RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku “Prevenzjoni, Preparazzjoni u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu” għall-perjodu 2007-2013 - Programm ġenerali "“Is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet"

10.11.2006 - (COM(2005)0124 – C6‑0241/2005 – 2005/0034(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur(s) Romano Maria La Russa

Proċedura : 2005/0034(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0390/2006
Testi mressqa :
A6-0390/2006
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku “Prevenzjoni, Preparazzjoni u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu” għall-perjodu 2007-2013 - Programm ġenerali “Is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet"

(COM(2005)0124 – C6‑0241/2005 – 2005/0034(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2005)0124)[1],       

–   wara li kkunsidra Artikolu 308 tat-Trattat KE, li skond id-dispożizzjoniet tiegħu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0241/2005),  

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġit (A6‑0390/2006),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2. Iqis li l-ammont ta' referenza finanzjarja indikattiv muri fil-proposta leġiżlattiva jeħtieġ li jkun kompatibbli mal-limitu tar-rubrika 3 A tal-qafas ġdid finanzjarju pluriennali (MFF) u jfakkar li l-ammont annwali jiġi stabbilit matul il-proċedura baġitarja annwali skond id-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[2],

3.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.  Jistieden lill-Kunsill sabiex javżah jekk ikollu l-intenzjoni li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jikkonsultah mill-ġdid jekk ikollu l-intenzjoni li jemenda sostanzjalment il-proposta tal-Kummissjoni ;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

Test propost mill-KummissjoniEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku “Prevenzjoni, Preparazzjoni u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu” għall-perjodu 2007-2013

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm “Prevenzjoni tar-Riskji marbutin mas-Sigurtà, b'mod partikulari mat-Terroriżmu u l-Ġestjoni tal-Konsegwenzi tagħhom" għall-perjodu 2007-2013.

Emenda 2

Premessa 1

(1) Il-prevenzjoni, il-preparazzjoni u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu huma aspetti essenzjali ta’ l-għan taż-żamma u l-iżvilupp ta’ l-Unjoni bħala zona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja hekk kif stipulat fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(1) Il-prevenzjoni tar-riskji marbutin mas-sigurtà, b'mod partikulari mat-terroriżmu u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tagħhom huma aspetti essenzjali ta’ l-għan taż-żamma u l-iżvilupp ta’ l-Unjoni bħala zona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, hekk kif stipulat fir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda 3

PREMESSA 2

(2) Il-Komunità għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex twaqqaf it-terroristi milli jattakkaw il-valuri tad-demokrazija, is-supremazija tad-dritt, is-soċjetà miftuħa u l-libertà taċ-ċittadini u s-soċjetajiet tagħna, u biex tillimita l-konsegwenzi ta’ xi attakk li jista’ jseħħ.

(2) Il-Komunità għandha tieħu l-miżuri neċessarji biex twaqqaf katastrofi naturali jew dawk li huma riżultat ta' attività tal-bniedem, (fost dawn it-terroriżmu) billi għal ta' l-ewwel isseddaq il-qagħda soċjali tajba, il-libertà u s-sikurezza taċ-ċittadini u tas-soċjetajiet, u billi tindirizza l-valuri nfushom tad-demokrazija, il-liġi u l-ordni u s-soċjetà miftuħa, kif ukoll biex jillimataw kemm jista' jkun possibbli l-konsegwenzi ta' dawn il-katastrofi eventwali.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm dan il-programm jikkonċentra fuq it-terroriżmu, huwa jimmira biex ikopri kull tip ta' riskju li għandu x'jaqsam mas-sigurtà.

Emenda 4

Premessa 6

(6) Il-mekkaniżmu tal-Komunità biex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni msaħħa fl-interventi ta’ għajnuna tal-protezzjoni ċivili[3], stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2001/792 tat-23 ta’ Ottubru 2001, jindirizza azzjonijiet immedjati biex jirrispondu għall-emerġenzi kbar, iżda ma kienx maħluq speċifikament għall-prevenzjoni, preparazzjoni u ġestjoni tal-konsegwenzi ta’ l-attakki terroristiċi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 1.

Emenda 5

Premessa 7

(7) Fl-interess ta’ effikaċja, ta’ l-effiċjenza għall-ispejjeż u t-trasparenza, l-isforzi speċifiċi dwar il-prevenzjoni, il-preparazzjoni u ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu għandhom ikunu mmexxija u ffinanzjati minn programm uniku.

(7) Fl-interess ta’ l-effikaċja, ta’ l-effiċjenza ekonomika u tat-trasparenza, l-isforzi speċifiċi dwar il-prevenzjoni, ta' riskji li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà, b'mod partikulari mat-terrorizmu u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tagħhom, għandhom jiġu razzjonalizzati u ffinanzjati minn programm uniku.

Emenda 6

Premessa 8

(8) Għall-finijiet taċ-ċertezza tal-liġi u tal-koerenza, u tal-qbil ma’ programmi finanzjarji oħra, it-termini “prevenzjoni u miżuri ta’ preparazzjoni”, “ġestjoni ta’ kriżijiet u konsegwenzi” u “infrastruttura kritika” għandhom ikunu ddefiniti.

(8) Għall-finijiet taċ-ċertezza tal-liġi u tal-koerenza, u tal-qbil ma’ programmi finanzjarji oħra, it-termini “miżuri ta' prevenzjoni, “ġestjoni ta’ konsegwenzi” u “infrastruttura kritika” għandhom jiġu definiti.

Emenda 7

Premessa 9

(9) Azzjonijiet tal-Kummissjoni, flimkien ma’ proġetti, fejn meħtieġa, li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, huma essenzjali biex jinkiseb metodu ta’ l-UE integrat u koordinat. Barra minn hekk, hu bżonnjuż u xieraq li jiġu appoġġjati proġetti fi ħdan l-Istati Membri, peress li dawn jistgħu joffru esperjenza u tagħrif meħtieġ għal azzjonijiet futuri fuq livell Komunitarju, b’mod partikolari spezzjonijiet u stimi ta’ riskji u theddid.

(9) Azzjonijiet tal-Kummissjoni u proġetti internazzjonali huma essenzjali sabiex isir mingħajr dewmien inventorju u evalwazzjoni tat-theddidiet li hemm għal persuni u infrastrutturi kritiċi Ewropej sabiex jitwaqqaf dispożittiv ta' twissija rapida bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll metodu integrat u koordinat għat-tehid ta' passi mfassla fil-livell ta' l-UE. Barra minn hekk, jixraq u jeħtieġ li jiġu appoġġjati proġetti fi ħdan l-Istati Membri, peress li dawn jistgħu joffru esperjenza u tagħrif meħtieġ li jkunu jistgħu jissarfu f'azzjonijiet futuri f'livell Komunitarju, b’mod partikolari rigward kontrolli u evalwazzjoni ta’ riskji u theddid.

Emenda 8

Premessa 10

(10) Hu xieraq ukoll li pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu jistgħu jieħdu sehem fi proġetti li jmorru lil hinn mill-fruntieri nazzjonali.

(10) Billi t-terroriżmu ma jagħrafx fruntieri, ikun xieraq ukoll li pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jkunu jistgħu jieħdu sehem fi proġetti li jmorru lilhinn mill-fruntieri nazzjonali.

Emenda 9

Premessa 11

(11) Għal emerġenzi fuq skala kbira għandhom jiġu rrispettati programmi tal-Komunità u ta’ l-Unjoni bħall-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-UE u l-Istrument għat-Tweġiba u l-Preparazzjoni; il-mekkaniżmu tal-Komunità għandu jitħares biex jiffaċilita kooperazzjoni msaħħa f’każi ta’ għajnuna min-naħa tal-protezzjoni ċivili, il-programm qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-fondi strutturali.

