RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju ta’ oġġetti impurtati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi
16.10.2006 - (COM(2006)0076 – C6‑0078/2006 – 2006/0021(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Charles Tannock
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju ta’ oġġetti impurtati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi
(COM(2006)0076 – C6‑0078/2006 – 2006/0021(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0076)[1],
–– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0078/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6‑0361/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha kif meħtieġ, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emendi tal-Parlament | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Artikolu 3, punt (1 a) (ġdid) | |
|
(1a) "vjaġġaturi bil-vapur jew b'vapur tal-kruċieri" tfisser kwalunkwe passiġġier li jivvjaġġa permezz ta' vapur bi skeda, vapur ta' linja jew vapur tal-kruċieri għal distanza ta' mill-anqas 50 kilometru; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-limiti minimi għola proposti għall-ivjaġġar bl-ajru m'għandhomx jiżvantaġġjaw lill-industrija tat-trasport marittimu tal-passiġġieri b'mod mhux xieraq, u din l-emenda tfittex li testendi l-limiti minimi għola biex ikopru vjaġġi bil-baħar li jieħdu tul ta' żmien raġonevoli, li jġibu l-vjaġġi multipli bejn post u ieħor mhux ekonomikament vijabbli u mhux faċilment miftuħin għall-abbuż għall-gwadann kummerċjali. | |
Emenda 2 ARTIKOLU 8 PARAGRAFU 1 SUBPARAGRAFU 1 | |
1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju l-importazzjoni ta’ oġġetti, għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 3, li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx il‑EUR 220 per kull persuna |
1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju l-importazzjoni ta’ oġġetti, għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 3, li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 330 għal kull persuna |
Ġustifikazzjoni | |
Għalkemm hemm anqas skop li jiżdiedu l-konċessjonijiet għat-traġitti bit-toroq minħabba r-riskju ta' telf sostanzjali għal bażi ta' taxxa għal dawk l-Istati Membri li għandhom konfini terrestri ma' pajjiżi b'ġurisdizzjoni barra l-UE, eż. l-Istati Baltiċi, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Ungerija, xorta waħda jekk jiġi adottat limitu minimu sostanzjalment ogħla għall-ivjaġġjar bl-ajru u bil-baħar, allura jkun xieraq li l-valur tat-traġitti li jaqsmu l-fruntieri bl-art jiżdied marġinalment aktar 'il fuq mill-proposta tal-Kummissjoni. | |
Emenda 3 ARTIKOLU 8 PARAGRAFU 1 SUBPARAGRAFU 2 | |
Fil-każ tal-vjaġġaturi bl-ajru, il-limitu minimu monetarju speċifikat fl-ewwel subparagrafu għandu jkun EUR 500. |
Fil-każ tal-vjaġġaturi bl-ajru, jew vjaġġaturi bil-baħar jew fuq kruċiera, il-limitu minimu monetarju speċifikat fl-ewwel subparagrafu għandu jkun EUR 1000. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-limiti minimi ġodda proposti huma arbitrarji u suġġetti għal dibattitu skond l-interessi nazzjonali ta' l-Istati Membri individwali qed jiġi propost li jkun hemm medda ta' limiti minimi monetarji possibbli li l-Kumitat ECON jista' jikkunsidra bħala possibblitajiet. | |
Emenda 4 Artikolu 8, paragafu 2 | |
2. L-Istati Membri jistgħu ibaxxu l-limitu monetarju għal vjaġġaturi ta’ taħt il-ħmistax-il sena, ikunu x'ikunu l-mezzi tat-trasport. Madankollu, il-limitu monetarju ma’ jistax ikun inqas minn EUR 110 . |
2. L-Istati Membri jistgħu ibaxxu l-limitu monetarju għal vjaġġaturi ta’ taħt is-sittax-il sena, ikunu x'ikunu l-mezzi tat-trasport. Madankollu, il-limitu minimu monetarju ma’ jistax ikun inqas minn EUR 110 . |
Ġustifikazzjoni | |
