’ data personali jew waqt trasportazzjoni ta' medja tad-data b'mod partikolari b'tekniki kriptografiċi adatti (kontroll tat-trasport);
(ga) timmonitorja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmijin f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern biex tiżgura l-konformità ma' din id-Deċiżjoni (...) (awto-verifika).
2. L-Awtorità ta' Tmexxija għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil- paragrafu 1 fir-rigward tas-sigurtà (...) fir-rigward ta' l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz ta' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
3. (...)
Artikolu 13 A
Kunfidenzjalità
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Awtorità ta' Tmexxija għandha tapplika regoli adatti ta' segretezza professjonali jew obbligi ekwivalenti oħrajn ta' kunfidenzjalità għall-persunal kollu tagħha meħtieġ li jaħdem b'data tas-SIS II fuq standards komparabbli għal dawk previsti fl-Artikolu 10 A. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem ta' l-attivitajiet tagħhom.
2. L-Awtorità ta' Tmexxija għandha tieħu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward (...) tal-kunfidenzjalità fir-rigward ta' l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari permezz ta' l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
Artikolu 14
Żamma ta’ rekords f'livell ċentrali
1. L-Awtorità ta' Tmexxija għandha tiżgura li kull aċċess għal u l-iskambji kollha ta' data personali fis-CS-SIS jiġu rreġistrati għall-finijiet previsti fl-Artikolu 11(1).
2. Ir-reġistri għandhom juru, b’mod partikolari, l-istorja ta' l-allerti, id-data u l-ħin tad-data mibgħuta, id-data użata biex issir tfittxija, ir-referenza għad-data mibgħuta u l- identifikazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli għall-ipproċessar tad-data.
3. Ir-reġistri jistgħu jintużaw biss għall-finijiet previsti fil-paragrafu 1 u għandhom jitħassru wara perijodu ta' mhux inqas minn sena u mhux iktar minn tliet snin wara li jkunu nħolqu. Ir-reġistri li jinkludu l-istorja ta' l-allerti għandhom jitħassru wara perijodu ta' bejn sena u tliet snin wara li jitħassru l-allerti.
4. Ir-reġistri jistgħu jinżammu għal perijodu itwal jekk ikunu meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.
·
· Artikolu 14 AA
Kampanja ta' Informazzjoni
Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni ma' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll imsemmija fl-Artikolu 53(1a), u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, imsemmi fl-Artikolu 53 A(1), takkumpanja l-bidu tat-tħaddim tas-SIS II b'kampanja ta' informazzjoni biex tgħarraf lill-pubbliku dwar l-objettivi, id-data maħżuna, l-awtoritajiet b'aċċess u d-drittijiet tal-persuni. Wara l-istabbiliment tagħha, l-Awtorità ta' Tmexxija, f'kooperazzjoni ma' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha tirrepeti regolarment tali kampanji. L-Istati Membri għandhom, f'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali ta' kontroll tagħhom, jiżviluppaw u jimplimentaw il-linji politiċi meħtieġa biex jinformaw lill-pubbliku ġenerali tagħhom dwar is-SIS II.
Kapitolu III A
Kategoriji ta' data u Mmarkar
–
Artikolu 14 A
Kategoriji ta' data
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1) jew id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni li jipprevedu għall-ħażna ta' data addizzjonali, is-SIS II għandu jkun fiha biss dawk il- kategoriji ta' data li jingħataw minn kull wieħed mill-Istati Membri, kif meħtieġ għall- finijiet stabbiliti fl-Artikoli 15, 23, 27, 31 u 35.
2. Il-kategoriji ta' data għandhom ikunu kif ġej:
(a) persuni li fir-rigward tagħhom inħareġ allert;
(b) oġġetti msemmija fl-Artikoli 31 u 35.
3. L-informazzjoni dwar il-persuni li għalihom inħareġ allert m'għandhiex tkun aktar minn dan li ġej:
(a) kunjom(ijiet) u isem/ismijiet, isem fit-twelid u ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, jekk jista' jkun imdaħħla separatament;
(b) kwalunkwe karatteristika fiżika speċifika u oġġettiva li ma tinbidilx;
(ċ) post u data tat-twelid;
(d) sess;
(e) ritratti;
(f) marki tas-swaba’;
(g) nazzjonalità(ajiet);
(h) jekk il-persuni kkonċernati humiex armati, vjolenti jew maħruba;
(i) raġuni għall-allert;
(j) l-awtorità li qed toħroġ l-allert;
(k) referenza għad-deċiżjoni li wasslet għall-allert (...);
(l) azzjoni li għandha tittieħed;
(m) kollegament(i) ma’ allerti oħrajn maħruġin fis-SIS II skond l-Artikolu 46;
(n) it-tip ta’ reat.
4. (...)
5. Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u tiġi mfittxija d-data msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 61, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12.
5a Ir-regoli tekniċi meħtieġa għat-tfittxija tad-data msemmija fil-paragrafu 5 għandhom ikunu simili għal tfittxijiet fis-CS-SIS, f'kopji nazzjonali u f'kopji tekniċi, kif imsemmi fl-Artikolu 40(2).
Artikolu 14 AB
Klawsola ta' proporzjonalità
L-Istat Membru li jkun qed joħroġ allert għandu jiddetermina jekk il-każ hux adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed li jistħoqqlu dħul ta' l-allert fis-SIS II.
Artikolu 14 AĊ
Regoli speċifiċi għar-ritratti u l-marki tas-swaba'
Ir-ritratti u l-marki tas-swaba' kif imsemmija fl-Artikolu 14 A(3)(e) u (f) għandhom jintużaw soġġett għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a) Ir-ritratti u l-marki tas-swaba' għandhom jiddaħħlu biss wara verifika speċjali ta' kwalità biex jiġi żgurat li jintlaħaq standard minimu ta' kwalità tad-data. L-ispeċifikazzjoni tal- verifika speċjali tal-kwalità għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 61, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12.
(b) Ir-ritratti u l-marki tas-swaba' għandhom jintużaw biss biex tiġi kkonfermata l-identità ta' persuna li nstabet bħala riżultat ta' tfittxija alfanumerika magħmula fis-SIS II.
(ċ) Hekk kif ikun teknikament possibbli, il-marki tas-swaba' jistgħu jintużaw ukoll biex tiġi identifikata persuna abbażi ta' l-identifikatur bijometriku tagħha. Qabel ma' din il- funzjonalità tiġi implimentata fis-SIS II, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar id-disponibbiltà u l-istat ta' tħejjija tat-teknoloġija meħtieġa, li dwaru għandu jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew.
Artikolu 14 AD
Rekwiżit biex jiddaħħal allert
1. Allert dwar persuni ma jistax jiddaħħal mingħajr id-data msemmija fl-Artikoli 14 A(3)(a), 14 A(3)(d), 14 A(3)(l) kif ukoll, fejn applikabbli, l-Artikolu 14 A(3)(k).
2. Barra minn hekk, meta tkun disponibbli, id-data l-oħra kollha elenkata fl-Artikolu 14 A(3) għandha (...) tiddaħħal.
Artikolu 14 B
Dispożizzjonijiet Ġenerali dwar l-Immarkar
1. Fejn Stat Membru jikkonsidra li l-għoti ta' effett lil allert imdaħħal skond l-Artikolu 15, l-Artikolu 23 jew l-Artikolu 31 huwa inkompatibbli mal-liġi nazzjonali tiegħu, l-obbligi internazzjonali tiegħu jew interessi nazzjonali essenzjali, dan jista' sussegwentement jeħtieġ li tiżdied marka ma' l-allert bir-riżultat li l-azzjoni li għandha tittieħed abbażi ta' l-allert ma tittiħidx fit-territorju tiegħu. Il-marka għandha tinżdied mill-Uffiċċju SIRENE ta' l-Istat Membru li daħħal l-allert.
2. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu li tinżdied marka ma' allert maħruġ skond l-Artikolu 15, l-Istati Membri kollha għandhom jiġu nnotifikati awtomatikament dwar kwalunkwe allert ġdid ta' dik il-kategorija bl-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.
3. (...)
4. Jekk f’każijiet partikolarment urġenti u serji, Stat Membru emittenti jitlob l-esekuzzjoni ta’ l-azzjoni, l-Istat Membru ta' esekuzzjoni għandu jeżamina jekk jistax jippermetti li tiġi rtirata l-marka miżjuda fuq talba tiegħu. Jekk l-Istat Membru li jesegwixxi l-azzjoni jista’ jagħmel dan, hu għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-azzjoni li għandha tittieħed tista’ ssir minnufih.
4a Il-projbizzjoni fuq l-arrest u l-konsenja fit-territorju ta' l-Istat Membru li talab li tiżdied marka għandha tibqa' effettiva sakemm il-marka titħassar.
· Artikolu 14 Ċ
Immarkar relatat ma’ allerti għal finijiet ta' arrest
1. Fejn tapplika d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA[19], marka li tipprevjeni l-arrest għandha tiżdied biss ma' allert għal arrest għal finijiet ta' konsenja fejn l-awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi nazzjonali għall-esekuzzjoni ta' Mandat ta' Arrest Ewropew tkun irrifjutat l-esekuzzjoni tiegħu (...) abbażi ta' raġuni għal non-esekuzzjoni u (...) fejn tkun meħtieġa ż-żieda tal-marka.
2. Madankollu, fuq it-talba ta' awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi nazzjonali, jew abbażi ta' istruzzjoni ġenerali jew f'każ speċifiku, jista' jkun meħtieġ li tiġi miżjuda marka ma' allert għal arrest għall-finijiet ta' konsenja jekk ikun ovvju li l-esekuzzjoni tal-Mandat ta' Arrest Ewropew ser ikollu jiġi rifjutat.
KAPITOLU IV
Allerti fir-rigward ta' persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni
–
Artikolu 15
Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu allerti
1. Data dwar persuni mfittxijin għall-arrest għall-finijiet ta' konsenja abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jew imfittxijin għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni għandha tiddaħħal fuq it-talba ta' l-awtorità ġudizzjarja ta' l-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert.
2. Data dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' konsenja għandha wkoll tiddaħħal abbażi ta' mandati ta' arrest maħruġa skond Ftehim konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u stati terzi abbażi ta' l-Artikoli 24 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għall-fini tal-konsenja ta' persuni abbażi ta' mandat ta' arrest li jipprevedu t-trasmissjoni ta' tali mandat ta' arrest permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen.