 

(11) Jeħtieġ li tiġi żgurata l- komplimentarjetà ma' programmi oħra tal-Komunità u ta’ l-Unjoni bħalma huma l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-UE, l-Istrument għat-Tweġiba u l-Preparazzjoni, il-mekkaniżmu tal-Komunità li għandu l-iskop li jiffaċilita koperazzjoni msaħħa f’każijiet ta’ għajnuna min-naħa tal-protezzjoni ċivili, il-programm ta' qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Fondi strutturali. Jeħtieġ li jiġu wkoll awtorizzati formalment il-finanzjamenti konġunti mal-programmi tal-Kummissjoni li jippermettu li jitwettqu studji speċifiċi dwar is-sigurtà tal-persuni u ta' l-infrastrutturi kritiċi, b'mod partikulari fis-setturi tat-trasport u ta' l-enerġija, li jkollhom l-iskop li jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi ta' finanzjament fi strument wieħed għal strateġija globali għas-sigurtà li tkun stabbilita b'mod ċar.

Emenda 10

Premessa 12

(12) Peress li l-għanijiet ta’ dan il-programm ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala jew l-impatt ta’ l-inizjattiva, jistgħu jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri bi qbil mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Bi qbil mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn dak meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(12) Peress li l-għanijiet ta’ dan il-programm ma jistgħux jintlaħqu b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala jew l-impatt ta’ l-inizjattiva, jistgħu f'dan il-każ ikunu jeħtieġu intervent fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri bi qbil mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulati fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Bi qbil mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jafferma l-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda 11

Premessa 16

(16) B’konformità ma’ l-Artikolu (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jistipula l-proċeduri għall-użu tas-saħħa ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni,[4] għandhom jiġu adottati xi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni permezz ta’ proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu (3) ta’ dik id-Deċiżjoni. Dan hu xieraq peress li l-programm m’għandux impatt konsiderevoli fuq il-baġit tal-Komunità.

(16) B’konformità ma’ l-Artikolu (2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jistipula l-proċeduri għall-użu tas-drittijiet ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati permezz tal- proċedura ta' regolamentazzjoni msemmija fl-Artikolu (5) ta’ dik id-Deċiżjoni.

Ġustifikazzjoni

Skond l-Artikolu 2, subparagrafu 1, punt b tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 (komitoloġija) il-miżuri rigward (...) is-sigurtà tal-persuni (...) għandhom jittieħdu skond il-proċedura ta' regolamentazzjoni.

Emenda <12

Artikolu 1, subparagrafu 1

Din id-Deċiżjoni tistipula, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2013, programm speċifiku dwar “il-Prevenzjoni, il-Preparazzjoni u l-Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu”, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-programm”, bħala parti minn programm ġenerali dwar “is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet” bil-għan li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-qasam ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.

Din id-Deċiżjoni tistabbillixi, għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2013, il-programm speċifiku dwar “Il-Prevenzjoni tar-riskji marbutin mas-sigurtà, b'mod partikulari mat-terroriżmu, u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tagħhom" minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-programm”, bħala parti minn programm ġenerali dwar “is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet” bil-għan li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

Emenda 13

Artikolu 2, punt (a)

(a) “prevenzjoni u preparazzjoni” tirreferi għal miżuri maħsuba biex jevitaw u/jew inaqqsu r-riskju ta’ attakk terroristiku u/jew il-konsegwenzi tiegħu, b’mod partikolari permezz ta’ stimi tar-riskji u tat-theddid, ispezzjonijiet u ta’ standards komuni dwar it-teknoloġija u l-metodoloġija;

(a) “prevenzjoni” tirreferi għal miżuri maħsuba biex jevitaw u/jew inaqqsu r-riskju ta’ attakki terroristiċi u ta' riskji oħrajn marbutin mas-sigurtà, u biex jiġu identifikati t-theddidiet fuq il-persuni u fuq l-infrastrutturi kritiċi, b’mod partikolari permezz ta’ evalwazzjonijiet tar-riskji u tat-theddidiet, ta' kontrolli u ta’ l-elaborazzjoni ta' standards komuni għat-teknoloġija u l-metodoloġija;

Emenda 14

Artikolu 2, punt (b)

(b) “ġestjoni tal-konsegwenzi” tirreferi għall-miżuri li jillimitaw il-konsegwenzi ta' attakki f'terminu medju li huma meħtieġa biex l-Unjoni Ewropea titħares bħala zona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja;

(b) “ġestjoni tal-konsegwenzi” il-koordinazzjoni ta' miżuri, limitati għall-azzjoni ammissibbli skond l-Artikolu 5, paragrafu 2, sabiex tittieħed azzjoni kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà, b'mod partikulari mat-terroriżmu, u biex jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom, billi dawn il-miżuri huma meħtieġa biex l-Unjoni Ewropea titħares bħala zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, b'mod partikulari permezz ta' twaqqif ta' sistema rapida ċentralizzata u b'koordinazzjoni effikaċi fil-livell Komunitarju ta' l-passi li jistgħu jittieħdu f'każijiet bħal dawn.

Emenda 15

Artikolu 2, punt (c)

(c) “infrastruttura kritika” tirreferi għal riżorsi fiżiċi, servizzi, mezzi ta’ komunikazzjoni, netwerks u/jew strutturi li jekk jintlaqtu jew jiġu meqruda jkollhom effett negattiv fuq is-saħħa, is-sigurtà, il-ġid ekonomiku taċ-ċittadini jew it-tħaddim effettiv ta’ l-Unjoni Ewropea jew tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri tagħha.

(c) “infrastruttura kritika” tirreferi għal riżorsi fiżiċi, servizzi, mezzi ta’ komunikazzjoni, netwerks u/jew strutturi li jekk jintlaqtu jew jiġu meqruda jkollhom effett negattiv fuq is-saħħa, is-sigurtà, il-ġid ekonomiku taċ-ċittadini, fuq l-ambjent jew ukoll fuq l-attività ta’ l-Unjoni Ewropea jew tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri tagħha, u li tagħhom hemm lista mhux eżawrjenti fl-anness ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda 16

Artikolu 3, subparagrafu 1

1. Dan il-programm għandu jgħin fil-ħarsien taċ-ċittadini, il-libertà tagħhom u s-soċjetà kontra attakki terroristiċi u inċidenti relatati, u biex iħares lill-Unjoni Ewropea bħala zona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.

1. Dan il-programm għandu jgħin fil-ħarsien taċ-ċittadini, tal-libertà tagħhom u tas-soċjetà kontra attakki terroristiċi u riskji oħra rigward sigurtà - tkun liema tkun il-kawża jew l-oriġini - u l-inċidenti relatati magħhom, u biex iħares lill-Unjoni Ewropea bħala zona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja.

Emenda 17

Artikolu 3, subparagrafu 2

2. L-għanijiet ġenerali tal-programm jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ policies oħra ta’ l-Unjoni u tal-Komunità, bħall-kooperazzjoni bejn il-pulizija u ġuridika f’osqma kriminali, ħarsien ta’ l-ambjent, saħħa pubblika, trasport, riċerka u żvilupp teknoloġiku u koeżjoni ekonomika u soċjali.

2. L-għanijiet ġenerali tal-programm jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ kunċett ta' sigurtà globali li jistrieh b'mod partikulari fuq politiki oħra ta’ l-Unjoni u tal-Komunità, bħall-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-koperazzjoni ġuridika f’osqma kriminali, ħarsien ta’ l-ambjent, saħħa pubblika, trasport, riċerka u żvilupp teknoloġiku, kontinwazzjoni ta' l-azzjoni pubblika, u koeżjoni ekonomika u soċjali.

Emenda 18

Artikolu 4, subparagrafu 1

1. Fil-qafas ta’ l-għanijiet ġenerali, u sakemm dawn ikunu koperti minn strumenti legali speċifiċi, il-programm għandu jħajjar, jippromwovi u jiżviluppa miżuri dwar il-prevenzjoni, preparazzjoni u ġestjoni tal-konsegwenzi.

