RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem)

24.10.2006 - (COM(2006)0354 – C6‑0206/2006 – 2006/0116(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteurs: Hélène Flautre, Edward McMillan-Scott
Rapporteur għal opinjoni (*):
Alessandro Battilocchio, Kumitat għall-Iżvilupp
(*) Koperazzjoni iktar mill-qrib bejn il-kumitati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

Proċedura : 2006/0116(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0376/2006

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem)

(COM(2006)0354 – C6‑0206/2006 – 2006/0116(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0354),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 179(1) u 181a(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0206/2006),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Iskrutinju Demokratiku u l-Koerenza ta' Attivitajiet Esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarju sod[1] u l-iskambju ta' ittri relatat,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat tad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Baġits (A6‑0376/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk hemm il-ħsieb li l-proposta terġa' tkun emendata sostanzjalment jew tkun mibdula b'test ieħor;

3.  Jikkunsidra li l-allokazzjoni finanzjarja indikata fil-proposta leġiżlattiva għandha tkun kumpatibbli mal-limitu ta' l-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju plurijennali l-ġdid u jirrimarka li l-ammont annwali se jkun deċiż fi ħdan il-proċedura baġitarja annwali, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-punt 37 tat-taqsima IIA;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emendi tal-Parlament

Emenda 1Premessa 1

(1) Qed jiġi propost qafas ġdid għall-ippjanar u għall-konsenja ta’ l-għajnuna biex l-għajnuna esterna tal-Komunità ssir iktar effettiva. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru [...] jistabbilixxi Strument għal Qabel l-Adeżjoni (IPA) għal għajnuna tal-Komunità lil pajjiżi kandidati u lil pajjiżi kandidati potenzjali. Ir-Regolament (KE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi Strument Ewropew għall-Viċinat u għas-Sħubija li jipprovdi appoġġ dirett għall-Politika Ewropea tal-Viċinat ta’ l-UE. Ir-Regolament (KE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-Koperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni Ekonomika. Ir-Regolament (KE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi strument ta’ finanzjament għall-Istabbiltà li jipprovdi għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ kriżi li qed titfaċċa, u theddidiet speċifiċi globali u transreġjonali. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument Ewropew għall-Promozzjoni tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) madwar id-dinja;

(1) Qed jiġi propost qafas ġdid għall-ippjanar u għall-konsenja ta' l-għajnuna biex l-għajnuna esterna tal-Komunità ssir iktar effettiva u transparenti. Dan ir-Regolament hu wieħed mill-istrumenti ġenerali li jipprovdi appoġġ dirett lill-politiki esterni ta' l-Unjoni Ewropea u jistabbilixxi Strument Ewropew għall-Promozzjoni tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) madwar id-dinja, li jista' jitħaddem mingħajr il-permess tal-pajjiż ospitanti;

Ġustifikazzjoni

In-negozjati dwar l-istruttura ta' l-istrumenti finanzjarji esterni għadhom ma spiċċawx, imma ċertament se jwasslu għal aktar strumenti. Diġà hemm ftehim dwar dan il-kliem fi strumenti oħra.

Emenda 2

Premessa 3

(3) Il-promozzjoni tad-demokrazija u ta’ l-istat ta’ dritt, u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxu objettiv importanti ta’ l-iżvilupp politiku tal-Komunità u l-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika mal-pajjiżi terzi. L-impenn għar-rispett, il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem huwa element essenzjali tar-relazzjonijiet kuntrattwali tal-Komunità mal-pajjiżi terzi;

(3) Il-promozzjoni tad-demokrazija u ta’ l-istat ta’ dritt, u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxu objettiv importanti ta’ l-iżvilupp politiku tal-Komunità u l-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika mal-pajjiżi terzi. L-impenn għar-rispett, il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem huwa element essenzjali tar-relazzjonijiet kuntrattwali tal-Komunità u tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha mal-pajjiżi terzi;

Emenda 3

Premessa 4

(4) Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp miftiehem b’mod konġunt mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew jenfasizza li “il-progress fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, fil-governanza tajba u fid-demokratizzazzjoni huwa fundamentali għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli”

(4) Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp miftiehem b’mod konġunt mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew jenfasizza li “l-progress fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, fit-tmexxija tajba u fid-demokratizzazzjoni huwa fundamentali għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli”. Politiki bħal dawn, allura, jikkontribwixxu bil-qawwi għall-kisba tal-Miri ta' l-Iżvilupp tal-Millennju dwar il-qerda tal-faqar (MDGs), li l-Unjoni Ewropea kkommettiet ruħha għalihom fis-sena 2000.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-kunsens Ewropew hija xierqa, iżda l-Miri ta’ l-Iżvilupp tal-Millennju għandhom jiġu msemmija wkoll.

Emenda 4

Premessa 5

(5) L-istrument ta’ finanzjament jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni Barranija u għas-Sigurtà ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali;

(5) L-istrument ta’ finanzjament jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni Barranija u għas-Sigurtà ta’ l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 11(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta’ l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali.

Emenda 5

Premessa 5 a (ġdida)

 

(5a) Fir-rapport tiegħu "In Larger Freedom – Towards Development, Security and Human Rights for All", is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti jiddeskrivi wkoll ir-relazzjoni bejn l-iżvilupp, is-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem, u jiddikjara: "L-iżvilupp, is-sigurtà u d-drittijiet tal-bniedem m’humiex biss imperattivi; isaħħu wkoll lil xulxin. ... Minħabba dan, aħna mhux se ngawdu mill-iżvilupp mingħajr is-sigurtà; aħna mhux se ngawdu s-sigurtà mingħajr l-iżvilupp, u mhux se ngawdu l-ebda minnhom mingħajr rispett lejn id-drittjiet tal-bniedem. Jekk dawn il-kawżi ma jinġibux 'il quddiem, lanqas waħda ma tirnexxi."

Emenda 6

Premessa 6

(6) Il-kontribut tal-Komunità għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali huwa msejjes fil-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u kwalunkwe Strument Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem ieħor li ġie adottat fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti;

(6) Il-kontribut tal-Komunità għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta’ l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali huwa msejjes fil-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u kwalunkwe Strument Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem ieħor li ġie adottat fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-MDGs;

Emenda 7

Premessa 8

(8) Id-drittijiet tal-bniedem jistgħu jitqiesu fid-dawl ta' normi internazzjonali li huma aċċettati b'mod universali, iżda d-demokrazija għandha titqies bħala proċess, li jiżviluppa internament, li jinvolvi s-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà u firxa ta' istituzzjonijiet li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentazzjoni, il-kapaċità ta' reazzjoni u l-obbligu ta' rendikont. Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u li d-demokrazija ssir taħdem għaċ-ċittadini tagħha, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, essenzjalment hija sfida kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat;

(8) Id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji u l-valuri demokratiċi jistgħu jitqiesu fid-dawl ta' normi internazzjonali li huma aċċettati b'mod universali, iżda l-proċeduri speċifiċi għall-istabbiliment ta' istituzzjonijiet li jkunu kapaċi jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet demokratiċi u umani kollha għadhom jitqiesu bħala proċess, li jiżviluppa internament, li jinvolvi s-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà u firxa ta' istituzzjonijiet li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentazzjoni, il-kapaċità ta' reazzjoni u l-obbligu ta' rendikont. Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u li d-demokrazija ssir taħdem għaċ-ċittadini tagħha, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, meta gvernijiet awtoritarji jrażżnu lis-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) ġenwini, essenzjalment hija sfida kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat imma mingħajr ma jitnaqqsu l-obbligi tal-Komunità internazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li titfakkar ir-responsabilità primarja tal-pajjiżi kkonċernati biex jistabbilixxu d-demokrazija, imma hu wkoll importanti li jissemma l-impenn tal-komunità internazzjonali.

Emenda 8

Premessa 9

(9) Sabiex il-kwistjonijiet imsemmija aktar ’il fuq jiġu indirizzati b’mod effettiv, f’waqtu u flessibbli lil hinn mill-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999, li servew bħala l-bażi legali għall-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u li jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2006, huma meħtieġa riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament komplut minn kollox, li jistgħu jkomplu jaħdmu b’mod indipendenti filwaqt li jibqgħu komplementari għall-għajnuna umanitarja u għall-istrumenti ta’ finanzjament ta’ żvilupp u koperazzjoni tul medda twila ta’ żmien;

(9) Sabiex il-kwistjonijiet imsemmija aktar ’il fuq jiġu indirizzati b’mod effettiv, trasparenti, f’waqtu u flessibbli lil hinn mill-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999, li servew bħala l-bażi legali għall-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u li jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2006, huma meħtieġa riżorsi finanzjarji speċifiċi u adegwati u strument ta’ finanzjament separat, li jistgħu jkomplu jaħdmu b’mod indipendenti billi huma kumplimentari b'mod reċiproku ma' l-istrumenti l-oħrajn għall-politiki esterni ta' l-Unjoni Ewropea ;

Ġustifikazzjoni

Mhux kompletament ċar x'tista' tfisser "komplut minn kollox" f'dan il-kuntest allura "separat" tidher iktar xierqa. Id-diversi strumenti għall-azzjonijiet esterni huma fl-aħħar minn l-aħħar kollha marbuta ma' xulxin u, għalhekk, it-terminu "kumplimentari b'mod reċiproku" hu xieraq.

Emenda 9

Premessa 10

(10) L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament hija mfassla biex tikkomplementa d-diversi għodod l-oħra għall-implimentazzjoni tal-politiki ta’ l-UE dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ koperazzjoni finanzjarja u teknika, li jinkludu kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi. Se tikkomplementa wkoll l-interventi ta’ l-Istrument għall-Istabbiltà li jkunu iktar relatati mal-kriżijiet;

(10) L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament hija mfassla biex tikkomplementa d-diversi għodod l-oħra għall-implimentazzjoni tal-politiki ta’ l-UE dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ koperazzjoni finanzjarja u teknika, li jinkludu kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi u l-istrumenti. Se jkun strument importanti għall-implimentazzjoni tal- politika ta' l-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni tad-demokrazija, notevolment fid-dawl tal-linji gwida ta' l-UE dwar il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-implimentazzjoni tal-klawżoli tad- 'demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem'. Se tikkomplementa wkoll l-interventi ta’ l-Istrument għall-Istabilità li jkunu aktar relatati mal-kriżijiet;

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li jkun enfasizzat li dan huwa wkoll għodda għal-Linji Gwidi ta' l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u wkoll għall-klawżoli dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

Emenda 10

Premessa 11

(11) B’mod partikolari, minbarra u b’mod komplementari għall-miżuri miftiema mal-pajjiżi msieħba fil-kuntest tal-kooperazzjoni segwita skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Cotonou mal-pajjiżi ACP u l-Istrument għall-Istabbiltà, il-Komunità tipprovdi għajnuna skond dan ir-Regolament li tindirizza kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem u ta’ demokratizzazzjoni globali, reġjonali u nazzjonali, fi sħubija mas-soċjetà ċivili;

(11) B’mod partikolari, minbarra u b’mod komplementari għall-miżuri miftiehma mal-pajjiżi msieħba fil-kuntest tal-koperazzjoni segwita skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Koperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Cotonou mal-pajjiżi ACP u l-Istrument għall-Istabilità, il-Komunità tipprovdi għajnuna għas-soċjetà ċivili skond dan ir-Regolament lill-parteċipanti mhux statali li ma jagħmlux qligħ kif definit fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament meta jiġu indirizzati kwistjonijiet globali, nazzjonali, reġjonali u lokali tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ demokratizzazzjoni.

Emenda 11

Premessa 12

(12) Barra minn hekk, filwaqt li l-għanijiet tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem huma dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament se jkollha rwol komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza ta’ l-azzjoni tagħha mill-kunsens ta’ l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi. Dan jagħmel possibbli l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija, billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu jew sabiex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni. Dan jipprovdi wkoll kapaċità tal-Komunità li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali, li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi, li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Tipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħall-osservazzjoni indipendenti ta’ l-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni;

(12) Barra minn hekk, filwaqt li l-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem iktar integrati matul l-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament se jkollha rwol ieħor komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza ta’ l-azzjoni tagħha mill-kunsens ta’ l-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jagħmel possibbli l-koperazzjoni mal-parteċipanti mhux statali li ma jagħmlux qligħ kif definit fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament dwar kwistjonijiet sensittivi tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu jew sabiex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni. Dan jipprovdi wkoll il-kapaċità tal-Komunità li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali, li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi, li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Tipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħall-osservazzjoni indipendenti ta’ l-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni.

Emenda 12

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12) L-għajnuna finanzjarja skond dan ir-Regolament għandha tappoġġja wkoll id-drittijiet tal-bniedem u l-proġetti ta’ promozzjoni għad-demokrazija minn u għall-parlamenti demokratiċi u billi ttejjeb il-kapaċità politika tagħhom, jekk il-gvern tal-pajjiż konċernat jopponi assistenza bħal din skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, il-Ftehima ta’ Cotonou mal-pajjiżi ACP u l-Istrument għall-Istabilità, u għall-gruppi politiċi demokratiċi.

Emenda 13

Premessa 13

(13) Il-“Linji ta’ gwida għat-tisħiħ tal-koordinazzzjoni operattiva bejn il-Komunità, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Istati Membri fil-qasam ta’ l-għajnuna esterna” tas-sena 2001 jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni mtejba ta’ l-għajnuna esterna ta’ l-UE fl-oqsma ta’ l-appoġġ għad-demokratizzazzjoni u tal-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali madwar id-dinja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ għajnuna rispettivi tagħhom ikunu komplementari;

(13) Il-“Linji gwida għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva bejn il-Komunità, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Istati Membri fil-qasam ta’ l-għajnuna esterna” tas-sena 2001 jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni mtejba ta’ l-għajnuna esterna globali ta’ l-UE fl-oqsma ta’ l-appoġġ għad-demokratizzazzjoni u tal-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali madwar id-dinja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ għajnuna rispettivi tagħhom ikunu komplementari u koerenti.

Ġustifikazzjoni

Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri; barra minn hekk, qed tiżdied referenza għall-bżonn ta’ koerenza.

Emenda 14

Premessa 14

(14) Ir-rilevanza u l-ambitu ta’ l-għajnuna tal-Komunità fil-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem titlob biex il-Kummissjoni tfittex skambji b’mod regolari u frekwenti ta’ l-informazzjoni mal-Parlament Ewropew.

(14) Ir-rilevanza u l-ambitu ta’ l-għajnuna tal-Komunità fil-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem titlob biex il-Kummissjoni tfittex skambji b’mod regolari u frekwenti ta’ l-informazzjoni mal-Parlament Ewropew u tidħol fi djalogu strutturat skond l-Artikolu 16(4) ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

M'għandux biss ikun skambju ta' informazzjoni, imma djalogu regolari, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Iskrutinju Demokratiku u l-Koerenza ta' l-Azzjonijiet Esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba.

Emenda 15

Premessa 15

(15) Il-Kummissjoni teħtieġ tikkonsulta lir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, kif ukoll lid-donaturi u lill-parteċipanti, mill-aktar xieraq possibbli fil-proċess ta’ pprogrammar sabiex jiġu ffaċilitati l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom u sabiex jiżguraw li l-attivitajiet ta’ għajnuna huma komplementari għal xulxin kemm jista’ jkun;

(15) Il-Kummissjoni teħtieġ tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lir-rappreżentanti tal-parteċipanti mhux statali li ma jagħmlux qligħ kif definit fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-regolament, kif ukoll lid-donaturi u lill-parteċipanti l-oħra, minn stadju bikri fil-proċess ta’ pprogrammar sabiex jiġu ffaċilitati l-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom u sabiex jiżguraw li l-attivitajiet ta’ għajnuna huma komplementari għal xulxin kemm jista’ jkun u li jindirizzaw l-objettivi determinati bl-aktar mod effiċjenti u effettiv.

Ġustifikazzjoni

Il-konsultazzjoni għandha tiġi estiża lill-Parlament u għandha tapplika fil-każijiet kollha. L-objettiv ta’ effettività għandu jkun enfasizzat.

Emenda 16

Premessa 16

(16) Il-Komunità jeħtieġ li tkun tista' tirreaġixxi malajr għal ħtiġijiet mhux previsti u f'ċirkostanzi eċċezzjonali sabiex titkabbar il-kredibilità u l-effettività ta' l-impenn tagħha għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi fejn jinqalgħu sitwazzjonijiet ta' din ix-xorta. Dan jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi dwar il-Miżuri Speċjali li mhumiex koperti mid-Dokumenti ta' Strateġija. Dan l-istrument għall-ġestjoni ta' l-għajnuna jikkorrispondi għal dawk inklużi fl-istrumenti ta' finanzjament ta' l-għanjuna esterna l-oħra;

(16) Il-Komunità jeħtieġ li tkun tista' tirreaġixxi malajr għal ħtiġijiet mhux previsti u f'ċirkostanzi eċċezzjonali sabiex titkabbar il-kredibilità u l-effettività ta' l-impenn tagħha għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi fejn jinqalgħu sitwazzjonijiet ta' din ix-xorta, speċjalment jekk it-trattati ta’ l-għajnuna ta’ l-UE konklużi magħhom jinkludu l-klawsola tad-demokrazija. Dan jeħtieġ il-possibilità għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi fuq Miżuri Speċjali li m’humiex koperti mid-Dokumenti ta’ Strateġija u sabiex tirrispondi b’manjiera flessibbli għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-parteċipanti mhux statali li ma jagħmlux qligħ kif definit fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem. Dan l-istrument għall-ġestjoni ta' l-għajnuna jikkorrispondi għal dawk inklużi fl-istrumenti ta' finanzjament ta' l-għanjuna esterna l-oħra.

Emenda 17

Premessa 17

(17) Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas finanzjarju għat-tul kollu tal-programm li għandu jkun il-punt prinċipali ta’ referenza għall-awtorità baġitarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda;

(17) Dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għat-tul kollu tal-programm li għandu jkun il-punt prinċipali ta’ referenza għall-awtorità baġitarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda;

Ġustifikazzjoni

It-terminoloġija fit-taqsima IIA tas-17 ta' Mejju 2006 inbidlet ftit meta mqabbla ma' dik preċedenti u issa tuża t-terminu "allokazzjoni finanzjarja".

Emenda 18

Premessa 18

(18) Jeħtieġ li jiġi żgurat appoġġ finanzjarju għaċ-Ċentru Inter-Universitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u għad-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta’ Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni u l-Programm ta’ Borża ta’ Studju UE-NU, lil hinn mill-iskadenza sa l-aħħar tas-sena 2006 tad-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni ta’ korpi attivi f’livell Ewropew u għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, li serviet bħala l-bażi legali għall-finanzjament;

(11) Jeħtieġ li jiġi żgurat appoġġ finanzjarju għall-istituzzjonijiet li jappoġġjaw l-objettiv tar-Regolament, inter alia, għaċ-Ċentru Inter-Universitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u għad-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta’ Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni u l-Programm ta’ Borża ta’ Studju UE-NU, lil hinn mill-iskadenza sa l-aħħar tas-sena 2006 tad-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-promozzjoni ta’ korpi attivi f’livell Ewropew u għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam ta’ l-edukazzjoni u t-taħriġ, li serviet bħala l-bażi legali għall-finanzjament;

Emenda 19

Premessa 20 a (ġdida)

 

(20a) Li jiġi rikonoxxut is-suċċess sinifikanti u kontinwu ta’ l-Unjoni Ewropea li taċċetta li tagħmel Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali matul id-dinja kollha, iżda li wieħed jaċċetta li l-promozzjoni tad-demokrazija tmur lil hinn mill-proċess elettorali waħdu, attivitajiet bħal dawn m’għandhomx jaqbżu l-ammont mhux proporzjonat tal-fondi totali, speċjalment f’relazzjoni għall-iffinanzjar ta’ l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u l-proġetti,

Emenda 20

Artikolu 1, paragrafu 1

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem li skond tiegħu il-Komunità għandha tipprovdi għajnuna, fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi terzi, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem li skontu l-Komunità għandha tipprovdi għajnuna, fi ħdan il-qafas tal-politika Komunitarja dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp, il-Politika Komuni Barranija u ta’ Sigurtà u l-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi terzi, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-libertajiet fundamentali, li huma l-valuri prinċipali li fuqhom hija bbażata l-azzjoni esterna ta' l-Unjoni Ewropea.

