RAPPORT dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza
23.11.2006 - (COM(2006)0329 – C6‑0238/2006 – 2006/0106(CNS)) - *
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
Rapporteur: Kathy Sinnott
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza
(COM(2006)0329 – C6‑0238/2006 – 2006/0106(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0329)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 152(4), it-tieni subparagrafu , tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6‑0238/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6‑0398/2006),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
| Test propost mill-Kummissjoni | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 2 a (ġdida) | |
|
|
(2a) Persuni 'l fuq minn 65 sena jirrappreżentaw 16% tal-popolazzjoni totali fl-UE, imma jirrappreżentaw sehem sproporzjonat ta' 40% tal-korrimenti fatali; għalhekk l-anzjani għandhom iżjed minn riskju doppju li jkollhom inċident fatali, u ksur ta' għadam fit-tul huwa l-kawża ewlenija ta' ammissjoni fl-isptar qalb l-anzjani. |
Ġustifikazzjoni | |
Indipendentement mill-importanza tal-korrimenti qalb it-tfal u l-adolexxenti, skond id-dejta tal-mortalità ppreżentata fil-Portal ta' l-Istatistika tal-Korrimenti, il-maġġoranza vasta tal-korrimenti jsiru fost nies anzjani. | |
Emenda 2 Premessa 5 a (ġdida) | |
|
|
(5a) Is-saħħa pubblika hija affettwata minn differenzi bijoloġiċi, l-ambjent, aċċess għal informazzjoni u kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi.
|
Emenda 3 Premessa 5 b (ġdida) | |
|
|
(5b) Il-perspettiva tas-sessi għandha tiġi inkorporata fl-oqsma kollha, inkluża fil-politika tas-saħħa. Għandhom jittieħdu passi biex isiru studji kwantitattivi bbażati fuq is-sessi u biex jiġu allokati riżorsi billi jiġi applikat il-prinċipju ta' l-ibbaġitjar ibbażata fuq is-sessi.
|
Emenda 4 Premessa 5 c (ġdida) | |
|
|
(5c) Il-vjolenza domestika fuq in-nisa hija l-kawża ewlenija ta' mewt u invalidità qalb in-nisa bejn l-etajiet ta' 16 u 44 sena.
|
Emenda 5 Premessa 6 | |
|
(6) Ir-riskju ta’ korriment mhux distribwit indaqs fl-Istati Membri u fil-gruppi soċjali. Ir-riskju ta’ mewt minn korriment huwa ħames darbiet akbar fl-Istat Membru bl-għola rata ta’ korriment milli minn dak bl-inqas rata |
(6) Ir-riskju ta’ korriment mhux distribwit indaqs fl-Istati Membri u jvarja skond il-kundizzjonijiet ambjentali, ta' xogħol u soċjali, l-età u s-sess. Ir-riskju ta’ mewt minn korriment huwa ħames darbiet akbar fl-Istat Membru bl-għola rata ta’ korriment milli minn dak bl-inqas rata |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jissemma li l-fatturi ta' riskju huma ddeterminati minn kundizzjonijiet oġġettivi bħalma huma l-ambjent tan-nies (ambjent domestiku, xogħol eċċ.) u ċ-ċirkustanzi personali ta' persuni f'riskju, bħal età, sess, eċċ. | |
Emenda 6 Premessa 7 | |
|
(7) B’kuntrast ma kawżi oħrajn ta’ mard jew mewt qabel il-waqt, il-korrimenti jistgħu jiġu evitati billi nagħmlu l-ambjent li ngħixu fih u l-prodotti u s-servizzi li nużaw aktar sikuri. Hemm evidenza vasta ta’ effettività li taħdem f’miżuri ta’ inċidenti li għadhom mhux qegħdin jiġu applikati fuq firxa wiesgħa madwar il-Komunità. |