1. Fil-qafas ta’ l-għanijiet ġenerali, u sakemm dawn ma jkunux koperti minn strumenti legali speċifiċi, il-programm għandu jħajjar, jippromwovi u jiżviluppa miżuri ta' prevenzjoni għal riskji rigward sigurtà, b'mod partikulari rigward terroriżmu, u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tagħhom.

Emenda 19

Artikolu 4, subparagrafu 2, parti introduttiva

2. Fir-rigward ta’ prevenzjoni u tħejjija għal attakki terroristiċi, il-programm hu maħsub biex:

2. Rigward prevenzjoni ta' attakki terroristiċi, il-programm hu maħsub biex:

Emenda 20

Artikolu 4, subparagrafu 2, punt a)

 

 

(a) iħajjar, jippromwovi u jappoġġja stimi ta’ riskju u theddid fuq infrastruttura kritika, inkluż evalwazzjonijiet fuq il-post, biex jiġu identifikati miri possibbli ta’ attakki terroristiċi, u xi bżonnijiet eventwali ta’ titjib tas-sigurtà tagħhom,

(a) iħajjar, jippromwovi u jappoġġja evalwazzjoni ta’ riskji u theddidiet għal infrastruttura kritika, b'mod partikulari permezz ta' evalwazzjonijiet fuq il-post, sabiex jiġu identifikati miri possibbli u biex jiġu determinati l-bżonnijiet eventwali ta’ titjib fis-sigurtà tagħhom,

Ġustifikazzjoni

Ara emenda numru 1.

Emenda 21

Artikolu 4, subparagrafu 2, punt a)

(a) iħajjar, jippromwovi u jappoġġja stimi ta’ riskju u theddid fuq infrastruttura kritika, inkluż evalwazzjonijiet fuq il-post, biex jiġu identifikati miri possibbli ta’ attakki terroristiċi, u xi bżonnijiet eventwali ta’ titjib tas-sigurtà tagħhom,

(a) iħajjar, jippromwovi u jappoġġja evalwazzjoni ta’ riskji u theddidiet fuq il-persuni u fuq infrastrutturi kritiċi, inklużi evalwazzjonijiet fuq il-post, sabiex jiġu identifikati miri possibbli u biex jiġu determinati l-bżonnijiet eventwali ta’ titjib fis-sigurtà tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni għal emenda 1 u 2.

Emenda 22

Artikolu 4, subparagrafu 3, parti introduttiva

3. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-konsegwenzi f’każ ta’ attakki terroristiċi, il-programm hu maħsub biex:

3. Fir-rigward tal-ġestjoni tal-konsegwenzi, b'mod partikulari rigward dawk minn attakki terroristiċi, il-programm hu maħsub biex:

Emenda23

Artikolu 4, subparagrafu 3, punt a)

(a) iħajjar, jippromwovi u jappoġġja l-iskambju ta’ l-għarfien, l-esperjenza u t-teknoloġija dwar konsegwenzi potenzjali ta’ attakki terroristiċi,

(a) iħajjar, jippromwovi u jappoġġja l-iskambju ta’ l-għarfien, l-esperjenza u t-teknoloġija dwar konsegwenzi potenzjali ta’ attakki terroristiċi u minn riskji oħra marbutin mas-siġurtà.,

Emenda24

Artikolu 4, subparagrafu 3, punt c)

(c) jiżgura reġistrazzjoni fil-ħin ta’ għarfien speċifiku dwar suġġetti relatati mat-terroriżmu fi ħdan il-ġestjoni ġenerali tal-kriżi, allerta rapida u mekkaniżmi ta’ protezzjoni ċivili.

(c) jiżgura wkoll għarfien fil-ħin ta’ kompetenzi speċifiki dwar it-terroriżmu fi ħdan ġestjoni ġenerali tal-kriżi, allerta rapida u mekkaniżmi ta’ protezzjoni ċivili.

Ġustifikazzjoni

Il-kriżijiet jistgħu ikunu ta' diversi tipi u jkun tajjeb li ma jiġux esklużi tipi oħra ta' esperti.

Emenda 25

Artikolu 4, subparagrafu 1, punt c) inċiż 4

– b’xi mod jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli għall-ħarsien ta’ l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha minn attakki terroristiċi.

b'xi mod ieħor jikkontribwixxu konsiderevolment għall-ħarsien ta’ l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha minn attakki terroristiċi u minn riskji oħra marbutin mas-sigurtà. b'hekk tkun eliġibbli l-attività l-oħra li ssir ma' l-Istati Membri konċernati li tirrigwarda l-infrastruttura kritika nazzjonali, hekk li telimina jew tnaqqas ir-riskju ta' esplojtazzjoni ta' dawn in-nuqqasijiet rigward sigurtà, b'mod partikulari jekk dawn jistgħu jkollhom riperkussjonijiet serji transkonfinali.

Emenda 26

Artikolu 5, paragrafu 2 a) (ġdid)

 

2 a. L-Istati Membri jibqgħu responsabbli għall-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-miżuri ta' sigurtà operazzjonali identifikati minn dan il-programm bħala meħtieġa għat-titjib għas-sigurtà globali fl-Unjoni Ewropea.

Emenda 27

Artikolu 7, paragrafu 2 a) (ġdid)

 

2 a. L-aċċess għall-finanzjament ikun iffaċilitat mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità riġward dokumenti li jridu jiġu pprovduti u mill-ħolqien ta' bażi ta' dejta għall-preżentazzjoni tat-talbiet.

Ġustifikazzjoni

Il-metodi u l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċedura ta' l-għażla u biex tiffaċilita l-aċċess għall-programm.

Emenda28

Artikolu 7 a) (ġdid)

 

Artikolu 7 a

 

Pubblikazzjoni tal-finanzjamenti

 

Kull netwerk, istituzzjoni jew assoċjazzjoni li jibbenefikaw minn għajnuna mill-programm ikunu obbligati li jirrikonoxxu pubblikament l-għajnuna li jkunu rċevew mill-Unjoni Ewropea. Għal dan l-iskop il-Kummissjoni tiddefinixxi l-linji gwida dettaljati dwar il-viżibilità.

Ġustifikazzjoni

Trid issir dejjem pubbliċità ta' l-għajnuna kollha miksuba mill-Unjoni Ewropea. Dan japplika, kemm f'ġieħ it-trasparenza, kemm f'ġieħ il-ħtieġa li jsir magħruf aħjar l-impenn ta' l-Unjoni Ewropea.

Emenda 29
Artikolu 8, paragrafu 4 ‑a) (ġdid)

 

a) prijorità lill-prevenzjoni ta' attakki terroristiċi jekk ma jkunx hemm katastrofi kbar;

Ġustifikazzjoni

Ukoll jekk huwa magħruf li l-programm ikopri l-prevenzjoni ta' kull tip ta' riskju marbut mas-siġurtà, il-prijorità tibqa' l-ġlieda kontra t-terroriżmu.

Emenda 30

Artikolu 8, paragrafu 4 a) (ġdid)

 

4 a. Il-Kummissjoni għandha tissimplifika kemm jista' jkun il-proċeduri u tiżgura li sejħiet għal proposti previsti minn dan il-programm ma jkunux ta' piż żejjed burokratiku għall-promoturi tal-proġetti ppreżentati. Eventwalment, is-sejħa għall-proposti tkun tista' tiġi organizzata f'żewġ fażijiet, hekk li l-ewwel waħda ma tkunx teħtieġ għajr li tintbagħat l-informazzjoni strettament neċessarja għal evalwazzjoni pertinenti tal-proġett.

Ġustifikazzjoni

Il-programm m'għandux jiskuraġġixxi xi rieda tajba minħabba l-kumplikazzjonijiet tiegħu u/jew minħabba l-piż amministrattiv li jista' jimplika. parti mill-qofol tas-suċċess tiegħu hija s-simplifikazzjoni tal-proċeduri.

Emenda 31

Artikolu 9, subparagrafu 2

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli (3) u (7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli (5) u (7) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni ta' l-emenda għall-premessa 16.