Emenda 21

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (a)

(a) ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali fejn dawn ikunu l-iktar f’riskju u tipprovdi appoġġ u solidarjetà lill-vittmi tar-ripressjoni u ta’ l-abbuż;

a) tippromwovi u tikkonsolida d-demokrazija u r-riforma demokratika u ttejjeb ir-rispett għal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-pajjiżi terzi, kif pproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u strumenti oħra internazzjonali u reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment permezz ta’ l-appoġġ għall-parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu 9 u għad-difensuri tad-Drittijiet tal-bniedem kif definiti fil-linji gwida ta’ l-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

Emenda 22

Article 1, paragrafu 2, punt (b)

(b) issaħħaħ ir-rwol tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tar-riforma demokratika, tiżviluppa l-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni politika, u tappoġġja l-prevenzjoni tal-kunflitti;

imħassar

Emenda 23

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (c)

(c) tappoġġja l-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tas-supremazija tad-dritt u tal-promozzjoni tad-demokrazija;

(c) tappoġġja u ssaħħaħ il-qafas internazzjonali u reġjonali għall-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tal-promozzjoni tad-demokrazija u ta’ l-istat tad-dritt u l-prevenzjoni tal-kunflitti; jissaħħaħ l-irwol tal-parteċipanti mhux statali li ma jagħmlux qligħ kif definit fl-Artikolu 9(1) bħala parteċipant indispensabbli fi ħdan il-qafas;

Ġustifikazzjoni

Il-qafas reġjonali qed isir dejjem aktar importanti u għandu jkun imsemmi flimkien ma’ l-irwol tas-soċjetà ċivili.

Emenda 24

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (d)

(d) tibni l-kunfidenza fi proċessi elettorali demokratiċi permezz ta’ aktar żvilupp ta’ l-osservazzjoni u ta’ l-għajnuna elettorali.

(d) tmexxi 'l quddiem il-kredibilità tal-proċess elettorali permezz ta' missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali, jekk ma jkunux jistgħu jkunu pprovduti permezz ta' strumenti aktar xierqa, u b'appoġġ lill-parteċipanti lokali mhux statali li ma jagħmlux qligħ kif definit fl-Artikolu 9(1), bħala parteċipant indispensabbli f'dan il-qafas.

Ġustifikazzjoni

It-test oriġinali jista' jiftiehem daqslikieku żieda fil-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tista' tkun soluzzjoni fiha nnifisha. Huwa importanti li jkun hemm involviment u segwitu mill-organizzazzjoni lokali.

Emenda 25

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), kliem introduttorju

(a) appoġġ għad-demokrazija u għall-proċessi tad-demokratizzazzjoni, b’mod partikolari billi jissaħħaħ ir-rwol tas-soċjetà ċivili fi

a) promozzjoni u tisħiħ tad-demokrazija, il-proċessi ta’ demokratizzazzjoni u demokrazija parlamentari, speċjalment permezz tal-parteċipanti kif imsemmija fl-Artikolu 9, f’dawn l-oqsma li ġejjin:

Emenda 26

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (i)

(i) l-iżvilupp tal-parteċipazzjoni u tar-rappreżentazzjoni politika taċ-ċittadini, fl-inkoraġġiment ta’ djalogu u koperazzjoni fis-soċjetà ċivili, u l-għajnuna biex tingħata s-setgħa lis-sezzjonijiet emarġinati tal-popolazzjoni;

i) il-promozzjoni tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u ta’ l-assemblea, il-libertà ta’ l-espressjoni, il-midja indipendenti, l-aċċess ħieles u ugwali għall-informazzjoni u l-moviment ħieles; il-miżuri kontra ostakli amministrattivi għall-eżerċizzju ta’ dawk il-libertajiet;

Emenda 27

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (ii)

ii) l-inkoraġġiment ta’ proċessi parteċipatorji għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali ta’ l-irġiel u tan-nisa’ fis-soċjetà ċivili, u fil-ħajja ekonomika u politika;

(ii) il-promozzjoni ta' l-indipendenza tal-ġudikatura; it-tisħiħ ta’ l-istat tad-dritt; l-appoġġjar u l-evalwar tar-riformi legali u istituzzjonali; kontra l-impunità u l-promozzjoni ta’ l-aċċess għall-ġustizzja (mingħajr ma jiġi implikat l-involviment f’kawżi quddiem il-qrati);

Emenda 28

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (iii)

(iii) it-trawwim tar-rispett reċiproku u tal-pluraliżmu kemm fuq il-livell tas-soċjetà ċivili kif ukoll fuq il-livell politiku permezz tal-promozzjoni tal-libertà ta l-espressjoni u ta l-assemblea, ta medja indipendenti u responsabbli, ta aċċess mingħajr tfixkil għall-informazzjoni, u tal-libertà ta assoċjazzjoni;

(iii) il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, tat-tribunali kriminali internazzjonali ad hoc u tal-proċessi tal-ġustizzja tranżitorja u mekkaniżmi ta’ verità u ta’ rikonċiljazzjoni ;

Emenda 29

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (iv)

(iv) it-tisħiħ tas-supremazija tad-dritt u l-inkoraġġiment tar-riforma legali, ta’ l-indipendenza tal-ġudikatura, tal-ġlieda kontra l-impunità u l-kontribut għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi tranżitorji tal-ġustizzja u tar-rikonċiljazzjoni, inkluż l-appoġġ għall-istabbiliment u għall-funzjonament ta tribunali internazzjonali ad hoc u tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(iv) l-appoġġ ta’ riformi biex jinkisbu l-obbligu ta’ rendikont u ta’ sorveljanza demokratika effettiva, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà, u l-inkoraġġiment tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;

Emenda 30

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (v)

(v) l-appoġġ ta' riformi biex jinkisbu obbligu ta' rendikont u sorveljanza demokratika effettiva, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà, u l-inkoraġġiment tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;

(v) jiġu promossi l-pluraliżmu politiku u d-demokrazija parlamentari billi jiġu appoġġjati d-drittijiet tal-bniedem u l-proġetti ta’ promozzjoni għad-demokrazija minn u għall-parlamenti demokratiċi u billi ttejjeb il-kapaċità politika tagħhom, jekk il-gvern tal-pajjiż konċernat jopponi assistenza bħal din skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, il-Ftehima ta’ Cotonou mal-pajjiżi ACP u l-Istrument għall-Istabilità, u għall-gruppi politiċi demokratiċi.

Emenda 31

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (v b) (ġdid)

 

(va) il-manteniment tal-parteċipazzjoni politika u tar-rappreżentazzjoni taċ-ċittadini, b’mod partikulari billi jiġu involuti l-gruppi emarġinati; tiġi appoġġjata l-abilità tal-parteċipanti mhux statali li ma jagħmlux qligħ kif definit fl-Artikolu 9(1) u tal-gruppi demokratiċi li jinterpellaw, jiddjalogaw, jipproponu riformi lill-awtoritajiet politiċi fuq livell lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali;

Emenda 32

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (v b) (ġdid)

 

(vb) il-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa bħala drittijiet bażiċi tal-bniedem, kif ukoll l-ugwaljanza ta' opportunitajiet; l-appoġġ tal-parteċipazjoni u r-rappreżentazzjoni politika tan-nisa;

Emenda 33

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (vi)

(vi) l-applikazzjoni ta’ metodi ta’ prevenzjoni tal-kunflitti u ta’ soluzzjoni għall-kunflitti, sabiex jiġi evitat kunflitt vjolenti, jingħelbu l-kawżi primarji u jiġu żviluppati proċessi demokratiċi xierqa biex jiġu ggwidati u ġestiti l-interessi diverġenti;

(vi) l-applikazzjoni ta’ metodi ta’ prevenzjoni tal-kunflitti u ta’ soluzzjoni għall-kunflitti, sabiex jiġi evitat kunflitt vjolenti, jingħelbu l-kawżi primarji u jiġu żviluppati proċessi demokratiċi xierqa biex jiġu ggwidati u ġestiti l-interessi diverġenti; il-promozzjoni ta' kultura ta' non-vjolenza u paċi;

Emenda 34

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), kliem ta' introduzzjoni

(b) il-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali oħrajn li jikkonċernaw id-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali. Dan jinkludi appoġġ permezz tas-soċjetà ċivili għal:

(b) il-promozzjoni u d-difiża, prinċiparjament permezz ta' atturi li ma jaħdmux għal skop ta' qligħ u li m'humiex statali kif definit fl-Artikolu 9(1), tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti oħra tad-drittijiet tal-bniedem reġjonali u internazzjonali b'mod speċjali l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittjiet Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali.

 

F'dan il-kuntest, attivitajiet irrapurtati skond dan l-istrument għandhom jinkludu, inter alia, l-oqsma li ġejjin:

Emenda 35

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (i)

i) l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, il-prevenzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin u r-riabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura u ta’ l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

(i) l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, il-ġlieda kontra u l-prevenzjoni tat-tortura u forom oħra ta' trattament krudili, diżuman u degradanti u r-rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura.

Ġustifikazzjoni

Ir-rijabilitiazzjoni tal-vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jaqgħu fl-ambitu tal-ġlieda kontra l-impunità, "It-tortura u l-forom oħra ta' trattament krudili, diżuman u degradanti" hija t-terminoloġija standard tan-Nazzjonijiet Uniti, użata f'konvenzjonijiet internazzjonali.

Emenda 36

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (ii)

ii) id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

(ii) l-appoġġ, u l-protezzjoni ta', u l-assisstenza lid-difensura tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-persuni eletti li twaqqfu milli jwettqu l-mandati, l-attivisti politiċi u l-vittmi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

Ġustifikazzjoni

Huwa wkoll importanti li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li qed jgħinu l-vittimi tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ikunu appoġġjati. Il-Membri Parlamentari li ma jistgħux jeżerċitaw il-mandat tagħhom u l-politiċi dissidenti huma intitolati li jirċievu l-protezzjoni u l-għajnuna bħala atturi fundamentali f'kull proċess demokratiku.

Emenda 37

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (iii)

iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, id-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni;

iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu, il-ksenofobija, u d-diskriminazzjoni minħabba sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatterisitiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin ieħor, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija f’minoranza nazzjonali, sjieda ta' proprjetà, twelid, diżabilità, età, orjentazzjoni jew identità sesswali jew għal kwalunkwe raġuni oħra;

Emenda 38

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (iii a) (ġdid)

 

(iii) il-promozzjoni u d-difiża tal-libertà ta' espressjoni, inklużi l-espressjoni artistika u kulturali u l-ġlieda kontra ċ-ċensura;

Emenda 39

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (iv)

iv) il-minoranzi, il-gruppi etniċi u l-popli indiġeni;

(iv) id-drittijiet tal-minoranzi, il-gruppi etniċi u l-popli indiġeni, b'mod partikulari billi tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontrihom;

id-drittijiet ta' l-immigrati, ir-refuġjati u l-persuni spostati;

Emenda 40

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (v)

v) id-drittijiet tan-nisa;

(v) id-drittijiet tan-nisa, inklużi miżuri biex jiġu miġġielda l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati, ir-reati relatati ma' l-unur, l-abbuż domestiku u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

Emenda 41

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (vi)

(vi) id-drittijiet tat-tfal;

(vi) id-drittijiet tat-tfal, inklużi l-ġlieda kontra t-tħaddim, l-ittraffikar u l-prostituzzjoni tat-tfal, u r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal;

Emenda 42

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (vii)

(vii) l-istandards ċentrali tax-xogħol;

(vii) l-istandards fundamentali tax-xogħol, inklużi miżuri biex tiġi promossa r-responsabilità soċjali ta' kumpaniji;

Emenda 43

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (vii a) (ġdid)

(viia) id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità;

Emenda 44

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (viii)

(viii) l-edukazzjoni, t-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

(viii) l-edukazzjoni, t-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-bini tal-paċi u l-prevenzjoni tal-vjolenza;

Emenda 45

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (viii a) (ġdid)

(viii a) il-bini ta' kapaċità għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali involuti fil-protezzjoni, it-tisħiħ u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u fil-bini tal-paċi u l-prevenzjoni tal-vjolenza;

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn li l-ħtieġa li jkunu appoġġjati l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tal-bini tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-vjolenza tiġi speċifikata fid-dettall.

Emenda 46

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), kliem ta' introduzzjoni

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tas-supremazija tad-dritt u l-promozzjoni tad-demokrazija, b’mod partikolari billi

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, ta' l-istat tad-dritt u l-promozzjoni tad-demokrazija, u b'mod partikolari billi

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda 47

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), punt (i)

(i) ikun provdut appoġġ għal strumenti speċifiċi internazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja u d-demokrazija;

(i) ikun provdut appoġġ għal strumenti speċifiċi internazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

Emenda 48

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), punt (ii)

(ii) titrawwem il-koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet multilaterali u reġjonali;

(ii) titrawwem il-koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u reġjonali ;

Emenda 49

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), punt (ii a) (ġdid)

 

(iia) titrawwem koperazzjoni bejn l-atturi indipendenti li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ u li m'humiex statali, kif definiti fl-Artikolu 9(1) u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali u reġjonali; jiġu appoġġati attivitajiet minn atturi li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ u li m'humiex statali kif definiti fl-Artikolu 9(1) intenzjonati biex tiġi promossa u moniterjata l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti internazzjonali u reġjonali għad-drittijiet tal-bniedem;

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn aktar iffukar fuq l-irwol ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħala interlokuturi għall-organizzazzjonijiet inergovernattivi reġjonali u internazzjonali u fuq l-irwol tagħhom fil-promozzjoni u l-monitoraġġ ta' l-implimentazzjoni ta' strumenti internazzjonali u reġjonali għad-drittjiet tal-bniedem.

Emenda 50

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), punt (iii)

(iii) tkun promossa l-osservanza tal-liġi umanitarja internazzjonali;

(iii) tkun promossa l-osservanza tal-liġi umanitarja internazzjonali u tkun immoniterjata l-implimentazzjoni tagħha;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tkopri l-każi fejn biex Stat isir firmatorju ta' trattat jew ta' konvenzjoni internazzjonali ikun hemm bżonn ta' leġiżlazzjoni implimentattiva speċjali - bidla fil-leġiżlazzjoni domestika ta' Stat imsieħeb li se tagħti direzzjoni biex jintlaħqu l-obbligi tat-Trattat jew tagħmilha possibbli li jsir dan.

Emenda 51

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d), kliem ta' introduzzjoni

(d) il-bini tal-kunfidenza fi proċessi elettorali demokratiċi, b’mod partikolari:

(d) it-titjib ta' l-effiċjenza tal-proċessi elettorali, b'mod partikolari:

Emenda 52

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (i)

(i) permezz ta’ l-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(i) permezz ta’ l-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea, inkluż dawk il-każi meta l-pajjiż ospitanti ma jkunx ħareġ invit u permezz ta' miżuri li jappoġjaw l-atturi li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ u li m'humiex statali kif definiti fl-Artikolu 9(1), li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minn dawn il-missjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' aktar iffukar fuq is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet mill-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali, sabiex ikun evitat li dawn ikunu biss attivitajiet puntwali.

Emenda 53

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d), punt (ii)

(ii) billi jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċita’ ta’ osservazzjoni elettorali fuq il-livell reġjonali u lokali, u billi jiġu appoġġati inizjattivi biex titkabbar il-parteċipazzjoni u l-fiduċja fil-proċess elettorali;

(ii) billi jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċita’ ta’ osservazzjoni elettorali fuq il-livell reġjonali u lokali, u billi jiġu appoġġati inizjattivi biex titkabbar il-parteċipazzjoni fil-proċess elettorali;

Emenda 54

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d), punt (ii a) (ġdid)

 

(iia) billi jiġu assistiti l-atturi lokali li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ u li m'humiex statali kif definiti fl-Artikolu 9(1) u l-gruppi demokratiċi fil-monitoraġġ u s-segwitu tal-proċessi elettorali;

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' aktar iffukar fuq il-bini ta' kapaċità għall-atturi lokali u indipendenti, mhux governattivi u li ma joperawx għal skopijiet ta' qligħ sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom ta' monitoraġġ u segwitu tal-proċessi elettorali. Madankollu dan m'għandux iwassal għall-appoġġ tal-korpi relatati mal-gvern, għaliex dawn jistgħu jkunu faċilment iffinanzjati permezz ta' strumenti ġeografiċi;

Emenda 55

Artikolu 2, paragrafu 2

2. Il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, u tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom jitqiesu safejn ikun xieraq mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

2. Il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, tal-minoranzi u tal-persuni b'diżabilità u tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandha titqies safejn ikun xieraq mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

Emenda 56

Artikolu 3, paragrafu 1

1. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun komplementari għal dik li provduta skond ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u l-Istrument għall-Istabbiltà. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun provduta jekk, u sakemm, ma tistax tkun provduta waħidha għajnuna adegwata skond dawn l-istrumenti, jew jekk l-għajnuna tista’ tkun provduta b’mod iktar effettiv skond dan ir-Regolament.

1. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament minn naħa u l-għajnuna li jipprovdu għaliha l-istrumenti Komunitarji relatati għall-għajnuna esterna, min-naħa l-oħra, għandhom ikunu reċiprokament kumplimentari. Il-miżuri skond l-istrument attwali għandhom isaħħu l-azzjoni skond l-istrumenti relatati għall-għajnuna esterna, waqt li jqisu n-natura u l-karatteristiċi ta' l-istrument kurrenti, b'mod speċjali l-fatt li l-għajnuna Komunitarja skond dan ir-Regolament ma titlobx il-kunsens minn qabel ta' l-awtoritajiet tal-pajjiżi ospitanti u li hija tgħaddi prinċipalment mill-appoġġ ta' organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u għall-promozzjoni tad-demokrazija, li m'humiex governattivi u li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ.

Emenda 57

Artikolu 3, paragrafu 2

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skond dan ir-Regolament ikunu konsistenti mal-qafas ġenerali tal-politika strateġika tal-Komunità u b’mod partikolari ma’ l-għanijiet ta’ l-istrumenti t’aktar ’il fuq, kif ukoll ma’ miżuri rilevanti oħrajn tal-Komunità u miżuri skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skond dan ir-Regolament ikunu konsistenti ma' - imma mhux subordinati għal - il-qafas ġenerali tal-politika strateġika tal-Komunità u b'mod partikolari ma' l-għanijiet ta' l-istrumenti t'aktar 'il fuq, kif ukoll ma' miżuri rilevanti oħrajn tal-Komunità u miżuri skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għandha tiżgura wkoll li dawn il-miżuri jkunu konsistenti mal-politika ta' l-UE dwar il-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment fid-dawl tal-linji gwida ta' l-UE f'dan il-qasam.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament jikkontribwixxi lejn il-qafas ġenerali ta' l-UE għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem. Il-miżuri adottati taħtu għandhom għalhekk ikunu koerenti mal-politika ġenerali ta' l-UE, madankollu mingħajr ma tiġi stabbilita kwalunkwe relazzjoni subordinata bejn dan l-istrument u l-istrumenti Komunitarji l-oħra.

Emenda 58

Artikolu 3, paragrafu 3

3. Sabiex tiżdied l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri ta’ għajnuna tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippromwovi koordinazzjoni mill-qrib bejn l-attivitajiet tagħha stess u dawk ta’ l-Istati Membri, kemm fuq il-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fil-prattika. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta’ l-informazzjoni rilevanti matul id-diversi fażijiet taċ-ċiklu ta’ l-għajnuna, b’mod partikolari fuq il-livell lokali u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta’ programmazzjoni tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri.