–
Artikolu 16
Data addizzjonali dwar persuni mfittxija għal arrest bil-ħsieb ta' konsenja jew ta' estradizzjoni
(...)
–
Artikolu 17
Data addizzjonali dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' konsenja
1. Jekk persuna tkun imfittxija għal arrest għal finijiet ta' konsenja abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew, l-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert għandu jdaħħal fis-SIS II kopja ta' l- oriġinal tal-Mandat ta' Arrest Ewropew.
2. L-Istat Membru li qed joħroġ l-allert jista’ jdaħħal kopja ta' traduzzjoni ta' (...) Mandat ta' Arrest Ewropew f’lingwa uffiċjali waħda oħra jew aktar ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.
(...)
Artikolu 17 A
– Informazzjoni supplimentari dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' konsenja
1. L-Istat Membru li jkun daħħal l-allert fis-SIS II għal arrest għal finijiet ta' konsenja għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari lill-Istati Membri kollha.
(...)
Artikolu 17 B
Informazzjoni supplimentari dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni
1. L-Istat Membru li jkun daħħal l-allert fis-SIS II għal finijiet ta' estradizzjoni għandu jikkomunika d-data li ġejja permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari lill-Istati Membri kollha:
(a) l-awtorità li ħarġet it-talba għal arrest;
(b) jekk hemm mandat ta' arrest jew dokument li għandu l-istess effett legali, jew sentenza inforzabbli;
(ċ) in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat;
(d) deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi fejn seħħ ir-reat, inklużi l-ħin, il-post u l-grad ta' parteċipazzjoni fir-reat mill-persuna li għaliha nħareġ l-allert;
(e) sa fejn hu possibbli, il-konsegwenzi tar-reat;
(f) jew kwalunkwe informazzjoni utli jew meħtieġa oħra għall-esekuzzjoni ta' l-allert.
2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tiġi kkomunikata fejn id-data msemmija fl-Artikoli 17 jew 17 A tkun diġà ġiet ipprovduta u hija kkonsidrata bħala suffiċjenti għall-esekuzzjoni ta' l-allert mill-Istat Membru ta' esekuzzjoni.
– Artikolu 18
Awtoritajiet li għandhom dritt ta’ aċċess għal allerti u data addizzjonali dwar persuni mfittxija għal arrest
(...)
· Artikolu 19
Perijodu ta' konservazzjoni ta' l-allerti u d-data addizzjonali għal arrest
(...)
· Artikolu 20
Konverżjoni ta' allerti dwar persuni mfittxija għal arrest għal finijiet ta' konsenja jew ta' estradizzjoni
Jekk l-arrest ma jkunx jista' jsir jew minħabba (...) li Stat Membru li jkun intalab jirrifjuta skond il-proċeduri dwar l-immarkar stipulati fl-Artikoli 14 B jew 14 Ċ, jew minħabba li, fil-każ ta' allert għal arrest għal finijiet ta' estradizzjoni, ma tkunx tlestiet investigazzjoni, dan l-Istat Membru għandu jqis l-allert bħala wieħed għall-finijiet tal-komunikazzjoni ta' l-inħawi fejn tkun tinsab il-persuna kkonċernata.
· Artikolu 21
Immarkar relatat ma’ allerti għal arrest u konsenja
(...)
· Artikolu 22
Esekuzzjoni ta' azzjoni abbażi ta' allert dwar persuna mfittxija għal arrest bil-ħsieb ta' konsenja jew ta' estradizzjoni
1. (...) Allert imdaħħal fis-SIS II skond l-Artikolu 15 flimkien mad-data addizzjonali msemmija fl-Artikolu 17, għandu jikkostitwixxi u jkollu l-istess effett bħal Mandat ta' Arrest Ewropew maħruġ skond (...) id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA, fejn din id-Deċiżjoni Kwadru tkun tapplika.
5. Fejn ma tapplikax id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA, allert imdaħħal fis-SIS II (...) skond l-Artikolu 15 u 17 B għandu jkollu l-istess forza bħal talba għal arrest proviżorju taħt l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta' Settembru 1957 jew l-Artikolu 15 tat-Trattat tal-Benelux rigward Estradizzjoni u Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali tas-27 ta' Ġunju 1962, kif emendat mill-protokoll tal-11 ta' Mejju 1974.
Kapitolu V
Allerti fuq persuni neqsin (...)
–
Artikolu 23
Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu allerti
1. Data dwar persuni neqsin (...) li (...) jeħtieġ li jitqiegħdu taħt protezzjoni u/jew li l-inħawi fejn jinsabu jeħtieġ li jkunu aċċertati għandha tiddaħħla fis-SIS II fuq talba ta' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membri li joħroġ l-allert.
2. Il-kategoriji li ġejjin ta' persuni nieqsa jistgħu jiddaħħlu:
(a) persuni neqsin li jeħtieġ li jitqiegħdu taħt protezzjoni
(i) għal protezzjoni tagħhom stess;
(ii) għall-prevenzjoni ta' theddid;
(b) persuni neqsin li ma jeħtieġx li jitqiegħdu taħt protezzjoni.
2a Il-paragrafu 2(a) għandu japplika biss għal persuni li għandhom jiġu internati wara deċiżjoni minn awtorità kompetenti.
2b Il-paragrafi 1 u 2a għandhom japplikaw b'mod partikolari għal minuri.
2ċ L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data mdaħħla fis-SIS II tindika f'liema mill-kategoriji msemmijin fil-paragrafu 2 il-persuna nieqsa taqa'.
· Artikolu 24
Awtoritajiet li għandhom dritt għal aċċess għal allerti
(...)
–
Artikolu 25
Perijodu ta' konservazzjoni ta' l-allerti
(...)
–
Artikolu 26
Esekuzzjoni ta' azzjoni bbażata fuq allert
1. Fejn persuni msemmijin fl-Artikolu 23 jinstabu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, soġġett għall-paragrafu 2, jikkomunikaw fejn ikunu qegħdin lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert. Huma jistgħu, fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 23(2)(a) jċaqalqu l- persuni għal post sigur sabiex iwaqqfuhom milli jkomplu l-vjaġġ tagħhom, jekk ikunu awtorizzati jagħmlu hekk mil-liġi nazzjonali.
2. Il-komunikazzjoni, minbarra dik bejn l-awtoritajiet kompetenti, ta' data dwar persuna nieqsa li nstabet u li hi maġġorenni għandha tkun soġġetta għall-kunsens ta' dik il-persuna. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomunikaw il-fatt li l-allert tħassar minħabba li l-persuna nstabet (...) lil persuna interessata li rrapportat il-persuna nieqsa.
Kapitolu VI
Allerti dwar persuni li huma mfittxija sabiex ikunu jistgħu jassistu fi proċedura ġudizzjarja
–
Artikolu 27
Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu allerti
Għall-finijiet li jikkomunikaw il-post ta' residenza jew ta' domiċilju tagħhom l-Istati Membri għandhom, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti, jdaħħlu fis-SIS II data dwar:
- xhieda;
- persuni mħarrka jew persuni mfittxija biex jitħarrku biex jidhru quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji b'konnessjoni ma' proċedimenti kriminali sabiex jagħtu kont ta' atti li jkunu qed jiġu akkużati bihom;
- persuni li jkunu qed jistennew sentenza kriminali jew dokumenti oħrajn b'konnessjoni ma' proċedimenti kriminali biex jagħtu kont ta' atti li jkunu qed jiġu proċessati għalihom;
- persuni li ser jitħarrku biex jidhru sabiex iservu penali li tinvolvi ċaħda tal-libertà.
· Artikolu 28
Awtoritajiet li għandhom dritt għal aċċess għal allerti
(...)
–
Artikolu 29
Perijodu ta' konservazzjoni ta' allerti
(...)
–
Artikolu 30
Esekuzzjoni ta' l-azzjoni bbażata fuq allert
L-informazzjoni mitluba għandha tiġi kkomunikata lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba permezz ta' l-iskambju ta' informazzjoni supplimentari.
Kapitolu VII
Allerti dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi
–
· Artikolu 31
· Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu allerti
1. Data dwar persuni jew vetturi, inġenji tal-baħar u ta’ l-ajru u kontejners għandha tiddaħħal skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru li joħroġ l-allert, għall-finijiet ta’ kontrolli diskreti jew ta’ kontrolli speċifiċi skond l-Artikolu 32(4).
2. Tali allert jista' jinħareġ għall-finijiet ta' prosekuzzjoni ta' reati kriminali u għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika:
(a) fejn ikun hemm indikazzjoni ċara li persuna għandha l-intenzjoni li tikkommetti suwiċidju jew li qed twettaq (...) reat kriminali serju, bħar-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA; jew
(b) fejn valutazzjoni ġenerali ta' persuna, b’mod partikolari abbażi ta’ reati kriminali fl-imgħoddi, tagħti raġuni għaliex wieħed jissoponi li dik il-persuna ser twettaq ukoll reati kriminali (...) gravi fil-futur, bħar-reati msemmijin fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA.
6. Barra minn hekk, jista' jinħareġ allert skond il-liġi nazzjonali, fuq it-talba ta’ l-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà nazzjonali, fejn hemm indikazzjoni konkreta li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1) hija meħtieġa sabiex tipprevjeni theddida serja mill-persuna kkonċernata jew theddid ieħor serju għas-sigurtà nazzjonali interna jew esterna. L-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert skond dan il-paragrafu għandu jkun obbligat jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwaru. Kull Stat Membru għandu jiddetermina lil liema awtoritajiet għandha tiġi trasmessa din l-informazzjoni.
3a Allerti dwar vetturi, inġenji tal-baħar u ta' l-ajru u kontejners jistgħu jinħarġu fejn hemm indikazzjoni ċara li huma marbuta mar-reati kriminali serji msemmijin fil-paragrafu 2 jew it-theddid serju msemmi fil-paragrafu 3.