Emenda 32

Artikolu 10, paragrafu 1

1. Sinerġija, konsistenza u komplementarjetà għandhom jiġu mfittxija ma’ strumenti oħra ta’ l-Unjoni u tal-Komunità, inter alia mal-programmi dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità[5] u l-Ġustizzja Kriminali,[6] kif ukoll flimkien mal-Programmi qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, il-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istrument ta’ Tweġiba u Preparazzjoni għal emerġenzi maġġuri.

1. Sinerġija, konsistenza u komplimentarjetà għandhom jiġu mfittxija ma’ strumenti oħra ta’ l-Unjoni u tal-Komunità, b'mod partikulari mal-programmi dwar il-Prevenzjoni, il-preparazzjoni u l-ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu[7] u tal-Ġustizzja Kriminali[8] , kif ukoll il-programmi ta' qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, il-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istrument ta’ Tweġiba u Preparazzjoni għal emerġenzi maġġuri. Il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta li l-attivitajiet previsti fil-programmi ma jidħlux fuq xulxin.

Ġustifikazzjoni

L-att leġiżlattiv jeħtieġ li jkun preċiż sabiex jiġi evitat ir-riskju li jidħlu fuq xulxin u jiġu ffinanzjati darbtejn l-attivitajiet magħmula skond il-proposta ta' l-evalwazzjoni u l-attivitajiet tal-programm speċifiku għall-"Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità" li huwa bbażżat fuq il-prevenzjoni u trażżin tal-kriminiltà, kif ukoll fuq l-attivitajiet tal-programmi ġenerali korrispondenti "Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja" u "Solidarjetà u Ġestjoni ta' Flussi Migratorji".

Emenda 33

Artikolu 10, paragrafu 2

2. Il-programm jista’ jaqsam riżorsi ma’ strumenti oħra tal-Komunità u ta’ l-Unjoni, b’mod partikolari l-programm dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità, sabiex jiġu implimentati azzjonijiet li jaqblu ma’ l-għanijiet kemm tal-programm kif ukoll ta’ l-istrumenti tal-Komunità/l-Unjoni.

2. Il-programm jista’ jaqsam riżorsi ma’ strumenti oħra tal-Komunità u ta’ l-Unjoni, b’mod partikolari l-programm dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità, sabiex jiġu implimentati azzjonijiet li jaqblu ma’ l-għanijiet, kemm ta' dan il-programm, u ta’ strumenti oħra tal-Komunità/l-Unjoni, kif ukoll mal-programmi tal-Kummissjoni li jippermettu li jsiru studji partikulari dwar is-sigurtà ta' l-infrastrutturi kritiċi, bħalma qed isir fl-oqsma tat-trasport u ta' l-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 7.

Emenda 34

Artikolu 10, paragrafu 2 a) (ġdid)

 

2 a. Il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta li l-attivitajiet relevanti ta' din id-deċiżjoni jkunu kumplimentari ma' dawk tal-programmi msemmija fl-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu u li dawn ma jidħlux fuq xulxin.

Ġustifikazzjoni

L-att leġiżlattiv jeħtieġ li jkun preċiż sabiex jiġi evitat ir-riskju li jidħlu fuq xulxin u jiġu ffinanzjati darbtejn l-attivitajiet magħmula skond il-proposta ta' l-evalwazzjoni u l-attivitajiet tal-programm speċifiku għall-"Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità" li huwa bbażżat fuq il-prevenzjoni u trażżin tal-kriminiltà, kif ukoll fuq l-attivitajiet tal-programmi ġenerali korrispondenti "Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja" u "Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji".

Emenda 35

Artikolu 10, paragrafu 3 a) (ġdid)

 

3 a. Jekk jirriżulta li r-riżorsi tal-programm ma jkunux biżżejjed biex jitwettqu miżuri għal' impenji li diġà ttieħdu, il-Komunità tiggarantixxi r-rikors għal fondi oħra kompatibbli.

Ġustifikazzjoni

Jekk waqt l-implimentazzjoni ta' attivitajiet diġà previsti jkun hemm bżonn ta' riżorsi finanzjarji ġodda, ikun jeħtieġ li dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi oħrajn, pereżempju mill-Fondi Strutturali.

Emenda 36

Artikolu 12, paragrafu 1, subparagrafu 1 a) (ġdid)

 

Il-Kummisjoni għandha tieħu ħsieb li l-attivitajiet pertinenti ta' din id-deċiżjoni issirilhom evalwazzjonjieti qabel, oħra wara u oħra ex post.

Ġustifikazzjoni

Il-programm jeħtieġ li jiġi mmonterjat u evalwat fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat il-kontroll demokratiku.

Emenda 37

Artikolu 14, paragrafu 2 a) (ġdid)

 

2 a. Kull sena waqt il-preżentazzjoni ta' l-abbozz preliminari tal-baġit il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-qagħda ta' l-implimentazzjoni tal-programm, b'mod partikulari rigward l-użu tar-riżorsi disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Iż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja jeħtieġ li jiġu infurmati regolarment fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurati moniteraġġ u evalwazzjoni effikaċi tal-programm.

Emenda 38

Artikolu 14, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010;

(a) rapport ta’ evalwazzjoni interim dettaljata dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010;

(b) komunikat dwar il-kontinwazzjoni ta’ dan il-programm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010;

(b) komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dan il-programm, b'mod partikulari dwar l-objettivi tiegħu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010;

(c) rapport ta’ evalwazzjoni ex-post mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.

(c) rapport ta’ evalwazzjoni ex-post li jippreżenta r-riżultati miksuba mill-programm, u b'mod partikulari b'evalwazzjoni bagitarja fi tmien it-twettiq tiegħu, u dan sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015.

Ġustifikazzjoni

Il-programm jeħtieġ li jiġi mmonterjat u evalwat fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat il-kontroll demokratiku.

Emenda 39

Artikolu 14, paragrafu 3 ‑a) (ġdid)

 

- a) rapport annwali fil-qosor li jinkludi b'mod partikulari l-informazzjoni meħtieġa sabiex jitkejjel is-suċċess ta' dan il-programm minn persperttiva kwantitattivà ;

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew ma jistax jistenna tliet snin u nofs sabiex ikollu idea tar-riżultati ta' dan il-programm. Fuq kollox, għandu bżonn indikazzjonijiet sabiex ikun jista' jeżerċita kif jixraq l-irwol tiegħu ta' koleġiżlatur u biex jinfluwenza jew jirregola l-impenn skond dawn ir-riżultati. Huwa għalhekk importanti li jkun hemm rapport annwali qasir.

Emenda 40

Artikolu 14 a) (ġdid)

 

Artikolu 14 a

 

Pubblikazzjoni tal-proġetti

 

Kull sena l-Kummissjoni u l-Istati Membri jippubblikaw lista tal-proġetti ffinanzjati minn dan il-programm, b'deskrizzjoni qasira ta' kull proġett.

Ġustifikazzjoni

Emenda importanti mil-lat ta' trasparenza.

Emenda 41

Artikolu 14 b) (ġdid)

 

Artikolu 14 b

 

Trattament ugwali

 

L-organizzazzjonijieti li jibbenefikaw minn sussidju minn dan il-programm għall-funjzonament tagħhom jistgħu jipparteċipaw f'sejħiet għal proposti għal programmi oħrajn mingħajr madankollu ma jibbenefikaw minn trattament speċjali vis à vis organizzazzjonijiet oħra ffinanzjati minn baġits oħrajn mhux ta' l-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Biex tfakkar il-prinċipju tat-trattament ugwali.

Emenda 42

Anness (ġdid)

 

ANNESS

 

LISTA INDIKATTIVA TAS-SETTURI INFRASTRUTTURALI KRITIĊI:

 

1) L-Enerġija

 

a. Il-produzzjoni, ir-raffinar, l-ipproċessar u l-ħażna tal-żejt u tal-gass, inklużi pajpijiet taż-żejt u tal-gass

 

b. Il-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika

 

c. It-trasport ta' l-elettriku, il-gass u ż-żejt

 

c. Id-distribuzzjoni ta' l-elettriku, il-gass u ż-żejt

 

2) It-teknoloġiji ta' l-informatika u tal-komunikazzjoni (ITC)

 

a. Il-protezzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni u tan-netwerks

 

b. L-awtomatizzazzjoni u s-sistemi ta' kontroll (SCADA eċċ.)

