RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrevedi u jikkoreġi r-regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta' appoġġ dirett fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ favur il-bdiewa u li jirrevedi r-regolament (KE) Nru 1698/2005 li jikkonċerna l-appoġġ għall-iżvilupp rurali permezz tal-Fondi Agrikoli Ewropej għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)
25.10.2006 - (COM(2006)0489 – C6‑0000/2006 – 2006/0173(CNS)) - *
Kumitat għall-Biedja u l-Izvilupp Rurali
Rapporteur: Joseph Daul
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrevedi u jikkoreġi r-regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta' appoġġ dirett fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ favur il-bdiewa u li jirrevedi r-regolament (KE) Nru 1698/2005 li jikkonċerna l-appoġġ għall-iżvilupp rurali permezz tal-Fondi Agrikoli Ewropej għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD)
(COM(2006)0489 – C6‑0000/2006 – 2006/0173(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0500)[1]
– wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, li skond liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0335/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6‑0377/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinforma lill-Parlament jekk għandu l-ħsieb jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
3. Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] Għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
PROĊEDURA
Titolu |
dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jirrevedi u jikkoreġi r-regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-iskemi ta' appoġġ dirett fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ favur il-bdiewa u li jirrevedi r-regolament (KE) Nru 1698/2005 li jikkonċerna l-appoġġ għall-iżvilupp rurali permezz tal-Fondi Agrikoli Ewropej għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) |
||||||
Referenzi |
COM(2006)0500 – C6‑0335/2006 – 2006/0172(CNS) |
||||||
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
10.10.2006 |
||||||
Kumitat responsabbli |
AGRI |
||||||
Rapporteur(s) |
Joseph Daul |
|
|||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
3.10.2006 |
||||||
Examen en commission |
23.10.2006 |
|
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
23.10.2006 |
||||||
Data tat-tressiq |
25.10.2006 |
||||||