3. Sabiex tiżdied l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri ta’ għajnuna tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni mill-qrib bejn l-attivitajiet tagħha stess u dawk ta’ l-Istati Membri, kemm fuq il-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fil-prattika. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta’ l-informazzjoni rilevanti matul id-diversi fażijiet taċ-ċiklu ta’ l-għajnuna, b’mod partikolari fuq il-livell lokali u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta’ programmazzjoni tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija konsistenti mal-proposta inizjali, imma tkompli tiżviluppaha..

Emenda 59

Artikolu 3, paragrafu 4

4. Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji regolari ta’ informazzjoni mal-Parlament Ewropew.

4. Il-Kummissjoni għandha tidħol fi djalogu strutturali mal-Parlament Ewropew, kif imsemmi fl-Artikolu 16(4)

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura għal djalogu strutturali hija spjegata fl-emendi ta' l-Artikolu 16(4). Din l-emenda tadatta t-test tar-regolament għall-formulazzjoni tad-dikjarazzjonijiet 4 u 5 annessi mat-IIA FP 2007-2013 dwar l-involviment tal-PE f'aspetti ta' skrutinju demokratiku u koerenza fl-azzjonijiet esterni.

Emenda 60

Artikolu 3, paragrafu 5

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mas-soċjetà ċivili dwar l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

5. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom ikollhom djalogu ma' l-atturi li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ u li m'humiex statali kif definiti fl-Artikolu 9(1) fuq kull livell, inklużi f'pajjiżi terzi, dwar l-implimentazzjoni ta' l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tar-Regolament innifsu.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li s-soċjetà ċivili lokali f'pajjiżi terzi tkun inkluża fid-djalogu. F'ħafna okkażżjonijiet il-livell lokali jitħalla barra mit-test, għalkemm huwa livell importanti għall-proġetti taħt dan ir-Regolament.

Emenda 61

Artikolu 4, punt (ca) (ġdid)

 

(ca) Miżuri ta' appoġġ;

Ġustifikazzjoni

Hekk kif jiġu introdotti elementi ġodda, hemm bżonn li dawn il-miżuri jissemmew.

Emenda 62

Artikolu 4, punt (cb) (ġdid)

 

(cb) Miżuri ad hoc;

Ġustifikazzjoni

Ġew introdotti tip ġdid ta' miżuri u għalhekk hemm bżonn li jissemmew.

Emenda 63

Artikolu 5, paragrafu 1

1. Id-Dokumenti ta’ Strateġija għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Komunità għall-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament, il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet ta’ l-imsieħba prinċipali.

1. Id-Dokumenti ta’ Strateġija għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Komunità u l-prijoritajiet biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, waqt li jitqiesu l-Artikoli 2 u 3, u sabiex titwassal l-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament, u kif ukoll il-prijoritajiet tal-Komunità, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet ta’ l-imsieħba prinċipali.

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa importanti li jitfakkar li l-istrateġija tal-Komunità dwar l-assistenza skond dan ir-Regolament għandha tikkonforma ma' l-objettivi, l-iskopijiet u l-prinċipju ta' kumplimentarjetà, kif definit aktar 'il fuq.

Emenda 64

Artikolu 5, paragrafu 2

2. Id-Dokumenti ta’ Strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għall-finanzjament mill-Komunità, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tar-rendiment. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; din tista’ tingħata fil-forma ta’ medda, fejn ikun xieraq.

2. Id-Dokumenti ta’ Strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għall-finanzjament mill-Komunità, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tar-rendiment. Għandhom jagħtu wkoll, bla ħsara għas-setgħat ta' l-awtorità baġitarji, l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll b'analiżi indikattiva tar-riżorsi għal kull qasam ta’ prijorità; din tista’ tingħata fil-forma ta’ sensiela, fejn ikun xieraq.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda 65

Artikolu 5, paragrafu 3

3. Id-Dokumenti ta’ Strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estensoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). Għandhom ikopru mhux aktar mill-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu riveduti f’nofs it-term, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ.

3. Id-Dokumenti ta’ Strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estensoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). Għandhom ikopru mhux aktar mill-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu riveduti f’nofs il-perjodu ta' żmien, mhux aktar tard minn tliet snin wara, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda 66

Artikolu 5, paragrafu 4

4. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin, kif ukoll lil donaturi u atturi oħrajn inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, fi stadju bikri tal-proċess ta’ programmazzjoni sabiex jippromwovu l-komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tagħhom.

4. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw ma' xulxin, kif ukoll ma' donaturi u atturi oħrajn inklużi r-rappreżentanti ta' l-atturi li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ u li m'humiex statali kif definiti fl-Artikolu 9(1), fi stadju bikri tal-proċess ta’ programmazzjoni sabiex jippromwovu l-komplementarjetà bejn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tagħhom.

Emenda 67

Artikolu 5, paragrafu 4a (ġdid)

 

4a. Bi qbil ma' l-Artikolu 16(4), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Parlament Ewropew minn kmieni fil-proċess ta' programmar strateġiku u għandha tipprova tikkunsidra sew il-pożizzjonijiet tiegħu; Għandha wkoll tinforma sew lill-Parlament Ewropew u għandha tinkludih fil-proċess ta' reviżjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-dokumenti ta' strateġija m'humiex biss dokumenti ta' implimentazzjoni. Jidefinixxu wkoll l-oqsma ta' prijorità, l-objettivi, u r-riżultati mistennija dwar l-iffinanzjar tal-Komunità u jagħtu l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi. Għalhekk jistgħu jkunu assimilati ma' dokumenti ta' politika. Għalhekk huwa normali li l-Parlament Ewropew ikun imsieħeb sħiħ fil-proċess ta' abbozzar u ta' reviżjoni tagħhom.

Emenda 68

Artikolu 6, paragrafu 2

2. Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni għadhom jispeċifikaw l-għanijiet segwiti, l-oqsma ta’ intervent, ir-riżultati mistennija, il-proċeduri ta’ ġestjoni u l-ammont totali ta’ finanzjament ippjanat. Għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ l-operazzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni ta’ l-ammonti allokati għal kull operazzjoni u skeda indikattiva ta’ l-implimentazzjoni. L-għanijiet għandhom ikunu miżurabbli u għandhom ikollhom punti ta’ referenza marbutin biż-żmien.

2. Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni għadhom jispeċifikaw l-għanijiet segwiti, l-oqsma ta’ intervent, ir-riżultati mistennija, il-proċeduri ta’ ġestjoni u l-ammont totali ta’ finanzjament ippjanat. Huma għandhom iqisu t-tagħlim miksub mill-implimentazzjoni li diġà seħħet ta' l-assistenza Komunitarja. Għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ l-operazzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni ta’ l-ammonti allokati għal kull operazzjoni u skeda indikattiva ta’ l-implimentazzjoni. L-għanijiet għandhom ikunu jistgħu jitkejlu u għandhom ikollhom punti ta’ referenza marbutin biż-żmien.

Ġustifikazzjoni

L-EIDHR ta' qabel kienet ġiet akkużata b'riġidità u burokrazija eċċessiva. Strument ġdid se jkollu bżonn aktar flessibiltà. Iżda din l-emenda għandha titqies bħala waħda b'approċċ pożittiv. Hemm bżonn li dan l-istrument, bħal dak ta' qablu, jappoġġja metodi innovattivi. Huwa importanti li t-tagħlim miksub minn dawn jitqies f'azzjonijiet futuri.

Emenda 69

Artikolu 6, paragrafu 3

3. Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). F’każijiet fejn l-emendi għall-Programmi Annwali ta’ Azzjoni ma jaqbżux l-20% ta’ l-ammont globali allokat lilhom, il-Kummissjoni għandha tadotta emendi ta’ din ix-xorta. Hija għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1).

 

3. Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). F’każijiet fejn l-emendi għall-Programmi Annwali ta’ Azzjoni ma jaqbżux l-20% ta’ l-ammont globali allokat lilhom, il-Kummissjoni għandha tadotta emendi ta’ din ix-xorta. Hija għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1) u lill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Il-persentaġġ hu ogħla minn kemm hemm bżonn u kieku ma jiġix infurmat il-PE, jillimita d-drittijiet baġitarji tiegħu.

Emenda 70

Artikolu 6, paragrafu 4

4. F’każ li Programm Annwali ta’ Azzjoni ma jkunx għadu ġie adottat, b’mod eċċezzjonali, fuq il-bażi tad-Dokumenti ta’ Strateġija msemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li ma jkunx hemm provvediment għalihom fi Programm Annwali ta’ Azzjoni, skond l-istess regoli u proċeduri bħall-Programmi Annwali ta’ Azzjoni.

4. F’każ li Programm Annwali ta’ Azzjoni ma jkunx għadu ġie adottat, b’mod eċċezzjonali, fuq il-bażi tad-Dokumenti ta’ Strateġija msemmija fl-Artikolu 5, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li ma jkunx hemm provvediment għalihom fi Programm Annwali ta’ Azzjoni, skond l-istess regoli u proċeduri bħall-Programmi Annwali ta’ Azzjoni. Għandu jappllika l-Artikolu 10(2b).

Emenda 71

Artikolu 6, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. Bi qbil ma' l-Artikolu 16(4), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Parlament Ewropew fi stadju bikri tal-proċess annwali ta' l-ipprogrammar u għandha tqis b'mod xieraq il-pożizzjonijiet tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija bi qbil ma' emendi oħrajn rigward l-irwol tal-Parlament Ewropew.

Emenda 72

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Minkejja l-Artikolu 5, fil-każ ta’ ħtiġijiet mhux previsti jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tadotta Miżuri Speċjali li mhumiex koperti f’Dokumenti ta’ Strateġija.

1. Minkejja l-Artikolu 5, fil-każ ta’ ħtiġijiet mhux previsti jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tadotta Miżuri Speċjali li mhumiex koperti fid-Dokumenti ta’ Strateġija.

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda 73

Artikolu 7, paragrafu 2

2. Il-Miżuri Speċjali għandhom jispeċifikaw l-għanijiet segwiti, l-oqsma ta’ attività, ir-riżultati mistennija u l-ammont totali ta’ finanzjament ippjanat. Għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ l-operazzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni ta’ l-ammonti allokati għal kull operazzjoni u skeda indikattiva ta’ l-implimentazzjoni.

2. Il-Miżuri Speċjali għandhom jispeċifikaw l-għanijiet segwiti, l-oqsma ta’ attività, ir-riżultati mistennija u l-ammont totali ta’ finanzjament ippjanat. Għandhom jinkludu deskrizzjoni ta’ l-operazzjonijiet li għandhom ikunu ffinanzjati, indikazzjoni ta’ l-ammonti allokati għal kull operazzjoni u skeda indikattiva ta’ l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-objettivi segwiti u l-oqsma ta' attività għall-Miżuri Speċjali waqt li tqis ir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament Ewropew dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt.

Emenda 74

Artikolu 7, paragrafu 3

3. Fejn l-ispiża ta’ miżuri ta’ din ix-xorta taqbeż l-EUR 5 miljuni, il-Kummissjoni għandha tadottahom skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

3. Fejn l-ispiża ta’ miżuri ta’ din ix-xorta taqbeż ż-EUR 2 miljuni, il-Kummissjoni għandha tadottahom skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tbaxxi l-limitu minimu għal meta deċiżjonijiet dwar Miżuri Speċjali jkunu suġġett għall-proċedura ta' l-Immaniġġjar.

Emenda 75

Artikolu 7, paragrafu 4

4. Għal Miżuri Speċjali ta’ inqas minn EUR 5 miljuni, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Istati Membri bħala informazzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

4. Għal Miżuri Speċjali ta’ inqas minn EUR 2 miljuni, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Istati Membri u lill-Parlament bħala informazzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija bi qbil ma' emendi oħrajn rigward l-irwol tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, din l-emenda tbaxxi l-limitu għal meta deċiżjonijiet dwar Miżuri Speċjali jkunu suġġett għall-proċedura ta' Immaniġġjar.

Emenda 76

Artikolu 8, paragrafu 1

1. Il-finanzjament tal-Komunità skond dan ir-Regolament jista’ jkopri n-nefqa assoċjata mal-preparazzjoni, ma’ l-azzjoni ta’ segwitu, mal-monitoraġġ, ma’ l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni meħtieġa b’mod dirett għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kisba ta’ l-għanijiet tiegħu, bħal studji, laqgħat, informazzjoni, attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ pubblikazzjoni, in-nefqa assoċjata ma’ netwerks tal-kompjuter għall-iskambju ta’ l-informazzjoni, u kwalunkwe għajnuna amministrattiva jew teknika oħra li tkun meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm. Jista’ jkopri wkoll nefqa, fejn ikun xieraq, għal azzjonijiet biex ikun enfasizzat il-karattru tal-Komunità tal-miżuri ta’ għajnuna, għal attivitajiet biex ikunu spjegati l-għanijiet u r-riżultati tal-miżuri ta’ għajnuna lill-pubbliku ġenerali fil-pajjiżi kkonċernati.

1. Il-finanzjament tal-Komunità skond dan ir-Regolament jista’ jkopri n-nefqa assoċjata mal-preparazzjoni, ma’ l-azzjoni ta’ segwitu, mal-monitoraġġ, ma’ l-attivitajiet ta’ verifika u ta’ evalwazzjoni meħtieġa b’mod dirett għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u għall-kisba ta’ l-għanijiet tiegħu, bħal studji, laqgħat, informazzjoni, attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ pubblikazzjoni, inkluż taħriġ u miżuri edukattivi għal imsieħba mis-soċjetà ċivili li jippermettulhom biex jipparteċipaw fl-istadji differenti tal-programm, in-nefqa assoċjata ma’ netwerks tal-kompjuter għall-iskambju ta’ l-informazzjoni, u kwalunkwe għajnuna amministrattiva jew teknika oħra li tkun meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm. Jista’ jkopri wkoll nefqa, fejn ikun xieraq, għal azzjonijiet biex ikun enfasizzat in-natura Komunitarja tal-miżuri ta’ għajnuna, għal attivitajiet biex ikunu spjegati l-għanijiet u r-riżultati tal-miżuri ta’ għajnuna lill-pubbliku ġenerali fil-pajjiżi kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Billi l-istrument huwa ffokat fuq is-soċjetà ċivili, kultant b'riżorsi limitati, jista' jkun utli li jiġi indikat li l-miżuri ta' appoġġ għandhom ikunu indirizzati wkoll lejn benefiċjarji.

Emenda 77

Artikolu 8, paragrafu 2

Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkopri wkoll in-nefqa tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex ikunu ġestiti l-operazzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament.

2. Il-finanzjament tal-Komunità jista' jkopri wkoll in-nefqa tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex ikunu ġestiti l-operazzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-iffinanzjar ta' l-ispejjeż amministrattivi hi possibilità, jekk meħtieġa, imma mhux obbligu.

Emenda 78

Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fl-applikazzjoni tal-Paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri ta' appoġġ ikunu proporzjonati u xierqa biex jinkisbu r-riżultati mistennija u li dawn ma jaqbżux il-5% ta' l-ammont allokat totali ta' l-istrument.

Ġustifikazzjoni

Fil-preokkupazzjoni ta' ġestjoni tajba tal-fondi pubbliċi, hu importanti li l-miżuri ta' appoġġ jibqgħu proporzjonati u xierqa u ma jaqbżux limitu ta' 5% meta mqabbla ma' l-ammont totali.

Emenda 79

Artikolu 8 a (ġdid)

 

Artikolu 8a

 

Miżuri ad hoc

 

1. Minkejja l-Artikolu 5, u skond l-Artikolu 12(1)(ba), il-Kummissjoni tista' talloka għotjiet, fuq bażi ad hoc, li jkunu mmirati biex:

 

(a) jappoġġjaw it-tħaddim ta' atturi indipendenti li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ u li m'humiex statali kif definiti fl-Artikolu 9(1), u b'mod aktar speċifiku dawk li qed jaffaċċjaw diffikultajiet b'mod partikulari biex jiksbu reġistrazzjoni legali f'pajjiżhom.

 

(b) jirreaġixxu għall-bżonnijiet urġenti ta' protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi attivisti favur id-demokrazija, li qed jaffaċċjaw periklu imminenti relatat ma' l-attivitajiet tagħhom fil-qasam tad-demokrazija u tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod speċjali fid-dawl tal-linji gwida ta' l-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u fid-dawl ta' l-ewwel reviżjoni ta' l-implimentazzjoni tagħhom tal-Kunsill.

implimentazzjoni;

 

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod regolari u kif xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri b'dawn il-miżuri ad hoc. Għandha tforni wkoll lill-Parlament Ewropew bl-informazzjoni u bid-dettalji kollha mitluba dwar il-pagamenti li saru f'dan il-qafas sabiex jippermettulu jeżerċità bis-sħiħ id-dmir tiegħu ta' skrutinju baġitarju.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' aktar flessibiltà għad-delegazzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu b'mod effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta' kriżi.

Emenda 80

Artikolu 9, paragrafu 1

1. Bla preġudizzju għall-Artikolu 13, il-korpi u l-atturi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament skond dan ir-Regolament għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 6 u 7:

 

a) is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet ibbażati fil-Komunità u networks tagħhom fuq il-livell nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

 

b) l-aġenziji, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr qligħ tas-settur pubbliku jew privat, u n-netwerks fuq il-livell nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

 

c) l-organizzazzjonijiet inter-governattivi internazzjonali u reġjonali;

 

d) il-persuni naturali meta dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

1.  Bla preġudizzju għall-Artikolu 13, il-miżuri ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 6 u 7 għandhom jiġu implimentati prinċipalment permezz ta' atturi indipendenti li ma jaħdmux għal skopijiet ta' qligħ u li m'humiex statali, li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju skond dan ir-Regolament, li jinkludu:

 

organizzazzjonijiet mhux governattivi, organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw il-popli indiġeni, organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw minoranzi nazzjonali u/jew etniċi, gruppi lokali taċ-ċittadini, koperattivi, trade unions, organizzazzjonijiet li jiġġieldu l-korruzzjoni u l-frodi u li jippromwovu gvernar tajjeb, organizzazzjonijiet għad-drittijiet ċivili u organizzazzjonijiet li jiġġieldu d-diskriminazzjoni, organizzazzjonijiet lokali (inklużi netwerks), organizzazzjonijiet għan-nisa u ż-żgħażagħ, organizzazzjonijiet għat-tagħlim, kulturali, għar-riċerka u xjentifiki, universitajiet, knejjes u assoċjazzjonijiet u komunitajiet reliġjużi, il-media u kwalunkwe assoċjazzjoni u fondazzjoni li mhix governattiva, inklużi fondazzjonijiet politiċi, li jaġixxu fil-qasam tal-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, tal-bini tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-vjolenza fil-livelli lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali li aktarx jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi ta' dan ir-Regolament.

 

Anke l-organizzazzjonijiet li m'humiex irreġistrati uffiċjalment f'pajjiżhom iżda jaqgħu f'din il-kategorija ta' benefiċjarji potenzjali għandu jkollhom aċċess għall-fondi tal-Komunità fi ħdan dan ir-Regolament.

Emenda 81

Artikolu 9, paragrafu 2

2. Korpi jew atturi oħrajn mhux elenkati fil-paragrafu (1) jistgħu ikunu ffinanzjati meta dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2. Bla preġudizzju għall-Artikolu 13, korpi u atturi oħrajn għandhom ikunu eleġibbli wkoll għal finanzjar fi ħdan dan ir-Regolament, b'mod speċifiku:

 

(a) aġenziji, istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet - inklużi korpi parlamentari - pubbliċi jew privati li jaħdmu mingħajr skopijiet ta'qligħ, u netwerks fuq livell nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali li jaħdmu fil-qasam tal-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;

 

(b) organizzazzjonijiet inter-governattivi internazzjonali u reġjonali li jaġixxu fil-qasam tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;

 

(c) persuni fiżiċi meta dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

 

(d) F’każijiet eċċezzjonali, għal entitajiet mingħajr personalità legali skond il-liġi nazzjonali applikabbli, sakemm ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom il-kapaċità li jerfgħu responsabiltà legali f'isimhom u jassumu responsabiltà finanzjarja.