L-età ta' responsabilità fil-parti l-kbira ta' l-UE saret ta' sittax-il sena u din hija maħsuba sabiex tirrifletti dan il-fatt soċjoloġiku. | |
Emenda 5 Artikolu 9, paragafu 2 | |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddistingwu bejn vjaġġaturi bl-ajru u vjaġġaturi oħra billi japplikaw il-limiti minimi tal-kwantità speċifikati fil-paragrafu 1 għall-vjaġġaturi għajr dawk bl-ajru. |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jiddistingwu bejn vjaġġaturi bl-ajru, jew vjaġġaturi bil-baħar jew fuq kruċiera, u vjaġġaturi oħra billi japplikaw il-limiti minimi tal-kwantità speċifikati fil-paragrafu 1 għall-vjaġġaturi għajr dawk bl-ajru, jew bil-baħar jew fuq kruċiera. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-limiti aktar baxxi tal-prodotti tat-tabakk huma fuq kollox intenzjonati bħala miżura ta' saħħa pubblika iżda hemm riskju ta' kuntrabandu ta' sigaretti permezz ta' rotot ta' traġitti terrestri, għaldaqstant hemm il-ħtieġa li din titħares b'metodu differenti skond il-mezz ta' vjaġġar. Iż-żjieda tas-safar bil-baħar mas-safar bl-ajru mhix diskriminatorja b'mod mhux xieraq bejn safar bil-baħar u safar bl-ajru fuq distanzi raġonevoli. | |
Emenda 6 Artikolu 10, paragafu 3 | |
3. Barra mill-eżenzjoni li jaħseb għaliha l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju total ta’ 4 litri ta’ inbid u 16-il litru birra. |
3. Barra mill-eżenzjoni li jaħseb għaliha l-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju total ta’ 8 litri ta’ inbid u 16-il litru birra. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tfittex li tpoġġi l-inbid u l-birra fl-istess livell sabiex il-kwantitajiet eżentati mill-VAT u mid-dazju ikunu ewkivalenti f'termini ta' kontenut alkoħoliku. | |
Emenda 7 Artikolu 11 | |
L-eżenzjonijiet skond l-Artikoli 9 jew 10 m’għandhomx japplikaw fil-każ ta’ vjaġġaturi taħt is-17-il sena. |
L-eżenzjonijiet skond l-Artikoli 9 jew 10 m’għandhomx japplikaw fil-każ ta’ vjaġġaturi taħt it-tmintax-il sena |
Ġustifikazzjoni | |
L-età legali tal-konsum ta' l-alkoħol hija 18-il sena fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri u x-xorb fiż-żgħażagħ huwa problema soċjali ewlenija fl-UE, li għandha tiġi miġġielda bħala prijorità tas-saħħa pubblika, u għalhekk l-età għandha togħla għal 18-il sena. | |
Emenda 8 Artikolu 12 | |
L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju, fil-każ tal-kwalunkwa mezz ta’ trasport bil-mutur, il-kombustibbli ta’ ġot-tank u kwantità ta’ kombustibbli li ma taqbiżx l‑10 litri ġo kontenitur li jinġarr, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkopru l‑pussess u t-trasport tal-kombustibbli |
L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT u d-dazju, kwantità ta' fjuwil li ma taqbiżx l-10 litri li tkun ġo kontenitur li jinġarr, trasportat f'vettura, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkopru l pussess u t-trasport tal-fjuwil Madanakollu, l-Istati Membri għandhom id-dritt li jimmoniterjaw ir-rata ta' xiri tal-petrol minn barra mill-pajjiż għal skopijiet ta' evażjoni ta' taxxa fir-reġjuni tagħhom li huma fuq il-fruntiera, u li jieħdu l-passi meħtieġa kontrieh |
Ġustifikazzjoni | |
Ħafna Stati Membri li jmissu ma' pajjiżi terzi jiffaċċjaw tnaqqis fid-dħul minħabba ċittadini tagħhom li jixtru l-petrol barra mill-pajjiż. Id-dħul baġitarju nazzjonali taħt il-VAT u d-dazju jaf ikunu mdaqqas. Għalhekk, il-problema għandha tissemma' fuq livell ta' ġuriżdizzjoni ta' l-UE sabiex l-Istati Membri jkollhom id-dritt li jimmoniterjaw u jevalwaw is-sitwazzjoni b'mod strett. | |
Minħabba raġunijiet ta' sikurezza, il-ġarr ta' kontenituri bil-fjuwil permezz tal-baħar u ta' l-ajru m'għandux ikun permess u għalhekk m'għandux ikun kopert mill-eżenzjoni mill-VAT u mid-dazju. | |