· Artikolu 32
· Esekuzzjoni ta' l-azzjoni bbażata fuq allert
1. Għall-finijiet ta' kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi, l-informazzjoni kollha li ġejja jew ftit minnha tista' tinġabar u tiġi kkomunikata lill-awtorità li tkun qed toħroġ l-allert meta jitwettqu kontrolli fuq il-fruntiera jew kontrolli oħrajn tal-pulizija u doganali fil-pajjiż:
(a) il-fatt li nstabet il-persuna jew il-vettura, l-inġenju tal-baħar jew ta' l-ajru jew il-kontejner li għaliha nħareġ allert;
(b) il-post, il-ħin jew ir-raġuni għall-kontroll;
(c) ir-rotta u d-destinazzjoni tal-vjaġġ;
(d) il-persuni li jakkumpanjaw lill-persuni kkonċernati jew l-okkupanti tal-vettura, inġenju tal-baħar jew ta' l-ajru li jistgħu jiġu mistennija b'mod raġjonevoli li jiġu assoċjati mal-persuni kkonċernati;
(e) il-vettura, l-inġenju tal-baħar jew ta' l-ajru jew il-kontejner użat;
(f) l-oġġetti li nġarru;
(g) iċ-ċirkostanzi li fihom instabet il-persuna jew il-vettura, l-inġenju tal-baħar jew ta' l-ajru jew il-kontejner.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
3. Għall-ġbir ta’ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l- passi meħtieġa biex ma jqegħdux fil-periklu n-natura diskreta tal-kontroll.
7. Matul il-kontrolli speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 31, persuni, vetturi, inġenji tal-baħar, inġenji ta' l-ajru, kontejners u oġġetti li jinġarru jistgħu jiġu mfitxijin skond il-liġi nazzjonali għall-finijiet imsemmijin f’dak l-Artikolu. Jekk il-liġi ta’ Stat Membru ma tippermettix kontrolli speċifiċi, dawn għandhom awtomatikament jiġu ssostitwiti, f’dak l-Istat Membru, minn kontrolli diskreti.
–
– Artikolu 33
– Awtoritajiet li għandhom dritt għal aċċess għal allerti
(...)
–
– Artikolu 34
– Perijodu ta' konservazzjoni ta' allerti
(...)
Kapitolu VIII
Allerti dwar oġġetti għall-qbid jew għall-użu bħala prova fi proċedimenti kriminali
–
– Artikolu 35
– Objettivi u kondizzjonijiet biex jinħarġu allerti
1. Id-data dwar oġġetti mfittxijin għall-finijiet ta' qbid jew ta' użu bħala prova fi proċedimenti kriminali għandha tiddaħħal fis-SIS II.
2. Għandhom jiddaħħlu l-kategoriji li ġejjin ta’ oġġetti li jintgħarfu mill-ewwel:
(a) vetturi bil-mutur b’kapaċità ċilindrika ta' aktar minn 50cc, inġenji tal-baħar u ta' l-ajru;
(b) trejlers li meta vojta ma jiżnux aktar minn 750 kg, karavans, tagħmir industrijali, magni outboard u kontejners;
(c) armi tan-nar;
(d) formoli vojta ta’ dokumenti uffiċjali li nsterqu, misapproprjati jew mitlufa;
(e) dokumenti ta' identità maħruġin bħal passaporti, karti ta’ l-identità, liċenzji tas-sewqan, permessi ta' residenza u dokumenti ta’ l-ivvjaġġar li nsterqu, misapproprjati, mitlufa jew invalidati;
(f) ċertifikati ta’ reġistrazzjoni u pjanċi tan-numru ta’ vettura li nsterqu, misapproprjati, mitlufa jew invalidati;
(g) karti tal-flus (karti tal-flus irreġistrati);
(h) garanziji u mezzi ta' ħlas bħal ċekkijiet, karti tal-kreditu, titoli, sigurtajiet u azzjonijiet li nsterqu, ġew misapproprjati, mitlufa jew invalidati.
3. Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata, titħassar u tiġi mfittxija d-data msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 61, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12.
·
· Artikolu 36
· Esekuzzjoni ta' l-azzjoni bbażata fuq allert
1. Jekk tfittxija tiżvela allert għal oġġett li nstab, l-awtorità li qabblet iż-żewġ biċċiet ta' data għandha tikkuntattja lill-awtorità li ħarġet l-allert, sabiex jiftiehmu dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Għal dan il-fini, id-data personali tista’ tiġi kkomunikata wkoll skond din id-Deċiżjoni.
2. L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
3. Il-miżuri li għandu jieħu l-Istat Membru li jkun sab l-oġġett għandhom ikunu skond il-liġi nazzjonali tiegħu.
Kapitolu VIII A
Dritt għal aċċess għal u konservazzjoni ta' allerti
–
· Artikolu 37
· Awtoritajiet li għandhom dritt ta’ aċċess għall-allerti
1. Aċċess għal data mdaħħla fis-SIS II skond din id-Deċiżjoni u d-dritt ta' tfittxija ta' tali data direttament jew f'kopja tad-data tas-CS-SIS għandu jkun riżervat esklussivament għall- awtoritajiet responsabbli għal:
(a) kontroll tal-fruntiera, skond ir-Regolament 562/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen);
(b) kontrolli oħrajn doganali u mill-pulizija mwettqa fil-pajjiż, (...) u l-koordinazzjoni ta' tali kontrolli mill-awtoritajiet maħtura jew id-dħul ta' data fis-SIS II.
2. Madankollu, l-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS II u d-dritt li ssir tfittxija diretta f’din id- data jistgħu jiġu eżerċitati wkoll minn awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inter alia, minn dawk responsabbli għall-bidu ta’ prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċedimenti kriminali u inkjesti ġudizzjarji qabel l-akkuża, fil-qadi ta' dmirijiethom, kif stipulat fil-leġislazzjoni nazzjonali, kif ukoll l-awtoritajiet ta' koordinazzjoni tagħhom.
3. (tmexxa għal Artikolu 37 Ċ)
3a L-Awtoritajiet imsemmija f'dan l-Artikolu għandom jiġu inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 40(7).
–
· Artikolu 37 A
· Aċċess għad-data tas-SIS II mill-Europol
1. L-Uffiċċju tal-Pulizija Ewropew (Europol) għandu jkollu fil-mandat tiegħu d-dritt li jkollu aċċess għal, u li jfittex direttament, data mdaħħla fis-SIS II skond l-Artikoli 15,(...), 31 u 35.
2. (tmexxa għal Artikolu 37 Ċ)
3. Fejn tfittxija mill-Europol tiżvela l-eżistenza ta’ allert fis-SIS II, l-Europol għandha tinforma, permezz tal-mezzi definiti mill-Konvenzjoni ta' l-Europol, lill-Istat Membru li jkun ħareġ dan l-allert.
4. L-użu ta’ informazzjoni miksuba minn tfittxija fis-SIS II huwa soġġett għall-kunsens ta’ l- Istat Membru kkonċernat. Jekk l-Istat Membru jagħti l-permess għall-użu ta’ tali informazzjoni, l-immaniġġar tagħha għandu jkun irregolat mill-Konvenzjoni ta' l-Europol. L-Europol tista’ tikkomunika biss tali informazzjoni lil Stati u korpi terzi bil-kunsens ta’ l- Istat Membru kkonċernat.
8. L-Europol jista’ jitlob aktar informazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Konvenzjoni ta' l-Europol.
9. L-Europol:
(a) għandu jirreġistra kull aċċess u tfittxija magħmula minnu, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11;
(b) bla preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5, ma għandux jikkollega partijiet tas-SIS II u lanqas jittrasferixxi d-data li hemm fiha, li għaliha għandu aċċess, fi kwalunkwe sistema oħra ta’ kompjuter għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data mħaddma mill-Europol jew fl-Europol u lanqas jagħmel downloading jew jikkopja kwalunkwe parti tas-SIS II;
(c) għandu jillimita l-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS II għall-impjegati ta' l-Europol li huma speċifikament awtorizzati;
(d) għandu jadotta u japplika miżuri previsti fl-Artikoli 10 u 10 A;
(e) għandu jagħti l-permess lill-Korp Konġunt ta’ Kontroll, stabbilit skond l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni ta' l-Europol, sabiex jirrevedi l-attivitajiet ta' l-Europol fit-twettiq tad-drittijiet tiegħu li jkollu aċċess għal u jfittex data mdaħħla fis-SIS II.
–
· Artikolu 37 B
· Aċċess għad-data tas-SIS II mill-Eurojust
1. Il-membri nazzjonali ta' l-Eurojust u l-assistenti tagħhom għandhom, fil-mandat tagħhom, ikollhom id-dritt għall-aċċess u li jfittxu d-data mdaħħla skond l-Artikoli 15, 23, 27 u 35 fis- SIS II.
2. (tmexxa għal Artikolu 37 Ċ)
3. F’każ li tfittxija minn membru nazzjonali ta' l-Eurojust tiżvela l-eżistenza ta' allert fis-SIS II, hu jew hi għandu/ha j/tinforma lill-Istat Membru li ħareġ l-allert dwarha. Kwalunkwe komunikazzjoni ta’ informazzjoni miksuba permezz ta’ tali tfittxija tista’ tiġi kkomunikata lil Stati u korpi terzi biss bil-kunsens ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ l-allert.
4. Xejn f’dan l-artikolu ma għandu jiġi interpretat li jkollu effett fuq id-dispożizzjonijiet tad- Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Eurojust dwar il-protezzjoni tad-data u r- responsabbiltà għal kwalunkwe proċessar mhux awtorizzat jew skorrett ta’ tali data min- naħa tal-membri nazzjonali ta' l-Eurojust jew l-assistenti tagħhom, jew li jkollu effett fuq is- setgħat tal-Korp Konġunt ta’ Kontroll stabbilit skond l-Artikolu 23 ta’ dik id-Deċiżjoni tal- Kunsill.
5. Għandu jinżamm reġistru ta’ kull tfittxija mwettqa minn membru nazzjonali ta' l-Eurojust jew minn assistent skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11 u għandu jinżamm reġistru ta’ kull użu li sar minnhom tad-data li kellhom aċċess għaliha.
6. Ma għandha ssir ebda konnessjoni bejn parti mis-SIS II u lanqas isir trasferiment tad-data li hemm fiha, li għaliha għandhom aċċess il-membri nazzjonali jew l-assistenti tagħhom, ma' kwalunkwe sistema oħra ta’ kompjuter għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data mħaddma mill- Eurojust jew fl-Eurojust u lanqas ma għandu jsir downloading ta’ kwalunkwe parti tas-SIS II.
10. L-aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS II għandu jkun limitat għall-membri nazzjonali u l-assistenti tagħhom u ma jkunx estiż għall-persunal ta' l-Eurojust.
11. Għandhom jiġu adottati u applikati miżuri kif previst fl-Artikoli 10 u 10 A.
–
· Artikolu 37 Ċ
· Limiti ta' aċċess
Utenti, kif ukoll l-Europol, il-membri nazzjonali ta' l-Eurojust u l-assistenti tagħhom jistgħu jfittxu biss data li jeħtieġu għall-qadi ta’ dmirijiethom.