 

Emenda 82

Artikolu 10, paragrafu 2a (ġdid)

2a. Korpi ta' dan it-tip għandhom jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:

 

(i) dawn għandu jkollhom stejtus legali u għandhom ikunu regolati mil-liġi ta' wieħed mill-Istati Membri, minn wieħed mill-Istati taz-Zona Ekonomika Ewropea (ZEE) jew minn pajjiż li jkun kandidat għall-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea jew, jekk ikun xieraq, mil-liġi ta' kwalunkwe Stat ieħor;

 

(ii) għandu jkollhom biżżejjed persunal bil-ħiliet professjonali u lingwistiċi xierqa biex jaħdmu f'ambjent ta' koperazzjoni internazzjonali;

 

(iii) għandu jkollhom disponibbli infrastruttura xierqa, b'mod partikulari tagħmir informatiku u mezzi ta’ komunikazzjoni;

 

 

(iv) għandhom jaħdmu f'ambjent amministrattiv li jippermettilhom li jimplimentaw l-inkarigi tagħhom kif xieraq u jevitaw kwalunkwe kunflitt ta' interess;

 

(v) għandhom ikunu kapaċi japplikaw ir-regoli ta' l-immaniġġjar ta' l-għotjiet u l-kundizzjonijiet kuntrattwali stipulati fuq livell Komunitarju;

 

(vi) għandu jkollhom biżżejjed garanziji finanzjarji u kapaċità amministrattiva xierqa għall-volum ta’ fondi Komunitarji li se jkollhom jimmaniġġjaw;

 

(vii) għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ta' trasparenza, ta' trattament ugwali u ta' non-akkumulazzjoni vis-à-vis fondi Komunitarji oħrajn, u l-obbligu li jirkupraw kwalunkwe fondi dovuti mill-benefiċjarji;

 

(viii) għandhom joperaw bi qbil mar-regoli ta' mmaniġġjar finanzjarju sod, ta' proċeduri xierqa, ta' sistemi ta' mmoniterjar, ta' sistemi ta' kontabilità u ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti u għotjiet.

Ġustifikazzjoni

Kif definit fir-Regoli Implimentattivi reveduti tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda 83

Artikolu 10, paragrafu 2b (ġdid)

 

2b. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "każi ta' urġenza" użat fl-Artikolu 110(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 għandu jinftiehem li jfisser l-iżvilupp f'daqqa ta' sitwazzjonijiet f'pajjiżi terzi li jikkawżaw theddida serja għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, jew għal difensuri individwali tad-drittijiet tal-bniedem, jew għall-iżvilupp tad-demokrazija fil-pajjiż ikkonċernat. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-għoti għandha tissostanzja kull każ ta' urġenza.

Ġustifikazzjoni

Aktar flessibiltà fl-implimentazzjoni tista' tinkiseb eventwalment jekk ir-rikors għall-eċċezzjoni tar-regola ta' sejħiet għal proposti jsir aktar faċli.

Emenda 84

Artikolu 11, paragrafu 1

1. L-impenji baġitarji għandhom isiru fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 6, 7 u 8.

1. L-impenji baġitarji għandhom isiru fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 6, 7, 8, 8a u 10(2b).

Ġustifikazzjoni

Ġiet introdotta miżura ta' assistenza ġdida (miżuri ad hoc, cf. l-Artikolu 8a), li wkoll hemm bżonn li tiġi miżjuda f'dan il-paragrafu.

Emenda 85

Artikolu 12, paragrafu 1, punt (ba) (ġdid)

(ba) l-għotjiet biex ikunu appoġġjati d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u biex ikunu ffinanzjati l-miżuri ta' emerġenza neċessarji biex jitħarsu l-ħajjiet, l-integrità fiżika u l-libertà tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu f'riskju u beix jipprovdulhom assistenza legali.

Emenda 86

Artikolu 12, paragrafu 1, punt (ba) (ġdid)

(ba) l-għotjiet biex ikunu ffinanzjati l-miżuri deskritti fl-Artikolu 8a, b'mod partikulari t-tħaddim ta' entitajiet li jaħdmu favur għan ta’ interess ġenerali Ewropew jew li għandhom objettiv li jagħmel parti minn politika ta' l-Unjoni Ewropea kif definit fil-punt (b) ta' l-Artikolu 108(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

Emenda 87

Artikolu 12, paragrafu 1, punt (bb) (ġdid)

 

(bb) l-għotjiet biex jiġu appoġġjati l-ispejjeż operattivi ta' l-Uffiċċji tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u tar-Rappreżentanti Speċjali tan-NU u r-Rapporteurs li jaġixxu fil-qasam tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem;

Emenda 88

Artikolu 12, paragrafu 1, punt (c)

(c) l-għotjiet li jappoġġjaw l-ispejjeż operattivi taċ-Ċentru Ewropew Inter-Universitarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u għad-Demokratizzazzjoni (EIUC), b’mod partikolari għall-Programm tal-Lawrja Ewropea ta’ Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u l-Programm ta’ Borża ta’ Studju UE-NU, aċċessibbli għal kollox lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll attivitajiet oħra edukattivi, ta’ taħriġ u ta’ riċerka li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni;

(c) barra l-għotjiet li jappoġġjaw l-ispejjeż operattivi ta' istituzzjonijiet li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, skond il-punt (ba), għotjiet biex jiġu appoġġjati l-ispejjeż operattivi taċ-Ċentru Ewropew Inter-Universitarju għad-Drittijiet tal-Bniedem u għad-Demokratizzazzjoni (EIUC), b’mod partikolari għall-Programm tal-Lawrja Ewropea ta’ Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u l-Programm ta’ Borża ta’ Studju UE-NU, aċċessibbli għal kollox lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll attivitajiet oħra edukattivi, ta’ taħriġ u ta’ riċerka li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni;

Emenda 89

Artikolu 12, paragrafu 2, punt (d)

(d) il-kumpaniji, id-ditti, organizzazzjonijiet u negozji privati oħrajn, u atturi oħra mhux Statali.

(d) il-kumpaniji, id-ditti, organizzazzjonijiet u negozji privati oħrajn, trejdjunjins, federazzjonijiet tat-trejdjunjins u atturi oħra mhux Statali, sakemm dawn jissodisfaw l-istandards aċċettati internazzjonalment fir-rigward tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem neċessarji għall-ksib tal-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament.

Emenda 90

Artikolu 13, paragrafu 2a (ġdid)

2a. F'każi sostanzjati kif xieraq, il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-parteċipazzjoni fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist jew għotjiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi minn pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Din twessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2 fil-każ li l-pajjiż terz ma jissodisfax l-irwol ta' l-"aċċess reċiproku".

Emenda 91

Artikolu 13, paragrafu 7

7. Kulmeta l-għajnuna tal-Komunità tkopri operazzjoni implimentata permezz ta' organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri kuntrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni naturali u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond dan l-Artikolu kif ukoll għall-persuni naturali u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond ir-regoli ta' dik l-organizzazzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni ħalli jiġi żgurat li jingħata trattament indaqs lid-donaturi kollha. L-istess regoli għandhom japplikaw fir-rigward tal-provvisti, tal-materjali u ta' l-esperti.

7. Kulmeta l-għajnuna tal-Komunità tkopri operazzjoni implimentata permezz ta' organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri kuntrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond dan l-Artikolu kif ukoll għall-persuni fiżiċi u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond ir-regoli ta' dik l-organizzazzjoni, sakemm dawn ikunu konformi ma' l-objettivi ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tingħata attenzjoni ħalli jiġi żgurat li jingħata trattament indaqs lid-donaturi kollha. L-istess regoli għandhom japplikaw fir-rigward tal-provvisti, tal-materjali u ta' l-esperti.

Ġustifikazzjoni

Tfakkira tal-bżonn tal-konformità ma' l-objettivi tar-Regolament.

Emenda 92

Artikolu 13, paragrafu 12

12. Dawk li tefgħu l-offerti u ngħataw il-kuntratti għandhom jirrispettaw l-istandards tax-xogħol ċentrali mifthiema internazzjonalment, bħall-istandards ċentrali tax-xogħol ta' l-ILO, il-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni ta' xogħol forzat u ta' bilfors, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta' l-impiegi u ta' l-okkupazzjoni, u l-abolizzjoni tax-xogħol tat-tfal.

12. Dawk li ngħataw il-kuntratti għandhom jirrispettaw l-istandards tax-xogħol ċentrali mifthiema internazzjonalment, bħall-istandards ċentrali tax-xogħol ta' l-ILO, il-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni ta' xogħol forzat u ta' bilfors, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta' l-impiegi u ta' l-okkupazzjoni, u l-abolizzjoni tax-xogħol tat-tfal.

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda 93

Artikolu 15, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrivedi b’mod regolari il-programmi tagħha, u għandha tevalwa l-effettività tal-programmazzjoni sabiex tiżgura ruħha jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet futuri.

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrivedi b’mod regolari l-programmi tagħha. Hi għandha wkoll tiżgura li l-evalwazzjonijiet jitwettqusabiex tiżgura ruħha jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet futuri Dan għandu jitwettaq mhux aktar tard minn tliet snin wara. L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu indipendenti u konsegwentament ma jistgħux jitwettqu minn persunal u/jew korpi involuti fl-implimentazzjoni tal-programm. Dawn għandhom ikunu bbażati kemm jista' jkun fuq sistema ta' punti ta' referenza li tkun tista' titkejjel u tiġi kkumparata.

Ġustifikazzjoni

Emenda 94

Artikolu 15, paragrafu 2

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1) u lill-Parlament Ewropew bħala informazzjoni. L-Istati Membru jistgħu jitolbu diskussjoni ta’ evalwazzjonijiet speċifiċi fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1). Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1) u lill-Parlament Ewropew. L-Istati Membri u l-Parlament Ewropew jistgħu jitolbu diskussjoni ta' evalwazzjonijiet speċifiċi fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1). Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

Emenda 95

Artikolu 16, titolu

Il-Kumitat

Il-Kumitat u d-djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew

Ġustifikazzjoni

Skond l-emendi ta' l-Artikolu 16(4), hemm bżonn li t-titolu jiġi emendat.

Emenda 96

Artikolu 16, paragrafu 4

4. Il-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew bħala informazzjoni.

4. Għandu jkun hemm djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew billi tintuża l-proċedura li ġejja:

(a) il-Kummissjoni għandha tipparteċipa f'djalogu regolari mal-Parlament Ewropew dwar il-kontenut ta' Dokumenti ta' Strateġija u ta' Programmi ta' Azzjoni Annwali kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 6;

(a) il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew l-abbozzi ta' miżuri kollha li għandhom jitressqu lill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 16 fl-istess ħin meta dawn jintbagħtu lill-Istati Membri; il-Parlament Ewropew se jirċievi wkoll kopja ta' l-aġenda qabel il-laqgħa rilevanti tal-kumitat u, sussegwentement, kopja tal-minuti ta' dik il-laqgħa;

(c) id-djalogu għandu jsir waqt laqgħa tal-kumitati parlamentari relevanti;

(d) ir-rappreżentanti tal-kumitati parlamentari relevanti għandhom jippreparaw dak id-djalogu, flimkien mal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni, fil-qafas ta' laqgħat konġunti regolari, b'enfażi speċjali fuq l-elementi politiċi u strateġiċi ta' dan l-Istrument;

(e) il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq dan id-djalogu fid-determinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Dokumenti ta' Strateġija u ta' Programmi ta' Azzjoni Annwali kif previst fl-Artikoli 5 u 6;

(f) il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq livell bejn is-servizzi, skambju regolari ta' informazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill;

 

(g) Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'mod regolari qabel ma tistabbilixxi l-lista tal-prijoritajiet tal-pajjiżi għall-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali.

 

Emenda 97

Artikolu 17, paragrafu 2

2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni relatata mas-sena ta’ qabel dwar il-miżuri ffinanzjati, ir-riżultati ta’ l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, l-involviment ta’ l-imsieħba rilevanti, u l-implimentazzjoni ta’ l-impenji u tal-ħlasijiet baġitarji, analizzati statistikament skond il-miżuri globali, reġjonali, u tal-pajjiżi, u l-oqsma ta’ l-għajnuna. Se jivvaluta r-riżultati ta’ l-għajnuna biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni relatata mas-sena ta’ qabel dwar il-miżuri ffinanzjati, ir-riżultati ta’ l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni, l-involviment ta’ l-imsieħba rilevanti, u l-implimentazzjoni ta’ l-impenji u tal-ħlasijiet baġitarji, analizzati statistikament skond il-miżuri globali, reġjonali, u tal-pajjiżi, u l-oqsma ta’ l-għajnuna. Se jivvaluta r-riżultati ta’ l-għajnuna biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, u biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet iffinanzjati huma kumplimentari u addizzjonali għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem taħt programmi oħra ta' għajnuna esterna ta' l-UE.

Emenda 98

Artikolu 18

L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2007-2013 għandu jkun ta’ EUR 1.103,702 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-Perspettiva Finanzjarja 2007 – 2013.

1. L-ammont ta’ referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2007-2013 għandu jkun mill-inqas ta’ EUR 1.103,702 miljun. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-Perspettiva Finanzjarja 2007 – 2013. Iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali għandhom jiġu kkunsidrati.

 

2. L-ispiża totali għall-applikazzjoni tal-punt (d) ta' l-Artikolu 1(2) (missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali) m'għandhiex taqbeż il-15% tal-baġit totali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

3. L-ispiża totali għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 (Il-Miżuri Speċjali) m'għandhiex tkun aktar minn 8% tal-baġit totali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

4. L-ispiża totali għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8a (Miżuri ad hoc) m'għandhiex tkun aktar minn 8% tal-baġit totali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

5. L-ispiża totali għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 8 (Il-Miżuri ta' appoġġ) m'għandhiex tkun aktar minn 5% tal-baġit totali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda 99

Artikolu 18, paragrafu 1a (ġdid)

 

Mill-inqas 66% ta' l-iffinanzjar għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu allokati għal azzjonijiet minn atturi li ma jagħmlux qligħ u mhux statati kif definit fl-Artikolu 9(1).

Emenda 100

Artikolu 19

Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2010, rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin, jekk ikun xieraq bi proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għall-istrument.

Sal-30 ta’ April 2009, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fl-ewwel tliet snin. Jekk il-proċess ta' reviżjoni, ma' liema l-Parlament Ewropew se jkun assoċjat mill-qrib, jidentifika ffunzjonar ħażin li jirrikjedi adattament ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għall-istrument.

  • [1]  ĠU C 139, 14.6.2006, paġna 1

NOTA SPJEGATTIVA

1.    Daħla

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara b'mod ċar li l-objettivi tal-politika komuni għall-affarijiet barranin u ta' siġurtà huma li tiġi żviluppata u kkonsolidata d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.[1]

Il-proposta leġiżlattiva taġġorna wieħed mill-aktar strumenti viżibbli li l-Unjoni Ewropea għandha biex tikseb dan l-objettiv - il-programm tagħha dedikat għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem.

Fil-kuntest tal-Prospettivi Finanzjarji li jmiss, 2007-2013, il-Kummissjoni pproponiet struttura simplifikata għat-twassil ta' l-għajnuna esterna tal-Komunità, bil-preżentazzjoni

ta' sitt strumenti, tlieta minnhom ta' natura orizzontali u t-tlieta l-oħra b'kopertura ġeografika. Il-proposta kienet biex tinbidel il-leġiżlazzjoni attwali bi programm tematiku dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, fi ħdan il-qafas ta' erbgħa minn dawn l-istrumenti u billi jittieħdu riżorsi mill-istess erba' strumenti.

Madankollu, il-pożizzjoni tal-Parlamet Ewropew rigward il-futur ta' l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), li ffurmat fl-1992, kienet ċara mill-bidu. Il-Parlament talab strument speċifiku, u mhux programm tematiku, għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex jiggarantixxi l-viżibiltà, l-indipendenza, l-flessibiltà, il-koerenza u l-fattibilità.

Għalhekk il-proposta attwali hija r-riżultat ta' negozjati twal bejn l-istituzzjonijiet, u ma kinetx tkun tista' tinkiseb mingħajr id-determinazzjoni u l-insistenza tal-Parlament Ewropew. Għalhekk kien possibbli li jiġu inkorporati ftehimiet milħuqa għar-regolamenti l-oħra dwar kwistjonijiet varji, f'firxa ta' kuntesti mill-qafas ġenerali għall-implimentazzjoni, l-eleġibbiltà, r-regoli ta' parteċipazzjoni u ta' oriġini, sal-kundizzjonijiet għal reviżjoni. L-istruttura issa hija simili għal strumenti oħrajn, u b'hekk tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni u t-tħaffif ta' proċeduri ta' l-immaniġġjar ta' għajnuna esterna.

Ir-regolament, ibbażat fuq esperjenzi riċenti mill-EIDHR ta' qabel, se jkollu kapaċità globali, b'attenzjoni speċjali fuq is-soċjetà ċivili. Bħal ta' qablu, l-assistenza mhux se teħtieġ il-kunsens tal-gvern ospitanti. L-ammont finanzjarju indikattiv għall-implimentazzjoni huwa ta' EUR 1,103,702 miljun. L-impenji proposti jvarjaw minn EUR 130,673 miljun għall-ewwel sena (imqabbla ma' EUR 122 miljun għall-EIDHR fil-baġit ta' l-2006, miksuba wara żieda ta' EUR 31 miljun mill-Parlament Ewropew, imqabbla mal-PDB) għal EUR 151,873 miljun għall-ħames sena, u EUR 320,533 miljun għall-aħħar sena. Evalwazzjoni ġenerali tal-proposta

Evalwazzjoni ġenerali tal-proposta

Mingħajr dubju, l-Unjoni Ewropea għandha bżonn strument biex tippromwovi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jkun kemm strateġiku kif ukoll flessibbli fl-approċċ tiegħu, u li jikkomplementa l-istrument u l-għodod eżistenti. Filwaqt li qed tieħu xi passi f'din id-direzzjoni, għad fadal ħafna titjieb x'isir fil-proposta. L-biċċa l-kbira ta' serje ta' studji reċenti fl-EIDHR[2], kienu kritiċi rigward l-istruttura, l-istrateġija u l-implimentazzjoni tagħha. Dan huwa l-kuntrarju tal-perjodu ta' bejn 1992-1999 meta l-programm kien ġeneralment imfaħħar għall-effetività, għall-adattabilità u għall-impenn tiegħu.

Ir-rabta bejn iż-żewġ komponenti, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, hija definita tajjeb fid-dokument, fejn jiddikjari li "l-libertajiet fundamentali ta’ l-espressjoni u ta’ l-assoċjazzjoni huma l-prerekwiżiti għall-pluraliżmu politiku u l-proċess demokratiku, waqt li l-kontroll demokratiku u s-separazzjoni tal-poteri huma essenzjali sabiex tinżamm ġudikatura indipendenti u l-istat ta’ dritt li huma wieħed wara l-ieħor meħtieġa għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet umani."[3] Dan l-approċċ huwa mixtieq ħafna.

Sabiex ikun jista' jikkontribwixxi b'mod deċiżiv għal bidliet demokratiċi u għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali f'sitwazzjonijiet kritiċi, hemm bżonn li l-istrument ikun aktar strateġiku u aktar iffokat minn dak ta' qablu, li reċentament ġie kkritikat minħabba li firex wisq ir-riżorsi u minħabba li pprova jilħaq wisq objettivi f'daqqa. Ħafna minn dawn l-għażliet strateġiċi se jsiru fi ħdan id-dokument ta' strateġija, elaborat b'mod parallel man-negozjati dwar il-proposta leġiżlattiva, li żżid l-importanza tad-dokument ta' programmar, u l-involviment tal-Parlament Ewropew.

