RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunita Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 - 2013)

15.11.2006 - (12032/2/2006 – C6‑0318/2006 – 2005/0043(COD)) - ***II

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Jerzy Buzek

Proċedura : 2005/0043(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0392/2006

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunita Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007 - 2013)

(12032/2/2006 – C6‑0318/2006 – 2005/0043(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (12032/2/2006 - C6-0318/2006)

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2005)0119)[2],

–   wara li kkunisdra l-proposta tal-Kummissjoni emendata (COM(2006)0364)[3],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0392/2006),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Japprova l-istqarrija mehmuża;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni komuni tal-KunsillEmendi mill-Parlament

Emenda 1

Premessa 7

Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (PTEs) u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITKs) maħsubin huma partikolarment relevanti għar-riċerka industrijali. Il-PTEs jgħinu lill-partijiet interessati jistabbilixxu aġendi strateġiċi ta' riċerka fit-tul u jistgħu jevolvu aktar sabiex jirrappreżentaw mekkaniżmu importanti ħalli titrawwem il-kompetittività Ewropea.

Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (PTEs) u l-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (ITKs) maħsubin huma partikolarment relevanti għar-riċerka industrijali. F'dan il-kuntest, l-SMEs għandhom jiġu involuti b'mod attiv fl-operat tagħhom. Il-PTEs jgħinu lill-partijiet interessati jistabbilixxu aġendi strateġiċi ta' riċerka fit-tul u jistgħu jevolvu aktar sabiex jirrappreżentaw mekkaniżmu importanti ħalli titrawwem il-kompetittività Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 2

Premessa 15

Taħt il-programm ta' "Ideat", l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati minn Kunsill Ewropew tar-Riċerka ("KER"), li għandu jgawdi minn grad għoli ta' awtonomija sabiex jiżviluppa riċerka esplorattiva ta' livell għoli ħafna fil-livell Ewropew, filwaqt li jibni fuq l-eċċellenza fl-Ewropa u jgħolli l-profil tiegħu fil-livell internazzjonali. Il-KER għandu jżomm kuntatt regolari mal-komunità xjentifika u ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej.

Taħt il-programm ta' "Ideat", l-attivitajiet għandhom jiġu implimentati minn Kunsill Ewropew tar-Riċerka ("KER"), li għandu jgawdi minn grad għoli ta' awtonomija sabiex jiżviluppa riċerka esplorattiva ta' livell għoli ħafna fil-livell Ewropew, filwaqt li jibni fuq l-eċċellenza fl-Ewropa u jgħolli l-profil tiegħu fil-livell internazzjonali. Il-KER għandu jżomm kuntatt regolari mal-komunità xjentifika u ma' l-Istituzzjonijiet Ewropej. Fir-rigward ta' l-istrutturi tal-KER, ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tas-Seba' Programm ta' Qafas tista' turi l-ħtieġa għal aktar titjib li jkun jeħtieġ emendi xierqa.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 3

Premessa 20

Is-Seba' Programm Kwadru jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali għall-kisba tal-miri ta' Lisbona, flimkien b'mod partikolari ma' dawk taħt il-fondi strutturali u dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, l-impjiegi u l-ambjent.

Is-Seba' Programm Kwadru jikkomplementa l-attivitajiet imwettqa fl-Istati Membri kif ukoll azzjonijiet oħra Komunitarji li huma meħtieġa għall-isforz strateġiku globali għall-kisba tal-miri ta' Lisbona, flimkien b'mod partikolari ma' dawk taħt il-fondi strutturali u dawk li għandhom x'jaqsmu ma' l-agrikoltura, is-sajd, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-kompetittività u l-innovazzjoni, l-industrija, l-impjiegi u l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 4

Premessa 22

Is-Seba' Programm Kwadru għandu jimmira, partikolarment, li jiżgura l-involviment xieraq ta' l-SME's. L-innovazzjoni u dawk l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-SMEs li jsiru taħt dan il-Programm Kwadru għandhom jimxu id f'id ma’ dawk li jsiru taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l- Innovazzjoni.

(22) Is-Seba' Programm Kwadru għandu jimmira, b'mod partikolari, li jiżgura l-involviment xieraq ta' l-SME's permezz ta' miżuri konkreti u azzjonijiet speċifiċi għall-benefiċċju tagħhom. L-innovazzjoni u dawk l-attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-SMEs li jsiru taħt dan il-Programm Kwadru għandhom jimxu id f'id ma’ dawk li jsiru taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l- Innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 5

Premessa 23

Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' dan il-Programm Kwadru għandha titħaffef permezz tal-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni relevanti kollha, li għandha ssir disponibbli fil-ħin u b'manjiera li tkun faċli għall-utent mill-parteċipanti potenzjali kollha.

(23) Il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' dan il-Programm Kwadru għandha titħaffef permezz tal-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni relevanti kollha, li għandha ssir disponibbli fil-ħin u b'manjiera li tkun faċli għall-utent għall-parteċipanti potenzjali kollha u l-użu xieraq ta' proċeduri sempliċi u rapidi, ħielsa minn kondizjonijiet finanzjarji indebitament kumplessi u rappurtar mhux meħtieġ, skond ir-Regoli għal Parteċipazzjoni li huma applikabbli għal dan il-Programm Kwadru.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 6

Artikolu 2, paragrafu 1, punt (i), punt (b)

(b) Food, Agriculture and Biotechnology;

(b) L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, il-bijoteknoloġija;

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 7

Artikolu 4, paragrafu 1, tabella 1

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill

Koperazzjoni

32 365

L-Ideat

7 460

In-Nies

4 728

Il-Kapaċitajiet

4 217

Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka

1 751

Emenda tal-Parlament

Koperazzjoni

32 413

L-Ideat

7 510

In-Nies

4 750

Il-Kapaċitajiet

4 097

Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka

1 751

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 8

Artikolu 7 a (ġdid)

 

Artikolu 7a

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 9

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", paragrafu 3, punt 2

2) Food, Agriculture and Biotechnology;

 

2) L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, il-Bijoteknoloġija;

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 10

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", paragrafu 7

In the case of subjects of industrial relevance in particular, the topics have been identified relying, among other sources, on the work of different "European Technology Platforms" set up in fields where Europe's competitiveness, economic growth and welfare depend on important research and technological progress in the medium to long term. European Technology Platforms bring together stakeholders, under industrial leadership, to define and implement a Strategic Research Agenda. Dan il-Programm Kwadru ser jikkontribwixxi għat-twettiq ta' dawn l-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka fejn dawn għandhom verament valur miżjud Ewropew. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jista' jkollhom rwol li jiffaċilitaw u jorganizzaw il-parteċipazzjoni ta' l-industrija, inklużi l-SMEs, fi proġetti ta' riċerka relatati mal-qasam speċifiku tagħhom, inklużi proġetti eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm Kwadru.

B'mod partikolari fil-każ ta' suġġetti b'relevanza industrijali, is-suġġetti ntgħażlu abbażi, fost l-oħrajn, tax-xogħol ta' għadd ta' "Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej" differenti li ġew stabbiliti fl-oqsma fejn il-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku u l-benessri ta' l-Ewropa jiddependu fuq riċerka importanti u fuq il-progress teknoloġiku, fil-perijodu medju u fit-tul. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej jiġbru flimkien lil persuni interessati, sabiex, taħt tmexxija industrijali, jiddefinixxu u jwettqu Aġenda Strateġika ta' Riċerka. Dan il-Programm Kwadru ser jikkontribwixxi għat-twettiq ta' dawn l-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka fejn dawn għandhom verament valur miżjud Ewropew. Il-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bil-parteċipazzjoni possibbli ta' raggruppamenti reġjonali mmexxija mir-riċerka, jista' jkollhom rwol li jiffaċilitaw u jorganizzaw il-parteċipazzjoni ta' l-industrija, inklużi l-SMEs, fi proġetti ta' riċerka relatati mal-qasam speċifiku tagħhom, inklużi proġetti eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm Kwadru.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 11

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", paragrafu 8

L-għaxar temi jinkludu wkoll ir-riċerka li tkun meħtieġa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-linji politiċi Komunitarji, f'oqsma bħas-saħħa, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, il-ħarsien ta' l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ħolqien ta' Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva li tkun relevanti għat-titjib fl-interoperabbiltà u l-kwalità ta' l-istandards u ta' l-implimentazzjoni tagħhom.