 

C. L-Internet

 

d. Il-forniment ta' telekomunikazzjonijiet fissi.

 

d. Il-forniment ta' telekomunikazzjonijiet mobbli

 

f. Ir-radjukomunikazzjoni u r-radjunavigazzjoni

 

g. Il-komunikazzjoni bis-satelliti

 

h. Ir-radju u t-telediffużżjoni

 

3) L-ilma

 

a. Il-ħażna ta' l-ilma għax-xorb

 

b. Il-kontroll tal-kwalità ta' l-ilma

 

c. L-imblukkar u l-kontroll tal-kwantità ta' ilma

 

4) L-ikel

 

Il-produzzjoni ta' l-ikel u s-sikurezza ta' l-ikel

 

5) Is-saħħa

 

a. Il-kura medika u l-isptarijiet

 

b. Il-mediċini, serum, tilqim u prodotti farmaċewtiċi

 

c. Il-bijolaboratorji u aġenti bijoloġiċi

 

6) Finanzi

 

a. Servizzi ta' pagament/strutturi ta' pagament (privati)

 

b. Servizzi finanzjarji pubbliċi

 

7) Is-sigurtà, l-ordni pubblika u l-ġustizzja

 

a. Is-sigurtà u ż-żamma ta' l-ordni

 

b. L-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-ħabsijiet.

 

8) L-amministrazżjoni ċivili

 

a. Funzjonijiet governattivi

 

b. Il-forzi armati

 

c. Is-servizzi ta' l-amministrazzjoni ċivili

 

d. Is-servizzi ta' emerġenza

 

e. Is-servizzi tal-posta u għat-twassil ta' messaġġi

 

9) It-trasport

a. It-trasport fuq it-toroq

 

b. It-trasport bil-ferroviji

 

C. It-trasport bl-ajru

 

d. Ir-rotot ta' navigazzjoni interni

 

e. It-trasport fuq il-baħar (rotot qosra jew fit-tul)

 

10) L-industriji kimiċi u nukleari

 

a. Il-produzzjoni u l-ħażna/l-ipproċessar ta' sustanzi kimiċi u nukleari

 

b. Il-mezzi għat-trasport ta' sustanzi perikolużi (kimiċi)

 

11) L-ispazju u r-riċerka

 

a) L-ispazju

 

b) Ir-riċerka

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
  • [2]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [3]               ĠU L 297, 15 .11.2001, pġ. 7.
  • [4]               ĠU L 184, 17.7.1999, pġ.23
  • [5]               ĠU
  • [6]               ĠU
  • [7] fn
  • [8] fn

NOTA SPJEGATTIVA

B'riżultat tas-samit ta' Tampere u ta' Le Hague il-Kummissjoni fost il-prijoritajiet tagħha għal perspettivi finanzjarji 2007-2013 ddeċidiet li tipprovdi lill-Unjoni Ewropea livell globali ta' sigurtà li l-eċċellenza tiegħu jagħmel minnu pilastru li jagħtu lill-kunċett ta' cittadinanza Ewropea it-tifsira sħiħa tiegħu.

Imma jekk il-programma speċifiku “Prevenzjoni, Preparazzjoni u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu” seta' forsi jagħti x'jaħseb, kif jindika t-titolu, li l-uniku skop tiegħu kien li jtejjeb il-glieda kontra t-theddid tat-terroriżmu, għadd ta' katastrofi oħra li seħħew jew li jistgħu jseħħu, kif ukoll ir-rieda tal-Kummissjoni li tqiegħed il-bażi għal-sistema globali ta' sigurtà fuq skala Ewropea, wasslu sadanittant għal definizzjoni ġdida tal-firxa ta' l-applikazzjoni ta' dan il-programm. Din id-definizzjoni ġdida - li tirriżulta minn konsensus, fid-dehra perfett għalkemm kurjuż, bejn il-Kunsill u l-Kummissjoni - jestendi b'mod sħiħ l-iskop ta' dan il-programm għal titjib tas-sigurtà globali ta' l-infrastrutturi kritiċi, tkun xi tkun in-natura tad-theddid, permezz ta' l-iżvilupp ta' politika effikaċi ta' prevenzjoni u bl-implimentazzjobni ta' koordinazzjioni tabilħaqq tal-passi li jittieħdu fil-livell Ewropew f'każ ta' katastrofi.

Il-modifikazzjoni ta' l-emenda tar-rapport hija meħtieġa sa minn din il-fażi tal-bidu għaliex għalkemm it-terroriżmu jirrapreżenta bla dubju parti kbira u rikorrenti tat-theddid li jiffaċċjaw l-infrastrutturi kritiċi diversi, hekk li jekk ikun hemm attakk fuqhom ikun hemm konsegwenzi transkonfinali ta' gravità eċċezzjonali, dan ir-rapport jimpenja ruħu biex jilqa' b'mod sħiħ għal dawn it-theddidiet, hekk li jkopri wkoll il-katastrofi naturali, il-perikli kbar għas-saħħa, il-ħsara teknoloġika, eċċ... Billi l-aspett transkonfinali ta' din il-problema hekk ridefinita jiġġenera dejjem doża qawwija ta' kooperazzjoni bejn id-diversi servizzi ta' sigurtà nazzjonali, dan l-istrument relevanti jeħtieġ li jinżamm fit-tielet pilastru.

Din l-għażla, meta titqiegħed fil-perspettiva tal-ftit riżorsi allokati - 137 miljun Euro f'seba' snin - tista' toħloq ċerta perplessità meta wieħed iqis l-impenn li b'hekk daħlet għalih il-Kummissjoni: huwa veru u ta' min jiġi ppreċiżat li dan il-programm m'għandux eżattament bħala għan li jiffinanzja s-sigurtà operazzjonali ta' l-infrastrutturi kritici, imma huwa wkoll veru li għandu l-iskop li jnaqqas il-vulnerabilità tagħhom, għaliex bidla jew paraliżi fl-attività tagħhom jista' jkollhom konsegwenzi gravi fuq il-ħajja tal-bniedem, l-ambjent, l-attività ekonomika u finanzjarja jew ukoll fuq il-funzjonament demokratiku u l-istat tad-dritt f'kull parti ta' l-Ewropa. L-organi vitali konċernati minn din il-ħtieġa ta' siġurtà huma bosta: l-enerġija, it-trasport, it-teknoloġiji ta' l-informatika u l-komunikazzjoni, il-katina ta' l-ikel, l-infrastrutturi medikali u l-laboratorji, is-sistemi finanzjarji, il-mezzi tat-trasport, l-industriji mhedda bhal dawk tal-kimika jew dawk nukleari, kif ukoll l-attività spazjali, jikkostitwixxu lkoll oqsma li għalihom inizjattiva bħal din hija obbligu jaħraq.

Kif jista' wieħed jispjega allura firda bħal din bejn il-kobor u l-urġenza ta' l-inkarigu fuq naħa, u l-mezzi pprovduti biex jintlaħaq l-iskop min-naħa l-oħra? Kif jista' jiġi ġustifikat li wieħed jestendi b'mod hekk konsiderevoli l-ambitu ta' l-applikazzjoni ta' dan il-programm mingħajr ma jiġi estiż proporzjonalment il-pakkett baġitarju?