Il-bżonn għal approċċ strateġiku huwa katar importanti, peress li wieħed jista' jara li d-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem mhedda dejjem aktar madwar id-dinja, u li organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qegħdin jesperjenzaw klima aktar diffiċli biex jaħdmu fiha, xi kultant minħabba leġiżlazzjoni ristrettivi ħafna, kif kien il-każ i.e. fir-Russja.

Ambjent aktar repressiv jenfasizza l-bżonn ta' aktar metodi ta' ħidma innovattivi u aktar flessibiltà fl-implimentazzjoni. L-esperjenza prattika skond l-EIDHR attwali turi li l-gvernijiet jistgħu jwaqqfu l-iffinanzjar ta' proġetti, anki jekk il-kunsens tal-gvern ospitanti m'huwiex prerekwiżit biex jitwettqu l-azzjonijiet. Ir-rifjut ta' rikonoxximent formali ta' l-NGOs, kien mod ieħor kif wieħed ixekkel l-attivitajiet tagħhom jew il-kapaċità li jirċievu kontribuzzjonijiet esterni. Ir-Regolament Finanzjarju ta' l-UE stess għadu s'issa ma jippermettix finanzjar ta' organizzazzjoni li ma tkunx irreġistrata. Għalhekk il-firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet għall-eleġibiltà hija waħda mill-aspetti importanti li għandhom bżonn jiġu indirizzati, u l-proposta li jiġu inklużi persuni fiżiċi meta jkun neċessarju, hija xierqa f'dan il-qasam.

Ovvjament, il-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem m'hijiex limitata għal dan l-istrument, li għandu jkun komplement għall-istrumenti ġeografiċi u għall-istrument ta' stabbiltà. Se jiġu allokati riżorsi sinifikanti fi ħdan il-programmi ġeografiċi u ta' żvilupp multiannwali u jidher li hemm bżonn ċar għat-tisħiħ tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f'dawn il-programmi. Iżda dan l-istrument huwa differenti fin-natura tiegħu, minħabba li jiffoka l-aktar fuq is-soċjetà ċivili, bil-kamp ta' applikazzjoni globali tiegħu u mingħajr il-bżonn ta' ftehim mal-pajjiż imsieħeb. Il-komplementarjetà ma' l-istrumenti l-oħrajn ma tistgħax tkun limitata għall-applikar ta' l-EIDHR meta l-oħrajn ma jkunux possibbli, iżda għandha tinkiseb billi tiġi sfruttata n-natura differenti tiegħu sabiex jintlaħqu l-istess objettivi. Proġetti mmexxija minn NGOs jistgħu, pereżempju, jikkomplementaw u jsegwu programmi implimentati permezz ta' programmi ġeografiċi u/jew implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali.

Hemm bżonn ukoll li dan l-istrument isaħħaħ mekkaniżmi oħrajn fi ħdan il-politiki ta' l-UE li jmissu mad-demokrazija u mad-drittijiet tal-bniedem, inklużi inċentivi politiċi, finanzjarji, kundizzjonalitajiet u sanzjonijiet skond il-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija. B'mod aktar konkret, l-istrument għandu jkun għodda diretta għall-appoġġjar tal-Linji Gwida ta' l-UE dwar il-kwistjonijiet rigward id-drittijiet tal-Bniedem[4].

L-impenji tal-baġit għadhom modesti, iżda f'ambjent fejn il-ftehim dwar il-Prospettivi Finanzjarji jpoġġi l-azzjonijiet esterni taħt limitazzjonijiet qawwija, il-fatt li l-istrument qed jingħata aktar riżorsi minn dak ta' qablu, għandu jintlaqa' b'mod pożittiv u barra minn hekk, dan jikkoinċidi mal-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew.

Il-punti ewlenin

1. L-objettivi u l-kamp ta' applikazzjoni

Iż-żamma tas-soċjetà ċivili bħala l-pilastru ċentrali ta' l-istrument huwa approċċ mixtieq, iżda xorta waħda jista' jiġi spjegat b'mod aktar preċiż. Fil-fatt, fl-objettivi m'huwiex iddikjarat b'mod ċar li l-appoġġ dirett għal soċjetà ċivili indipendenti huwa wieħed mill-għanijiet ta' dan l-istrument. Id-definizzjoni ta' soċjetà ċivili għandha tkun wiesgħa kemm jista' jkun.

Hemm proposta struttura ġdida għal dan l-artikolu, sabiex tagħmlu aktar ċar u preċiż.

2. It-tisħiħ ta' l-irwol tal-Parlament Ewropew, kemm fl-ipproggrammar u kif ukoll f'attivitajiet ta' monitoraġġ.

L-irwol tal-Parlament kien wieħed mill-kwistjonijiet ewlenin waqt in-negozjati dwar l-istrumenti finanzjarji oħrajn għal assistenza esterna, parzjalment minħabba l-fatt li r-regolamenti ġodda huma aktar leġiżlazzjoni ta' qafas minn qabel, u jħallu għażliet importanti ta' politika għall-istadju ta' l-implimmentazzjoni. Ta' lanqas dan ir-regolament għandu jieħu l-irwol tal-Parlament sa l-istess punt kif ġie miftiehem fuq strumenti oħra. Il-proposta tgħid li l-Parlament Ewropew se jirċievi rapport annwali, rapporti ta' evalwazzjoni, u minuti mill-Kumitat għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, u dan se jkun komplut b'emendi oħrajn fl-istess direzzjoni, i.e. permezz ta' proposta għal proċedura ta' djalogu strutturat, li jikkunsidra grupp ta' ħidma konġunt bejn l-istituzzjonijiet bħala possibilità.

Kwistjoni oħra, għalkemm marbuta mill-viċin, hija l-irwol tal-parlamenti fil-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem.

3. Flessibiltà

Sabiex ikun jista' jaħdem b'mod effiċjenti, dan l-istrument għandu bżonn aktar flessibiltà milli kellu s'issa. In-nuqqasijiet ta' l-inizjattiva ta' qabel, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu minħabba riġidità u burokrazija żejda, li llimitaw b'mod serju il-possibiltà li jiġu trattati sitwazzjonijiet diffiċli, għandhom jiġu indirizzati. Wieħed jittama li l-bidliet reċenti proposti għar-regolament finanzjarju, li jippermettu konċessjonijiet kif ukoll il-possibiltà ta' finanzjament għal organizzazzjonijiet li m'humiex irreġistrati, jindirizzaw uħud mit-tħassib ta' qabel. Il-miżuri speċjali proposti, li jippermettu azzjonijiet li m'humiex previsti fid-dokument ta' programmar, se jiffaċilitaw il-possibilta' ta' reazzjoni rapida għall-bżonnijiet urġenti, iżda qed nipproponu wkoll inizjattivi oħrajn, bħal pereżempju allokazzjoni speċjali biex tgħin lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, jew il-possibiltà ta' għotjiet żgħar fuq il-livell ta' delegazzjonijiet, li m'humiex suġġett għal sejħiet għal proposti jew proċeduri ta' proġetti mikro, immirati partikularment lejn organizzazzjonijiet lokali li m'humiex rikonoxxuti. Għal sitwazzjonijiet estremament diffiċli, fejn il-kontribuzzjonijiet barranin jistgħu jpoġġu organizzazzjonijiet lokali fil-periklu, hemm bżonn li jiġu żviluppati aktar metodi ta' appoġġ indiretti oħrajn, li jiffaċiltaw dik li hija magħrufa bħala 'possibiltà ta' ċaħda'.

4. Il-komplementarjetà

Ir-regolament jiddikjara li "L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun provduta jekk, u sakemm, ma tistax tkun provduta waħidha għajnuna adegwata skond dawn l-istrumenti, jew jekk l-għajnuna tista’ tkun provduta b’mod iktar effettiv skond dan ir-Regolament". Din il-formulazzjoni tista' tinftiehem daqs li kieku hemm ġerarkija bejn l-istrumenti, daqs li kieku l-istrumenti tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem jiġu subordinati aktar milli jikkomplementaw l-istrumenti l-oħrajn. Għalhekk, il-kunċett ta' komplementarjetà għandu jiġi żviluppat aktar.

5. Ir-reviżjoni

Bħall-istrumenti l-oħrajn, il-proposta issa fiha klawżola ta' reviżjoni, li tiddikjara li l-evalwazzjoni ta' l-ewwel tliet snin ta' l-implimentazzjoni għandha tiġi ppreżentata sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010. Nixtiequ nenfasizzaw l-importanza li din ir-reviżjoni ssir fl-2009 u nħeġġu biex ir-rapport jitressaq kemm jista' jkun malajr.

  • [1]  L-Artikolu 11(1) Trattat UE
  • [2]  Bertelsmann Foundation, Efficiency First: Towards a coherent EU strategy for Belarus (Frar 2005); Ċentru għall-Istudji dwar il-Politika Ewropea, Promoting Democracy through Civil Society: How to step up the EU's policy towards the Eastern Neighbourhood (Frar 2006); Ċentru għar-Riforma Ewropea, Bulettin Nru 45, The EU needs a policy on Belarus (Jannar 2006); Ċentru għar-Riforma Ewropea, Brief tal-Politika, 'The EU's awkward neighbour: time for a new policy on Belarus' (Marzu 2006); Klabb ta' Madrid
    The European Neighbourhood Policy as a Conflict Prevention Tool (Ġunju 2006); Kummissjoni Ewropea, COM(2001) 252: The EU's Role in Promoting Human Rights and Democratisation in Third Countries (Mejju 2001); Ċentru għall-Politika Barranija, Londra: EU and Democracy Promotion in the Arab-Muslim world (Novembru 2002); F.M Partners Limited (Studju għal numru ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi favur id-demokrazija), Striking a balance: Efficiency, effectiveness and accountability. The Impact of the EU Financial Regulation on the relationship between the European Commission and non-governmental organisations (April 2005); Netwerk għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, Brussell, Experience of working with the European Initiative for Democracy and Human Rights (Lulju 2005); Iddotar Nazzjonali għad-Demokrazija, preparat għas-Senatur G. Lugar, Chairperson, Kumitat għar-Relazzjonijiet Barranin, The Backlash against Democracy Assistance (Ġunju 2006); L-Istitut tal-Pajjiżi l-Baxxi għad-Demokrazija Pluripartitarja: Studju, No lasting peace and prosperity without democracy and human rights: Harnessing debates on the EU's future financial instruments (Lulju 2005) Stefan Batory Foundation&Association għall-Affarijiet Internazzjonali: Studju, Effective Policy towards Belarus: A challenge for the enlarged EU (April 2005); FRIDE, Survey of European Democracy Promotion Policies 2000-2006 (Awwissu 2006).
  • [3]  COM (2006)354, premessa 7
  • [4]  Guidelines to EU policy towards this countries on the death penalty, Ġunju 1998; Guidelines to EU policy towards third countries on torture and other cruel, inhuman or degrading treatment or punishment, April 2001; EU Guidelines on children and armed conflict, Diċembru 2003; EU Guidelines on human rights defenders, Ġunju 2004

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (3.10.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja
(COM(2006)0354 – C6‑0206/2006 – 2006/0116(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alessandro Battilocchio

(*) Koperazzjoni eqreb bejn il-kumitati - Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura

EMENDI

Il- Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill- Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 1, l-ewwel sentenza

(1) Qed jiġi propost qafas ġdid għall-ippjanar u għall-konsenja ta’ l-għajnuna biex l-għajnuna esterna tal-Komunità ssir iktar effettiva.

(1) Qed jiġi propost qafas ġdid għall-ippjanar u għall-konsenja ta' l-għajnuna biex l-għajnuna esterna tal-Komunità ssir iktar effettiva u transparenti.

Ġustifikazzjoni

Hu essenzjali li fir-rigward taċ-ċittadini u tar-rappreżentati eletti tagħhom ikun garantit livell għoli ta' trasparenza fil-proċeduri marbuta mal-pjanifikazzjoni u ma' l-għoti ta' għajnuna esterna.

Emenda 2

Premessa 4

(4) Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp miftiehem b’mod konġunt mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew jenfasizza li “il-progress fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, fil-governanza tajba u fid-demokratizzazzjoni huwa fundamentali għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli”

(4) Il-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp miftiehem b’mod konġunt mill-Kunsill u mir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew jenfasizza li “l-progress fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, fil-governanza tajba u fid-demokratizzazzjoni huwa fundamentali għat-tnaqqis tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli”. Politiki bħal dawn, allura, jikkontribwixxu bil-qawwi għall-kisba ta' l-Objettivi għall-Iżvilupp tal-Millennju dwar il-qerda tal-faqar, li l-Unjoni Ewropea kkommettiet ruħha għalihom fis-sena 2000;

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-Kunsens Ewropew hi xierqa imma hu importanti li tiżdied ukoll referenza għall-Objettivi għall-Iżvilupp tal-Millenju.

Emenda 3

Premessa 6

(6) Il-kontribut tal-Komunità għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali huwa msejjes fil-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u kwalunkwe Strument Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem ieħor li ġie adottat fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti;

(6) Il-kontribut tal-Komunità għall-iżvilupp u għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u tas-supremazija tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali huwa msejjes fil-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u kwalunkwe Strument Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem ieħor li ġie adottat fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-Objettivi għall-Iżvilupp tal-Millenju;

Emenda 4

Premessa 6 a (ġdida)

 

(6a) L-għajnuna Komunitarja skond dan ir-Regolament għandha l-għan ukoll li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-parlamenti nazzjonali biex jippromwovu l-istabilità politika domestika u reġjonali;

Emenda 5

Premessa 8

(8) Id-drittijiet tal-bniedem jistgħu jitqiesu fid-dawl ta' normi internazzjonali li huma aċċettati b'mod universali, iżda d-demokrazija għandha titqies bħala proċess, li jiżviluppa internament, li jinvolvi s-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà u firxa ta' istituzzjonijiet li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentazzjoni, il-kapaċità ta' reazzjoni u l-obbligu ta' rendikont. Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u li d-demokrazija ssir taħdem għaċ-ċittadini tagħha, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, essenzjalment huwa sfida li kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat;

(8) Id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji u l-valuri demokratiċi jistgħu jitqiesu fid-dawl ta' normi internazzjonali li huma aċċettati b'mod universali, iżda il-proċeduri speċifiċi għall-istabbiliment ta' istituzzjonijiet li jkunu kapaċi jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet demokratiċi u umani kollha għadhom jitqiesu bħala proċess, li jiżviluppa internament, li jinvolvi s-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà u firxa ta' istituzzjonijiet li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentazzjoni, il-kapaċità ta' reazzjoni u l-obbligu ta' rendikont. Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u li d-demokrazija ssir taħdem għaċ-ċittadini tagħha, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, essenzjalment hija sfida kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat imma mingħajr ma jitnaqqsu l-obbligi tal-Komunità internazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li titfakkar ir-responsabilità primarja tal-pajjiżi kkonċernati biex jistabbilixxu d-demokrazija, imma hu wkoll importanti li jissemma' l-impenn tal-Komunità internazzjonali.

Emenda 6

Premessa 9

(9) Sabiex il-kwistjonijiet imsemmija aktar ’il fuq jiġu indirizzati b’mod effettiv, f’waqtu u flessibbli lil hinn mill-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999, li servew bħala l-bażi legali għall-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għd-Drittijiet tal-Bniedem u li jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2006, huma meħtieġa riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament komplut minn kollox, li jistgħu jkomplu jaħdmu b’mod indipendenti filwaqt li jibqgħu komplementari għall-għajnuna umanitarja u għall-istrumenti ta’ finanzjament ta’ żvilupp u koperazzjoni tul medda twila ta’ żmien;

(9) Sabiex il-kwistjonijiet imsemmija aktar ’il fuq jiġu indirizzati b’mod effettiv, transparenti, f’waqtu u flessibbli lil hinn mill-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999, li servew bħala l-bażi legali għall-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għd-Drittijiet tal-Bniedem u li jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2006, huma meħtieġa riżorsi finanzjarji speċifiċi u xierqa u strument ta’ finanzjament komplut minn kollox, li jistgħu ikomplu jaħdmu b’mod indipendenti filwaqt li jibqgħu komplementari għall-għajnuna umanitarja u għall-istrumenti ta’ finanzjament ta’ żvilupp u kooperazzjoni tul medda twila ta’ żmien;

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni lingwistika.

Emenda 7

Premessa 10

(10) L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament hija mfassla biex tikkomplementa d-diversi għodod l-oħra għall-implimentazzjoni tal-politiki ta’ l-UE dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ koperazzjoni finanzjarja u teknika, li jinkludu kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi. Se tikkomplementa wkoll l-interventi ta’ l-Istrument għall-Istabbiltà li jkunu iktar relatati mal-kriżijiet;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Justification

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda 8

Premessa 10 a (ġdida)

 

(10a) L-attivitajiet tal-benefiċjarji ffinanzjati skond dan l-istrument jirrappreżentaw l-implimentazzjoni konkreta tal-prijoritajiet ta' l-UE fl-oqsma tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem u, għalhekk, kull tfixkil ta' attivitajiet ta' dan it-tip jirriżulta fi ksur tal-valuri essenzjali ta' l-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Hu neċessarju li wieħed jiddikjara b'mod ċar l-importanza ta' l-azzjoni maħsuba skond l-istrument, li tirrappreżenta azzjoni li tippromwovi l-prinċipji u l-valuri fundamentali ta' l-Unjoni u filwaqt li jissottolinja li tfixkil dimostrabbli u mhux ġustifikat għal azzjonijiet bħal dawn jirriżulta fi ksur tal-valuri bażiċi ta' l-Unjoni.

Emenda 9

Premessa 11

(11) B’mod partikolari, minbarra u b’mod komplementari għall-miżuri miftiema mal-pajjiżi msieħba fil-kuntest tal-kooperazzjoni segwita skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Cotonou mal-pajjiżi ACP u l-Istrument għall-Istabbiltà, il-Komunità tipprovdi għajnuna skond dan ir-Regolament li tindirizza kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem u ta’ demokratizzazzjoni globali, reġjonali u nazzjonali, fi sħubija mas-soċjetà ċivili;

(11) B’mod partikolari, minbarra u b’mod komplementari għall-miżuri miftiema mal-pajjiżi msieħba fil-kuntest tal-kooperazzjoni segwita skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Cotonou mal-pajjiżi ACP u l-Istrument għall-Istabbiltà, il-Komunità tipprovdi għajnuna skond dan ir-Regolament li tindirizza kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-bniedem u ta’ demokratizzazzjoni globali, nazzjonali, reġjonali u lokali, fi sħubija mas-soċjetà ċivili;

Ġustifikazzjoni

Barra l-livelli globali, reġjonali u nazzjonali, jissemma' f'din l-emenda u f'ħafna emendi oħra l-livell lokali bħala livell ta' azzjoni. L-azzjoni fuq livell lokali tista' titqies xierqa peress li hi iktar qrib il-preokkupazzjonijiet konkreti taċ-ċittadini. Barra minn hekk, din hi konformi mar-realtà ta' ċerti pajjiżi fejn l-aċċent għandu jitqiegħed fuq il-ħarsien tal-minoritajiet jew ta' gruppi diskriminati.

Emenda 10

Premessa 12

(12) Barra minn hekk, filwaqt li l-għanijiet tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem huma dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament se jkollha rwol komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza ta’ l-azzjoni tagħha mill-kunsens ta’ l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi. Dan jagħmel possibbli l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija, billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu jew sabiex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni. Dan jipprovdi wkoll kapaċità tal-Komunità li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali, li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi, li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Tipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħall-osservazzjoni indipendenti ta’ l-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni;

(12) Barra minn hekk, filwaqt li l-għanijiet tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament se jkollha rwol komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza ta’ l-azzjoni tagħha mill-kunsens ta’ l-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jagħmel possibbli l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija, billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu jew sabiex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni. Dan jipprovdi wkoll kapaċità tal-Komunità li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali, li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi, li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan il-Komunità kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Tipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħall-osservazzjoni indipendenti ta’ l-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tieħu s-sens tal-proposta imma ssaħħaħha billi tispeċifika l-bżonn ta' l-indipendenza fir-rigward tal-gvern u ta' l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra.