–
· Artikolu 38
· Perijodu ta' konservazzjoni ta' allerti dwar persuni
1. Allerti dwar persuni li jiddaħħlu fis-SIS II skond din id-Deċiżjoni għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ikunu ingħataw.
2. Fi żmien tliet snin minn meta jiddaħħal tali allert fis-SIS II il-ħtieġa li jinżamm l-allert għandha tiġi riveduta mill-Istat Membru li qed joħorġu. Il-perijodu għandu jkun ta' sena fil- każ ta' allerti dwar persuni skond l-Artikolu 31.(...)
2aa Kull Stat Membru għandu, fejn xieraq, jistabbilixxi perijodi iqsar ta' reviżjoni skond il-liġi nazzjonali tiegħu.
2a L-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert jista', fil-perijodu ta' reviżjoni, jiddeċiedi, wara valutazzjoni individwali komprensiva, li għandha tkun (...) reġistrata, li jżomm l-allert jekk dan jirriżulta neċessarju għall-finijiet li għalihom ikun inħareġ l-allert. F'dan il-każ japplika l-paragrafu 2 skond il-każ. Kwalunkwe estensjoni ta' l-allert għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS.
3. L-allerti għandhom jitħassru awtomatikament wara li jiskadi l-perijodu ta' reviżjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dan ma japplikax f'każ li l-Istat Membru li joħroġ l-allert ikkomunika l- estensjoni ta' l-allert lis-CS-SIS kif imsemmi fil-paragrafu 2a. Is-CS-SIS għandha awtomatikament tinforma lill-Istati Membri dwar tħassir skedat ta' data mis-sistema erba' xhur minn qabel.
4. (tmexxa għall-paragrafu 3)
4a L-Istati Membri għandhom iżommu statistika dwar in-numru ta' allerti li l-perijodu ta' konservazzjoni tagħhom kien estiż skond il-paragrafu 2a.
5. (...)
6. (...)
– Artikolu 38 A
– Perijodu ta' konservazzjoni ta' allerti dwar oġġetti
1. Allerti dwar oġġetti li ddaħħlu fis-SIS II skond din id-Deċiżjoni għandhom jinżammu biss għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-finijiet li għalihom ikun ingħataw.
2. Allerti dwar oġġetti mdaħħla skond l-Artikolu 31 għandhom jinżammu sa massimu ta' ħames snin.
3. Allerti dwar oġġetti mdaħħla skond l-Artikolu 35 għandhom jinżammu sa massimu ta' għaxar snin.
4. Il-perijodi ta' konservazzjoni msemmijin fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jiġu estiżi jekk dan ikun meħtieġ għall-finijiet li għalihom ikun inħareġ l-allert. F'dan il-każ, il-paragrafi 2 u 3 japplikaw skond il-każ.
KAPITOLU IX
Regoli ġenerali għall-ipproċessar tad-data
–
· Artikolu 39
· Kategoriji ta' data
(...)
–
· Artikolu 40
· Proċessar tad-data tas-SIS II
1. L-Istati Membri jistgħu jipproċessaw id-data prevista fl-Artikoli 15, 23, 27, 31 u 35 biss għall-finijiet stabbiliti għal kull kategorija ta' allert imsemmija f'dawk l-Artikoli.
2. Id-data tista' tiġi kkupjata biss għal finijiet tekniċi, dejjem jekk tali kkupjar ikun meħtieġ sabiex l-awtoritajiet imsemmijin fl-Artikolu 37 iwettqu tfittxija diretta. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għal dawn il-kopji. L-allerti maħruġa minn Stati Membri oħrajn ma jistgħux jiġu kkupjati mill-N.SIS II għal fajls tad-data nazzjonali oħrajn.
2A (a) Kopji tekniċi, kif imsemmi fil-paragrafu 2, li jwasslu għal databases off-line jistgħu jinħolqu biss għal perijodu li ma jeċċedix it-48 siegħa. Dan it-terminu ta' żmien jista' jiġi estiż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Dawn il-kopji għandhom jinqerdu ladarba tintemm is-sitwazzjoni ta' emerġenza.
(b) (...) L-Istati Membri għandhom iżommu inventarju aġġornat ta' dawn il-kopji, jagħmlu dan l-inventarju disponibbli għall-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll, kif imsemmi fl-Artikolu 53(1a) u jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 10, ikunu applikati fir-rigward ta' dawn il-kopji.
3. L-aċċess għad-data tas-SIS II għandu jkun awtorizzat biss fil-limiti tal-kompetenza ta’ l- awtorità nazzjonali u lil persunal debitament awtorizzat.
4. Fir-rigward ta' l-allerti stabbiliti fl-Artikoli 15, 23, 27, 31 u 35 ta' din id-Deċiżjoni, kwalunkwe pproċessar ta' informazzjoni li tinsab fiha għal finijiet li mhumiex dawk li għalihom iddaħħlet fis-SIS II għandu jkun relatat ma' każ speċifiku u ġġustifikat mill-ħtieġa tal-prevenzjoni ta' theddida imminenti gravi għall-politika pubblika u s-sigurtà pubblika, abbażi ta' raġunijiet gravi ta' sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet tal-prevenzjoni ta' reat kriminali gravi. Għandha tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel għal dan il-fini mill-Istat Membru li joħroġ l-allert.
5. Id-data ma tistax tintuża għal finijiet amministrattivi.
6. Kwalunkwe użu ta' data li ma jikkonformax mal-paragrafi 1 sa 5 għandu jitqies bħala użu ħażin skond il-liġi nazzjonali ta' kull Stat Membru.
7. Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Awtorità ta' Tmexxija lista ta' l-awtoritajiet kompetenti li huma awtorizzati jagħmlu tiftix fid-data li tinsab fis-SIS II direttament skond din id-Deċiżjoni u kwalunkwe tibdil fiha. Dik il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, f'liema data tista' tagħmel tiftix u għal liema finijiet. L-Awtorità ta' Tmexxija għandha tiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
–
· Artikolu 41
· Dħul ta’ numru ta’ referenza
(...)
· Artikolu 42
· Data tas-SIS II u fajls nazzjonali
1. L-Artikolu 40(2) m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajl nazzjonali tiegħu d-data tas-SIS II li fir-rigward tagħha ttieħdet azzjoni fit-territorju tiegħu. Tali data għandha tinżamm fil-fajls nazzjonali għal perijodu massimu ta' tliet snin, ħlief jekk xi dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali jipprevedu perijodu ta' żamma itwal.
2. L-Artikolu 40(2) m’għandux jippreġudika d-dritt ta’ Stat Membru li jżomm fil-fajls nazzjonali tiegħu d-data li tinsab f'allert partikolari, li dak l-Istat Membru ħareġ fis-SIS II.
Artikolu 42 A
– Allerti tas-SIS II u liġijiet nazzjonali
1. (...)
2. Sakemm il-liġi ta' l-Unjoni ma tistabbilixxix dispożizzjonijiet speċifiċi, għandha tapplika l- liġi ta' kull Stat Membru għad-data mdaħħla fl-N.SIS II tiegħu.
3. Jekk l-azzjoni mitluba ma tistax titwettaq, l-Istat Membru mitlub għandu immedjatament jinforma lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert.
–
· Artikolu 43
· Kwalità tad-data pproċessata fis-SIS II(...)
1. L-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert għandu jkun responsabbli li jiżgura li d-data hi eżatta, aġġornata u hi mdaħħla fis-SIS II b'mod legali.
2. L-Istat Membru li jkun ħareġ l-allert biss għandu jkun awtorizzat li jimmodifika, iżid ma', jikkoreġi jew iħassar data li jkun daħħal.
3. Jekk wieħed mill-Istati Membri li ma jkunx ħareġ l-allert ikollu provi li jissuġġerixxu li xi punt tad-data huwa fattwalment inkorrett jew inħażen illegalment, hu għandu, permezz ta' l- iskambju ta' informazzjoni supplementari, javża lill-Istat Membru li jkun qed joħroġ l-allert dwar dan kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara li jkun sar jaf b'dawn il-provi; dan ta' l-aħħar għandu (...) jivverifika l-komunikazzjoni u, jekk meħtieġ, jikkoreġi jew iħassar mingħajr dewmien id-data in kwistjoni.
4. Jekk l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim fi żmien xahrejn, l-Istat Membru li ma jkunx ħareġ l-allert għandu jissottometti l-każ lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li flimkien ma' l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll involuti għandu jaġixxi ta' medjatur, kif imsemmi fl-Artikolu 53(1a).
5. (...)
5a L-Istati Membri għandhom jagħmlu skambju ta' informazzjoni supplementari jekk persuna tgħid li mhix il-persuna msemmija fl-allert. Jekk l-eżitu tal-verifika huwa li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti din il-persuna għandha tiġi mgħarrfa bid-dispożizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 44.
6. Fejn persuna tkun diġà s-suġġett ta' allert fis-SIS II, Stat Membru li jdaħħal allert ulterjuri għandu jilħaq ftehim dwar id-dħul ta' l-allert ma' l-Istat Membru li jkun daħħal l-ewwel allert. Il-ftehim għandu jintlaħaq fuq il-bażi ta’ l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
–
· Artikolu 43 A
· Distinzjoni bejn persuni b'karatteristiċi simili
Meta, waqt l-introduzzjoni ta' allert ġdid, jidher li diġà hemm persuna fis-SIS II bl-istess elementi tad-deskrizzjoni ta' l-identità, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja:
(a) l-uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lid-dipartiment li jkun qed jagħmel it-talba biex jiċċara jekk l-allert hux dwar l-istess persuna jew le;
(b) jekk il-kontro-verifika tiżvela li l-persuna in kwistjoni hija tabilħaqq l-istess waħda, l-uffiċċju SIRENE għandu japplika l-proċedura biex jiddaħħlu allerti multipli kif imsemmi fl-Artikolu 43 (6). Jekk l-eżitu tal-verifika huwa li fil-fatt hemm żewġ persuni differenti, l-uffiċċju SIRENE japprova t-talba biex jiddaħħal allert ieħor billi jżid l-elementi meħtieġa sabiex tiġi evitata kwalunkwe identifikazzjoni żbaljata.