L-għaxar temi jinkludu wkoll ir-riċerka li tkun meħtieġa sabiex tirfed it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-linji politiċi Komunitarji, f'oqsma bħas-saħħa, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-enerġija, l-ambjent, għajnuna għall-iżvilupp, is-sajd, l-affarijiet marittimi, l-agrikoltura, il-ħarsien ta' l-annimali, it-trasport, l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, il-koeżjoni, u l-ħolqien ta' Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, flimkien mar-riċerka pre-normattiva u ko-normattiva li tkun relevanti għat-titjib fl-interoperabbiltà u l-kwalità ta' l-istandards u ta' l-implimentazzjoni tagħhom u b'hekk isaħħu l-kompetittività Ewropea. Ser tingħata attenzjoni speċjali għall-koordinazzjoni ta' aspetti marbutin ma' l-użu razzjonali u effiċjenti ta' l-enerġija fi ħdan il-Programm Kwadru u ma' linji politiċi u programmi Komunitarji oħrajn.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 12

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", paragrafu 10

Il-programmi speċifiċi tas-Seba’ Programm ta’ Qafas huma mfassla biex jindirizzaw, flimkien ma’ l-isforzi nazzjonali u privati meħtieġa , in-nuqqasijiet ewlenin fil-livell, il-kwalità u l-impatt tar-riċerka Ewropea. Id-disseminazzjoni se tiġi kkunsidrata bħala kompitu integrali taħt l-oqsma tematiċi kollha, b'restrizzjonijiet xierqa għat-tema ta' sigurtà minħabba l-aspetti ta' kunfidenzjalità ta' l-attivitajiet, anke permezz tal-finanzjament ta' inizjattivi ta' networking, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u informazzjoni u servizzi elettroniċi b'mod partikolari l-CORDIS.

Il-programmi speċifiċi tas-Seba’ Programm ta’ Qafas huma mfassla biex jindirizzaw, flimkien ma’ l-isforzi nazzjonali u privati meħtieġa , in-nuqqasijiet ewlenin fil-livell, il-kwalità u l-impatt tar-riċerka Ewropea. Id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali għandhom jiġu salvagwardjati wkoll, inkluż fil-kuntest ta' appoġġ għall-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni. Id-disseminazzjoni se tiġi kkunsidrata bħala kompitu integrali taħt l-oqsma tematiċi kollha, b'restrizzjonijiet xierqa għat-tema ta' sigurtà minħabba l-aspetti ta' kunfidenzjalità ta' l-attivitajiet, anke permezz tal-finanzjament ta' inizjattivi ta' networking, seminars u avvenimenti, assistenza minn esperti esterni u informazzjoni u servizzi elettroniċi b'mod partikolari l-CORDIS.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 13

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Sottotitolu "Koperazzjoni Internazzjonali", paragrafu 1, bulit 2

azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifiċi f'kull qasam tematiku ddedikati lil pajjiżi terzi fejn hemm interess reċiproku f'koperazzjoni dwar temi partikolari li għandhom jingħażlu abbażi tal-livell u l-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-pajjiżi in kwistjoni. Dawn l-azzjonijiet, li jkunu assoċjati mill-qrib mal-ftehim bilaterali ta' koperazzjoni jew djalogi multilaterali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi, ser iservu bħala għodda pprivileġġata għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Tali azzjonijiet huma, partikolarment: azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet għar-riċerka ta' pajjiżi kandidati kif ukoll ta' pajjiżi ġirien u attivitajiet koperattivi mmirati lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti, b'enfasi fuq il-bżonnijiet partikolari tagħhom f'oqsma bħas-saħħa, l-agrikoltura, is-sajd u l-ambjent, u implimentati f'kondizzjonijiet finanzjarji adattati għall-kapaċitajiet tagħhom.

azzjonijiet ta' koperazzjoni speċifiċi f'kull qasam tematiku ddedikati lil pajjiżi terzi fejn hemm interess reċiproku f'koperazzjoni dwar temi partikolari li għandhom jingħażlu abbażi tal-livell u l-ħtiġijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-pajjiżi in kwistjoni. Dawn l-azzjonijiet, li jkunu assoċjati mill-qrib mal-ftehim bilaterali ta' koperazzjoni jew djalogi multilaterali bejn l-UE u dawn il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi, ser iservu bħala għodda pprivileġġata għall-implimentazzjoni tal-koperazzjoni bejn l-UE u dawn il-pajjiżi. Tali azzjonijiet huma, partikolarment: azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet għar-riċerka ta' pajjiżi kandidati kif ukoll ta' pajjiżi ġirien u attivitajiet koperattivi mmirati lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk emerġenti, b'enfasi fuq il-bżonnijiet partikolari tagħhom f'oqsma bħas-saħħa, inkluża r-riċerka f'mard li ma jingħatax attenzjoni, l-agrikoltura, is-sajd u l-ambjent, u implimentati f'kondizzjonijiet finanzjarji adattati għall-kapaċitajiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 14

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 1 "Saħħa", Sottotitolu "Objettiv"

It-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u t-tiżjid tal-kompetittività u t-tisħiħ tal-kapaċità innovattiva ta' l-industriji u l-intrapriżi Ewropej li huma relatati mas-saħħa, filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet globali ta' saħħa, inklużi l-epidemiji emerġenti. Ser issir enfasi fuq ir-riċerka traspożizzjonali (traspożizzjoni ta' skoperti bażiċi f'applikazzjonijiet kliniċi inkluża validazzjoni xjentifika ta' riżultati sperimentali), l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' terapiji ġodda, metodi għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni inkluż il-promozzjoni ta' xjuħija sana, għodod dijanjostiċi u teknoloġiji mediċi, kif ukoll sistemi għaall-kura tas-saħħa sostenibbli u effiċjenti.

It-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej u t-tiżjid tal-kompetittività u t-tisħiħ tal-kapaċità innovattiva ta' l-industriji u l-intrapriżi Ewropej li huma relatati mas-saħħa, filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet globali ta' saħħa, inklużi l-epidemiji emerġenti. Ser issir enfasi fuq ir-riċerka traspożizzjonali (traspożizzjoni ta' skoperti bażiċi f'applikazzjonijiet kliniċi inkluża validazzjoni xjentifika ta' riżultati sperimentali), l-iżvilupp u l-validazzjoni ta' terapiji ġodda, metodi għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni inkluż il-promozzjoni tas-saħħa tat-tfal, ta' xjuħija sana, għodod dijanjostiċi u teknoloġiji mediċi, kif ukoll sistemi għaall-kura tas-saħħa sostenibbli u effiċjenti.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Amendment 15

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", tema 1 "Saħħa", sottotitolu "Bażi Loġika", paragrafu 6