Huwa fatt li qed naħdmu fuq qasam f'evoluzzjoni kontinwa li bħalu qatt ma' rajna qabel: għalkemm modesti, il-fondi allokati għal dawn l-iskopijiet, li fuq kollox mhumiex ibbaġittjajti, jistgħu jservu ta' lieva li tippermetti li titnieda operazzjoni b'effett fit-tul li għandha twassal għall-għarfien tal-ħtiġiejet reali, u għalhekk għall-kontribuzzjoni meħtieġa mill-Istati Membri u mill-Unjoni għad-daqs ta' finanzjament li jixraq għall-isfida li trid tiġi ffaċċjata, li huwa bogħod mir-realtà attwali. Madankollu, wieħed ma jistax ma jfaħħarx ir-rieda soda li, f'isem il-kunċett ta' sigurtà globali, tinħoloq bejn dik li hija sigurtà ċivili fis-sens strett tal-kelma, u sigurtà fis-sens ta' pulizija kif strettament aċċettat, il-"ħolqa nieqsa tal-katina" biex tgħaqqad lil dawn it-tnejn, biex tiżgura l-għaqda indispensabbli u sabiex tissaħħaħ l-effikaċità ta' kull wieħed minn dawn il-pilastri: għalkemm ma jaġixxix la fuq l-attività tad-diversi servizzi ta' emergenza u lanqas fuq il-forzi tas-sigurtà, dan il-programm għandu l-iskop li jgħin effettivament il-prevenzjoni permezz ta' attività ta' identifikazzjoni tar-riskji u bil-passi li jittieħdu, b'koordinazzjoni mill-aqwa tal-mezzi li llum ibatu minn nuqqas ta' kollegament bejniethom.

Iżda la l-Kummissjoni u l-Kunsill ftiehmu li terġa' ssir definizzjoni ta' l-oġġettivi b'għażla ta' approċċ pragmatiku għar-"riskji kollha" ta' l-infrastrutturi kritiċi ta' l-Unjoni, iż-żewġ istituzzjonijiet jeħtieġ li fil-kjarifikazzjoni tagħhom jibqgħu jisħqu sa l-aħħar u jevitaw li jaħbu taħt titolu ambizzjuż ħafna realtà li fil-fatt hija ħafna aktar limitata, realtà li hija r-riżultat miksub mill-gvernijiet, riżultat mhux faċli permezz ta' ftehim finanzjarju li huwa ferm anqas minn dak mixtieq mill-Parlament u - aktar gravi minn hekk - anqas mill-ħtiġijiet reali neċessarji biex jinkisbu l-oġġettivi li huma fil-mira ta' l-Unjoni Ewropea, li fosthom għandu jispikka l-ħolqien ta' spazju għal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

Fi kliem ieħor, ukoll jekk jitqiegħed fil-genb l-aspett ta' koordinazzjoni, jekk wieħed ifittex impatt sinifikattiv b'baġit ta' 137 miljun fuq seba' snin (li huwa inferjuri għal-ipoteżi baxxa tal-Kummissjoni li tqis 20 miljun mill-baġit annwali bħala s-somma li b'anqas minnha jintilef iċ-ċans reali ta' l-effikaċità ta' azzjoni bħal din), huwa prattikament impossibbli li għall-bidu jiġi ffinanzjat xejn għajr inizjattivi ta' natura ta' identifikazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastrutturi kritiċi Ewropej, bil-possibilità wkoll li jiġu stigmatizzati r-riskji ffaċċjati jekk dawn in-nuqqasijiet jibqgħu ma jiġux indirizzati kif xieraq.

F'kundizzjonijiet bħal dawn, l-irwol utli tal-Parlament huwa li jikkontrolla li l-organizzazzjoni ta' l-infiq relatat tippermetti li jkun hemm tabilħaqq "valur miżjud", b'rispett għall-prinċipji tal-proporzjonalità - wieħed hawnhekk għandu jimmira għal simplifikazzjoni kbira tal-proċeduri - u tas-solidarjetà: ukoll jekk il-Parlament lest jaċċetta bla eżitazzjoni li jimxi fuq il-passi skabrużi ta' l-istrateġija tal-Kummissjoni, hekk kif din tipprova tiffaċċja kemm il-kawtela finanzjarja ta' l-Istati Membri u kemm il-komplessità ġudizzjarja mxekkla kif inhi fil-qasam tas-sigurtà, huwa jkollu jadegwa ruħu realistikament għat-titolu tal-programm u l-iskopijiet u l-possibiltajiet finanzjarji tiegħu.

Madankollu, għak dak li għandu x'jaqsam mal-koordinazzjoni, din ir-relazzjoni jeħtieġ tappoġġja kull miżura biex jitħaffef il-ħolqien tan-netwerk CIWIN li fin-natura ibrida tiegħu irid jgħaqqad flimkien sistema ta' twissija rapida ta' allarm flimkien ma' spazju għad-diskussjoni u l-iskambju, hekk li jittrasmetti immedjatament u jagħti s-sinjali ta' allarm u t-twettiq immedjat f'livell komunitarju tal-miżuri ta' protezzjoni xierqa f'każijiet ta' kriżi, kif ukoll li joħloq bażi ta' diskussjoni u skambji dwar l-aħjar prattiki għall-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi fi żminijiet meta ma jkunx hemm kriżijiet. Imma wkoll hawnhekk, sforz bħal dan - li jippermetti li jgħaqqad il-Kummissjoni ma' l-Istati Membri b'appoġġ għas-sistema "ARGUS" (li diġà qed taħdem) hekk li jippermetti ċ-ċirkulazzjoni ta' malajr ta' informazzjoni bejn is-sistemi rapidi ta' allarm kollha tal-Kummissjoni u tas-serviżżi tagħha - ikun tassew ġustifikat biss jekk żviluppi fil-futur, li jkunu jiddependu hawn ukoll minn żidiet fil-baġit li għad iridu jiġu, jikkunsidraw il-possibilità li jiġu kkunnettjati man-netwerk mhux biss l-Istati Membri, imma wkoll is-sidien u l-amministraturi ta' l-infrastrutturi kritiċi.

Fl-aħħarnett, tibqa' l-ħtieġa ta' definizzjoni aħjar tas-sistema ta' moniteraġġ ta' dan il-programm, b'mod partikulari mill-Parlament Ewropew: Jidher ċar li l-Parlament Ewropew jeħtieġ jissieħeb mal-Kumitat responsabbli għall-aministrazzjoni ta' dan il-programm u li jkun xieraq wkoll li tiġi prevista preżentazzjoni lill-kummissjoni kompetenti ta' rapport sommarju annwali li jista' jservi ta' bażi li fuqu tintalab klawsola ta' rijevalwazzjoni. Trid ukoll tinħoloq rabta mal-parlamenti nazzjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jkomplu jsegwu fl-Istati Membri rispettivi n-nuqqasijiet eventwali li jirriżultaw u t-talbiet għal interventi dwarhom. It-tressiq tar-rapport annwali jista' jservi bħala okkażżjoni biex issir preżentazzjoni fil-Parlament Ewropew fil-preżenza tar-rapprażentanti tal-parlamenti nazzjonali.

L-isforz apprezzabbli tal-Kummissjoni, konformi ma' l-aspettativi teoretiċi tal-Kunsill għal tisħiħ ta' sigurtà globali fl-Unjoni, seta' jibbenefika ħafna minn operazzjoni aktar trasparenti u msejsa sa mill-bidunett fuq il-wiri ta' l-iskop aħħari tagħha: l-implimentazzjoni ta' sistema integrata Ewropea għall-prevenzjoni u l-amministrazzjoni ta' kull għamla ta' kriżi. Fin-nuqqas ta' preżentazzjoni ta' dokument ċar u sempliċi li juri l-istrateġija u r-risponsabbiltajiet ta' kulħadd sabiex jintlaħqu l-iskopijiet, il-Parlament m'għandu ebda għażla għajr li tesprimi ruħha fuq proġett li wieħed jittama li jservi ta' stimolu - kemm fil-livell ta' l-Unjoni, kif ukoll fil-livell ta' l-Istati Membri - u li l-ewwel nuqqas li jinnota fih huwa propju dak tal-finanzjament tiegħu.