Emenda 9 Artikolu 14, paragrafu 1, punt (a) | |
(a) kull persuna bħala resident fiż-żona tal-fruntiera |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunċett huwa wieħed diskriminatorju, diffiċli li wieħed jikkontrollah, u arbitrarju. L-awtoritajiet tad-Dwana diġà għandhom is-setgħat li jikkonfiskaw oġġetti li mhumiex għall-użu personali jew li qed jiġu kummerċjalment mibjugħin mill-ġdid, liema setgħat huma biżżejjed sabiex irażżnu l-abbuż minn dawk ir-residenti taż-żona ta' fruntiera li ta' spiss jaqsmu konfini terrestri. | |
Emenda 10 Artikolu 16, paragrafu 3 a (ġdid) | |
|
3a. Il-limiti monteraji minimi msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2) għandhom jiġu riveduti ta' l-anqas kull ħames snin, b'mhux inqas mill-indiċi armonizzat ta' prezzijiet tal-konsumatur jew mid-dejta uffiċjali mill-Eurostat dwar ir-rata medja ta' inflazzjoni ta' l-Istati Membri, skond liema tkun l-ogħla, sakemm il-Kunsill ma' jiddeċidix mod ieħor b'mod unanimu. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-reviżjoni tal-konċessjonijiet tidher li kienet sporadika u mhux awtomatika, u għaldaqstant din l-emenda tfittex li ddaħħal mekkaniżmu awtomatiku ta' reviżjoni fid-Direttiva. |
- [1] Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
I. L-isfond leġiżlattiv u l-ħtieġa attwali għal revizjoni
Fl-1969 il-Kunsill adotta Direttiva li tarmonizza d-dispożizzjonijiet li jeżentaw oġġetti impurtati minn vjaġġaturi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi mill-VAT u mid-dazju.[1] Din introduċiet eżenzjoni mill-VAT u d-dazju fuq oġġetti importati li ma jkunux ta' natura kummerċjali u li jkunu taħt ċerti kwantitajiet u li jiddaħħlu fil-Komunità minn vjaġġaturi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi. Hija stipulat ukoll il-limiti kwantitattivi ta' prodotti tat-tabakk, alkoħol, fwejjaħ, kafè u tè. Minn dak iż-żmien 'l hawn id-Direttiva ta' l-1969 ġiet emendata diversi drabi sabiex tintroduċi diversi adattamenti tekniċi u bidliet fil-kwoti ta' importazzjoni kif ukoll sabiex jingħataw diversi derogi lil xi Stati Membri. It-tkabbir ta' l-UE fl-2004 biddel b'mod sinifikanti l-għamla u l-medda ġeografika ta' l-Unjoni, li ġiet tikkondividi konfini ġodda ma' l-Istati Membri ta' l-UE bħall-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Ungerija ma' pajjiżi bħar-Russja, l-Ukraina jew il-Belorussja (kif ukoll il-Moldova, is-Serbja u l-Maċedonja wara l-1 ta' Jannar 2007 meta r-Rumanija u l-Bulgarija huma mistennija li jissieħbu) u li għalhekk kien jenħtieġ intervent leġiżlattiv mill-Kunsill minħabba li numru ta' Stati Membri talbu lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirrevedi d-dispożizzjonijiet ta' l-1969. Il-proposta attwali titlob sabiex id-dispożizzjonijiet il-ġodda li jirrigwardaw il-konċessjoni lill-vjaġġaturi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007. Il-Kummissjoni iddeċidiet ukoll li tirrevedi l-limiti minimi u l-kwantitajiet li hemm fit-Titolu XI tar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 dwar is-sistema tal-Komunità ta' konċessjoni mid-dazju sabiex dawn jiġu jaqblu mad-dispożizzjonijiet proposti dwar konċessjoni fuq VAT u Dazju għal vjaġġaturi internazzjonali.
II. Limiti minimi kwantitattivi u monetarji
Skond id-dispożizzjonijiet attwali l-vjaġġaturi li ġejjin minn pajjiżi terzi lejn l-UE huma eżentati mill-VAT u mid-dazju fuq importazzjonijiet li mhumiex ta' natura kummerċjali u li ma għandhomx valur monetarju ta' aktar minn EUR 175 jew valur ekwivalenti fil-muniti nazzjonali ta' l-Istati Membri li huma barra z-zona ta' l-Euro. Id-Direttiva tistipola wkoll limiti kwantitattivi għal ċerti oġġetti kif imsemmi hawn fuq u dispożizzjonijiet ulterjuri għal każijiet speċjali.