L-attivitajiet li ser jiġu indirizzati, li jinkludu r-riċerka essenzjali għar-rekwiżiti tal-politika, huma deskritti hawn taħt. Il-kwistjonijiet strateġiċi tas-saħħa tat-tfal u tas-saħħa ta' popolazzjoni li qed tixjieħ ser jirċievu attenzjoni speċifika tul dawn l-attivitajiet. L-aġendi ta' riċerka fit-tul bħal dawk stabbiliti mill-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bħal dik dwar il-mediċini innovattivi, ser jiġu appoġġati fejn relevanti. Sabiex jingħata rispons għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda, jistgħu jiġu appoġġati wkoll azzjonijiet addizzjonali, bħal l-oqsma ta' kwistjonijiet ta' politika tas-saħħa u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

L-attivitajiet li ser jiġu indirizzati, li jinkludu r-riċerka essenzjali għar-rekwiżiti tal-politika, huma deskritti hawn taħt. L-aġendi ta' riċerka fit-tul bħal dawk stabbiliti mill-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej, bħal dik dwar il-mediċini innovattivi, ser jiġu appoġġati fejn relevanti. Sabiex jingħata rispons għall-ħtiġijiet ta' politika ġodda, jistgħu jiġu appoġġati wkoll azzjonijiet addizzjonali, bħal l-oqsma ta' kwistjonijiet ta' politika tas-saħħa u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

 

Il-kwistjonijiet strateġiċi dwar is-saħħa tat-tfal u l-mard pedjatriku kif ukoll dwar is-saħħa tal-popolazzjoni li qed tixjieħ ser jirċievu attenzjoni speċjali u ser jiġu kkunsidrati kull meta jkun xieraq fl-attivitajiet kollha ta' din it-tema.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 16

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 1 "Saħħa", Sottotitolu "Attivitajiet", bulit 2, inċiżi 3 u 4

Riċerka traspożizzjonali fil-mard infettiv: sabiex jiġu ndirizzati r-reżistenza kontra l-mediċinali, it-theddidiet globali ta' l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi kif ukoll l-Epatite Ċ u epidemiji potenzjalment ġodda u emerġenti mill-ġdid (eż SARS u l-influwenza patoġenika qawwija).

Riċerka traspożizzjonali fil-mard infettiv: sabiex jiġu ndirizzati r-reżistenza kontra l-mediċinali, it-theddidiet globali ta' l-HIV/AIDS, il-malarja u t-tuberkulożi kif ukoll l-Epatite u epidemiji potenzjalment ġodda u emerġenti mill-ġdid (eż SARS u l-influwenza patoġenika qawwija).

Riċerka traspożizzjonali fil-mardiet prinċipali- kanċer, mard kardjovaskulari, id-dijabete/obesità; rare diseases; mard kroniku ieħor inkluż il-mard rewmatiku, l-artrite u mard musko-skeletali: sabiex jiġu żviluppati strateġiji orjentati lejn il-pazjent, mill-prevenzjoni sad-dijanjożi b'enfażi partikolari fuq trattament, inkluża r-riċerka klinika. Ser jittieħed kont ta' aspetti tal-mediċina palljattiva.

Riċerka traspożizzjonali fil-mardiet prinċipali- kanċer, mard kardjovaskulari, id-dijabete/obesità; mard rari; mard kroniku ieħor inkluż l-artrite, il-mard rewmatiku u dak muskolo-skeletali u mard respiratorju inkluż dak ikkawżat minn alerġiji: sabiex jiġu żviluppati strateġiji orjentati lejn il-pazjent, mill-prevenzjoni sad-dijanjożi b'enfażi partikolari fuq trattament, inkluża r-riċerka klinika u l-użu ta' ingredjenti attivi. Ser jittieħed kont ta' aspetti tal-mediċina palljattiva.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 17

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 2 "L-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija", titolu

2. L-ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija

 

2. L-Ikel, l-Agrikultura u s-Sajd u l-Bijoteknoloġija;

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 18

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 2 "L-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija", Sottotitolu "Attivitajiet", bulit 2

· "Mill-furketta sar-razzett": l-ikel, is-saħħa u l-benessri: Aspetti ta' konsumaturi, ta' soċjetà, ta' kultura, industrijali u ta' saħħa kif ukoll aspetti tradizzjonali ta' l-ikel u l-għalf, inklużi xjenzi dwar l-imġiba u dawk konjittivi; nutrizzjoni, mard u disturbi relatati mad-dieta, inklużi obeżità u allerġiji fit-tfal u l-adulti; nutrizzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta' mard (inkluż għerf akbar dwar il-komposti u l-karatteristiċi li jġibu s-saħħa ta' l-ikel); teknoloġiji innovattivi ta' l-ipproċessar ta' l-ikel u l-għalf (inkluż pakkettar u teknoloġiji minn oqsma li ma jirrigwardawx l-ikel); kwalità u sigurtà mtejba, kemm kimika u bijoloġika, ta' l-ikel, xorb u għalf; metodoloġiji mtejba ta' assigurazzjoni ta' sigurtà ta' l-ikel; integrità (u kontroll) tal-katina ta' l-ikel; impatti ambjentali fiżiċi u bijoloġiċi fuq u ta' katini ta' l-ikel/l-għalf; impatt fuq u reżistenza tal-katina ta' l-ikel għall-bidliet globali; kunċett sħiħ tal-katina ta' l-ikel (inkluż ikel mill-baħar u materja prima u komponenti ta' ikel oħra); traċċabbiltà u l-iżvilupp ulterjuri tagħha; awtentiċità ta' l-ikel; żvilupp ta' ingredjenti u prodotti ġodda.

· "Mill-furketta sar-razzett" – l-ikel (inkluż l-ikel tal-baħar), is-saħħa u l-benessri: Aspetti ta' konsumaturi, ta' soċjetà, ta' kultura, industrijali u ta' saħħa kif ukoll aspetti tradizzjonali ta' l-ikel u l-għalf, inklużi xjenzi dwar l-imġiba u dawk konjittivi; nutrizzjoni, mard u disturbi relatati mad-dieta, inklużi obeżità u allerġiji fit-tfal u l-adulti; nutrizzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta' mard (inkluż għerf akbar dwar il-komposti u l-karatteristiċi li jġibu s-saħħa ta' l-ikel); teknoloġiji innovattivi ta' l-ipproċessar ta' l-ikel u l-għalf (inkluż pakkettar u teknoloġiji minn oqsma li ma jirrigwardawx l-ikel); kwalità u sigurtà mtejba, kemm kimika u bijoloġika, ta' l-ikel, xorb u għalf; metodoloġiji mtejba ta' assigurazzjoni ta' sigurtà ta' l-ikel; integrità (u kontroll) tal-katina ta' l-ikel; impatti ambjentali fiżiċi u bijoloġiċi fuq u ta' katini ta' l-ikel/l-għalf; impatt fuq u reżistenza tal-katina ta' l-ikel għall-bidliet globali; kunċett sħiħ tal-katina ta' l-ikel (inkluż ikel mill-baħar u materja prima u komponenti ta' ikel oħra); traċċabbiltà u l-iżvilupp ulterjuri tagħha; awtentiċità ta' l-ikel; żvilupp ta' ingredjenti u prodotti ġodda.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 19

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 2 "L-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija", Sottotitolu "Attivitajiet", bulit 3

· Life sciences and biotechnology for sustainable non-food products and processes: uċuħ u riżorsi tal-foresta mtejba, għalf, prodotti u bijomassa mill-baħar (inklużi r-riżorsi mill-baħar) għall-prodotti ta' l-enerġija, l-ambjent, u ta' valur miżjud għoli bħalma huma l-materjali u s-sustanzi kimiċi (inklużi riżorsi bijoloġiċi li jistgħu jintużaw fl-industrija farmaċewtika u l-mediċina), inklużi l-innovazzjonijiet fis-sistemi tal-biedja, fil-bijo-proċessi u fil-kunċetti tal-bijo-raffinerija; bijo-kataliżi; mikro-organiżmi u enżimi ġodda u mtejba; il-foresterija u l-prodotti u l-proċessi bbażati fuq il-foresta; il-bijo-risanament ambjentali u l-bijo-proċessar aktar nadif, l-użu ta' skart agro-industrijali u prodotti sekondarji.