· Artikolu 44
· Data addizzjonali sabiex jiġu ttrattati l-identitajiet użati ħażin
1. Fejn tista’ tqum konfużjoni bejn il-persuna li attwalment kellu jsir allert dwarha u persuna li l-identità tagħha ġiet użata ħażin, l-Istat Membru li daħħal l-allert għandu, soġġett għall- kunsens espliċitu ta' dik il-persuna, iżid data relatata ma’ din ta' l-aħħar ma' l-allert sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi ta’ identifikazzjonijiet żbaljati.
2. Id-data relatata ma’ persuna li l-identità tagħha ntużat ħażin għandha tintuża biss (...) għall- finijiet li ġejjin:
(a) biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiddistingwi bejn il-persuna li l-identità tagħha ntużat ħażin u l-persuna li attwalment għalija hu intenzjonat l-allert;
(b) biex il-persuna li l-identità tagħha ntużat ħażin tkun tista’ tipprova l-identità tagħha u tistabbilixxi li l-identità tagħha ntużat ħażin.
3. Ma jista’ jiddaħħal u jiġi proċessat fis-SIS II xejn aktar minn din id-data personali li ġejja għall-fini ta’ dan l-Artikolu:
(a) kunjom(ijiet) u isem/ismijiet, isem fit-twelid u ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, jekk jista' jkun imdaħħal separatament;
(b) kwalunkwe karatteristika oġġettiva u fiżika speċifika mhux soġġetta għal bidla;
(c) post u data tat-twelid;
(d) sess;
(e) ritratti;
(f) marki tas-swaba’;
(g) nazzjonalità(jiet);
(h) in-numru/i tal-karta/i ta’ l-identità u d-data tal-ħruġ.
3a Ir-regoli tekniċi meħtieġa biex tiddaħħal, tiġi aġġornata u titħassar id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 61, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12.
4. Id-data msemmija fil-paragrafu 3 għandha titħassar fl-istess ħin ta' l-allert korrispondenti jew aktar kmieni jekk il-persuna titlob hekk.
5. L-awtoritajiet li għandhom dritt ta' aċċess għall-allert korrispondenti biss jista' jkollhom aċċess għad-data msemmija fil-paragrafu 3 u jistgħu jagħmlu dan għall-fini uniku li jevitaw identifikazzjoni żbaljata.
–
· Artikolu 45
· Markar
(...)
–
· Artikolu 46
· Kollegamenti bejn allerti
1. Stat Membru jista’ joħloq kollegament bejn l-allerti li joħroġ fis-SIS II. L-effett ta’ tali kollegament għandu jkun li tiġi stabbilita relazzjoni bejn żewġ allerti jew aktar.
2. Il-ħolqien ta’ kollegament m’għandux jaffettwa l-azzjoni speċifika li għandha tittieħed abbażi ta’ kull allert ikkollegat jew il-perijodu ta' konservazzjoni ta’ kull wieħed mill-allerti kkollegati.
3. Il-ħolqien ta’ kollegament m’għandux jaffettwa d-drittijiet ta’ l-aċċess previsti f'din id- Deċiżjoni. L-awtoritajiet mingħajr dritt għal aċċess għal ċerti kategoriji ta' allerti m’għandhomx ikunu jistgħu jaraw il-kollegament ma' allert li m'għandhomx aċċess għalih.
3a Stat Membru għandu joħloq kollegament bejn allerti fil-każ biss li tinħoloq ħtieġa operattiva ċara.
3b Il-kollegamenti jistgħu jinħolqu minn Stat Membru skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu dejjem jekk huma rrispettati l-prinċipji deskritti f'dan l-Artikolu.
4. Meta Stat Membru jqis li l-ħolqien ta’ kollegament minn Stat Membru ieħor bejn allerti huwa inkompatibbli mal-liġi nazzjonali jew ma’ obbligi internazzjonali tiegħu, hu jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li ma jista’ jkun hemm l-ebda aċċess għall-kollegament mit-territorju nazzjonali tiegħu jew mill-awtoritajiet tiegħu li jkunu barra mit-territorju tiegħu.
4a Ir-regoli tekniċi għall-ikkollegar bejn allerti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura ddefinita fl-Artikolu 61, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrument li jistabbilixxi l-Awtorità ta' Tmexxija msemmija fl-Artikolu 12.
–
· Artikolu 47
· Fini u perijodu ta' konservazzjoni ta’ informazzjoni supplimentari
1. L-Istati Membri għandhom iżommu referenza għad-deċiżjonijiet li jwasslu għall-allert fl- uffiċċju SIRENE biex jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
2. Id-data personali miżmuma f'fajls mill-Uffiċċju SIRENE bħala riżultat ta’ informazzjoni skambjata skond dak il-paragrafu, għandha tinżamm biss għal dak iż-żmien meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom ingħatat. Fi kwalunkwe każ, għandha titħassar mhux aktar tard minn sena wara li l-allert relatat mal-persuna konċernata jkun tħassar mis-SIS II.
3. Il-paragrafu 2 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ Stat Membru li jżomm f'fajls nazzjonali data relatata ma’ allert partikolari li dak l-Istat Membru kien ħareġ jew ma’ allert konness ma’ azzjoni li tkun ittieħdet fuq it-territorju tiegħu. Il-perijodu ta’ żmien li għalih tali data tista’ tinżamm f’tali fajls għandu jkun irregolat mil-liġi nazzjonali.
–
· Artikolu 48
· Trasferiment ta’ data personali lil terzi
1. (...) Data pproċessata fis-SIS II b’applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni m’għandhiex tiġi trasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pajjiż terz jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali.
2. (...)
– Artikolu 48 AA
· Skambju ta’ data dwar passaporti misruqa, misapproprjati, mitlufa jew invalidati ma’ l-Interpol
–
1. B'deroga mill-Artikolu 48, in-numru tal-passaport, il-pajjiż tal-ħruġ u t-tip ta' dokument ta' passaporti misruqa, misappropjati, mitlufa jew invalidati mdaħħla fis-SIS II jistgħu jiġu skambjati ma' membri ta' l-Interpol billi tiġi stabbilita konnessjoni bejn is-SIS II u d-database ta' l-Interpol dwar dokumenti ta' l-ivvjaġġar misruqa jew nieqsa, soġġett għall-konklużjoni ta' Ftehim bejn l-Interpol u l-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim għandu jipprovdi li t-trasmissjoni ta' data mdaħħla minn Stat Membru għandha tkun soġġetta għall-kunsens ta' dak l-Istat Membru.
2. Il-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jipprevedi li d-data kondiviża għandha tkun aċċessibbli biss għal membri ta' l-Interpol minn pajjiżi li jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni ta' data personali. Qabel ma jikkonkludi dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jfittex l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni ta' data personali u r-rispett tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward ta' l-ipproċessar awtomatiku ta' data personali mill-Interpol u minn pajjiżi li ddelegaw membri lill-Interpol.
3. Il-Ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jipprevedi wkoll aċċess permezz tas-SIS II għall-Istati Membri għal data mid-database ta' l-Interpol dwar dokumenti ta' l-ivvjaġġar misruqa jew neqsin, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din Deċiżjoni li jirregolaw allerti dwar passaporti misruqa, misapproprjati, mitlufa jew invalidati mdaħħla fis-SIS II.
KAPITOLU X
Protezzjoni tad-data
–
· Artikolu 48 A
· Proċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ data
L-ipproċessar ta' kategoriji ta' data elenkati fl-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali tat-28 ta' Jannar 1981, m'għandux jiġi awtorizzat.
· Artikolu 49
· Applikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar il-protezzjoni tad-data
Id-data personali pproċessata skond din id-Deċiżjoni għandha tiġi protetta skond il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 għall-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar awtomatiku tad-data personali u l-emendi sussegwenti għaliha.
–
· Artikolu 50
· Dritt għal aċċess, korrezzjoni ta' data mhix eżatta u t-tħassir ta' data maħżuna illegalment
1. Id-dritt ta' persuni biex ikollhom aċċess għal data mdaħħla fis-SIS II skond din id-Deċiżjoni li tirrigwardahom għandu jiġi eżerċitat skond il-liġi ta' l-Istat Membru li mingħandu jinvokaw dak id-dritt. Jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi hekk, l-awtorità nazzjonali ta' kontroll prevista fl-Artikolu 53(1) għandha tiddeċiedi jekk l-informazzjoni għandhiex tiġi kkomunikata u b'liema proċeduri. Stat Membru li ma jkunx ħareġ l-allert jista' jikkomunika informazzjoni dwar tali data biss jekk ikun ta minn qabel, lill-Istat Membru li jkun ħareġ l- allert opportunità biex jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu. Dan għandu jsir bl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.
2. Il-komunikazzjoni ta' informazzjoni lis-suġġett tad-data għandha tiġi rrifjutata jekk dan ikun indispensabbli għat-twettiq ta' kompitu legali b'konnessjoni ma' l-allert jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' partijiet terzi.
3. Kwalunkwe persuna għandha d-dritt li tiġi korretta data dwarha li fattwalment ma tkunx eżatta jew li tiġi mħassra data dwarha li tkun inħażnet illegalment.
3a L-individwu (...) kkonċernat għandu jiġi informat kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 60 jum mid-data li fiha japplika għal aċċess. Jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi għal dewmien iqsar, dan ta' l-aħħar għandu jiġi rrispettat.
3b L-individwu għandu jkun informat dwar is-segwitu mogħti lill-eżerċizzju ta' drittijiet tiegħu ta' korrezzjoni jew tħassir kemm jista' jkun malajr u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data li fiha huwa japplika għal korrezzjoni jew tħassir. Jekk il-liġi nazzjonali tipprovdi għal dewmien iqsar, din ta' l-aħħar għandha tiġi rrispettat.
· Artikolu 51
· Id-dritt ta’ aċċess, ta' rettifika u ta' tħassir
(...)
·
· Artikolu 52
· Rimedji
1. Kwalunkwe persuna tista' tressaq azzjoni quddiem il-qrati jew l-awtorità kompetenti taħt il- liġi nazzjonali ta' kawlunkwe Stat Membru biex tikkoreġi, tħassar jew tikseb informazzjoni jew biex tikseb kumpens b'konnessjoni ma' allert li jkun jinvolviha.
2. L-Istati Membri jimpenjaw ruħhom reċiprokament li jinfurzaw deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati jew l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad- dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 54.