Emenda 11

Premessa 12 a (ġdida)

 

(12a) L-għajnuna Komunitarja skond dan ir-Regolament għandha tinkludi miżuri biex tinbena l-kapaċità għal parlamenti u parlamentari eletti demokratikament jekk il-gvern tal-pajjiż ikkonċernat jopponi dan it-tip ta' bini tal-kapaċità skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument ta' ffinanzjar għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Ekonomika, l-Istrument ta' ffinanzjar għall-Istabbilità, u l-Ftehima ta' Cotonou;

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ ta' l-istituzzjonijet parlamentari hu wieħed mill-qawwiet prinċipali tat-twaqqif u tal-konsolidazzjoni tad-demokrazija fil-pajjiżi terzi. Ħafna drabi, il-gvernijiet ma tantx huma disposti li jitolbu għajnuna għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-parlamenti. Hu wkoll essenzjali li l-Kummissjoni titlob dan sistematikament, fin-negozjati tal-programmi nazzjonali mal-gvernijiet tal-pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' l-istrumenti reġjonali. Il-Ftehima ta' Cotonou reveduta tipprevedi b'mod espressiv li l-parlamenti jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna. Dan l-istrument, li għandu riżorsi limitati, jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet parlamentari permezz ta' l-osservazzjoni elettorali.

Emenda 12

Premessa 13

(13) Il-“Linji ta’ gwida għat-tisħiħ tal-koordinazzzjoni operattiva bejn il-Komunità, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Istati Membri fil-qasam ta’ l-għajnuna esterna” tas-sena 2001 jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni mtejba ta’ l-għajnuna esterna ta’ l-UE fl-oqsma ta’ l-appoġġ għad-demokratizzazzjoni u tal-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali madwar id-dinja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ għajnuna rispettivi tagħhom ikunu komplementari;

(13) Il-“Linji gwida għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operattiva bejn il-Komunità, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Istati Membri fil-qasam ta’ l-għajnuna esterna” tas-sena 2001 jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni mtejba ta’ l-għajnuna esterna globali ta’ l-UE fl-oqsma ta’ l-appoġġ għad-demokratizzazzjoni u tal-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali madwar id-dinja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ għajnuna rispettivi tagħhom ikunu komplementari u koerenti;

Ġustifikazzjoni

Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri; barra minn hekk, qed tiżdied referenza għall-bżon għal koerenza.

Emenda 13

Premessa 15

(15) Il-Kummissjoni teħtieġ li tikkonsulta lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, kif ukoll lil donaturi u atturi oħrajn, kmieni kemm ikun xieraq fil-proċess ta' programmazzjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-kontributi rispettivi tagħhom u jkun żgurat li l-attivitajiet ta' għajnuna huma komplementari għal xulxin kemm jista' jkun possibbli;

(15) Il-Kummissjoni teħtieġ li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lil rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, kif ukoll lil donaturi u atturi oħrajn, minn stadju bikri fil-proċess ta' programmazzjoni sabiex jiġu ffaċilitati l-kontributi rispettivi tagħhom u jkun żgurat li l-attivitajiet ta' għajnuna huma komplementari għal xulxin kemm jista' jkun possibbli u li jindirizzaw l-objettivi ddeterminati bil-mod l-iktar effiċjenti u effettiv;

Ġustifikazzjoni

Il-konsulta għandha tiġi estiża għall-Parlament Ewropew. Din għandha ssir kmieni f'kull każ. L-objettiv ta' effikaċità qed jiġi mfakkar ukoll.

Emenda 14

Premessa 16

(16) Il-Komunità jeħtieġ li tkun tista' tirreaġixxi malajr għal ħtiġijiet mhux previsti u f'ċirkostanzi eċċezzjonali sabiex titkabbar il-kredibilità u l-effettività ta' l-impenn tagħha għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi fejn jinqalgħu sitwazzjonijiet ta' din ix-xorta. Dan jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi dwar il-Miżuri Speċjali li mhumiex koperti mid-Dokumenti ta' Strateġija. Dan l-istrument għall-ġestjoni ta' l-għajnuna jikkorrispondi għal dawk inklużi fl-istrumenti ta' finanzjament ta' l-għanjuna esterna l-oħra;

(16) Il-Komunità jeħtieġ li tkun tista' tirreaġixxi malajr għal ħtiġijiet mhux previsti u f'ċirkostanzi eċċezzjonali sabiex titkabbar il-kredibilità u l-effettività ta' l-impenn tagħha għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi fejn jinqalgħu sitwazzjonijiet ta' din ix-xorta. Dan jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi dwar il-Miżuri Speċjali li mhumiex koperti mid-Dokumenti ta' Strateġija, wara li tinnotifika lill-Parlament Ewropew. Dan l-istrument għall-ġestjoni ta' l-għajnuna jikkorrispondi għal dawk inklużi fl-istrumenti ta' finanzjament ta' l-għanjuna esterna l-oħra;

Emenda 15

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (-a) (ġdid)

 

(-a) tiżviluppa d-demokrazija u l-Istat tad-Dritt;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jissemma' t-tisħiħ tad-demokrazija u tal-Istat tad-Dritt f'dan l-istadju.

Emenda 16

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (a)

(a) ittejjeb ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali fejn dawn ikunu l-iktar f’riskju u tipprovdi appoġġ u solidarjetà lill-vittmi tar-ripressjoni u ta’ l-abbuż;

a) tippromwovi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali fuq livell globali, imma billi tingħata attenzjoni partikulari lill-postijiet fejn dawn ikunu l-iktar f'riskju u tipprovdi appoġġ u solidarjetà lill-vittmi tar-ripressjoni u ta' l-abbuż;

Ġustifikazzjoni

Il-kelma "tippromwovi" hi iktar qawwija u allura iktar xierqa. Jekk hu korrett li tingħata attenzjoni partikulari lis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fejn dawn l-iktar jiġu mhedda, xorta jrid jiġi ċċarat mill-ġdid f'dan il-punt li l-ambizzjoni ta' l-istrument hu l-livell dinji. Il-piena kapitali għadha teżisti f'pajjiżi fejn id-drittijiet tal-bniedem mhumiex l-iktar mhedda.

Emenda 17

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (c)

(c) tappoġġja l-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tas-supremazija tad-dritt u tal-promozzjoni tad-demokrazija;

c) tappoġġja u ssaħħaħ il-qafas internazzjonali u reġjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, ta' l-Istat tad-Dritt u tal-promozzjoni tad-demokrazija;

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ tal-qafas internazzjonali u reġjonali għall-ħarsien għandu wkoll ikun objettiv. Hekk ċerti strumenti internazzjonali għad iridu jiġu rratifikati minn ħafna Stati. Strumenti ġodda, pereżempju fil-qasam tan-non-diskriminazzjoni, jistgħu jinħolqu wkoll.

Emenda 18

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (d)

(d) tibni l-kunfidenza fi proċessi elettorali demokratiċi permezz ta’ aktar żvilupp ta’ l-osservazzjoni u ta’ l-għajnuna elettorali.

d) tibni l-kunfidenza fi proċessi elettorali demokratiċi permezz ta' aktar żvilupp ta' l-osservazzjoni u ta' l-għajnuna elettorali, jekk dawn l-osservazzjonijiet u l-assistenza elettorali ma jkunux jistgħu jiġu provduti minn oħrajn, iktar mezzi xierqa; tappoġġja l-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili u dawk li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fil-proċess ta' wara l-elezzjoni sabiex tikkonsolida d-demokratizzazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati;

Emenda 19

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (d a) (ġdid)

 

(da) tiġġieled kontra l-korruzzjoni fejn dan ma jkunx jista' jsir permezz ta' oħrajn, iktar mezzi xierqa;

Ġustifikazzjoni

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha wkoll tissemma' anke jekk din tista' titwettaq permezz ta' mezzi oħra, peress li dan l-istrument għandu rwol kumplimentari u sussidjarju. Il-korruzzjoni hi spiss fil-qalba ta' l-istrumenti ta' l-Istat, u għalhekk jista' jiġri li l-Kummissjoni, meta tkun qed tinnegozja l-programmi nazzjonali mal-gvernijiet tal-pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' l-istrumenti reġjonali jew tal-Ftehima ta' Cotonou, ma jirnexxiliex tikseb sodisfazzjon sħiħ f'dan il-qasam. Dan l-istrument jista' jkun mezz kumplimentari partikularement prezjuż.

Emenda 20

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a) parti introduttorja

(a) appoġġ għad-demokrazija u għall-proċessi tad-demokratizzazzjoni, b’mod partikolari billi jissaħħaħ ir-rwol tas-soċjetà ċivili fi

(a) appoġġ għad-demokrazija u għall-proċessi tad-demokratizzazzjoni, b’mod partikolari billi jissaħħaħ ir-rwol ta' parlamenti eletti demokratikament u tas-soċjetà ċivili fi

Emenda 21

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (ii)

(ii) l-inkoraġġiment ta’ proċessi parteċipatorji għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali ta l-irġiel u tan-nisa fis-soċjetà ċivili, u fil-ħajja ekonomika u politika;

(ii) l-inkoraġġiment ta’ proċessi parteċipatorji għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-promozzjoni tan-non-diskriminazzjoni kontra minoritajiet etniċi li tiggarantixxi l-parteċipazzjoni ugwali ta' l-irġiel u tan-nisa fis-soċjetà ċivili, u opportunitajiet ugwali fil-ħajja ekonomika u politika;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li jissemmew b'mod espressiv il-minoritajiet li għandhom sitwazzjoni partikolarment inkwetanti f'diversi pajjiżi, u wkoll il-parteċipazzjoni ugwali.

Emenda 22

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (ii)

(iii) it-trawwim tar-rispett reċiproku u tal-pluraliżmu kemm fuq il-livell tas-soċjetà ċivili kif ukoll fuq il-livell politiku permezz tal-promozzjoni tal-libertà ta l-espressjoni u ta l-assemblea, ta medja indipendenti u responsabbli, ta aċċess mingħajr tfixkil għall-informazzjoni, u tal-libertà ta assoċjazzjoni;

iii) it-trawwim tar-rispett reċiproku u tal-pluraliżmu kemm fuq il-livell tas-soċjetà ċivili kif ukoll fuq il-livell politiku permezz tal-promozzjoni tal-libertà ta' l-espressjoni, assoċjazzjoni u ta' l-assemblea, ta' medja indipendenti u responsabbli, u l-promozzjoni ta' aċċess mingħajr tfixkil u ugwali għall-informazzjoni, b'mod partikulari għall-popolazzjonijiet li jgħixu taħt reġimi mhux demokratiċi;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tipproponi li l-libertà ta' l-espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' l-assemblea jkunu fi grupp wieħed. Tipproponi wkoll li jissaħħaħ il-punt marbut mal-medja.

Emenda 23

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (iv)

(iv) it-tisħiħ tas-supremazija tad-dritt u l-inkoraġġiment tar-riforma legali, ta’ l-indipendenza tal-ġudikatura, tal-ġlieda kontra l-impunità u l-kontribut għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi tranżitorji tal-ġustizzja u tar-rikonċiljazzjoni, inkluż l-appoġġ għall-istabbiliment u għall-funzjonament ta tribunali internazzjonali ad hoc u tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(iv) it-tisħiħ ta' l-Istat tad-Dritt u l-inkoraġġiment tar-riforma legali, ta’ l-indipendenza tal-ġudikatura, tal-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni u l-kontribut għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmi tranżitorji tal-ġustizzja u tar-rikonċiljazzjoni, inkluż l-appoġġ għall-istabbiliment u għall-funzjonament ta tribunali internazzjonali ad hoc u tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Ġustifikazzjoni Tissemma' l-korruzzjoni, fir-rigward l-emenda għall-Artikolu 1. Il-kliem propost dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni hu iktar qawwi mill-proposta tal-Kummissjoni li tinkoraġġixxi sempliċiment miżuri dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni (Artikolu 2(1)(a)(v)).

Emenda 24

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt (v)

(v) l-appoġġ ta' riformi biex jinkisbu obbligu ta' rendikont u sorveljanza demokratika effettiva, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà, u l-inkoraġġiment tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;

(v) l-appoġġ ta' riformi biex jinkisbu obbligu ta' rendikont u sorveljanza demokratiċi effettivi u transparenti, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà;

Ġustifikazzjoni

Hu essenzjali li fir-rigward taċ-ċittadini u tar-rappreżentati eletti tagħhom ikun garantit livell għoli ta' trasparenza fil-proċeduri marbuta mal-pjanifikazzjoni u ma' l-għoti ta' għajnuna esterna.

Emenda 25

Artikolu 2, paragrfu 1, punt (b), punt (i)

(i) l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, il-prevenzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin u r-riabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura u ta’ l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

(i) l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, il-ġlieda kontra l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikulari l-prevenzjoni tat-tortura u t-trattament ħażin u r-riabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura;

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tiżdied il-ġlieda kontra t-tortura u l-prevenzjoni kontra t-tortura.

Emenda 26

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (ii a) (ġdid)

 

(iia) membri tal-korpi parlamentari li tressqu prosekuzzjonijiet kontrihom li qed jimpedixxu li dawn iwettqu l-mandat elettorali tagħhom;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha bħala għan li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni billi tippermetti għajnuna diretta lill-parlamentari ppersegwitati fl-eżerċitar tal-mandat elettorali tagħhom. Dan l-aħħar kien hemm każi fejn membri parlamentari tpoġġew il-ħabs b'mod inġust jew ġew ippersegwitati permezz ta' forom oħra minn reġimi awtoritarji, wara elezzjonijiet li xorta kellhom missjoni ta' osservazzjoni ta' l-UE.

Emenda 27

Artikolu 2, paragrfu 1, punt (b), punt (iii)

(iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, id-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni;

(iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, id-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, bħal sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, fattizzi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew ta' xorta oħra, appartenenza f'minorità nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali;

Ġustifikazzjoni

Ikun aħjar li jiġu speċifikati l-forom possibbli ta' diskriminazzjonijiet. Qed issir referenza għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni (Artikolu 21).

Emenda 28

Artikolu 2, paragrafu 1, point (b), punt (iv)

(iv) il-minoranzi, il-gruppi etniċi u l-popli indiġeni;

(iv) il-minoranzi, il-gruppi etniċi u l-popli indiġeni, b'mod partikulari billi tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontrihom;

Ġustifikazzjoni

L-emenda hi fis-sens ta' l-Artikolu imma tippreċiża l-bżonn tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjonijiet.

Emenda 29

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (v)

(v) id-drittijiet tan-nisa;

(v) id-drittijiet u l-għoti tas-setgħa tan-nisa, anke l-ġlieda kontra l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, żwiġijiet sfurzati, reati ta' l-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

Ġustifikazzjoni

Sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-abbużi serji fuq id-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra n-nisa u biex jissaħħaħ it-test.

Emenda 30

Artikolu 2, paragrafu 1, point (b), punt (vi)

(vi) id-drittijiet tat-tfal;

(vi) id-drittijiet tat-tfal, inklużi l-ġlieda kontra t-tħaddim, l-ittraffikar u l-prostituzzjoni tat-tfal, u r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tispeċifika l-oqsma ta' applikazzjoni l-iktar importanti għad-drittijiet tat-tfal.

Emenda 31

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (vii)

(vii) l-istandards ċentrali tax-xogħol;

(vii) l-istandards ċentrali tax-xogħol, inkluża l-promozzjoni tar-responsabilità soċjali korporattiva;

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabilità soċjali korporattiva għandha tissemma'.

Emenda 32

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (vii a) (ġdid)

 

(viia) id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità;

Ġustifikazzjoni

Il-persuni b'diżabilità huma partikularment vulnerabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Id-drittijiet tagħhom jiġu injorati bil-kbir u regolarment fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-kooperazzjoni ta' l-iżvilupp. Il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità għandha tiġi adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-Ħarifa tas-sena 2006. L-istrument il-ġdid ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem għandu, għalhekk, jirrikonoxxi s-sinifikat ta' din il-Konvenzjoni l-ġdida tan-NU u l-importanza li ssir referenza espliċita għad-drittijiet tal-persuni b'diżabilità f'linja speċifika dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità.

Emenda 33

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt (vii b) (ġdid)

 

(viib) ir-refuġjati u l-persuni spustati;

Ġustifikazzjoni

Li titjib il-problema ta' miljuni ta' persuni madwar id-dinja li huma sforzati li jaħarbu mid-djar tagħhom hija prijorità ta' l-Unjoni Ewropea. Is-soċjetà ċivili għandha tkun appoġġjata biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem għall-persuni spostati u għar-refuġjati.

Emenda 34

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), kliem introduttorji

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tas-supremazija tad-dritt u l-promozzjoni tad-demokrazija, b'mod partikolari billi

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, ta' l-Istat tad-Dritt u l-promozzjoni tad-demokrazija, u b'mod partikolari billi

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda 35

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), punt (ii)

(ii) titrawwem il-koperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet multilaterali u reġjonali;

(ii) titrawwem il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet multilaterali, reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili;

Ġustifikazzjoni

Wara li jiġi kkunsidrat il-livell lokali, b'konformità ma' l-emenda dwar il-premessa 11. Speċifikazzjoni ta' l-irwol tas-soċjetà ċivili.

Emenda 36

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (c), punt (iii)

(iii) tkun promossa l-osservanza tal-liġi umanitarja internazzjonali;

(iii) tkun promossa l-osservanza tal-liġi umanitarja internazzjonali u tkun immoniterjata l-implimentazzjoni tagħha;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha tkopri l-każi fejn li Stat isir firmatorju ta' trattat jew ta' konvenzjoni internazzjonali jirrikjedi leġiżlazzjoni implimentattiva speċjali - bidla fil-leġiżlazzjoni domestika ta' Stat imsieħeb li se tagħti direzzjoni lill-fatt li jiġu sodisfatti l-obbligi tat-Trattat jew tagħmilha possibbli li jsir dan.

Emenda 37

Artikolu 2, paragrafu 1 (d ) (punt (i)

(i) permezz ta’ l-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea;

(i) permezz ta’ l-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali ta’ l-Unjoni Ewropea u t-titjib tal-proċessi elettorali trasparenti, u permezz ta' l-evalwazzjoni tal-proċessi ta' wara l-elezzjoni fuq il-bażi ta' kriterji ċari u trasparenti li jippromwovu r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-Istat tad-Dritt u l-prinċipji demokratiċi ;

Ġustifikazzjoni

Tissemma' t-trasparenza fil-proċess u fil-kampanji elettorali.

Emenda 38

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (d a) (ġdid)

 

(da) tkun appoġġjata u msaħħa d-demokrazija parlamentari, b'mod partikulari

 

(i) permezz ta' miżuri biex tinbena l-kapaċità għal parlamenti eletti demokratikament jekk il-gvern tal-pajjiż ikkonċernat jopponi dan it-tip ta' bini tal-kapaċità skond l-Istrument għal Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew għall-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument ta' ffinanzjar għall-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Istrument għall-Kooperazzjoni Ekonomika, l-Istrument ta' ffinanzjar għall-Istabbilità u l-Ftehima ta' Cotonou;

 

(ii) billi jkunu appoġġjati riformi biex jinkiseb obbligu ta’ rendikont u sorveljanza demokratika effettivi, speċjalment is-sorveljanza tal-finanzi pubbliċi u tas-settur tas-sigurtà u l-inkoraġġiment tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ ta' l-istituzzjonijet parlamentari hu wieħed mill-qawwiet prinċipali tat-twaqqif u tal-konsolidazzjoni tad-demokrazija fil-pajjiżi terzi. Ħafna drabi, il-gvernijiet ma tantx huma disposti li jitolbu għajnuna għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-parlamenti. Hu wkoll essenzjali li l-Kummissjoni titlob dan sistematikament, fin-negozjati tal-programmi nazzjonali mal-gvernijiet tal-pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' l-istrumenti reġjonali. Il-Ftehima ta' Cotonou reveduta tipprevedi b'mod espressiv li l-parlamenti jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna. Dan l-istrument, li għandu riżorsi limitati, jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ ta' l-istituzzjonijiet parlamentari permezz ta' l-osservazzjoni elettorali.