 

· Ix-xjenzi tal-ħajja, il-bijoteknoloġija u l-bijokimika għall-prodotti u proċessi mhux alimentari sostenibbli: uċuħ u riżorsi tal-foresta mtejba, għalf, prodotti u bijomassa mill-baħar (inklużi r-riżorsi mill-baħar) għall-prodotti ta' l-enerġija, l-ambjent, u ta' valur miżjud għoli bħalma huma l-materjali u s-sustanzi kimiċi (inklużi riżorsi bijoloġiċi li jistgħu jintużaw fl-industrija farmaċewtika u l-mediċina), inklużi l-innovazzjonijiet fis-sistemi tal-biedja, fil-bijo-proċessi u fil-kunċetti tal-bijo-raffinerija; bijo-kataliżi; mikro-organiżmi u enżimi ġodda u mtejba; il-foresterija u l-prodotti u l-proċessi bbażati fuq il-foresta; il-bijo-risanament ambjentali u l-bijo-proċessar aktar nadif, l-użu ta' skart agro-industrijali u prodotti sekondarji.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 20

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 3 "Tekonologiji ta' l-Informatika u l-Komunikazzjoni", Subtitolu "Bażi Loġika" paragrafu 4.

From these diverse efforts a new wave of technologies is emerging. L-attivitajiet ta' riċerka fit-TIK ser jutilizzaw firxa usa' ta' dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi, inklużi x-xjenzi bijoloġiċi u dawk tal-ħajja, il-psikoloġija, il-pedagoġija, ix-xjenzi konjittivi u soċjali u l-umanistika.

Minn dawn l-isforzi diversi nħolqot ġenerazzjoni ġdida ta' teknoloġiji. L-attivitajiet ta' riċerka fit-TIK ser jutilizzaw firxa usa' ta' dixxiplini xjentifiċi u teknoloġiċi, inklużi x-xjenzi bijoloġiċi u dawk tal-ħajja, il-kimika, il-psikoloġija, il-pedagoġija, ix-xjenzi konjittivi u soċjali u l-umanistika.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 21

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 3 "It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni (TIK)", Sottotitolu "Attivitajiet", bulit 3, inċiż 2, subinċiż 3

sistemi msjesa fuq it-TIK li jappoġġaw l-aċċessibbiltà u l-użu fuq tul ta' żmien tar-riżorsi u l-assi diġitali kulturali u xjentifiċi, f'ambjent multilingwistiku/ jew multikulturali.

- sistemi msjesa fuq it-TIK li jappoġġaw l-aċċessibbiltà u l-użu fuq tul ta' żmien tar-riżorsi u l-assi diġitali kulturali u xjentifiċi, f'ambjent multilingwistiku/ jew multikulturali li jinkludi l-wirt kulturali.

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 22

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 3 "It-Teknoloġiji ta' l-Informatika u tal-Komunikazzjoni (TIK)", Sottotitolu "Attivitajiet", bulit 3, inċiż 4,

It-TIK għall-fiduċja u l-kunfidenza: l-amministrazzjoni ta' l-identità; l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni; teknoloġiji li jtejbu l-privatezza; maniġġar tad-drittijiet u l-assi; il-protezzjoni kontra t-theddid informatiku.

It-TIK għall-fiduċja u l-kunfidenza: l-amministrazzjoni ta' l-identità; l-awtentikazzjoni u l-awtorizzazzjoni; teknoloġiji li jtejbu l-privatezza; maniġġar tad-drittijiet u l-assi; protezzjoni mit-theddid informatiku, f'koordinazzjoni ma' temi oħra, b'mod partikulari t-tema ta' "Sigurtà".

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 23

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 5 "Enerġija", Sottotitolu "Motivazzjoni", paragrafu 3

It-trasformazzjoni radikali tas-sistema enerġetika f'sistema ta' l-enerġija li temetti inqas jew l-ebda CO2, affidabbli, kompetittiva u sostenibbli tirrikjedi teknoloġiji ġodda li jġorru magħhom riskji li huma kbar wisq u li l-qligħ huwa wisq inċert sabiex l-azjendi privati jipprovdu l-investiment kollu meħtieġ għar-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku għandu jkollu rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni ta' l-investiment privat u l-isforzi u r-riżorsi Ewropej għandhom jiġu magħquda flimkien b'mod iktar koerenti u effettiv, sabiex jikkompetu ma' l-ekonomiji li qed jinvestu ħafna u b'mod konsistenti f'teknoloġiji simili.

It-trasformazzjoni radikali tas-sistema enerġetika f'sistema ta' l-enerġija li temetti inqas jew l-ebda CO2, affidabbli, kompetittiva u sostenibbli tirrikjedi teknoloġiji ġodda u materjali ġodda li jġorru magħhom riskji li huma kbar wisq u li l-qligħ huwa wisq inċert sabiex l-azjendi privati jipprovdu l-investiment kollu meħtieġ għar-riċerka, l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku għandu jkollu rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni ta' l-investiment privat u l-isforzi u r-riżorsi Ewropej għandhom jiġu magħquda flimkien b'mod iktar koerenti u effettiv, sabiex jikkompetu ma' l-ekonomiji li qed jinvestu ħafna u b'mod konsistenti f'teknoloġiji simili.

Il pjattaformi teknoloġiċi Ewropej għandhom rwol importanti f'dan ir-rigward, billi jimmobilizzaw l-isforz ta' riċerka meħtieġ b'mod koordinat. L-attivitajiet sabiex jilħqu dan l-objettiv huma nmiżżla hawn taħt. Hija inkluża attività speċifika dwar l-għerf għat-tfassil ta' politika dwar l-enerġija, attività li tista' toffri appoġġ ukoll għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jirriżultaw, per eżempju fir-rigward tar-rwol tal-politika Ewropea dwar l-enerġija fl-iżviluppi ta' l-azzjonijiet internazzjonali relatati mal-bidla fil-klima, u l-instabbilitajiet jew id-disturbi fil-provvista u fil-prezz ta' l-enerġija.

 

Il pjattaformi teknoloġiċi Ewropej għandhom rwol importanti f'dan ir-rigward, billi jimmobilizzaw l-isforz ta' riċerka meħtieġ b'mod koordinat. L-attivitajiet sabiex jilħqu dan l-objettiv huma nmiżżla hawn taħt. Iżjed effiċjenza fis-sistema kollha ta' l-enerġija, mis-sors għall-utent, hija essenzjali u l-bażi tat-Tema ta' l-Enerġija kollha. Ir-rikonoxximent tal-kontribut importanti tagħhom għal sistemi ta' l-enerġija sostenibbli, dawk li jiġġeddu u l-effiċjenza ta' l-enerġija għall-użu aħħari fil-futur ser ikun il-parti prinċipali ta' din it-Tema. Ser tingħata attenzjoni partikolari lill-istimulazzjoni ta' riċerka, żvilupp u demostrazzjoni u promozzjoni tal-bini ta' kapaċità f'dan il-qasam. F'dan ir-rigward se jiġu sfruttati b'mod sħiħ sinerġiji mal-komponent tal-Programm ta' Enerġija Intelliġenti għall-Ewropa tal-Programm dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. Il-potenzjal għal inizjattivi futuri fuq skala kbira li jintegraw finanzjament minn diversi sorsi (eżempju JTI) ser jiġi esplorat ukoll. Hija inkluża attività speċifika dwar l-għerf għat-tfassil ta' politika dwar l-enerġija, attività li tista' toffri appoġġ ukoll għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jirriżultaw, per eżempju fir-rigward tar-rwol tal-politika Ewropea dwar l-enerġija fl-iżviluppi ta' l-azzjonijiet internazzjonali relatati mal-bidla fil-klima, u l-instabbilitajiet jew id-disturbi fil-provvista u fil-prezz ta' l-enerġija.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 24

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 5 "Enerġija", Sottotitolu "Attivitajiet", bulit 6

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji sabiex jittejbu sostanzjalment l-effiċjenza, l-affidabbiltà u n-nefqa ta' l-impjanti, permezz ta' l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa ta' konverżjoni tal-faħam u karburanti solidi oħra, li jipproduċu wkoll ġarriera sekondarji ta' l-enerġija (inkluż l-idroġenu) u karburanti likwidi jew f'forma ta' gass. L-attivitajiet ser ikunu marbuta skond il-każ ma' teknoloġiji għall-qbid u l-ħażna tas- CO2 jew ma' l-użu konġunt tal-bijomassa.

