RAPPORT dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-Finlandja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji ta' l-Irkupru ta' Assi ta' l-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha

9.11.2006 - (7259/2006 – C6‑0122/2006 – 2006/0805(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Mihael Brejc

Proċedura : 2006/0805(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0388/2006
Testi mressqa :
A6-0388/2006
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-Finlandja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji ta' l-Irkupru ta' Assi ta' l-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha

(7259/2006 – C6‑0122/2006 – 2006/0805(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Renju tal-Belġju u tar-Repubblika tal-Finlandja (7259/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 34(2)(c) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra Artikolu 39(1) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0122/2006),   

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6‑0388/2006),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Renju tal-Belġju u tar-Repubblika tal-Finlandja kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex ibiddel il-proposta f'dan is-sens;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Renju tal-Belġju u tar-Repubblika tal-Finlandja b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Renju tal-Belġju u tar-Repubblika tal-Finlandja.

Test propost mir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika tal-FinalndjaEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 1, paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a. Bla ħsara għall-paragrafu 1, Stat Membru jista', fil-limiti tal-liġi nazzjonali, joħloq jew jaħtar żewġ Uffiċċji għall-Irkupru ta' l-Assi. Fejn Stat Membru jkollu aktar minn żewġ unitajiet inkarigati mill-iffaċilitar tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, żewġ unitajiet biss jistgħu jinħatru bħala punti nazzjonali ta' kuntatt.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tagħmilha ċara li m'hemm ebda bżonn li jinħoloq punt ta' kuntatt nazzjonali ġdid jekk Stat Membru diġà għandu unitajiet għall-irkupru ta' l-assi li jkunu f'pożizzjoni li jingħataw dik il-kompetenza. Jekk dik il-kompetenza tingħata lil unitajiet bħal dawn, tnejn minnhom biss jistgħu jinħatru bħala punti nazzjonali ta' kuntatt.

Emenda 2

Artikolu 1, paragrafu 2

2. Kull Stat Membru għandu jindika l-unità li tkun Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' Assi nazzjonali fis-sens ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni u kwalunkwe tibdil sussegwenti lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bil-miktub. Dan m'għandux jipprekludi unitajiet oħra bil-kariga li jiffaċilitaw ir-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati tal-kriminalità milli jiskambjaw informazzjoni taħt l-Artikoli 3 u 4.

2. Kull Stat Membru għandu jindika l-unità li tkun Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' Assi nazzjonali fis-sens ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni u kwalunkwe tibdil sussegwenti lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bil-miktub. Dan m'għandux jipprekludi unitajiet oħra bil-kariga li jiffaċilitaw ir-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati tal-kriminalità milli jiskambjaw informazzjoni taħt l-Artikoli 3 u 4 ma' Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' l-Assi ta' Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta tispeċifika b'mod aktar ċar il-bżonn ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-uffiċċji inkarigati mill-iffaċilitar tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' l-assi.

Emenda 3

Artikolu 3, paragrafu 1

1. Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' Assi jista' jagħmel talba għal informazzjoni għal fini iddikjarat fl-Artikolu 1. Għal dak il-għan huwa għandu juża l-proċeduri previsti taħt id-Deċiżjoni Kwadru dwar is-simplifikar ta' l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet għal rifjut ta' dik id-Deċiżjoni Kwadru għandhom japplikaw.

1. Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' Assi jew unità fi Stat Membru li tkun inkarigata mill-iffaċilitar tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' assi jistgħu jagħmlu talba għal informazzjoni għal fini iddikjarat fl-Artikolu 1. Għal dak il-għan huma għandhom jużaw il-proċeduri previsti taħt id-Deċiżjoni Kwadru dwar is-simplifikar ta' l-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet ta' l-infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Ir-raġunijiet għal rifjut ta' dik id-Deċiżjoni Kwadru għandhom japplikaw.

Ġustifikazzjoni

B'konsistenza ma' l-emenda għall-Artikolu 1, din l-emenda hija supplimentari għall-Artikolu 3 sabiex mhux biss jiġi inkluż il-punt nazzjonali ta' kuntatt speċifikat iżda wkoll unità oħra bl-istess setgħat.