Il-proposta attwali tal-Kummissjoni tappella għal żjieda fil-limitu minimu għal EUR 220, billi tqis ir-rata totali ta' inflazzjoni fl-UE ta' madwar 25% mill-aħħar reviżjoni ta' l-1994.
Fejn jidħlu l-prodotti tat-tabakk, filwaqt li tqis il-kampanja globali għas-saħħa pubblika sabiex tikkumbatti t-tipjip u l-effetti ħżiena tiegħu, il-proposta tintroduċi l-għażla ta' limiti mnaqqsa fuq prodotti tat-tabakk u dispożizzjoni sabiex din tkun applikata fuq vjaġġi transkofinali fuq l-art, biss jekk hekk mixtieq mill-Istati Membri.
Fir-rigward tax-xorb alkoħoliku, il-Kummissjoni tipproponi li tintroduċi limitu kwantitattiv ġdid fuq il-birra (16-il litru) u żjieda fil-limitu ta' l-inbid minn 2 litri għal 4 litri sabiex tiggarantixxi ċerta konsistenza u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni fost ix-xorb kollu alkoħoliku peress li f'terminu ta' saħħa pubblika m'hemm l-ebda evidenza ċara li kategorija ta' prodott tagħmel anqas ħsara minn xi oħra. Il-limitu kwantitattiv il-ġdid fuq il-birra, l-unika xarba alkoħolika li qabel kienet mingħajr dawn ir-restrizzjonijiet, iġġib lill-Istati Membri l-oħra konformi mad-deroga Finlandiża u għandha l-għan li tikkumbatti l-alkoħoliżmu, li huwa problema ewlenija tas-saħħa pubblika fl-UE.
IL-limiti kwantitattivi fuq il-prodotti tal-kafè u tat-tè kif ukoll fuq il-fwejjaħ għandhom jitneħħew peress li d-dazji għoljin li kienu jiġu applikati kienu anomalija storika li llum m'għadux il-każ tagħha.
III. L-opinjoni tar-rapporteur
B'mod ġenerali, ir-rapporteur jilqa' u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikulari li żżid l-eżenzjoni għall-vjaġġaturi bl-ajru fuq oġġetti b'valur sa EUR 500, madankollu jissuġġerixxi li jiġu introdotti diversi emendi ġodda:
- l-età li taħtha l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-limiti minimi monetarji (fil-proposta:l-età ta' 15-il sena) u l-età li għaliha l-Istati Membri m'għandhomx japplikaw eżenzjonijiet li jirrigwardaw limiti kwantitattivi fuq l-importazzjoni tat-tabakk u xorb alkoħoliku (fil-proposta eżistenti: l-età ta' 17-il sena), għandhom it-tnejn jiġu stipulati li jkunu l-età ta' 18-il sena; dawn il-limiti ta' età tradizzjonali li ma tbiddlux mill-1969 huma anomaliji storiċi peress li fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri l-età maġġurenni għal aspetti bħalma huma d-dritt għall-vot u x-xorb ta' l-alkoħol hija stabbilita bħala dik ta' 18-il sena u peress li l-maġġoranza tal-popolazzjoni mhix finanzjarjament awtonoma taħt l-età ta' 18-il sena, li jista' jkun ma kienx il-każ 40 sena ilu. Minkejja dan, fl-interess tas-sussidjarjetà l-Istati Membri xorta waħda għandhom id-dritt li jżommu l-eżenzjonijiet għall-oġġetti ġenerali importati jekk dan ikun jaqbel mad-drawwiet nazzjonali, ħlief għall-alkoħol u s-sigaretti. Dawn ta' l-aħħar huma ġustifikati b'mod mediku peress li x-xorb u t-tipjip fiż-żgħożija huma sors ta' tħassib serju dwar is-saħħa pubblika.
- għandha tiġi introdotta kategorija ġdida ta' vjaġġaturi, flimkien mal-vjaġġaturi bl-ajru, titjir privat għal divertiment, ħaddiema li jaħdmu f'zoni ta' fruntiera, . Jiġifieri, il-vjaġġaturi fuq vapur jew fuq kruċiera li qed jivvjaġġaw fuq safriet bil-baħar ta' ċertu tul ta' ħin u distanza; id-distanza eżatta mitluba hija dibattibbli u tista' tiġi stipulata bħala 50 jew 100 km sabiex jiġu esklużi traġitti qosra li jkunu miftuħin għall-abbuż u jtellfu dħul sinifikanti lil xi Stati Membri.