 

Riċerka, żvilupp u dimostrazzjoni ta' teknoloġiji sabiex jittejbu sostanzjalment l-effiċjenza, l-affidabbiltà u n-nefqa ta' l-impjanti, permezz ta' l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa ta' konverżjoni, inklużi proċessi kimiċi, tal-faħam u karburanti solidi oħra, li jipproduċu wkoll ġarriera sekondarji ta' l-enerġija (inkluż l-idroġenu) u karburanti likwidi jew f'forma ta' gass. L-attivitajiet ser ikunu marbuta skond il-każ ma' teknoloġiji għall-qbid u l-ħażna tas- CO2 jew ma' l-użu konġunt tal-bijomassa.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 25

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 6 "L-Ambjent (inkluż it-Tibdil fil-Klima)", Subtitolu "Motivazzjoni", paragrafu 5, nota tal-qiegħ 23

Ir-riċerka komplementari relatata mal-produzzjoni u l-użu ta' riżorsi bijoloġiċi hija indirizzata taħt it-tema "Ikel, Agrikoltura u Bijoteknoloġija".

Ir-riċerka komplementari relatata mal-produzzjoni u l-użu ta' riżorsi bijoloġiċi hija indirizzata taħt it-tema "Ikel, Agrikoltura, Sajd u Bijoteknoloġija".

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 26

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 6 "L-Ambjent (inkluż it-Tibdil fil-Klima)", Subtitolu "Attivitajiet", bulit 1, inċiż 1

Pressjonijiet fuq l-ambjent u l-klima: funzjonament tal-klima u tas-sistema terrestri inklużi r-reġjuni polari; miżuri ta' adattament u ta' mitigazzjoni; tniġġis fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma; bidliet fil-kompożizzjoni ta' l-atmosfera u fiċ-ċiklu ta' l-ilma; interazzjonijiet globali u reġjonali bejn il-klima u l-atmosfera, wiċċ l-art, is-silġ u l-oċean; u impatti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-effetti taż-żieda fil-livell tal-baħar fuq żoni kostali u impatti fuq żoni partikolarment sensittivi.

 

Pressjonijiet fuq l-ambjent u l-klima: funzjonament tal-klima u tas-sistemi terrestri u tal-baħar inklużi r-reġjuni polari; miżuri ta' adattament u ta' mitigazzjoni; tniġġis fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma; bidliet fil-kompożizzjoni ta' l-atmosfera u fiċ-ċiklu ta' l-ilma; interazzjonijiet globali u reġjonali bejn il-klima u l-atmosfera, wiċċ l-art, is-silġ u l-oċean; u impatti fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi, inklużi l-effetti taż-żieda fil-livell tal-baħar fuq żoni kostali u impatti fuq żoni partikolarment sensittivi.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 27

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 7 "It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika)", Sottotitolu "Attivitajiet", bulit 1, inċiż 1

Lejn trasport bl-ajru iktar "aħdar": it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet, inklużi l-gassijiet serra u d-disturb mill-istorbju, li jinkorpora ħidma fuq il-magni u fuq il-karburanti alternattivi, l-istrutturi u l-proġettazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru ġodda inkluż ajruplani li jaħdmu bir-rotors, operazzjonijiet ta' l-ajruporti u l-ġestjonji tat-traffiku.

 

Lejn trasport bl-ajru iktar "aħdar": it-tnaqqis ta' l-emissjonijiet, inklużi l-gassijiet serra u d-disturb mill-istorbju, li jinkorpora ħidma fuq il-magni u fuq il-karburanti alternattivi, l-istrutturi u l-proġettazzjoni ta' inġenji ta' l-ajru ġodda inkluż ajruplani li jaħdmu bir-rotors (inklużi ħelikopters u tiltrotors), operazzjonijiet ta' l-ajruporti u l-ġestjonji tat-traffiku.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 28

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 8 "Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi", sottotitolu "Objettiv"

Il-kostituzzjoni ta' għarfien dettaljat u kondiviż ta' sfidi soċjo-ekonomiċi kumplessi u inter-konnessi li l-Ewropa hija konfrontata bihom, bħat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività, il-koeżjoni soċjali, sfidi soċjali, kulturali u edukattivi f'UE mkabbra u s-sostenibbiltà, il-bidla demografika, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, il-kwalità tal-ħajja u l-interdependenza globali, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi pprovduta bażi mtejba ta' għerf għal-linji ta' politika fl-oqsma konċernati.

 

Il-kostituzzjoni ta' għarfien dettaljat u kondiviż ta' sfidi soċjo-ekonomiċi kumplessi u inter-konnessi li l-Ewropa hija konfrontata bihom, bħat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività, il-koeżjoni soċjali, sfidi soċjali, kulturali u edukattivi f'UE mkabbra u s-sostenibbiltà, sfidi ambjentali, il-bidla demografika, il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, il-kwalità tal-ħajja u l-interdependenza globali, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi pprovduta bażi mtejba ta' għerf għal-linji ta' politika fl-oqsma konċernati.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 29

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 8 "Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi", Sottotitlu "Attivitajiet", bulit 5

· Iċ-ċittadin fl-Unjoni Ewropea: fil-kuntest ta' l-iżvilupp ta' l-UE mkabbra fil-ġejjieni, l-iffaċċar tal-kwistjonijiet marbuta mal-ksib ta' sens ta' "appartenenza" demokratiku u ta' parteċipazzjoni attiva tal-popli ta' l-Ewropa; governanza effettiva u demokratika fil-livelli kollha inkluż il-governanza ekonomika u legali u r-rwol tas-soċjetà ċivili; riċerka għall-bini ta' komprensjoni u rispett komuni tad-diversitajiet u x-xebħ fi ħdan l-Ewropa, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kulturi, reliġjonijiet, wirt kulturali, istituzzjonijiet u sistemi legali, storja, lingwi u valuri bħala elementi ta' bini ta' l-identità u l-wirt Ewropew multi-kulturali tagħna.