Emenda 4

Artikolu 4, paragrafu 1

1. L-Uffiċċji ta' l-Irkupru ta' Assi jistgħu, fil-limiti tal-liġi nazzjonali applikabbli u mingħajr talba għal dak l-effett, jiskambjaw informazzjoni li huma jikkunsidraw meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta' Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' Assi ieħor skond il-finijiet ta' din id-Direttiva kif imniżżlin fl-Artikolu 1.

1. L-Uffiċċji ta' l-Irkupru ta' Assi jew unitajiet fi Stat Membru li jkunu inkarigati mill-iffaċilitar tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' assi jistgħu, fil-limiti tal-liġi nazzjonali applikabbli u mingħajr talba għal dak l-effett, jiskambjaw informazzjoni li huma jikkunsidraw meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta' Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' Assi ieħor skond il-finijiet ta' din id-Direttiva kif imniżżlin fl-Artikolu 1.

Ġustifikazzjoni

B'konsistenza ma' l-emenda għall-Artikolu 1, din l-emenda hija supplimentari għall-Artikolu 4 sabiex mhux biss jiġi inkluż il-punt nazzjonali ta' kuntatt speċifikat iżda wkoll unità oħra bl-istess setgħat.

Emenda 5

Artikolu 5

1. Informazzjoni jew dokumenti miksubin taħt din id-Deċiżjoni jistgħu jintużaw fi kwalunkwe proċediment immirat lejn l-iffriżar, il-qbid jew il-konfiska ta' rikavati mill-kriminalità jew proprjetà oħra relatata magħha.

2. Meta tiġi trasmessa informazzjoni skond din id-Deċiżjoni, l-Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' Assi li jittrasmetti jista' jimponi restrizzjonijiet u kondizzjonijiet fuq l-użu ta' l-informazzjoni. L-Uffiċċju ta' l-Irkupru ta' Assi li jirċievi għandu jikkonforma ma' tali restrizzjonijiet u kondizzjonijiet. Tali restrizzjonijiet u kondizzjonijiet ma jistgħux jirrelataw ma' l-użu ta' informazzjoni għall-fini ta' kumpens għall-vittmi tar-reat li fir-rigward tiegħu tkun inkisbet l-informazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipproponi li l-Artikolu 5 jitħassar għaliex is-sustanza tiegħu diġà hija inkluża f'Artikoli oħrajn f'din id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Fl-24 ta' Frar 2005 il-Kunsill adotta Deċiżjoni Qafas dwar il-Konfiska ta' Rikavati, Strumentalitajiet u Proprjetà relatati mal-Kriminalità. Fil-Komunikazzjoni tagħha (COM(2005) 184 final) lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar il-Programm ta' l-Aja: Għaxar Prijoritajiet għall-Ħames Snin li Ġejjin, il-Kummissjoni rrakkomandat it-tisħiħ ta' l-għodda użati fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fl-Istati Membri ta' l-UE. Il-Kummissjoni hija favur it-twaqqif ta' Uffiċċji għall-Irkupru ta' Assi fl-Istati Membri u favur li jiġi żgurat li dawn l-uffiċċji jkun jista' jkollhom skambju rapidu ta' informazzjoni. Ammonti kbar ta' flus jistgħu jinkisbu permezz tal-kriminalità organizzata, li tkompli tikber jekk entitajiet inkarigati li jiġġieldu kontriha ma jkunux kapaċi jissekwestraw u jirkupraw ir-rikavati tal-kriminalità. Konsegwentament, teżisti l-ħtieġa li jinħolqu Uffiċċji għall-Irkupru ta' l-Assi u li jsir possibbli li dawn jgħaddu informazzjoni lil xulxin b'mod dirett.