Madankollu, huwa fl-interess ta' kulħadd li nibdew inħabirku immedjatament u nikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-sigurtà globali billi jitħalla jsir il-finanzjament ta' l-evalwazzjoni u ta' l-għarfien tan-nuqqasijiet, kif ukoll tal-koordinazzjoni effikaċi tal-mezzi disponibbli u tal-miżuri pertinenti f'każijiet ta' katastrofi. Din hija kwistjoni urġenti: l-opinjoni pubblika, li hija konxja ħafna tal-forom differenti ta' katastrofi, jagħmel dan is-suġġett ultrasensittiv u li dwaru wieħed irid jieħu miżuri ta' prevenzjoni. Għalkemm minn naħa waħda l-Unjoni Ewropea jista' jirnexxilha issib f'dan opportunità biex turi l-kapaċitajiet tagħha biex tieħu l-inizjattivi rigward l-organizzazzjoni u l-passi li jistgħu jittieħdu, u jista' jirnexxilha turi konkretament il-prinċipju tas-solidarjetà li jikkostitwixxi wieħed mill-aktar pilastri potenzjali solidi taċ-ċittadinanza Ewropea, min-naħa l-oħra, nuqqasijiet eventwali b'konsegwenzi traġiċi jistgħu jindikaw it-tmiem ta' dak li baqa' mill-proġett Ewropew.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (26.4.2006)

għall-Kumitat għal-Libertajiet ċivili, il-Ġustizzja u l-Interndwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku “Prevenzjoni, Preparazzjoni u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu” għall-perjodu 2007-2013 - Programm ġenerali "“Is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet"
(COM(2005)0124 – C6‑0241/2005 – 2005/0034(CNS))

Rapporteur ta' l-opinjoni: Ville Itälä

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

1. INTRODUZZJONI

Il-proposta li qed tiġi eżaminata hija waħda miż-żewġ proposti għal deċiżjoni dwar il-programm ta' qafas "Sigurtà u Protezzjoni tal-Libertà" ippreżentat mill-Kummissjoni f'April 2005. Il-programm ikopri l-perjodu minn Jannar 2007 sa Diċembru 2013 u huwa allokat is-somma totali ta' 745 miljun Euro f'approprjazzjonijiet għal impenji (CE). Taħt dan il-programm ta' qafas jinħolqu żewġ programmi speċifiċi: il-programm " Prevenzjoni, Preparazzjoni u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu." u l-programm "Il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminlatità"

Minbarra dan il-programm, attività preparatorja u proġett pilota dwar l-istess suġġett huma attwalment iffinanzjati wkoll mill-baġit ta' l-UE.

1. Vittmi ta' atti terrostiċi (azzjoni preparatorja)

Intestatura

tal-baġit

Sena ta' implimentazzjoni

 

Titolu ta' l-attività preparatorja

Baġit 2004

 

Baġit 2005

Baġit 2006

2004

2005

PP2006

CE

CP

CE

CP

CE

CP

18 05 04

PP1

PP2

AP1

Vittmi ta' atti terrositiċi

1 00

1 00

2 00

1 00

2 00

1 20

2. Ġlieda kontra t-terroriżmu (proġett pilota)

Intestatura

tal-baġit

Sena ta' implimentazzjoni

 

Titolu tal-proġett pilota

Baġit 2005

Baġit 2006

2005

PP2006

CE

CP

CE

CP

18 05 06

PP1

 

PP2

Ġlieda kontra t-terroriżmu

7 00

4 00

9 00

7 00

II. Proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta għal programm speċifiku li qed jiġi eżaminat jirrigwarda, sa mill-bidu ta' l-2004, il-prevenzjoni u t-tnaqqis tar-riskji minn attakki terroristiċi u l-protezzjoni ta' l-infrastrutturi kritiċi. Din tkopri wkoll il-miżuri għall-immanniġġjar tal-konsegwenzi sakemm dawn ma jaqgħux taħt il-miżura għal reazzjoni rapida f'każijiet ta' urgenza kbira.

Il-programm propost se jiffinanzja l-proġetti fuq l-iskala ta' l-Unjoni u jkun kofinanzjatur ta' proġetti tranżnazzjonali, kif ukoll ta' proġetti nazzjonali biex jinkoraġġixxi azzjonijiet innovattivi li jippermettu li tiġi trasferita l-esperjenza miksuba fil-livell transnazzjonali jew/u fil-livell ta' l-UE.

Il-programm speċifiku huwa akkumpanjat mill-programm speċifiku "Il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità" li huwa bbażat fuq il-prevenzjoni u t-trażżin tal-kriminalità, kif ukoll mill-programmi ġenerali korrispondenti "Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustiżżja" u "Is-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi Migratorji" dwar kwistjonijiet bħal ma huma l-għajnuna għall-vittmi, il-koperazzjoni ġudizzjarja rigward kriminalità u l-immigrazzjoni illegali.

L-allokazzjoni finanzjarja tal-programm għall-2007-2013 tlaħħaq 137 4 miljun Euro u hija mqassma kif ġej:

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

TOTAL

Spejjeż operazzjonali

CE

 

CP

12 7

15 2

17 7

20 3

23

23 4

25 1

 

137 4

6 35

12 93

15 95

18 5

21 130

22 66

24 170

15 710

137 4

Żdiedu 10 miljun Euro mas-somma globali ta' riferenza tal-programm ta' qafas għall-ispejjjeż amministrattivi.

PROPOSTI TAR-RAPPORTEUR

Il-proposta tiġbed għadd ta' osservazzjonijiet:

1.        L-approprjazzjonijiet li jidhru fl-iskeda finanzjarja tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill huma purament indikattivi sakemm jintlaħaq ftehim dwar il-perspettivi finanzjarja għall-2007 u s-snin ta' wara. Preċiżament fuq dan il-punt tressqu żewġ emendi għall-proposta għal riżoluzzjoni leġiżlattiva.

2.        Biex ikun hemm koerenza u simplifikazzjoni qed jiġi propost li jidħol Artikolu komuni dwar il-miżuri għall-implimentazzjoni tal-programm li għandhom jiġu eżaminati fil-ħdan il-Kumitat konsultattiv. Għal skopijiet ta' trasparenza dan l-Artikolu jintegra l-programm ta' ħidma annwali, linji gwida u proposti rigward l-għażla ta' proġetti, kif ukoll miżuri oħra li jridu jitressqu quddiem il-Kumitat imsemmi. Għalhekk qiegħda tiġi proposta emenda biex jiddaħħal Artikolu 8 a ġdid.

3.        Sabiex ma jkunx hemm riskju li jidħlu fuq xulxin l-impenji għall-attivatijiet ta' din il-proposta li qed triġi diskussa hawn mal-programmi li jiġu wara, qed jiġu proposti żewġ emendi għall-Artikolu 10:

· il-programm speċifiku "Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità" [1],

· il-programmi "Id-drittijiet fundamentali u l-ġustizzja" u "Is-solidarjetà u l-ġestjoni tal-flussi migratorji"[2] ,

· is-seba' programm ta' qafas għall-attivita ta' riċerka (riċerka dwar is-sigurtà) [3],

· il-proġett pilota u l-attività preparatorja diġà msemmija [4].

4.        Huwa importanti li jiġi żgurat kontroll demokratiku permezz ta' miżura li tipprovdi evalwazzjoni u moniteraġġ adegwati tal-fondi. Rigward dan tressqu tliet emendi għall-Artikoli 12 u 14.

EMENDI

Il-Kumitat għall-bagits jitlob lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern bħala kumitat risponsabbli, biex idaħħal fir-rapport tiegħu l-emendi li ġejjin:

Abbozz għal riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda 1

Paragrafu 1 a) (ġdid)

1 a Iqis li l-ammont ta' referenza finanzjarja indikattiv tal-proposta leġizlattiva jeħtieġ li jkun kompatibbli mal-limitu tar-rubrika 3 A tal-qafas ġdid finanzjarju pluriennali (MFF) u jfakkar li l-ammont annwali jiġi adottat matul il-proċedura baġitarja annwali kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-punt 38 tal-Ftehima Interistituzzjonali ta'...