· Iċ-ċittadin fl-Unjoni Ewropea: fil-kuntest ta' l-iżvilupp ta' l-UE mkabbra fil-ġejjieni, l-iffaċċar tal-kwistjonijiet marbuta mal-ksib ta' sens ta' "appartenenza" demokratiku u ta' parteċipazzjoni attiva tal-popli ta' l-Ewropa; governanza effettiva u demokratika fil-livelli kollha inkluż il-governanza ekonomika u legali u r-rwol tas-soċjetà ċivili kif ukoll proċessi ta' governanza innovattiva biex jissaħħu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-kooperazzjoni bejn atturi pubbliċi u privati; riċerka għall-bini ta' komprensjoni u rispett komuni tad-diversitajiet u x-xebħ fi ħdan l-Ewropa, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kulturi, reliġjonijiet, wirt kulturali, istituzzjonijiet u sistemi legali, storja, lingwi u valuri bħala elementi ta' bini ta' l-identità u l-wirt Ewropew multi-kulturali tagħna.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 30

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 9 "L-Ispazju", Sottotitolu "Motivazzjoni", paragarafu 3

L-attivitajiet imniżżla hawn taħt huma mmirati lejn: l-isfruttament effiċjenti ta' l-assi spazjali (f'koordinazzjoni ma' assi fil-post, inklużi assi trasportati bl-ajru) għall-implimentazzjoni ta' applikazzjonijiet, notament il-GMES u l-kontribut tagħhom għall-infurzar tal-liġi fil-linji politiċi Komunitarji; l-esplorazzjoni ta' l-ispazju, li toffri opportunitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali u progressi teknoloġiċi straordinarji kif ukoll missjonijiet effettiv fl-infiq; l-isfruttament u l-esplorazzjoni ta' l-ispazju appoġġati minn attivitajiet ta' abilitazzjoni jiggarantixxu r-rwol strateġiku ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn l-attivitajiet ser jiġu kkomplementati minn azzjonjiet oħra taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Edukazzjoni u Taħriġ. Il-benefiċċji għall-politika pubblika ta' l-attivitajiet ta' hawn isfel ser jiġu wkoll massimizzati, inkluż bil-provvista ta' appoġġ addizzjonali għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jinqalgħu, per eżempju: soluzzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji spazjali f'appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; u l-użu ta' għodod u metodi għall-osservazzjoni ta' l-ispazju sabiex jappoġġaw żviluppi fil-linji politiċi Komunitarji.

 

B'enfasi partikolari fuq l-użu ta' kapaċitajiet eżistenti fl-Ewropa, l-attivitajiet imniżżla hawn taħt jimmiraw lejn: l-isfruttament effiċjenti ta' l-assi spazjali (f'koordinazzjoni ma' assi fil-post, inklużi assi trasportati bl-ajru) għall-implimentazzjoni ta' applikazzjonijiet, notament il-GMES u l-kontribut tagħhom għall-infurzar tal-liġi fil-linji politiċi Komunitarji; l-esplorazzjoni ta' l-ispazju, li toffri opportunitajiet ta' koperazzjoni internazzjonali u progressi teknoloġiċi straordinarji kif ukoll missjonijiet effettiv fl-infiq; l-isfruttament u l-esplorazzjoni ta' l-ispazju appoġġati minn attivitajiet ta' abilitazzjoni jiggarantixxu r-rwol strateġiku ta' l-Unjoni Ewropea. Dawn l-attivitajiet ser jiġu kkomplementati minn azzjonjiet oħra taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Programm ta' Edukazzjoni u Taħriġ. Il-benefiċċji għall-politika pubblika ta' l-attivitajiet ta' hawn isfel ser jiġu wkoll massimizzati, inkluż bil-provvista ta' appoġġ addizzjonali għal ħtiġijiet ġodda ta' politika li jistgħu jinqalgħu, per eżempju: soluzzjonijiet ibbażati fuq teknoloġiji spazjali f'appoġġ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; u l-użu ta' għodod u metodi għall-osservazzjoni ta' l-ispazju sabiex jappoġġaw żviluppi fil-linji politiċi Komunitarji.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 31

Anness I, Kapitolu I "Koperazzjoni", Tema 10 "Is-Sigurtà", Sottotitlu "Motivazzjoni", paragrafu 4 a (ġdid)

 

Ir-rekwiżiti speċjali dwar is-segretezza għandhom jiġu infurzati iżda t-trasparenza tar-riżultati tar-riċerka m'għandhiex tkun limitata jekk m'hemmx bżonn. Barra minn hekk, għandhom ikunu identifikati oqsma li jippermettu t-trasparenza li hemm bħalissa fir-riżultati tar-riċerka.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 32

Anness I, Kapitolu II "Ideat", Sottotitolu "Attivitajiet", paragrafu 3

Il-Kunsill Xjentifiku ser ikun magħmul minn rappreżentanti mill-ogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea li jiżguraw diversità ta' l-oqsma ta' riċerka, li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement mill-interessi politiċi jew interess oħra. Il-membri tiegħu ser jinħatru mill-Kummissjoni wara proċedura indipendenti ta' għażla. Huma ser jiġu maħtura għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li ser tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-Kunsill Xjentifiku ser ikun magħmul minn rappreżentanti mill-ogħla livell tal-komunità xjentifika Ewropea li jiżguraw diversità ta' l-oqsma ta' riċerka, li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement mill-interessi politiċi jew interess oħra. Il-membri tiegħu ser ikunu maħtura mill-Kummissjoni wara proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom miftiehma mal-Kunsill Xjentifiku bl-inklużjoni ta' konsultazzjoni tal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Huma ser jiġu maħtura għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li ser tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 33

Anness I, Kapitolu II "Ideat", Sottotitolu "Attivitajiet", paragrafu 6

L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal għall-KER li għandhom x'jaqsmu mal-Kunsill Xjentifiku u struttura implimentattiva dedikata ser ikunu konsistenti ma' l-amministrazzjoni modesta u effettiv fl-infiq; in-nefqa amministrattiva ser tinżamm għal minimu, b'mod konsistenti ma' l-iżgurar tar-riżorsi meħtieġa għal implimentazzjoni ta' kwalità għolja.

 

L-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal għall-KER li għandhom x'jaqsmu mal-Kunsill Xjentifiku u struttura implimentattiva dedikata ser ikunu konsistenti ma' l-amministrazzjoni modesta u effettiv fl-infiq; in-nefqa amministrattiva ser tinżamm għal minimu u mhux ser ikun iktar minn 5% ta' l-allokazzjoni finanzjarja totali għall-ERC, b'mod konsistenti ma' l-iżgurar tar-riżorsi meħtieġa għal implimentazzjoni ta' kwalità għolja, sabiex jiġi massimizzat il-finanzjament għal riċerka esplorattiva.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 34

Anness I, Kapitolu II "Ideat", Sottotitolu "Attivitajiet", paragrafu 9

L-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' l-attività ser jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa sabiex jiġu vvalutati l-kisbiet tagħha u sabiex jiġu aġġustati u mtejba l-proċeduri abbażi ta' l-esperjenza. Fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 7(2) ser titwettaq ukoll reviżjoni indipendenti ta' l-istrutturi u l-mekkaniżmi tal-KER, kontra l-kriterji ta' l-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza u t-trasparenza u bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku. Ir-reviżjoni ser tara b'mod espliċitu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' struttura bbażata fuq Aġenzija Esekuttiva u struttura bbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat. Abbażi ta' din ir-reviżjoni, dawn l-istrutturi u l-mekkaniżmi għandhom jiġu modifikati kif xieraq. Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-ħidma preparatorja kollha meħtieġa titwettaq u tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, bil-ħsieb ta' transizzjoni għal kwalunkwe struttura modifikata meħtieġa, kemm jista' jkun malajr. Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 7(2), li jippreċedi l-evalwazzjoni interim, ser jagħti s-sejbiet inizjali dwar il-funzjonament tal-KER.