3. Ir-regoli dwar rimedji previsti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
·
· Artikolu 53
· Kontroll ta' l-N.SIS II
1a Kull Stat Membru għandu jiżgura li awtorità indipendenti (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Awtorità Nazzjonali ta' Kontroll") timmonitorja b'mod indipendenti l-leġittimità ta’ l-ipproċessar tad-data personali tas-SIS II fit-territorju tiegħu u minnu, inkluż l-iskambju u l-ipproċessar ulterjuri ta’ informazzjoni supplimentari.
1b L-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 1a għandhom jiżguraw li mill-inqas kull erba' snin issir verifika ta' l-operazzjonijiet ta' pproċessar tad-data fl-N.SIS II skond standards ta' verifika internazzjonali.
1ċ L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmijin fil-paragrafu 1a jkollhom riżorsi suffiċjenti biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom minn din id-Deċiżjoni.
2. (...)
3. (...)
4. (...)
5. (...)
6. (...)
·
· Artikolu 53 A
· Kontroll ta' l-Awtorità ta' Tmexxija
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jimmonitorja l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali ta' l-Awtorità ta' Tmexxija. Id-dmirijiet u l-poteri msemmijin fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data għandhom japplikaw kif meħtieġ.
2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li mill-inqas kull erba' snin issir verifika ta' l-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali ta' l-Awtorità ta' Tmexxija skond standards ta' verifika internazzjonali. Ir-rapport tal-verifika għandu jintbagħat lill- Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Awtorità ta' Tmexxija, lill-Kummissjoni u lill- Awtoritajiet ta' Kontroll Nazzjonali (...). L-Awtorità ta' Tmexxija għandha tingħata l- opportunità li tikkummenta qabel ma r-rapport jiġi adottat.
·
· Artikolu 53 B
· Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Kontroll u l-KEPD
1. L-Awtoritajiet ta' Kontroll Nazzjonali (...) u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad- Data, kull wieħed jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u għandhom jiżguraw kontroll ikkoordinat tas-SIS II.
2. Huma għandhom, kull wieħed jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jagħmlu skambju ta' informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' verifiki u spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni ta' din id- Deċiżjoni, jistudjaw problemi fl-eżerċizzju ta' kontroll indipendenti jew fl-eżerċizzju tad- drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu kuxjenza dwar id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data, skond il-ħtieġa.
3. L-awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali (...) u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjonitad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak il-fini mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u s-servizzi ta' appoġġ ta' dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Għandhom jiġu adottati regoli ta' proċedura fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skond il-ħtieġa. Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt ta' l-attivitajiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill- Kummissjoni u lill-Awtorità ta' Tmexxija.
· Artikolu 53 Ċ
· Protezzjoni tad-data matul il-perijodu transitorju
Fil-każ li l-Kummissjoni tiddelega r-responsabbiltajiet tagħha matul il-perijodu transitorju, skond l-Artikolu 12(3), hija għandha tiżgura li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu d-dritt u l-possibbiltà li jeżerċita bis-sħiħ il-kompiti tiegħu inkluża l-possibbiltà li jwettaq kontrolli fuq il-post jew li jeżerċita (...) kwalunkwe setgħa oħra mogħtija lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mill-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta' tali data.
KAPITOLU XI
Responsabbiltà u sanzjonijiet
·
· Artikolu 54
· Responsabbiltà
1. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli skond il-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe dannu kkawżat lil persuna minħabba l-użu ta' l-N.SIS II. Dan għandu japplika wkoll għad- dannu kkawżat mill-Istat Membru li jkun ħareġ l-allert, fejn dan ta' l-aħħar ikun daħħal data fattwalment mhux eżatta jew ikun ħażen data illegalment.
2. Jekk l-Istat Membru li ssir azzjoni kontrih mhuwiex l-Istat Membru li jkun qed joħroġ l- allert, dan ta’ l-aħħar għandu jintalab jirrimborża, fuq talba, is-somom imħallsa bħala kumpens dment li d-data ma tkunx intużat bi ksur ta’ din id-Deċiżjoni mill-Istat Membru li għamel it-talba għar-rimborż.
3. Jekk nuqqas ta’ Stat Membru li jikkonforma ma' l-obbligi tiegħu skond din id-Deċiżjoni jikkawża dannu lis-SIS II, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali dannu, ħlief jekk u sa fejn l-Awtorità ta' Tmexxija jew l-Istat(i) Membru/i l-oħrajn li qed jieħdu sehem fis-SIS II ikunu naqsu milli jieħdu passi raġonevoli biex jipprevjenu li jseħħ id-dannu jew li jimminimizzaw l-impatt tiegħu.
·
· Artikolu 55
· Sanzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data mdaħħla fis-SIS II jew kwalunkwe skambju ta' informazzjoni supplimentari kontrarju għal din id-Deċiżjoni jkun soġġett għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi skond il-liġi nazzjonali.
KAPITOLU XII
Aċċess għas-SIS II mill-Europol u l-Eurojust
(...)
KAPITOLU XIII
Dispożizzjonijiet Finali
· Artikolu 59
· Monitoraġġ u statistika
1. L-Awtorità ta' Tmexxija għandha tiżgura li huma attwati proċeduri li jimmonitorjaw il- funzjonament tas-SIS II skond l-objettivi, f'termini ta' riżultati, kost-effettività, sigurtà u l- kwalità tas-servizz.
2. Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, ir-rapportar u l-istatistika, l-Awtorità ta' Tmexxija għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata ma’ l-operazzjonijiet ta’ pproċessar imwettqa fis-SIS II Ċentrali.
2a Kull sena l-Awtorità ta' Tmexxija għandha tippubblika statistika li turi n-numru ta' rekords għal kull kategorija ta' allert, in-numru ta' riżultati pożittivi għal kull kategorija ta' allert u d-drabi li kien hemm aċċess fis-SIS II, rispettivament mogħtija bħala total u għal kull Stat Membru.
3. Sentejn wara li tibda taħdem is-SIS II u kull sentejn wara dan, l-Awtorità ta' Tmexxija għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-funzjonamnet tekniku tas-SIS II Ċentrali u l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni, inkluż is-sigurtà tiegħu, dwar l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri.
4. Tliet snin wara li tibda taħdem is-SIS u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tas-SIS II Ċentrali u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi l-eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla ma' l-objettivi, tivvaluta l-validità kontinwa tar-razzjonal sottostanti, l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fir-rigward tas-SIS II Ċentrali, is-sigurtà tas-SIS II Ċentrali u kwalunkwe implikazzjoni ta' operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti r-rapporti dwar l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità ta' Tmexxija u lill-Kummissjoni bl- informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmijin fil-paragrafi 2a, 3 u 4.
5a. L-Awtorità ta' Tmexxija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmijin fil-paragrafu 4.
(...)
· Artikolu 60
· Kumitat Konsultattiv
(...)
· Artikolu 61
· Kumitat Regolatorju
1. Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat regolatorju kompost mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u ppresedut mir- rappreżentant tal-Kummissjoni. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill- Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal- kwistjoni. L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 205 (2) tat- Trattat KE fil-każ ta’ deċiżjonijiet li l-Kunsill għandu jadotta dwar proposta mill- Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fil-Kumitat għandhom ikunu peżati bil-mod stipulat f’dak l-Artikolu. Il-President m’għandux jivvota.
2. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu fuq proposta magħmula mill- President abbażi tar-regoli standard ta' proċedura ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l- Unjoni Ewropea.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba jekk dawn ikunu konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat. Jekk il-miżuri maħsubin mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ma ngħatat l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tippreżenta lill- Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.
4. Il-Kunsill jista jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq il-proposta, fi żmien xahrejn mid-data tar-riferiment lill-Kunsill. Jekk f’dak il-perijodu l-Kunsill ikun indika b’maġġoranza kwalifikata li jopponi l-proposta, il-Kummissjoni għandha teżaminaha mill-ġdid. Din tista’ tissottometti proposta emendata lill-Kunsill, terġa’ tissottometti l-proposta tagħha jew tippreżenta proposta leġislattiva. Jekk fid-data ta' skadenza ta’ dak il-perijodu l-Kunsill ma jkunx għadu adotta la l-att ta' implimentazzjoni propost u lanqas ma jkun indika l- oppożizzjoni tiegħu għall-proposta għall-miżuri ta’ implimentazzjoni, l-att ta' implimentazzjoni propost għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.
5. Il- (...) Kumitat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jeżerċita l-funzjoni tiegħu mid-data tad- dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
· Artikolu 62
· Emenda għad-dispożizzjonijiet ta' l-Acquis ta' Schengen
1. Għall-finijiet ta' materji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat UE, din id-Deċiżjoni tissostitwixxi fid-data msemmija fl-Artikolu 65 (1a) id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 64 u 92 sa 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 102 A tagħha.
2. Għall-finijiet ta' materji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat UE, din id-Deċiżjoni tirrevoka wkoll, fid-data msemmija fl-Artikolu 65 (1a), id-dispożizzjonijiet li ġejjin ta' l- acquis ta’ Schengen li jimplimentaw dawk l-artikoli[20]:
· Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993 dwar ir-Regolament Finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u tat-tħaddim tas-sistema ta’ l-informazzjoni ta’ Schengen (C.SIS) (SCH/Com-ex (93) 16);
Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-7 ta’ Ottubru 1997 dwar l-iżvilupp tas-SIS (SCH/Com-ex (97) 24);
· Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-15 ta’ Diċembru 1997 li temenda r-Regolament Finanzjarju dwar is-C.SIS (SCH/Com-ex (97) 35);
· Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-21 ta’ April 1998 dwar is-C.SIS b’konnessjonijiet 15/18 (SCH/Com-ex (98) 11);
· Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-25 ta' April 1997 dwar l-għoti tal-kuntratt għall-Istudju Preliminari tas-SIS II (SCH/Com-ex (97) 2 rev. 2);
· Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar in-nefqa ta’ l-installazzjoni tas-C.SIS (SCH/Com-ex (99) 4);
· Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-aġġornament tal-Manwal SIRENE (SCH/Com-ex (99) 5);
· Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-18 ta’ April 1996 li tiddefinixxi l-kunċett ta’ barrani (SCH/Com-ex (96) dik. 5);
· Dikjarazzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta’ April 1999 dwar l-istruttura tas-SIS (SCH/Com-ex (99) dik. 2 rev.);
· Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-7 ta’ Ottubru 1997 dwar kontribuzzjonijiet min-Norveġja u l-Islanda għall-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u tat-tħaddim tas-C.SIS (SCH/Com-ex (97) 18).