Emenda 39

Artikolu 2, paragrafu 2

2. Il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, u tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom jitqiesu safejn ikun xieraq mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

2. Il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet tal-minoritajiet u taċ-ċittadini lokali, id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, u l-prevenzjoni tal-kunflitti jiġu kkunsidrati permezz tal-miżuri ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-emenda ssemmi l-minoritajiet u persuni b'diżabilità b'mod espliċitu.

Emenda 40

Artikolu 3, paragrafu 1

1. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun komplementari għal dik li provduta skond ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u l-Istrument għall-Istabbiltà. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun provduta jekk, u sakemm, ma tistax tkun provduta waħidha għajnuna adegwata skond dawn l-istrumenti, jew jekk l-għajnuna tista’ tkun provduta b’mod iktar effettiv skond dan ir-Regolament.

1. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun komplementari għal u koerenti ma' dik li provduta skond ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u l-Istrument għall-Istabbiltà. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun provduta jekk, u sakemm, ma tistax tkun provduta waħidha għajnuna adegwata skond dawn l-istrumenti, jew jekk l-għajnuna tista’ tkun provduta b’mod iktar effettiv skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-emenda żżid il-bżonn ta' koerenza.

Emenda 41

Artikolu 3, paragrafu 2

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skond dan ir-Regolament ikunu konsistenti mal-qafas ġenerali tal-politika strateġika tal-Komunità u b’mod partikolari ma’ l-għanijiet ta’ l-istrumenti t’aktar ’il fuq, kif ukoll ma’ miżuri rilevanti oħrajn tal-Komunità u miżuri skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skond dan ir-Regolament ikunu konsistenti ma' - imma mhux subordinati għal - il-qafas ġenerali tal-politika strateġika tal-Komunità u b'mod partikolari ma' l-għanijiet ta' l-istrumenti t'aktar 'il fuq, kif ukoll ma' miżuri rilevanti oħrajn tal-Komunità u miżuri skond it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Hu possibbli li, fil-qafas strateġiku globali tar-relazzjonijiet ta' l-UE ma' pajjiżi terzi, xi interessi kummerċjali jew ġeopolitiċi jieħdu ċerta prijorità f'relazzjoni mal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem. Hu wkoll essenzjali li jitfakkar f'dan il-kuntest li l-miżuri adottati fil-qafas tar-Regolament ikunu koerenti, imma mhux sottomessi għal dan il-qafas strateġiku globali.

Emenda 42

Artikolu 3, paragrafu 3

3. Sabiex tiżdied l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri ta' għajnuna tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tippromwovi koordinazzjoni mill-qrib bejn l-attivitajiet tagħha stess u dawk ta' l-Istati Membri, kemm fuq il-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fil-prattika. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' l-informazzjoni rilevanti matul id-diversi fażijiet taċ-ċiklu ta' l-għajnuna, b'mod partikolari fuq il-livell lokali u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta' programmazzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.

3. Sabiex tiżdied l-effettività u l-konsistenza tal-miżuri ta' għajnuna tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni mill-qrib bejn l-attivitajiet tagħha stess u dawk ta' l-Istati Membri, kemm fuq il-livell tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fil-prattika. Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' l-informazzjoni rilevanti matul id-diversi fażijiet taċ-ċiklu ta' l-għajnuna, b'mod partikolari fuq il-livell lokali u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta' programmazzjoni tal-Komunità u ta' l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Din hi fis-sens tal-proposta inizjali imma ssaħħaħha.

Emenda 43

Artikolu 3, paragrafu 4

4. Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji regolari ta’ informazzjoni mal-Parlament Ewropew.

4. Il-Kummissjoni għandha tfittex kooperazzjoni u skambji regolari ta' informazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Bidliet sempliċi mhumiex biżżejjed.

Emenda 44

Artikolu 3, paragrafu 5

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mas-soċjetà ċivili dwar l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mas-soċjetà ċivili dwar l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament u dwar l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' l-attivitajiet imwettqa skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Is-soċjetà ċivili għandha tkun involuta fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament għaliex ir-realtà f'dan il-qasam hi li, b'mod ġenerali, hi s-soċjetà ċivili, permezz ta' l-organizzazzjonijiet indipendenti involuti, li verament twettaq l-implimentazzjoni.

Emenda 45

Artikolu 7, paragrafu 1

1. Minkejja l-Artikolu 5, fil-każ ta' ħtiġijiet mhux previsti jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' tadotta Miżuri Speċjali li mhumiex koperti f'Dokumenti ta' Strateġija.

1. Minkejja l-Artikolu 5, fil-każ ta' ħtiġijiet mhux previsti jew ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' tadotta Miżuri Speċjali li mhumiex koperti fid-Dokumenti ta' Strateġija.

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda 46

Artikolu 7, paragrafu 3

3. Fejn l-ispiża ta’ miżuri ta’ din ix-xorta taqbeż l-EUR 5 miljuni, il-Kummissjoni għandha tadottahom skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

3. Fejn l-ispiża ta’ miżuri ta’ din ix-xorta taqbeż l-EUR 2 miljuni, il-Kummissjoni għandha tadottahom skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Ġustifikazzjoni

5 miljuni hu wisq fir-rigward tad-dotazzjoni annwali (bejn wieħed u ieħor 4%). Ikun aħjar li dan l-ammont jitniżżel għal 2 miljuni bħal fl-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda 47

Artikolu 7, paragrafu 4

4. Għal Miżuri Speċjali ta’ inqas minn EUR 5 miljuni, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Istati Membri bħala informazzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

4. Għal Miżuri Speċjali ta' inqas minn EUR 2 miljuni, il-Kummissjoni għandha tibgħat il-miżuri lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri bħala informazzjoni fi żmien xahar mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 7 (3).

Emenda 48

Artikolu 8, paragrafu 2

Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkopri wkoll in-nefqa tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex ikunu ġestiti l-operazzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament.

2. Il-finanzjament tal-Komunità jista' jkopri wkoll in-nefqa tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex ikunu ġestiti l-operazzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-iffinanzjar ta' l-ispejjeż amministrattivi hi possibilità, jekk meħtieġa, imma mhux obbligu.

Emenda 49

Artikolu 8, paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a. Fl-applikazzjoni tal-Paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri ta' appoġġ ikunu proporzjonati u xierqa biex jinkisbu r-riżultati mistennija u li dawn ma jaqbżux il-5% ta' l-ammont allokat totali ta' l-istrument.

Ġustifikazzjoni

Fil-preokkupazzjoni ta' ġestjoni tajba tal-fondi pubbliċi, hu importanti li l-miżuri ta' appoġġ jibqgħu proporzjonati u xierqa u ma jaqbżux limitu ta' 5% meta mqabbla ma' l-ammont totali.

Emenda 50

Artikolu 8, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta Miżuri ta' Appoġġ li mhumiex koperti minn Dokumenti ta' Strateġija kif imsemmija fl-Artikolu 5 skond il-paragrafi 3 u 4 ta' l-Artikolu 7.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Artikolu mhux ġustifikat.

Emenda 51

Artikolu 9, paragrafu 1, parti introduttorja u punti (a) u (b)

1. Bla preġudizzju għall-Artikolu 13, il-korpi u l-atturi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament skond dan ir-Regolament għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 6 u 7:

1. Bla preġudizzju għall-Artikolu 13, il-korpi u l-atturi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament skond dan ir-Regolament għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna msemmija fl-Artikoli 6 u 7:

 

l-ewwel nett:

a) is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet ibbażati fil-Komunità u networks tagħhom fuq il-livell nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

(a) is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi bbażati fil-Komunità u networks tagħhom, kemm irreġistrati uffiċjalment jew le, fuq il-livell lokali, nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

 

u wkoll:

(b) l-aġenziji, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr qligħ tas-settur pubbliku jew privat, u n-netwerks fuq il-livell nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

(b) l-aġenziji, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr qligħ tas-settur pubbliku jew privat, u n-netwerks fuq il-livell lokali, nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Mingħajr ma wieħed jiddubita mill-eleġibilità kif inhi proposta, l-emenda għandha l-għan li tippreċiża li l-iffinazjar tas-soċjetà ċivili jkun prijorità għall-iffinanzjar fi ħdan dan ir-Regolament.

Fil-punt (a) hu importanti wkoll li tiġi preċiżata n-natura mhux governattiva ta' l-organizzazzjonijiet u li jiġi preċiżat b'mod espress li organizzazzjonijiet mhux reġistrati jistgħu jkunu eleġibbli. Reġimi awtoritarji jistgħu jiċħdu r-reġistrazzjoni ta' ċertu gruppi favur id-demokrazija jew favur id-drittijiet tal-bniedem. Ikun kontra l-għan tar-Regolament li organizzazzjonijiet bħal dawn jiġu penalizzati għal din ir-raġuni.

Fl-aħħar nett, bħal f'emendi oħra, il-livell ta' intervent lokali qed jissemma' wkoll.

Emenda 52

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (b)

(b) l-aġenziji, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr qligħ tas-settur pubbliku jew privat, u n-netwerks fuq il-livell nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

(b) l-aġenziji, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr qligħ tas-settur pubbliku jew privat, inklużi korpi parlamentari, u n-netwerks fuq il-livell nazzjonali, reġjonali, u internazzjonali;

Emenda 53

Artikolu 9, paragrafu 1, punt (c)

(c) l-organizzazzjonijiet inter-governattivi internazzjonali u reġjonali;

(c) l-organizzazzjonijiet inter-governattivi jew inter-parlamentari internazzjonali u reġjonali;

Emenda 54

Artikolu 9, paragrafu 2

2. Korpi jew atturi oħrajn mhux elenkati fil-paragrafu (1) jistgħu ikunu ffinanzjati meta dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Peress li saru preċiżazzjonijiet lill-Artikolu 9 (1), b'mod partikulari f'dak li jikkonċerna l-eleġibilità ta' l-organizzazzjonijiet mhux irreġistrati, l-Artikolu 9 (2) m'għandux għalfejn jibqa'.

Emenda 55

Artikolu 12, paragrafu 2, punt (d)

(d) il-kumpaniji, id-ditti, organizzazzjonijiet u negozji privati oħrajn, u atturi oħra mhux Statali.

(d) il-kumpaniji, id-ditti, organizzazzjonijiet u negozji privati oħrajn, atturi oħra mhux Statali u organizzazzjonijiet mhux governattivi fis-soċjetà ċivili, sakemm dawn jissodisfaw l-għanijiet ta' dan ir-Regolament u li l-attivitajiet tagħhom josservaw l-istandards għad-drittijiet tal-bniedem.

Ġustifikazzjoni

L-organizzazzjonijiet mhux governattivi għandhom jissemmew b'mod speċifiku, u hi meħtieġa kjarifika fi-rigward tal-kuntest għall-iffinanzjar minn kumpaniji, ditti u atturi privati.

Emenda 56

Artikolu 13, paragrafu 7

7. Kulmeta l-għajnuna tal-Komunità tkopri operazzjoni implimentata permezz ta' organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri kuntrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni naturali u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond dan l-Artikolu kif ukoll għall-persuni naturali u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond ir-regoli ta' dik l-organizzazzjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni ħalli jiġi żgurat li jingħata trattament indaqs lid-donaturi kollha. L-istess regoli għandhom japplikaw fir-rigward tal-provvisti, tal-materjali u ta' l-esperti.

7. Kulmeta l-għajnuna tal-Komunità tkopri operazzjoni implimentata permezz ta' organizzazzjoni internazzjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri kuntrattwali xierqa għandha tkun miftuħa għall-persuni fiżiċi u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond dan l-Artikolu kif ukoll għall-persuni fiżiċi u għall-persuni legali kollha li huma eliġibbli skond ir-regoli ta' dik l-organizzazzjoni, sakemm dawn ikunu konformi ma' l-objettivi ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tingħata attenzjoni ħalli jiġi żgurat li jingħata trattament indaqs lid-donaturi kollha. L-istess regoli għandhom japplikaw fir-rigward tal-provvisti, tal-materjali u ta' l-esperti.

Ġustifikazzjoni

Tfakkira tal-bżonn tal-konformità ma' l-objettivi tar-Regolament.

Emenda 57

Artikolu 13, paragrafu 12

12. Dawk li tefgħu l-offerti u ngħataw il-kuntratti għandhom jirrispettaw l-istandards tax-xogħol ċentrali mifthiema internazzjonalment, bħall-istandards ċentrali tax-xogħol ta' l-ILO, il-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni ta' xogħol forzat u ta' bilfors, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta' l-impiegi u ta' l-okkupazzjoni, u l-abolizzjoni tax-xogħol tat-tfal.

12. Dawk li ngħataw il-kuntratti għandhom jirrispettaw l-istandards tax-xogħol ċentrali mifthiema internazzjonalment, bħall-istandards ċentrali tax-xogħol ta' l-ILO, il-konvenzjonijiet dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, l-eliminazzjoni ta' xogħol forzat u ta' bilfors, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward ta' l-impiegi u ta' l-okkupazzjoni, u l-abolizzjoni tax-xogħol tat-tfal.

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda 58

Artikolu 15, paragrafu 2

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1) u lill-Parlament Ewropew bħala informazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jitolbu diskussjoni ta’ evalwazzjonijiet speċifiċi fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1). Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapporti ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1) u lill-Parlament Ewropew bħala informazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Istati Membru jistgħu jitolbu diskussjoni ta' evalwazzjonijiet speċifiċi fil-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1). Ir-riżultati għandhom jerġgħu jidħlu bħala informazzjoni fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu, bl-istess mod bħall-Istati Membri, ikun jista' jitlob id-diskussjoni in kwistjoni.

Emenda 59

Artikolu 16 a (ġdid)

 

Artikolu 16a

 

Djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew

 

Għandu jkun hemm djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew billi tintuża l-proċedura li ġejja:

 

(a) il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew l-abbozzi ta' miżuri kollha li għandhom jitressqu lill-kumitati relevanti skond d-dispożizzjonijiet tal-komitoloġija fl-istess ħin meta dawn jintbagħtu lill-Istati Membri; il-Parlament Ewropew se jirċievi wkoll kopja ta' l-aġenda qabel il-laqgħa rilevanti tal-kumitat u, sussegwentement, kopja tal-minuti ta' dik il-laqgħa;

 

(b) il-Parlament Ewropew għandu jidentifika dawk l-istrateġiji li jixtieq jiddiskuti mal-Kummissjoni;

 

(c) id-djalogu għandu jsir waqt laqgħa ta' kumitat parlamentari jew korp ieħor determinat mill-Parlament Ewropew; il-Kummissjoni għandha tispjega l-prijoritajiet stipulati fid-dokument u l-fatturi li ddeterminaw l-għażla tal-prijoritajiet; il-Parlament Ewropew għandu mbagħad ikollu l-possibilità li jsaqsi għal iktar spjegazzjonijiet, li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar l-għażliet u li jindika kif hu jqis li għandha tiġi implimentata l-istrateġija;

 

(d) il-Kummissjoni għandha tikkunsidra bix-xieraq dan l-iskambju fid-determinazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-Dokumenti ta' Strateġija u tal-Programmi ta' Azzjoni Annwali kif previst fl-Artikoli 5 u 6 rispettivament.

Ġustifikazzjoni

Mingħajr ma wieħed jiddubita mill-proċedura ta' komitoloġija, din l-emenda tipprevedi proċedura ta' djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew. Fir-realtà, din hi biss formalizzazzjoni ta' l-impenji u hi diġà prevista mill-Kummissjoni fil-qafas tan-negozjati mal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-istrumenti adottati fir-rigward tal-proċedura ta' kodeċiżjoni. Dan it-tip ta' djalogu diġà jseħħ fil-qafas tal-Grupp ta' Koordinazzjoni ta' l-Elezzjonijiet, bil-presidenza konġunta ta' l-AFET u tad-DEVE, għal dak li jirrigwarda l-osservazzjoni elettorali.

Emenda 60

Artikolu 19

Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2010, rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin, jekk ikun xieraq bi proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għall-istrument.

Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta' Diċembru 2010, rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin. Jekk tiġi identifikata sitwazzjoni li ma tiffunzjonax tajjeb, il-Kummissjoni , fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Parlament Ewropew, għandha tissottometti, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għall-istrument.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkonsolida l-impenji tal-Kummissjoni waqt is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2006.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

Referenzi

COM(2006)0354 – C6-0206/2006 – 2006/0116(COD)

Kumitat responsabbli

AFET

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE
6.7.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

Iva

6.7.2006

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Alessandro Battilocchio
10.7.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

28.8.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.10.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Alessandro Battilocchio, Margrietus van den Berg, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Thierry Cornillet, Nirj Deva, Alexandra Dobolyi, Michael Gahler, Filip Andrzej Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Luisa Morgantini, José Javier Pomés Ruiz, Horst Posdorf, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Anna Záborská, Mauro Zani

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Milan Gaľa, Manolis Mavrommatis, Anne Van Lancker, Anders Wijkman, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit (10.10.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ ffinanzjar għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem)
(COM(2006)0354 – C6-0206/2006 – 2006/0116(COD))

Rapporteur ta' l-opinjoni: Albert Jan Maat

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal strument finanzjarju (Regolament) għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija hija bbażata fuq l-Artikolu 179 (koperazzjoni ta' żvilupp) u fuq l-Artikolu 181a (koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma’ pajjiżi terzi ħlief il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw). Din il-proposta hija suġġetta għall-proċedura ta' kodeċiżjoni.

Fil-proposti oriġinali tagħha għas-settur estern għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni kopriet id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija bħala "programm tematiku" għall-iskopijiet ta' programmar iżda bl-użu tal-bażijiet legali ta' l-istrumenti l-oħra. Wara pressjoni mill-Parlament dwar il-ħtieġa ta' bażi legali separata sabiex titħares il-karatteristika unika u globali ta' l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għd-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), il-Kummissjoni qablet li tippreżenta proposta, fi ħdan il-kuntest tan-negozjati ġenerali dwar l-istrumenti esterni.

It-taqsim finanzjarju bejn l-istrumenti esterni varji kif propost fil-bidu mill-Kummissjoni u mbagħad modifikat wara l-ftehima dwar l-MMF 2007-2013, jeħtieġ li jiġi aġġustat b'mod tekniku b'riżultat ta' din il-proposta. Dan huwa evidenti peress li azzjonijiet varji relatati mad-drittijiet tal-bniedem u mad-demokrazija issa ġew "imneħħija" minnhom u minflok ġew inklużi skond dan l-istrument separat li jindirizza iktar minn qasam wieħed.

L-ammont ta' referenza previst ta' EUR 1 103,74 miljun ta' dan l-istrument għalhekk ikun finanzjat permezz ta' "kontribuzzjonijiet" mill-istrumenti ewlenin oħrajn, i.e. id-DCI (żvilupp), l-ENPI (viċinanza ), l-IPA (ta' qabel is-sħubija) u l-Istrument ta' Stabilità. B'dan il-mod, l-ammonti ġenerali mifthema fl-MMF jistgħu jiġu rispettati. Ir-rapporteur għall-opinjoni jenfasizza l-importanza tal-konsistenza fl-istrumenti esterni biex jiġi żgurat li dan iseħħ. Għalhekk ġiet introdotta emenda standard biex jiġi enfasizzat il-bżonn ta' kompatibiltà ġenerali. Ir-rapporteur għal opinjoni jinnota li l-ammont propost mill-Kummissjoni għal dan ir-regolament speċifiku huwa konsistenti ma' l-MFF.