 

L-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' l-attività ser jiġu riveduti u evalwati fuq bażi kontinwa sabiex jiġu vvalutati l-kisbiet tagħha u sabiex jiġu aġġustati u mtejba l-proċeduri abbażi ta' l-esperjenza. Fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 7(2) ser titwettaq ukoll reviżjoni indipendenti ta' l-istrutturi u l-mekkaniżmi tal-KER, kontra l-kriterji ta' l-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza u t-trasparenza u bl-involviment sħiħ tal-Kunsill Xjentifiku. Dan ser jinkludi l-proċess u l-kriterja għall-għażla tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku. Ir-reviżjoni ser tara b'mod espliċitu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' struttura bbażata fuq Aġenzija Esekuttiva u struttura bbażata fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat. Abbażi ta' din ir-reviżjoni, dawn l-istrutturi u l-mekkaniżmi għandhom jiġu modifikati kif xieraq. Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-ħidma preparatorja kollha meħtieġa, inkluża kwalunkwe proposta leġislattiva li hija tqis meħtieġa, titwettaq u tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif mitlub mit-Trattat, bil-ħsieb ta' transizzjoni għal kwalunkwe struttura modifikata meħtieġa, kemm jista' jkun malajr. Għal dan il-għan il-Programm Kwadru ser jiġi adattat jew issupplimentat f'kodeċiżjoni skond l-Artikolu 166(2) tat-Trattat. Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 7(2), li jippreċedi l-evalwazzjoni interim, ser jagħti s-sejbiet inizjali dwar il-funzjonament tal-KER.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 35

Anness I, Kapitolu IV "Kapaċitajiet", Sottotitlu "Potenzjal ta' Riċerka", Sottotitolu "Attivitajiet", paragrafu 1, inċiż 1

Sekondamenti transnazzjonali miż-żewġ naħat ta' persunal ta' riċerka bejn organizzazzjonijiet magħżula fir-reġjuni ta' konverġenza, u organizzazzjoni sieħba waħda jew aktar; appoġġ għal ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti għar-reklutaġġ ta' riċerkaturi ta' esperjenza li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra.

 

Sekondamenti transnazzjonali miż-żewġ naħat ta' persunal ta' riċerka bejn organizzazzjonijiet magħżula fir-reġjuni ta' konverġenza, u organizzazzjoni sieħba waħda jew aktar; appoġġ għal ċentri magħżula ta' eċċellenza eżistenti jew emerġenti għar-reklutaġġ ta' riċerkaturi ta' esperjenza, inklużi maniġers, li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħra.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 36

Anness I, Kapitolu IV "Kapaċitajiet", Sottotitlu "Xjenza fis-Soċjetà", Sottotitlu "Attivitajiet", paragrafu 1, inċiż 5

Il-ħolqien ta' ambjent miftuħ li jqajjem il-kurżità dwar ix-xjenza fost iż-żgħażagħ, permezz tat-tisħiħ ta' l-edukazzjoni tax-xjenzi fil-livelli kollha, inklużi fl-iskejjel, u permezz tal-promozzjoni ta' l-interess u l-parteċipazzjoni sħiħa fix-xjenza fost iż-żgħażagħ minn kull sfond tal-ħajja.

 

- Il-ħolqien ta' ambjent miftuħ li jqajjem il-kurżità dwar ix-xjenza fost it-tfal u ż-żgħażagħ, permezz tat-tisħiħ ta' l-edukazzjoni tax-xjenzi fil-livelli kollha, inklużi fl-iskejjel, u permezz tal-promozzjoni ta' l-interess u l-parteċipazzjoni sħiħa fix-xjenza fost iż-żgħażagħ minn kull sfond tal-ħajja.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 37

Anness I, Kapitolu IV "Kapaċitajiet", Sottotitolu "Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC)", Sottotitolu "Motivazzjoni", paragrafu 1

L-indipendenza taċ-CKR mill-interessi speċjali, sew privati u sew nazzjonali, flimkien mal-kompetenzi tekniċi tiegħu, jippermettulu jiffaċilita l-komunikazzjoni u t-tkabbir tal-kunsens bejn il-partijiet interessati (assoċjazzjonijiet industrijali, gruppi ta' azzjoni ambjentali, awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, ċentri ta' riċerka oħra, eċċ.) u dawk li jfasslu l-politika, speċjalment fuq il-livell Komunitarju. Permezz ta' l-appoġġ xjentifiku u teknoloġiku ċ-ĊKR jgħin sabiex il-proċess politiku Komunitarju jsir aktar effettiv, trasparenti u bbażat fuq ix-xjenza soda. Fejn u meta xieraq, ir-riċerka magħmula miċ-ĊKR għandha tkun koordinata mar-riċerka mwettqa taħt it-"Temi" tal-Programm Speċifiku "Koperazzjoni", sabiex jiġu evitati sovrapożizzjoni u duplikazzjoni.

 

L-indipendenza taċ-CKR mill-interessi speċjali, sew privati u sew nazzjonali, flimkien mal-kompetenzi tekniċi tiegħu, jippermettulu jiffaċilita l-komunikazzjoni u t-tkabbir tal-kunsens bejn il-partijiet interessati (assoċjazzjonijiet industrijali, gruppi ta' azzjoni ambjentali, awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, ċentri ta' riċerka oħra, eċċ.) u dawk li jfasslu l-politika, speċjalment fuq il-livell Komunitarju u notevolment mal-Parlament Ewropew. Permezz ta' l-appoġġ xjentifiku u teknoloġiku ċ-ĊKR jgħin sabiex il-proċess politiku Komunitarju jsir aktar effettiv, trasparenti u bbażat fuq ix-xjenza soda. Fejn u meta xieraq, ir-riċerka magħmula miċ-ĊKR għandha tkun koordinata mar-riċerka mwettqa taħt it-"Temi" tal-Programm Speċifiku "Koperazzjoni", sabiex jiġu evitati sovrapożizzjoni u duplikazzjoni.

Il-JRC ser isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fiż-Zona ta' Riċerka Ewropea. Bl-iffaċilitar ta' l-aċċess għall-faċilitajiet tiegħu minn riċerkaturi Ewropej u dawk mhux Ewropej, inklużi xjentisti fi stadju bikri, ser iżid il-koperazzjoni tiegħu ma' organizzazzjoniet oħra ta' riċerka publiċi u privati, itejjeb b'mod konsistenti l-kwalità xjentifika ta' l-attivitajiet tiegħu stess u jikkontribwixxi aktar xjentifikament għat-taħriġ, li ser jibqa' ta' prijorità għolja għall-JRC.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 38

Anness II, Tabella

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill

Koperazzjoni

32 365

           Saħħa.

6 050

           L-ikel, l-Agrikoltura u l-Bijoteknoloġija

1 935

           It-Teknoloġija tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni;

9 110

           Nano‑sciences, Nano‑technologies, Materials and new Production
  Technologies

3 500

           Enerġija

2 300

           L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)

1 900

           It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika).

4 180

           Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi

610

           L-ispazju

1 430

           Is-sigurtà

1 350

L-Ideat

7 460

In-Nies

4 728

Il-Kapaċitajiet

4 217

Research Infrastructures

1 850

Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs

1 336

Reġjuni ta' l-Għarfien

126

Potenzjal għar-Riċerka

370

Xjenza fis-Soċjetà

280

Żvilupp koerenti mal-politika tar-riċerka

70

Attivitajiet ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

185

Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka

1 751

 

 

TOTAL

50 521

Emendi tal-Parlament

Koperazzjoni

32 413

           Saħħa.

6 100

           L-Ikel, l-Agrikoltura u s-Sajd, il-Bijoteknoloġija;

1 935

           It-Teknoloġija tat-Tagħrif u l-Komunikazzjoni;

9 050

           Nano‑xjenzi, Nano‑teknoloġiji, Materjali u Produzzjoni ġodda
  Teknoloġiji

3 475

           Enerġija

2 350

           L-Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)

1 890

           It-Trasport (inkluża l-Aeronawtika).