Proposta għal deċiżjoni

Test propost mill-Kummissjoni[5]

 

 

Emendi tal-Parlament

Emenda 2

Artikolu 7, paragrafu 2 a) (ġdid)

 

2 a. L-aċċess għall-finanzjament jiġi ffaċilitat mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità riġward dokumenti li jridu jiġu pprovduti u bil-ħolqien ta' bażi ta' dejta għall-preżentazzjoni tat-talbiet.

Ġustifikazzjoni

Il-metodi u l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċedura ta' l-għażla u biex tiffaċilita l-aċċess għall-programm.

Emenda 3

Artikolu 10, paragrafu 1

1. Sinerġija, konsistenza u komplementarjetà għandhom jiġu mfittxija ma’ strumenti oħra ta’ l-Unjoni u tal-Komunità, b'mod partikulari mal-programmi dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali, kif ukoll flimkien mal-Programmi qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, il-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istrument ta’ Tweġiba u Preparazzjoni għal emerġenzi maġġuri.

1. Sinerġija, konsistenza u komplementarjetà għandhom jiġu mfittxija flimkien ma’ strumenti oħra ta’ l-Unjoni u tal-Komunità, b'mod partikulari mal-programmi dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità u l-Ġustizzja Kriminali, kif ukoll flimkien mal-Programmi qafas dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, il-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Istrument ta’ Tweġiba u Preparazzjoni għal emerġenzi maġġuri. Il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta li l-attivitajiet previsti fil-programmi ma jidħlux f'xulxin.

Ġustifikazzjoni

L-att leġiżlattiv jeħtieġ li jkun preċiż sabiex jiġi evitat ir-riskju li jidħlu fuq xulxin u jiġu ffinanzjati darbtejn l-attivitajiet magħmula skond il-proposta ta' l-evalwazzjoni u l-attivitajiet tal-programm speċifiku għall-"Il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità" li huwa bbażżat fuq il-prevenzjoni u trażżin tal-kriminiltà, kif ukoll fuq l-attivitajiet tal-programmi ġenerali korrispondenti "Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja" u "Solidarjetà u Ġestjoni ta' Flussi Migratorji".

Emenda 4

Artikolu 10, paragrafu 2 a) (ġdid)

 

2 a. Il-Kummissjoni għandha toqgħod attenta li l-attivitajiet rilevanti ta' din id-deċiżjoni jkunu kumplimentari ma' dawk tal-programmi msemmija fl-1 paragrafu ta' dan l-Artikolu u li dawn ma jitħawdux ma' xulxin.

Ġustifikazzjoni

L-att leġiżlattiv jeħtieġ li jkun preċiż sabiex jiġi evitat ir-riskju li jidħlu fuq xulxin u jiġu ffinanzjati darbtejn l-attivitajiet magħmula skond il-proposta ta' l-evalwazzjoni u l-attivitajiet tal-programm speċifiku għall-"Il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità" li huwa bbażżat fuq il-prevenzjoni u trażżin tal-kriminiltà, kif ukoll fuq l-attivitajiet tal-programmi ġenerali korrispondenti "Id-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja" u "Solidarjetà u Ġestjoni ta' Flussi Migratorji".

Emenda 5

Artikolu 12, paragrafu 1, subparagrafu 1 a) (ġdid)

 

Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li l-attivitajiet pertinenti ta' din id-deċiżjoni ssirilhom evalwazzjonjiet qabel, oħra wara u oħra ex post.

Ġustifikazzjoni

Il-programm jeħtieġ li jiġi mmonterjat u evalwat fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat il-kontroll demokratiku.

Emenda 6

Artikolu 14, paragrafu 2 a) (ġdid)

 

2 a. Kull sena waqt il-preżentazzjoni ta' l-abbozz preliminari tal-baġit il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlamewnt Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat ta' l-implimentazzjoni tal-programm, b'mod partikulari rigward l-użu tar-riżorsi disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Iż-żewġ fergħat ta' l-awtorità baġitarja jeħtieġ li jiġu infurmati regolarment fi żmien xieraq sabiex jiġu żgurati moniteraġġ u evalwazzjoni effikaċi tal-programm.

Emenda 7

Artikolu 14, paragrafu 3

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

(a) rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010;

(a) rapport ta’ evalwazzjoni interim dettalja dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2010;

(b) komunikat dwar il-kontinwazzjoni ta’ dan il-programm mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010;

(b) komunikat dwar il-kontinwazzjoni ta’ dan il-programm, b'mod parrikulari dwar l-objettivi tiegħu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010;

(c) rapport ta’ evalwazzjoni ex-post mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.

(c) rapport ta’ evalwazzjoni ex-post li jippreżenta r-riżultati miksuba mill-programm, u b'mod partikulari b'evalwazzjoni bagitarja fi tmien it-twettiq tiegħu, u dan sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015.

Ġustifikazzjoni

Il-programm jeħtieġ li jiġi mmonterjat u evalwat fi żmien xieraq sabiex jiġi żgurat il-kontroll demokratiku.

PROCEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku “Prevenzjoni, Preparazzjoni u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu” għall-perjodu 2007-2013 – Programm ġenerali "“Is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet"

Referenzi

(COM(2005)0124 – C6‑0241/2005 – 2005/0034(CNS))

Kumitat responsabbli

LIBE

Rapporteur għal opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
6.9.2005

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Ville Itälä
9.6.2005

Rapporteur(s) preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

6.3.2006

3.4.2006

18.4.2006

25.4.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

25.4.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard James Ashworth, Simon Busuttil, Paulo Casaca, Gérard Deprez, Bárbara Dührkop Dührkop, James Elles, Markus Ferber, Salvador Garriga Polledo, Neena Gill, Dariusz Maciej Grabowski, Ingeborg Gräßle, Louis Grech, Catherine Guy-Quint, Jutta D. Haug, Ville Itälä, Sergej Kozlík, Wiesław Stefan Kuc, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Mario Mauro, Gérard Onesta, Wojciech Roszkowski, Antonis Samaras, Esko Seppänen, Nina Škottová, László Surján, Yannick Vaugrenard, Kyösti Virrankoski, Ralf Walter

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Peter Šťastný

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

  • [1]  2005/0035(CNS), COM 2005/0124)
  • [2]  COM(2005)0123
  • [3]  Intestatura baġitarja 02 04 02 (b'total ta' 15-il miljun Euro f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 19-il miljun Euro f'approprjazzjoniet ta' pagamenti (CP) fil-baġit ta' l-2006)
  • [4]  Intestatura tal-bagit 18054 u 18056
  • [5]  ĠU C... Għad mhix ippubblikata fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm speċifiku “Prevenzjoni, Preparazzjoni u Ġestjoni tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu” għall-perjodu 2007-2013 – Programm ġenerali “Is-Sigurtà u s-Salvagwardja tal-Libertajiet”

Referenzi

(COM(2005)0124 – C6‑0241/2005 – 2005/0034(CNS))

Data meta ġie kkonsultat il-PE

25.7.2005

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE
6.9.2005

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
6.9.2005

AFET
6.9.2005

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

AFET
25.1.2006

 

 

 

 

Koperazzjoni iktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Romano Maria La Russa
14.9.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

/

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

/

 

Konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni mill-PE - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

4.10.2005

18.4.2006

1.12.2005

1.6.2006

22.2.2006

6.11.2006

6.3.2006

 

3.4.2006

Data ta' l-adozzjoni

6.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mihael Brejc, Jean-Marie Cavada, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Patrick Gaubert, Adeline Hazan, Lívia Járóka, Ole Krarup, Barbara Kudrycka, Romano Maria La Russa, Henrik Lax, Hartmut Nassauer, Martine Roure, Ioannis Varvitsiotis, Stefano Zappalà

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria da Assunção Esteves, Roland Gewalt, Jeanine Hennis-Plasschaert, Sophia in 't Veld, Kyriacos Triantaphyllides, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Salvatore Tatarella

Data tat-tressiq 

10.11.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...