3. Għall-finijiet ta' materji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat UE, ir-referenzi għall- artikoli sostitwiti tal-Konvenzjoni ta’ Schengen u d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-acquis ta’ Schengen li jimplimentaw dawk l-artikoli għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id- Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni stipulata fl-Anness.
· Artikolu 63
· Revoka
Id-Deċiżjoni 2004/201/JHA, id-Deċiżjoni 2005/211/JHA, (...) id-Deċiżjoni 2005/719/JHA, id-Deċiżjoni 2005/727/JHA, (...) id-Deċiżjoni 2006/228/JHA, id-Deċiżjoni 2006/229/JHA, (...) u d-Deċiżjoni 2006/631/JHA (...) huma rrevokati fid-data msemmija fl-Artikolu 65 (1a).
· Artikolu 64
· Perijodu transitorju u baġit
1. L-allerti jistgħu jiġu trasferiti mis-SIS 1+ lis-SIS II. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, billi jagħtu prijorità lill-allerti dwar persuni, li l-kontenuti ta' l-allerti li jkunu trasferiti mis-SIS 1+ għas-SIS II jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni (...) kemm jista' jkun malajr u u mhux aktar tard minn tliet snin mid-data msemmija fl-Artikolu 65 (1a). Matul dan il-perijodu transitorju, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 94, 95, 97, 98, 99, 100 (...) tal-Konvenzjoni ta' Schengen għall-kontenuti ta' l-allerti li jkunu trasferiti mis-SIS 1+ għas-SIS II soġġetti għar-regoli li ġejjin:
– (...) L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-każ ta' modifika ta', żieda għal jew korrezzjoni jew aġġornament tal-kontenut ta' allert trasferit mis-SIS 1+ għas-SIS II, li l-allert jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni sa miż-żmien ta' dik il-modifika, addizzjoni, korrezzjoni jew aġġornament;
– l-Istati Membri għandhom jeżaminaw, fil-każ ta' segwitu għal riżultat ta' allert trasferit mis-SIS 1+ għas-SIS II, il-kompatibbiltà ta' dak l-allert mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni minnufih iżda mingħajr ma jdewem u l-azzjoni li għandha tittieħed fuq il-bażi ta' dak l-allert.
1a (...)
2. Il-bqija tal-baġit fid-data stabbilita skond l-Artikolu 65(1a), li ġie approvat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 119 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen, għandu jitħallas lura lill-Istati Membri. L-ammonti li għandhom jitħallsu lura għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ l-14 ta’ Diċembru 1993 dwar ir-regolament finanzjarju dwar l-ispejjeż ta’ l-installazzjoni u tat-tħaddim tas-Sistema ta’ Informazzjoni Schengen.
3. Matul il-perijodu transitorju msemmi fl-Artikolu 12 (3), referenzi f'din id-Deċiżjoni għall-Awtorità ta' Tmexxija għandhom jinftiehmu bħala referenza għall-Kummissjoni.
· Artikolu 65
Dħul fis-seħħ, applikabbiltà u migrazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
1a Għandha tapplika għall-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+ minn data li trid tiġi ffissata mill-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità tal-Membri tiegħu li jirrappreżentaw lill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw fis-SIS 1+.
2. Id-data msemmija fil-paragrafu 1a għandha tiġi ffissata wara li:
(a) jiġu adottati l-miżuri implimentattivi meħtieġa;
(b) l-Istati Membri kollha li jipparteċipaw bis-sħiħ fis-SIS 1+ ikunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma jkunu għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jipproċessaw data tas-SIS II u jiskambjaw informazzjoni supplimentari;
(ċ) il-Kummissjoni tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tas-SIS II, li għandu jitmexxa mill-Kummissjoni flimkien ma' l-Istati Membri, u l-korpi ta' tħejjija tal-Kunsill ikunu vvalidaw ir-riżultat propost tat-test. Din il-validazzjoni ser tikkonferma li l-livell ta' prestazzjoni tas-SIS II huwa ta' l-inqas ekwivalenti għal dak miksub mis-SIS 1+;
(d) il-Kummissjoni tkun għamlet l-arranġamenti tekniċi meħtieġa biex tippermetti lis-SIS II Ċentrali tkun ikkollegata ma’ l-N.SIS II ta' l-Istati Membri kkonċernati;
2a Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-riżultati tat-testijiet imwettqa skond il-paragrafu 2(ċ).
3. Kwalunkwe Deċiżjoni tal-Kunsill meħuda skond il-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
4. (mħassar)
·
Magħmul fi Brussel,
Għall-Kunsill,
Il–President
ANNESS
It-tabella tal-korrelazzjoni
L-Artikoli tal-Konvenzjoni ta’ Schengen [21] |
L-Artikoli tad-Deċiżjoni |
|
Art. 92(1) |
Art. 1(1); Art. 2(1); Art. 4(1)(2)(3) |
|
Art. 92(2) |
Art.4 (1) (2) (3); Art. 5(2)(3); Art.6; Art.9 |
|
Art. 92(3) |
Art.4 (1)(2)(3); Art. 5(1); Art.12 |
|
Art. 92(4) |
Art. 3(1); Art. 7(2)(3); Art.8 |
|
Art. 93 |
Art.1(2) |
|
Art. 94(1) |
Art. 40(1) |
|
Art. 94(2) |
Art.15; Art.23 (1) ; Art.27 ; Art. 31(1) Art. 35(1) |
|
Art. 94(3) |
Art. 39(1); Art. 44(3) |
|
Art. 94(4) |
Art. 45 |
|
Art. 95(1) |
Art. 15 |
|
Art. 95(2) |
Art. 16; Art. 17; Art.45 |
|
Art. 95(3) |
Art. 20; Art. 21; Art. 45 |
|
Art. 95(4) |
Art. 45(5) |
|
Art. 95(5) |
Art. 20(1) |
|
Art. 95(6) |
Art. 22 |
|
Art. 96(1) |
|
|
Art. 96(2) |
|
|
Art. 96(3) |
|
|
Art. 97 |
Art. 23; Art. 26 |
|
Art. 98(1) |
Art. 27 |
|
Art. 98(2) |
Art. 30 |
|
Art. 99(1) |
Art. 31(1) |
|
Art. 99(2) |
Art. 31(1) |
|
Art. 99(3 ) |
Art. 31(2) |
|
Art. 99(4) |
Art. 32(1)(2)(3) |
|
Art. 99(5) |
Art. 32(4) |
|
Art. 99(6) |
Art. 45 |
|
Art. 100(1) |
Art. 35 |
|
Art. 100(2) |
Art. 36 |
|
Art. 100(3) |
Art. 35 |
|
Art. 101(1) |
Art. 18(1)(4); Art. 24; |
|
Art. 101(2) |
|
|
Art. 101(3) |
Art. 40(3) |
|
Art. 101(4) |
Art. 40(4) |
|
Art. 101A(1) |
Art. 18(2); Art. 33(3); Art. 37(3) |
|
Art. 101A(2) |
Art. 18(2); Art. 33(3); Art. 37(3) |
|
Art. 101A(3) |
Art. 57(1) |
|
Art. 101A(4) |
Art. 57(2) |
|
Art. 101A(5) |
Art. 57(7) |
|
Art. 101A(6) |
Art. 53(2); Art. 57(4)(5)(6) |
|
Art. 101B(1) |
Art. 18(3); Art. 28(3) |
|
Art. 101B(2) |
Art. 18(3); Art. 28(3); |
|
Art. 101B(3) |
Art. 58(1)(2) |
|
Art. 101B(4) |
Art. 53(2); Art. 58(3) |
|
Art. 101B(5) |
Art. 58(5) |
|
Art. 101B(6) |
Art. 58(6) |
|
Art. 101B(7) |
Art. 58(8) |
|
Art. 101B(8) |
Art. 58(4) |
|
Art. 102(1) |
Art. 40(1) |
|
Art. 102(2) |
Art. 42(1)(2) |
|
Art. 102(3) |
Art. 40(2) |
|
Art. 102(4) |
|
|
Art. 102(5) |
Art. 54(1) |
|
Art. 103 new |
Art. 11 |
|
Art. 104(1) |
|
|
Art. 104(2) |
|
|
Art. 104(3) |
|
|
Art. 105 |
Art. 43(1) |
|
Art. 106(1) |
Art. 43(2) |
|
Art. 106(2) |
Art. 43(3) |
|
Art. 106(3) |
Art. 43(4) |
|
Art. 107 |
Art. 43(6) |
|
Art. 108(1) |
Art. 7(1) |
|
Art. 108(2) |
|
|
Art. 108(3) |
Art. 6; Art. 7(1); |
|
Art. 108(4) |
Art. 7(3) |
|
Art. 109(1) |
Art. 50(1); |
|
Art. 109(2) |
Art. 51(4) |
|
Art. 110 |
Art. 51(1)(5); Art.53(1) |
|
Art. 111(1) |
Art. 52 |
|
Art. 111(2) |
|
|
Art. 112(1) |
Art. 19(1)(2); Art. 25(1)(2); Art. 29(1)(2); Art. 34(1)(2)(3); Art. 43(7) |
|
Art. 112(2) |
Art. 43(7) |
|
Art. 112(3) |
Art. 19(3); Art. 25(3); Art. 29(3); Art. 34(4); Art. 38(5) |
|
Art. 112(4) |
Art. 19(2); Art. 25(2); Art. 29(2); Art. 34(3) Art. 38(4) |
|
Art. 112A(1) |
Art. 47(1) |
|
Art. 112A(2) |
Art. 47(2) |
|
Art. 113(1) |
Art. 38(1)(2)(3) |
|
Art. 113(2) |
Art. 14(3)(4)(5)(6) |
|
Art. 113A(1) |
Art. 47(1) |
|
Art. 113A(2) |
Art. 47(2) |
|
Art. 114(1) |
Art. 53(1) |
|
Art. 114(2) |
Art. 53 |
|
Art. 115(1) |
Art. 53(3) |
|
Art. 115(2) |
|
|
Art. 115(3) |
|
|
Art. 115(4) |
|
|
Art. 116(1) |
Art. 54(1) |
|
Art. 116(2) |
Art. 54(2) |
|
Art. 117(1) |
Art. 49 |
|
Art. 117(2) |
|
|
Art. 118(1) |
Art. 10(1) |
|
Art. 118(2) |
Art. 10(1) |
|
Art. 118(3) |
Art. 10(3) |
|
Art. 118(4) |
Art. 13 |
|
Art. 119(1) |
Art. 5(1); Art. 64(2) |
|
Art. 119(2) |
Art. 5(2)(3) |
|
NOTA SPJEGATTIVA
I. Introduction
For a general introduction to the three legislative procedures under examination concerning SIS II, for a description of his general approach and for an analysis of the issues common to the present Decision and the Regulation in the first pillar the rapporteur would like to refer to the parts I - III of the explanatory statement of the report on the Regulation.[22]
As a principle, wherever the proposal of the Commission in the first pillar is identical to the one in the third pillar the same amendments are proposed.