Numru ta' emendi ġew introdotti wkoll biex jiġu mħarsa l-prerogattivi tal-Parlament, b'mod partikulari fir-rigward ta' l-għażliet politiċi involuti. Il-proposta kif inhi bħalissa b'mod sħiħ mhix xierqa minħabba li titratta prinċipalment il-proċedura (leġiżlazzjoni ta' qafas) u tħalli l-għażliet strateġiċi għall-fażi ta' implimentazzjoni u taħt il-kontroll tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri biss.

EMENDI

Il- Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora fir-rapport tiegħu l-emendi li ġejjin:

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 2 a (ġdid)

2a.    considers that the financial envelope indicated in the legislative proposal must be compatible with the ceiling of heading 4 of the new multiannual financial framework (MFF) and points out that the annual amount will be decided within the annual budgetary procedure, in accordance with the provisions of point 37 of the IIA of 17 May 2006;

Ġustifikazzjoni

Emenda standard biex tiġi żgurata kompatibilità ġenerali mal-limiti finanzjarji.

Proposta għal regolament

Test propost mill-Kummissjoni[1]

 

 

Emendi tal-Parlament

Emenda 2

Premessa 9

(9) Sabiex il-kwistjonijiet imsemmija aktar ’il fuq jiġu indirizzati b’mod effettiv, f’waqtu u flessibbli lil hinn mill-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999, li servew bħala l-bażi legali għall-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għd-Drittijiet tal-Bniedem u li jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2006, huma meħtieġa riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament komplut minn kollox, li jistgħu ikomplu jaħdmu b’mod indipendenti filwaqt li jibqgħu komplementari għall-għajnuna umanitarja u għall-istrumenti ta’ finanzjament ta’ żvilupp u kooperazzjoni tul medda twila ta’ żmien;

(9) Sabiex il-kwistjonijiet imsemmija aktar ’il fuq jiġu indirizzati b’mod effettiv, f’waqtu u flessibbli lil hinn mill-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 976/1999, li servew bħala l-bażi legali għall-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem u li jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2006, huma meħtieġa riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament separat, huma mitluba li jistgħu jkomplu jaħdmu b’mod indipendenti billi huma kumplimentari b'mod reċiproku ma' l-istrumenti l-oħrajn għall-politiki esterni ta' l-Unjoni Ewropea ;

Ġustifikazzjoni

F'dan il-kuntest huwa opportun li tiżdied il-kelma "separat". L-istrumenti varji għar-relazzjonijiet esterni huma fl-aħħar mill-aħħar kollha magħquda fl-flimkien u b'hekk hija xierqa l-frażi "kumplimentarità reċiproka".

Emenda 3

Recital 14

(14) Ir-rilevanza u l-ambitu ta’ l-għajnuna tal-Komunità fil-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem titlob biex il-Kummissjoni tfittex skambji b’mod regolari u frekwenti ta’ l-informazzjoni mal-Parlament Ewropew.

(14) Ir-rilevanza u l-ambitu ta’ l-għajnuna tal-Komunità fil-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem titlob biex il-Kummissjoni tinforma u tikkonsulta b'mod sistematiku mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill dwar l-għażliet strateġiċi skond dan l-istrument. Dan jinkludi li hija tistabbilixxi djalogu regolari mal-Parlament Ewropew u tqis b'mod xieraq il-pożizzjoni tiegħu qabel u waqt l-implimentar ta' l-istrateġiji.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda 4

Premessa 17

(17) Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas finanzjarju għat-tul kollu tal-programm li għandu jkun il-punt prinċipali ta’ referenza għall-awtorità baġitarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda;

(17) Dan ir-Regolament jistabbilixxi allokazzjoni finanzjarja għat-tul kollu tal-programm li għandu jkun il-punt prinċipali ta’ referenza għall-awtorità baġitarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda;

Ġustifikazzjoni

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.The terminology in the IIA of 17 may 2006 was slightly changed compared to the previous one and now uses the term "financial envelope".

Emenda 5

Artikolu 3, paragrafu 1

1. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun komplementari għal dik li provduta skond ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u l-Istrument għall-Istabbiltà. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun provduta jekk, u sakemm, ma tistax tkun provduta waħidha għajnuna adegwata skond dawn l-istrumenti, jew jekk l-għajnuna tista’ tkun provduta b’mod iktar effettiv skond dan ir-Regolament.

1. L-għajnuna tal-Komunità skond dan ir-Regolament għandha tkun komplementari b'mod reċiproku bl-assistenza provduta skond ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-Istrument għall-Għajnuna ta’ Qabel l-Adeżjoni, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat u s-Sħubija, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Ekonomika, il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u l-Istrument għall-Istabbiltà.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun enfasizzat anke l-irwol tal-kumplimentarità reċiproka ta' l-istrument. L-IEDDU m'għandux jitqies bħala "l-aħħar possibilità" meta, għal kwalunkwe raġuni ma jkunx jista' jimplimenta azzjoni fil-qasam ta' strument ġeografiku.

Emenda 6

Artikolu 3, paragrafu 4

4. Il-Kummissjoni għandha tfittex skambji regolari ta’ informazzjoni mal-Parlament Ewropew.

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu regolari mal-Parlament Ewropew, u tqis il-pożizzjoni tiegħu qabel u waqt l-implimentar ta' l-istrateġiji, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza fl-azzjonijiet esterni annessi mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda 7

Artikolu 5, paragrafu 2

2. Id-Dokumenti ta’ Strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għall-finanzjament mill-Komunità, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tar-rendiment. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; din tista’ tingħata fil-forma ta’ medda, fejn ikun xieraq.

2. Id-Dokumenti ta’ Strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għall-finanzjament mill-Komunità, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tar-rendiment. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, mingħajr ħsara għas-setgħat ta' l-awtorità baġitarja, kemm ġenerali kif ukoll b'rendikont indikattiv ta' riżorsi għal kull qasam ta’ prijorità; din tista’ tingħata fil-forma ta’ medda, fejn ikun xieraq.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda 8

Artikolu 5, paragrafu 3

3. Id-Dokumenti ta’ Strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). Għandhom ikopru mhux aktar mill-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu riveduti f’nofs it-term, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ.

3. Id-Dokumenti ta’ Strateġija, u kwalunkwe reviżjoni jew estensoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). Għandhom ikopru mhux aktar mill-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament. Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jiġu riveduti f’nofs il-perjodu ta' żmien, mhux aktar tard minn tliet snin wara, jew ad hoc jekk ikun meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda 9

Artikolu 5, paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a. B'konformità ma' l-Artikolu 3(4), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu regolari mal-Parlament Ewropew dwar il-kontenut tad-dokumenti ta' strateġija. Hija għandha tqis il-pożizzjoni tiegħu qabel u waqt l-implimentar u l-adottar ta' l-istrateġiji, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza fl-azzjonijiet esterni annessi mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda 10

Artikolu 6, paragrafu 3

3. Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2). F’każijiet fejn l-emendi għall-Programmi Annwali ta’ Azzjoni ma jaqbżux l-20% ta’ l-ammont globali allokat lilhom, il-Kummissjoni għandha tadotta emendi ta’ din ix-xorta. Hija għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16(1).

3. Il-Programmi Annwali ta’ Azzjoni, u kwalunkwe reviżjoni jew estensjoni tagħhom, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(2).

Ġustifikazzjoni

Meta titqies l-applikazzjoni ġenerali tal-komitoloġija f'dan il-qasam, jidher li mhux meħtieġ li l-Parlament ikun miċħud minn aktar drittijiet tiegħu ta' mmonitorjar bħala naħa waħda mill-awtorità baġitarja.

Emenda 11

Artikolu 8, paragrafu 2

2. Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkopri wkoll in-nefqa tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-appoġġ amministrattiv meħtieġ biex ikunu ġestiti l-operazzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament.

2. Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkopri wkoll in-nefqa għal appoġġ ta' mmaniġġjar amministrattiv relatat b'mod dirett ma' l-operazzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Emenda preżentata bl-iskop li tqiegħed distinzjoni aktar ċara bejn il-linji ta' l-immaniġġjar amministrattiv (ex linji BA) kollegati mal-programm (finanzjati skond il-premessa 4) u l-linji amministrattivi tal-premessa 5. Ma jidhirx prudenti li din in-nefqa tkun limitata b'mod esklussiv għad-delegazzjonijiet peress li jista' jkun hemm xi azzjonijiet (pereżempju t-taħriġ tal-persunal) li jistgħu jkunu finanzjati mis-sede ċentrali.

Emenda 12

Artikolu 10, paragrafu 2

2. Skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-Kummissjoni tista’, tiddeċiedi li tafda l-kompiti ta’ awtorità pubblika, u b’mod partikolari kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit, lill-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2)(c) ta’ dak ir-Regolament.

2. Skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, il-Kummissjoni tista’, tiddeċiedi li tafda l-kompiti ta’ awtorità pubblika, u b’mod partikolari kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit, lill-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2)(c) ta’ dak ir-Regolament,dejjem jekk doveri bħal dawn ma jinkludux it-twettiq ta' għażliet politiċi kif stipulat fl-Artikolu 54(1) ta' l-istess Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiċċara l-kundizzjonijiet għall-ħidma esterna.

Emenda 13

Artikolu 11, paragrafu 2

2. Il-finanzjament tal-Komunità jista’ jieħu waħda mill-forom legali li ġejjin, inter alia:

Il-finanzjament tal-Komunità jista’ jieħu waħda mill-forom legali li ġejjin, inter alia:

a) il-ftehimiet ta’ għotja, id-deċiżjonijiet ta’ għotja jew il-ftehimiet ta’ kontribut;

a) il-ftehimiet ta’ għotja jew id-deċiżjonijiet ta’ għotja;

b) il-ftehimiet skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

b) il-ftehimiet skond l-Artikolu 54 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

c) kuntratti ta' akkwist;

c) kuntratti ta' akkwist.

d) kuntratti ta' xogħol.

 

Ġustifikazzjoni

"Ftehimiet ta' kontribuzzjoni" tintroduċi kliem ambigwu. Huma kopruti bil-frażi "ftehimiet ta' għotja". Il-frażi għandha titħassar biex tkun evitata l-inċertezza legali. Minbarra dan, għandu jkun ċar - kif inhu l-każ issa - li għotjiet jistgħu jintużaw mill-benefiċjarji biex jimpjegaw l-istaff (i.e. jikkonkludu kuntratti ta' xogħol). Iżda, l-għotjiet ma jistgħux iwasslu għal relazzjonijiet ta' xogħol diretti bejn l-UE u benefiċjarju.

Emenda 14

Artikolu 15, paragrafu 1

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrivedi b’mod regolari l-programmi tagħha, u għandha tevalwa l-effettività tal-programmazzjoni sabiex tiżgura ruħha jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet futuri.

1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrivedi b’mod regolari l-programmi tagħha. Hija għandha tiżgura wkoll li analiżijiet jitwettqu sabiex tiżgura ruħha jekk l-għanijiet intlaħqux u sabiex tkun tista’ tifformula rakkomandazzjonijiet bil-għan li ttejjeb l-operazzjonijiet futuri. Dan għandu jitwettaq mhux aktar tard minn tliet snin wara. L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu indipendenti u konsegwentament ma jistgħux jitwettqu minn personal u/jew korpi involuti fl-implimentazzjoni tal-programm.

Ġustifikazzjoni

L-analiżi għandhom ikunu indipendenti minħabba l-kredibilità.

Emenda 15

Artikolu 16, paragrafu 4

4. Il-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew bħala informazzjoni.

4. Fil-kuntest ta' l-Artikoli 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu regolari mal-Parlament Ewropew dwar il-kontenut tad-Dokumenti ta' Strateġija u l-Programmi ta' Azzjoni Annwali.

Għal din il-għan, l-abbozzi kollha mressqa lill-kumitat stabbilit skond dan l-Artikolu għandhom jitressqu lill-Parlament u lill-Istati Membri fl-istess waqt.

Id-djalogu għandu jsir waqt laqgħa ta' kumitat parlamentari jew korp ieħor determinat mill-Parlament Ewropew;

Il-Kummissjoni għandha tqis b'mod xieraq il-pożizzjoni tal-Parlament qabel u waqt l-adottar u l-implimentar ta' dawn il-miżuri.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

Emenda 16

Artikolu 19

19. Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2010, rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin, jekk ikun xieraq bi proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għall-istrument.

19. Il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010, rapport li jevalwa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel tliet snin, jekk ikun xieraq bi proposta leġiżlattiva li tintroduċi l-modifiki meħtieġa għall-istrument.

Ġustifikazzjoni

B'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar l-iskrutinju demokratiku u l-koerenza ta' l-azzjonijiet esterni annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-immaniġġjar finanzjarju sod.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ ffinanzjar għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem)

Referenzi

COM(2006)0354 – C6-0206/2006 – 2006/0116(COD)

Kumitat responsabbli

AFET

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.7.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data mħabbra fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Albert Jan Maat
26.9.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

26.9.2006

10.10.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

10.10.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Jutta D. Haug, Anne E. Jensen, Wiesław Stefan Kuc, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Giovanni Pittella, Antonis Samaras, Esko Seppänen, László Surján, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, José Albino Silva Peneda

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  Għadu mhux ippubblikat fil-ĠU.

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (5.10.2006)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem)
(COM(2006)0354 – C6‑0206/2006 – 2006/0116(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Teresa Riera Madurell

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-UE għandha rwol ewlieni fid-demokrazija u fil-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u għandha tkompli żżomm profil ta’ importanza fi kwistjonijiet bħal dawn.

L-għan tal-proposta għal strument ta’ finanzjament ġdid għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem huwa li tiġi pprovduta bażi legali għall-programm suċċessur għall-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), li hija bbażata fuq żewġ regolamenti li jiskadu fl-aħħar tas-sena 2006. L-istrument il-ġdid għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013.

Dan l-istrument il-ġdid, bħall-EIDHR, se jkun imfassal biex jikkumplimenta d-diversi għodod oħrajn għall-implimentazzjoni tal-politiki ta’ l-UE dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ koperazzjoni finanzjarja u teknika, inklużi kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi. Se jikkumplimenta wkoll l-interventi ta’ l-istrument il-ġdid ta’ l-Istabilità li huma aktar relatati mal-kriżijiet.

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi huwa kkonċernat b’mod partikulari li l-istrument il-ġdid għandu jartikola u jappoġġja objettivi relatati mas-sess u miżuri fuq livell internazzjonali. Permezz ta' din l-opinjoni jixtieq jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza tad-drittijiet tan-nisa fi ħdan il-kuntest l-aktar wiesa' tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem u sabiex tinħoloq il-bażi għal strument ta’ finanzjament Ewropew sensittiv dwar is-sess sabiex jippromwovi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinjaEMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill- Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[1]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (c)

(c) tappoġġja l-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tas-supremazija tad-dritt u tal-promozzjoni tad-demokrazija;

(c) tappoġġja l-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tas-supremazija tad-dritt u tal-promozzjoni tad-demokrazija u tiżgura l-ugwaljanza bejn is-sessi;

Emenda 2

Artikolu 1, paragrafu 2, punt (d a) (ġdid)

 

(da) tippromwovi approċċ integrat għall-bini tad-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tiżgura li l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-kunflitti jiġu kkunsidrati;

Emenda 3

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), punt ii)

ii) l-inkoraġġiment ta’ proċessi parteċipatorji għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali ta’ l-irġiel u tan-nisa’ fis-soċjetà ċivili, u fil-ħajja ekonomika u politika;

ii) l-inkoraġġiment ta’ proċessi parteċipatorji għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali ta’ l-irġiel u tan-nisa fis-soċjetà ċivili, u fil-ħajja ekonomika u politika, billi jissaħħu d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal bħala mira speċifika u wkoll bl-integrazzjoni tad-drittijiet tat-tfal u l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-attivitajiet kollha;

Emenda 4

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt ii)

ii) id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

ii) id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jiddefendu d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal;

Emenda 5

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt iii)

iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, id-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni;

iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, id-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minorità nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

Emenda 6

Artikolu 2, paragrafu 1, point (b), punt v)

v) id-drittijiet tan-nisa;

v) id-drittijiet tan-nisa u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa, inkluża l-ġlieda kontra l-mutilazzjoni ta’ l-organi ġenitali femminili;

Emenda 7

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt vi)

vi) id-drittijiet tat-tfal;

vi) id-drittijiet tat-tfal, filwaqt li jkun żgurat li tingħata prijorità lill-aħjar interessi tat-tfal, kif ukoll ikunu inklużi l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal u r-reklutaġġ ta’ tfal bħala suldati;

Emenda 8

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt vi a) (ġdid)

 

vi a) il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, ikluża l-ġlieda kontra t-traffikar tan-nisa u tat-tfal għal kwalunkwe skop, inklużi l-isfruttament sesswali u fuq ix-xogħol u t-tneħħija ta’ l-organi;

Emenda 9

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt viii)

viii) l-edukazzjoni, t-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

viii) l-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li jkunu garantiti d-drittijiet ugwali tal-bniet għall-edukazzjoni u t-taħriġ;

Emenda 10

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (b), punt viii a) (ġdid)

 

viii a) il-monitoraġġ fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, ta’ kontra d-diskriminazzjoni u tad-demokrazija;

Emenda 11

Artikolu 2, paragrafu 2

2. Il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, u tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom jitqiesu safejn ikun xieraq mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

2. Il-promozzjoni ta’ l-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, u tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom jitqiesu mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem)

Referenzi

COM(2006)0354 – C6-0206/2006 – 2006/0116(COD)

Kumitat responsabbli

AFET

Opinjoni mogħtija minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM
6.7.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib – data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni
  Data tal-ħatra

Teresa Riera Madurell
11.7.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

12.9.2006

5.10.2006

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

5.10.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

11

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Edite Estrela, Věra Flasarová, Lissy Gröner, Lívia Járóka, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Urszula Krupa, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marie-Line Reynaud, Teresa Riera Madurell, Lydia Schenardi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Resetarits

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b’lingwa waħda biss)

...

  • [1]  Għadu ma ġiex ippubblikat fil-ĠU.

PROĊEDURA (3.10.2006)

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (Strument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem)

Referenzi

COM(2006)0354 - C6-0206/2006 - 2006/0116(COD))

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.6.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

6.7.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

6.7.2006

FEMM

6.7.2006

BUDG

6.7.2006

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

Iva

6.7.2006

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Hélène Flautre

21.6.2006

Edward McMillan-Scott

21.6.2006

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

11.7.2006

11.9.2006

13.9.2006

3.10.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

10.10.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

0

41

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Angelika Beer, Panagiotis Beglitis, Marco Cappato, Simon Coveney, Ryszard Czarnecki, Giorgos Dimitrakopoulos, Jas Gawronski, Maciej Marian Giertych, Ana Maria Gomes, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Richard Howitt, Jana Hybášková, Ioannis Kasoulides, Bogdan Klich, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Edward McMillan-Scott, Willy Meyer Pleite, Francisco José Millán Mon, Pasqualina Napoletano, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Raimon Obiols i Germà, Cem Özdemir, Tobias Pflüger, Mirosław Mariusz Piotrowski, Raül Romeva i Rueda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jacek Emil Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Gitte Seeberg, Antonio Tajani, Inese Vaidere, Jan Marinus Wiersma, Luis Yañez-Barnuevo García, Josef Zieleniec

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Irena Belohorská, Nirj Deva, Árpád Duka-Zólyomi. Hélène Flautre, Michael Gahler, Tunne Kelam, Jaromír Kohlíček, Miguel Angel Martínez Martínez, Achille Occhetto,

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christopher Beazley

Data tat-tressiq

24.10.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

..