Is-sustanza tal-proposta

L-għan tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill huwa li tiżgura li kull Stat Membru joħloq jew jaħtar uffiċċju nazzjonali għall-irkupru ta' rikavati tal-kriminalità u sabiex tistabbilixxi koordinazzjoni tajba bejn l-uffiċċji mingħajr ma din il-koperazzjoni ttellef mill-istatus intern ta' uffiċċju fi Stat Membru. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tisħaqq li l-proposta hija maħsuba biss sabiex tikseb koperazzjoni internazzjonali aktar effettiva bejn l-uffiċċji, u tħalli f'idejn l-Istati Membri sabiex jiddeċiedu l-istruttura ta' l-Uffiċċji ta' l-Irkupru ta' l-Assi tagħhom u l-metodu ta' tiftix għal informazzjoni fil-pajjiż tagħhom. Il-kundanni spiss jingħataw f'pajjiż meta r-rikavati tal-kriminalità kkonċernati jkunu jinsabu f'ieħor. Għalhekk, il-ħolqien jew il-ħatra ta' Uffiċċji għall-Irkupru ta' l-Assi għandhom jiżguraw skambju ta' informazzjoni aktar effiċjenti, li jgħin sabiex tiġi assigurata l-bażi teknika għall-investigazzjoni u l-analiżi ta' traċċi finanzjarji ta' attività kriminali. Il-koperazzjoni bejn l-Uffiċċji għall-Irkupru ta' l-Assi ser issir fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Qafas dwar is-simplikazzjoni ta' skambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet ta' infurzar tal-liġi ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea. Meta jitlob informazzjoni minn uffiċċji ta' Stati Membri oħrajn Uffiċċju għall-Irkupru ta' l-Assi għandu jispeċifika l-iskop tat-talba u r-raġunijiet għaliha. Id-dejta personali pproċessata fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandha titħares skond il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 dwar il-Ħarsien ta' l-Individwi fir-rigward ta' Proċessar Awtomatiku ta' Dejta Personali, u l-Protokoll Addizzjonali tat-8 ta' Novemrbu 2001, għal dawk il-pajjiżi li rratifikawh

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jemmen li d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill proposta dwar il-ħolqien u l-ħatra ta' Uffiċċji għall-Irkupru ta' l-Assi hija pass importanti lejn il-kontroll tal-kriminalità organizzata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Uffiċċji għall-Irkupru ta' l-Assi jaqsmu ma' xuxlin l-informazzjoni utli kollha li għandhom disponibbli, li tiffaċilita r-rintraċċar u l-identifikazzjoni tar-rikavati tal-kriminalità u assi oħra li jistgħu jiġu sekwestrati.

Il-bidliet prinċipali proposti mir-rapport huma kif ġej:

-     fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill proposta mhux ċar biżżejjed jekk teżistix il-ħtieġa li jinħoloq punt nazzjonali ta' kuntatt jekk Stat Membru diġà jkollu unitajiet inkarigati mill-iffaċilitar ta' rintraċċament u ta' identifikazzjoni tar-rikavati mill-kriminalità. Ir-rapporteur jemmen li dawn l-unitajiet jistgħu jingħataw din il-kompetenza, u fejn żewġ unitajiet bħal dawn jeżistu fi Stat Membru, il-kompetenza tista' tingħata lit-tnejn li huma;

-     B'konsistenza ma' l-emenda għall-Artikolu 1, l-Artikoli 3 u 4 huma emendati bl-istess mod sabiex ma jiġix inkluż biss il-punt nazzjonali ta' kuntatt speċifikat iżda wkoll unità oħra bl-istess setgħat.

-     it-tħassir ta' l-Artikolu 5, minħabba li s-sustanza ta' dan l-Artikolu diġà hija inkluża f-artikoli oħrajn tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill.

Ir-rapportuer jemmen li din id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill ser tgħin sabiex il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata ssir aktar effettiva.

PROĊEDURA

Titolu

Inizjattiva tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Renju tal-Belġju u ir-Repubblika tal-Finlandja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċji ta' l-Irkupru ta' Assi ta' l-Istati Membri fil-qasam tar-rintraċċar u l-identifikazzjoni ta' rikavati mill-kriminalità, jew proprjetà oħra relatata magħha.

Referenzi

7259/2006 – C6-0122/2006 – 2006/0805(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

5.4.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE
26.4.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Mihael Brejc
27.4.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

/

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

/

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

4.10.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

6.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mihael Brejc, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Patrick Gaubert, Adeline Hazan, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Romano Maria La Russa, Henrik Lax, Hartmut Nassauer, Martine Roure, Ioannis Varvitsiotis, Stefano Zappalà

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria da Assunção Esteves, Jeanine Hennis-Plasschaert, Sophia in 't Veld, Kyriacos Triantaphyllides, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Salvatore Tatarella

Data tat-tressiq

 

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)