- Ir-Rapporteur japprezza t-tħassib ta' wħud mill-Istati Membri l-ġodda ta' l-UE li għandhom konfini terrestri komuni ma' pajjiżi terzi, li ta' spiss ikollhom prezzijiet sinifikament aktar baxxi, u b'hekk jiġu esposti għal kummerċ transkonfinali intensifikat f'direzzjoni waħda ta' prodotti li għandhom prezz irħas. Madankollu, huwa jemmen li l-limiti minimi monetarji proposti għall-vjaġġaturi bl-ajru u bil-baħar jew fuq kruċiera fuq l-importazzjoni ta' oġġetti li mhumiex prodotti tat-tabakk jew xorb alkoħoliku huma baxxi wisq u għandhom jogħlew b'mod sostanzjali; il-limitu minimu għal traġitti fuq l-art, għalkemm aktar baxxi minn dawk tal-baħar u ta' l-ajru, jistgħu wkoll jogħlew moderatament. Huwa wkoll fatt li l-għajnuna lill-ekonomiji ġirien tal-Lvant permezz ta' żjieda fil-kummerċ hija b'ħafna modi aktar utli minn għajnuna monetarja mill-ENPI mill-baġit ġenerali ta' l-UE.
- sa fejn huma kkonċernati l-abitanti ta' l-hekk imsejħa żoni ta' fruntiera u l-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri jitħallew japplikaw limiti minimi monetarji u kwantitattivi aktar baxxi, ir-Rapporteur huwa ta' l-opinjoni li billi jagħżlu li r-residenza tagħhom tkun viċin il-konfini Komunitarji ċ-ċittadini m'għandhomx ikollhom trattament differenti minn ħaddieħor. Għalhekk huwa jissuġġerixxi t-tħassir ta' dawk id-dispożizzjonijiet rispettivi u sabiex jiġu msaħħa s-setgħat tad-dwana nazzjonali ħalli jiġu kkonfiskati u mmultati dawk iċ-ċittadini, inklużi r-residenti taż-żoni ta' fruntiera li għal finijiet kummerċjali jabbużaw mill-eżenzjonijiet dwar il-konċessjonijiet.
- [1] Direttiva tal-Kunsill 69/169/KEE tat-28/05/1969 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet stipulati mil-Liġi, Regolamenti jew Azzjoni Amministrattiva li jirrigwardaw l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-bejgħ gross u d-dazju fuq l-importazzjonijiet fl-ivjaġġar internazzjonali.
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju ta’ oġġetti impurtati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi |
||||||
Referenzi |
COM(2006)0076 – C6-0078/2006 – 2006/0021(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
7.3.2006 |
||||||
Kumitat responsabbli |
ECON |
||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
ENVI |
INTA |
|
|
|
||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
ENVI |
INTA |
|
|
|
||
Koperazzjoni iktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
||
Rapporteur(s) |
Charles Tannock |
|
|||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni Data tad-deċiżjoni |
|
||||||
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||
Dotazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
|
||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
20.6.2006 |
11.7.2006 |
11.9.2006 |
|
|
||
Data ta’ l-adozzjoni |
10.10.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 1 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Pervenche Berès, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, David Casa, Jan Christian Ehler, Jonathan Evans, Jean-Paul Gauzès, Robert Goebbels, Donata Maria Assunta Gottardi, Benoît Hamon, Gunnar Hökmark, Karsten Friedrich Hoppenstedt, Sophia in 't Veld, Wolf Klinz, Christoph Konrad, Guntars Krasts, Kurt Joachim Lauk, Andrea Losco, Astrid Lulling, Gay Mitchell, Joseph Muscat, John Purvis, Alexander Radwan, Dariusz Rosati, Eoin Ryan, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Peter Skinner, Margarita Starkevičiūtė, Sahra Wagenknecht |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Charles Tannock |
||||||
Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Katerina Batzeli, Andrew Duff, Harald Ettl, Luis Herrero-Tejedor, Ona Juknevičienė |
||||||
Eżami fil-kumitat |
16.10.2006 |
|
|||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||