4 160

           Ix-Xjenzi Soċjoekonomiċi u l-Istudji Umanistiċi

623

           L-ispazju

1 430

           Is-sigurtà

1 400

L-Ideat

7 510

In-Nies

4 750

Il-Kapaċitajiet

4 097

Research Infrastructures

1 715

Riċerka għall-benefiċċju ta' l-SMEs

1 336

Reġjuni ta' l-Għarfien

126

Potenzjal għar-Riċerka

340

Xjenza fis-Soċjetà

330

Żvilupp koerenti mal-politika tar-riċerka

70

Attivitajiet ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

180

Azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka

1 751

 

 

TOTAL

50 521

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 39

Anness II, Sottotitolu "Dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw il-Faċilità Finanzjarja għat-Tqassim tar-Riskju (RSFF)" paragrafi 2, 3 u 4

Is-Seba' Programm Kwadru ser jikkontribwixxi ammont sa biljun EURO għall-RSFF li għandu jkun ikkomparat ma' ammont ekwivalenti mill-BEI. Huwa ser jiġi mill-programm "Koperazzjoni" (sa 800 miljun EURO b'kontribut proporzjonali tal-prijoritajiet tematiċi kollha, minbarra xjenzi u l-istudji umanistiċi) u l-programm "Kapaċitajiet" (sa 200 miljun EURO mil-linja ta' l-infrastruttura tar-riċerka).

 

Is-Seba' Programm Kwadru ser jikkontribwixxi ammont sa EUR 500 miljun għall-RSFF sa l-2010. Għall-perjodu 2010-2013, ser ikun hemm il-possibiltà ta' rilaxx ta' somma addizzjonali sa EUR 500 miljun wara l-evalwazzjoni tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew taħt il-proċedura deskritta fl-Artikolu 7(2) abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta' SMEs u universitajiet, it-twettiq tal-kriterji ta' l-għażla ta' l-FP7, it-tipi ta' proġetti sostnuti u d-domanda għall-istrument ikkonċernat, it-tul tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni, ir-riżultati tal-proġett, u d-distribuzzjoni tal-fondi.

 

L-ammont li sar disponibbli mis-Seba' Programm Kwadru għandu jiżdied miegħu ammont ekwivalenti mill-BEI. Huwa ser jiġi mill-programm "Koperazzjoni" (sa 800 miljun EURO b'kontribut proporzjonali tal-prijoritajiet tematiċi kollha, minbarra xjenzi u l-istudji umanistiċi) u l-programm "Kapaċitajiet" (sa 200 miljun EURO mil-linja ta' l-infrastruttura tar-riċerka).

 

 

 

L-ammont ser ikun magħmul disponibbli progressivament lill-BEI b'kont meħud tal-livell tat-talba.

L-ammont ser ikun magħmul disponibbli progressivament lill-BEI b'kont meħud tal-livell tat-talba.

Sabiex tiġi żgurata tnedija rapida b'massa kritika ta' riżorsi, ammont li jlaħħaq l-EUR 500 miljun ser ikun progressivament allokat fil-baġit għall-perjodu sa l-evalwazzjoni interim tas-Seba' Programm Kwadru, imsemmi fl-Artikolu 7 (2) ta' din id-Deċiżjoni.). Ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni interim ser jittieħdu f'kont meta jiġi allokat l-ammont għall-perjodu li jifdal.

Sabiex tiġi żgurata tnedija rapida b'massa kritika ta' riżorsi, ammont li jlaħħaq l-EUR 500 miljun ser ikun progressivament allokat fil-baġit għall-perjodu sa l-evalwazzjoni interim tas-Seba' Programm Kwadru, imsemmi fl-Artikolu 7 (2) ta' din id-Deċiżjoni.).

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 40

Anness III, Sottotitolu "Azzjonijiet Indiretti", paragrafu 4, punt (a), punt (1)

Appoġġ għal proġetti ta' riċerka mwettqa minn konsorzji b'parteċipanti minn pajjiżi differenti, li jkollhom il-mira li jiżviluppaw għerf ġdid, teknoloġija ġdida, prodotti, attivitajiet ta' dimostrazzjoni jew riżorsi komuni għar-riċerka. Id-daqs, il-kamp ta' applikazzjoni u l-organizzazzjoni interna tal-proġetti jistgħu jvarjaw minn qasam għall-ieħor u minn suġġett għall-ieħor. Il-proġetti jistgħu jifirxu minn skala żgħira għal dik medja ffokati fuq azzjonijiet ta' riċerka għal proġetti ta' integrazzjoni fuq skala kbira għall-kisba ta' objettiv definit. Il-proġetti jistgħu jkunu mmirati wkoll lejn gruppi speċjali bħal SMEs

 

Appoġġ għal proġetti ta' riċerka mwettqa minn konsorzji b'parteċipanti minn pajjiżi differenti, li jkollhom il-mira li jiżviluppaw għerf ġdid, teknoloġija ġdida, prodotti, attivitajiet ta' dimostrazzjoni jew riżorsi komuni għar-riċerka. Id-daqs, il-kamp ta' applikazzjoni u l-organizzazzjoni interna tal-proġetti jistgħu jvarjaw minn qasam għall-ieħor u minn suġġett għall-ieħor. Il-proġetti jistgħu jifirxu minn skala żgħira għal dik medja ffokati fuq azzjonijiet ta' riċerka għal proġetti ta' integrazzjoni fuq skala kbira għall-kisba ta' objettiv definit. Il-proġetti għandhom ikunu mmirati wkoll lejn gruppi speċjali bħal SMEs u patrijiet oħrajn iżgħar.

 

Ġustifikazzjoni

Emenda mressqa bl-għan li jintlaħaq qbil mal-Kunsill.

Emenda 41
Anness I (ġdid)

ANNESS

Stqarrija tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew jenfasizza l-konvinzjoni tiegħu li l-ebda fondi taħt dan il-programm m'għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż għat-twaqqif u/jew għall-amministrazzjoni ta' l-Istitut Ewropew tat-Teknoloġija previst. Spejjeż amministrattivi biss assoċjati direttament ma' proġetti ta' riċerka jistgħu jkunu koperti skond ir-Regoli ta' Parteċipazzjoni.

(Jekk din l-emenda tkun adottata, se jiġi miżjud għar-riżoluzzjoni paragrafu addizzjonali li jinnota l-adozzjoni ta' dan l-anness għar-riżoluzzjoni)

  • [1]  Testi Adottati, 15.6.2006, P6_TA(2006)0265.
  • [2]  ĠU C 125, 24.5.2005, p. 12.
  • [3]  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

PROĊEDURA

Titolu

Posizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)

Referenzi

12032/2/2006 – C6 0318/2006 – 2005/0043(COD)

Data ta' l-ewwel qari tal-PE
– Numru P

15.6.2006

T6-0265/2006

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2005)0119 – C6-0099/2006

Proposta ġdida tal-Kummissjoni

COM(2006)0364

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

28.9.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE
27.4.2005

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Jerzy Buzek
31.3.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

2.10.2006

23.10.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

13.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:
–:

0:

39

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Šarūnas Birutis, Jan Březina, Jerzy Buzek, Joan Calabuig Rull, Pilar del Castillo Vera, Giles Chichester, Den Dover, Nicole Fontaine, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, David Hammerstein Mintz, Erna Hennicot-Schoepges, Ján Hudacký, Romana Jordan Cizelj, Werner Langen, Anne Laperrouze, Vincenzo Lavarra, Eugenijus Maldeikis, Reino Paasilinna, Vincent Peillon, Vladimír Remek, Herbert Reul, Mechtild Rothe, Paul Rübig, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Nikolaos Vakalis, Dominique Vlasto

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Cristina Gutiérrez-Cortines, Gunnar Hökmark, Lambert van Nistelrooij, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Vittorio Prodi, Esko Seppänen, Alyn Smith

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender

Data tat-tressiq

15.11.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...