II. The present Decision
II.1 The different alerts
The Commission has in its proposal concerning the alerts of the present Decision taken over the text of the Schengen Implementing Convention (SIC), in particular Art. 97 - 100, without major modifications. The rapporteur, nevertheless, proposes a series of amendments which aim to clarify the text. The establishment of the SIS II is a good occasion to improve the existing legislation. The rapporteur tried above all to make a clear distinction between persons who will be in the SIS II because they are wanted criminals and those who will be in the SIS II for various other reasons which are not criminal in nature (witnesses, missing persons etc.). In several cases provisions of a normative nature from the SIRENE Manual were included. Finally, an attempt is made to define the authorities with access by reference to other legislation (e.g. the Borders Code for the border authorities) or by referring to their tasks (e.g. to give national judicial authorities only access in so far as this is compatible with the purpose for which the alert was issued and necessary for the performance of their tasks).
As regards the alerts in respect of persons wanted for arrest and surrender (chapter IV) the rapporteur underlines that the specific character of the European Arrest Warrant (EAW) requires, as proposed by the Commission, a move away from the current concept of the SIS to store only the minimum data for the immediate action. The Commission proposes to store also the original of the EAW in addition to the normal data. The rapporteur supports this idea because the original of the EAW can facilitate considerably the use of EAWs. To ensure the efficiency of the EAW the rapporteur also proposes that Member States should introduce translations of the EAW in other languages.
As regards the alerts on missing persons (chapter V) the rapporteur tries to clarify the text by describing in clearer language what the current practice is. When the text speaks about 'placing a person under temporary police protection' what is meant in reality is to commit the person to a psychiatric institution. To avoid any ambiguity on the ground it is necessary to stipulate this clearly. To ensure an appropriate treatment by the police from the moment of the first contact (and not only after the exchange of supplementary information which might take several hours) he proposes to insert as additional data in the SIS II any specific information necessary from a medical point of view. As regards the very sensitive issue of missing minors the rapporteur proposes to add, if available, a description of the circumstances of the case. There is for example a huge difference in action to be taken by the police between a case of parental abduction, a case of criminal abduction or simply a minor who ran away.
As regards the 'alerts on persons wanted for judicial procedure' (chapter VI) the rapporteur proposes to change the title to 'alerts on persons who are sought so as to be able to assist with a judicial procedure' to reflect the fact that the persons concerned are in most cases not 'wanted' criminals. For this reason he also proposes that the alerts should be entered by indicating precisely into which category of persons as covered by this type of alert the person falls.
As regards the 'alerts on persons and objects for discreet surveillance or specific checks' (chapter VII) the rapporteur also proposes a modification of the words used to better describe the alert and the action to be taken following a hit. He proposes to call them 'alerts on persons and objects for checks or searches'. The word 'check' should replace 'discreet surveillance' which is misleading: the situation described is not the discreet observation of a person for a prolonged period. It is rather the situation in which a person is checked and information obtained during the check transmitted to the authority issuing the alert. In order to distinguish 'checks' from 'specific checks' it is proposed to use the wording 'searches' because de facto they are searches.
A specific chapter on discreet surveillance is added.
II.2 The data retention periods
The retention periods of the current SIC have led to numerous misunderstandings. Art. 112 provides for a review of alerts on persons every three years without fixing for those cases a maximum retention period. The Commission attempted to clarify this issue by proposing maximum data retention periods. For most alerts the Commission proposed 10 years. The data retention periods have to be seen together with the review periods as both have the objective to ensure that the system only contains the most relevant and up-to-date data. The Commission proposed to review the alerts after one year.
Data protection authorities have criticised the data retention periods. The 10 year period is considered 'excessive' by the JSA (p. 11). The EDPS 'would like to see serious justification for this extension of data retention periods.' In the absence of these he suggests to reduce them to their current duration. The same line of argument is developed by the Art. 29 Working Party (p. 15/16).
The underlying rationale of the rapporteur was to increase to two years the period for review to avoid an overly bureaucratic burden and at the same time to decrease the retention period for most alerts to five years. Should the conditions for the alerts still be fulfilled at that time a new alert should be entered. The rapporteur is of the opinion that this would constitute a balanced and clear compromise.
III.3 Access to the alerts
The Commission has included without major modifications the rules regarding the access of the various authorities to SIS (Art. 101, 101A and 101B SIC). A few clarifications were made which are welcomed by the rapporteur (e.g. the deletion of the authorities responsible for the 'coordination' of other police and customs checks within the country where it was very unclear which authorities these are).
The rapporteur proposes several amendments concerning the access for Europol and Eurojust. They are based on Parliament's traditional position and the opinions received by the data protection authorities.
As regards Europol the rapporteur reiterates Parliament's position that Europol should be communitarised and financed out of the EU budget. This is a decision which could be taken without the entry into force of the Constitution (like was the case with Cepol).
III.4 The data protection rules
The present proposal still refers to the Council of Europe Convention of 1981 because those were the rules applicable at the time of the presentation of the proposal itself (06/2005). Even if formally this is still the case, the Commission has recently submitted a new comprehensive legal framework for data protection in the third pillar (COM(2005)475) which will replace for the EU Member States the 1981 Council of Europe Convention standards. This second text foresees in recital 22 explicitly that its standards should apply to SIS II.
The rapporteur introduces a series of amendments similar to the ones presented in the first pillar Regulation. He also wrote to Commissioner Frattini asking the Commission to update the data protection rules in the present SIS II Decision to ensure consistency with the Framework Decision on Data Protection. It is very important that the new standards apply to SIS II.
For Parliament the adoption of the Framework Decision on Data Protection by the Council is of strategic importance.
III.5 Transfer of data to third parties
The Commission in Art. 48 proposes to create a legal basis for the transfer of SIS II data to third countries or international organisations without specifying what these third parties are. The rapporteur proposes a series of amendments to this Article. Firstly, he would like to stress that as a rule data may not be transferred. Secondly, as an exception this should, however, be possible under specific conditions. The rapporteur proposes that the relevant rules of the Framework Decision on Data Protection should be applied. He also insists on a legal basis about which Parliament was at least consulted. In addition, only data on objects as referred to in chapter VIII should be transferred because arguments were brought forward only for the exchange of data on documents. In case this data contains personal data (like in the case of a stolen passport) the rules as just described should apply. For all other cases existing legal instruments (e.g. on judicial cooperation or Interpol) should be used.
III.6 Comitology
By letter of 2.6.2006 the LIBE committee has asked Parliament's legal service for an opinion concerning the use of comitology in the third pillar. The legal service basically excludes the use of comitology procedures. As an exception, it leaves, however, the possibility to make use of comitology as far as the Schengen acquis split between the first and third pillar is concerned. Functional needs, unity of the procedure and technical indivisibility are given as a justification for this line of argument. For the application of this line of argument the 'indissoluble link' is to be considered the decisive element. As regards the present Decision the rapporteur therefore proposes to keep the comitology procedure for the SIRENE Manual. He proposes, however, the modification of the applicable procedures to give Parliament a comparable role to the one of Council. These amendments are a logical consequence of the need to keep the coherence between the first and third pillar. At the same time the rapporteur insists on the rules of the EU Treaty in all cases where decisions have to be taken which fall exclusively in the third pillar and not in the scope of the SIRENE Manual. This concerns the rules on the compatibility of alerts and flagging.
III. Final remarks
One of the reasons for the legal complexity of the SIS II dossier is the existence of the two pillars. The present case exemplifies the need to overcome this artificial distinction. The rapporteur therefore urges the Council to make use of the passerelle provided for in Art. 42 TEU urgently
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) |
||||||
Referenzi |
(COM(2005)0230 – C6 0301/2005 – 2005/0103(CNS)) |
||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
||||||
Kumitat mitlub jagħti opinjoni |
BUDG |
||||||
Opinjoni mhux mogħtija |
BUDG |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
|
||||||
'Rapporteur' għal opinjoni |
Carlos Coelho 13.6.2005 |
||||||
Eżami fil-kumitat |
20.6.2005 |
23.11.2005
|
12.7.2006 |
18.4.2006 12.9.2006 |
4.5.2006
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
5.10.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
favur: kontra: astensjonijiet: |
35 3 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alexander Alvaro, Edit Bauer, Johannes Blokland, Mihael Brejc, Maria Carlshamre, Michael Cashman, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Elly de Groen-Kouwenhoven, Lilli Gruber, Adeline Hazan, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Henrik Lax, Antonio Masip Hidalgo, Edith Mastenbroek, Hartmut Nassauer, Martine Roure, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Manfred Weber |
||||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Roland Gewalt, Genowefa Grabowska, Luis Herrero-Tejedor, Sophia in 't Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Viktória Mohácsi, Javier Moreno Sánchez, Hubert Pirker, Marie-Line Reynaud, Bogusław Sonik |
||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jens Holm, Feleknas Uca |
||||||
Data tat-tressiq |
13.10.2006 |
||||||
Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
- [2] ĠU C,, p. .
- [3] ĠU C,, p. .
- [4] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Il-Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/211/JHA.
- [5] ĠU L 328, 13.12.2001, p. 4.
- [6] ĠU L 328, 13.12.2001, p. 1.
- [7] ĠU L...
- [8] ĠU L 190, 18.07.2002, p. 1.
- [9] ĠU L 8, 12.1.2001, p.1.
- [10] ĠU L 12, 17.1.2004, p. 47.
- [11] ĠU L 316, 27.11.1995, p. 2.
- [12] ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.
- [13] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
- [14] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.
- [15] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31
- [16] ĠU L 176, 10.7.1999, p. 53.
- [17] ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26.
- [18] ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1-48.
- [19] ĠU L 190, 18.07.2002, p. 1.
- [20] ĠU L 239, 22.9.2000, p. 439.
- [21] L-artikoli u l-paragrafi bl-ittri korsivi ġew miżjuda jew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 871/2004 u d-Deċiżoni tal-Kunsill 2005/211/JAI li għandu x’jaqsam ma’ xi funzjonijiet ġodda għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.
- [22] 2005/0106 (COD)