(7) B’kuntrast ma kawżi oħrajn ta’ mard jew mewt qabel il-waqt, il-korrimenti jistgħu jiġu evitati billi nagħmlu l-ambjent li ngħixu fih u l-prodotti u s-servizzi li nużaw aktar sikuri, billi nkabbru l-kuxjenza pubblika dwar il-konsegwenzi ta' mġieba perikoluża. L-adozzjoni ta' approċċ usa' tas-saħħa pubblika jista' wkoll inaqqas b'mod sinifikanti n-numru ta' korrimenti u vjolenza. Hemm evidenza vasta ta’ effettività li taħdem f’miżuri ta’ inċidenti li għadhom mhux qegħdin jiġu applikati fuq firxa wiesgħa madwar il-Komunità. |
Ġustifikazzjoni | |
Ħafna inċidenti u korrimenti jistgħu jkunu evitati billi tikber il-kuxejnza pubblika b'mod effettiv u billi l-imġieba perikoluża tinbidel, bħas-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkolħol jew tad-drogi, etc. | |
Emenda7 Premessa 8 | |
|
(8) Bosta minn dawn il-miżuri wrew li huma ekonomiċi, għaliex il-benefiċċji tal-prevenzjoni tas-sistemi tas-saħħa ta’ spiss jaqbżu b’fattur ta’ diversi drabi l-ispejjeż għall-intervenzjoni. |
(8) Bosta minn dawn il-miżuri wrew li huma effettivi għan-nefqa, f'dik li hi l-preservazzjoni ta' l-integrità u tal-ħajjiet tal-bnedmin, għaliex il-benefiċċji tal-prevenzjoni għas-settur privat kif ukoll dak pubbliku, speċjalment għas-sistemi tas-saħħa ta’ spiss jaqbżu b’fattur ta’ diversi drabi l-ispejjeż għall-intervenzjoni. Lil hinn mill-kura tas-saħħa u l-ispejjeż ekonomiċi, is-sagrifiċċju tal-bniedem u l-ispiża reali mħallsa mis-soċjetà m'għandhomx jiġu sottovalutati, għax spejjeż ekonomiċi u tal-kura tas-saħħa ma jkoprux ir-riperkussjonijiet fuq il-familji tal-vittmi u n-netwerks ta' appoġġ soċjali, jew fuq komunitajiet, postijiet tax-xogħol u skejjel. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tingħata prijorità lill-persuni, lill-vittmi u lill-appoġġ soċjali. Il-benefiċċji jinkisbu mhux biss għas-sistemi tas-saħħa iżda għas-setturi privati u pubbliċi wkoll. | |
Emenda 8 Premessa 9 | |
|
(9) Minkejja l-fatt li l-avvanzi prinċipali saru f’numru ta’ oqsma ta’ tħassib għas-sigurtà bħat-traffiku u fuq ix-xogħol, hemm oqsma oħra li huma ħafna anqas koperti bħad-dar, id-divertiment u l-isport, inċidenti, u prevenzjoni għat-tfal u għall-anzjani. |
(9) Minkejja l-fatt li l-avvanzi prinċipali saru f’numru ta’ oqsma ta’ tħassib għas-sikurezza bħat-traffiku u fuq ix-xogħol, hemm oqsma oħra li huma ħafna anqas koperti bħad-dar, id-divertiment u l-isport, inċidenti, u prevenzjoni għat-tfal, għan-nisa u għall-anzjani. |
Emenda 9 Premessa 9 a (ġdida) | |
|
|
(9a) Minkejja studji riċenti, il-korrimenti li jirriżultaw minn vjolenza domestika għadhom sottovalutati kemm mil-lat tad-dannu fiżiku u psikoloġiku kkawżat kif ukoll mil-lat tal-piż finanzjarju mqiegħed fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-benesseri. |
Ġustifikazzjoni | |
Studji riċenti fir-Renju Unit stmaw li l-ispiża annwali tal-vjolenza domestika hija 23 biljun Sterlina, spejjeż diretti fuq is-sistema tas-saħħa konsegwenza tal-korrimenti u telf ekonomiku ta' aktar minn 4 biljun Sterlina. | |
Emenda 10 Premessa 9 b (ġdida) | |
|
|
(9b) Għandha tkun ikkunsidrata l-korrelazjoni bejn id-disponibilità u l-konsum ta' l-alkoħol u tad-drogi u l-prevalenza tal-korrimenti li jirriżultataw minn vjolenza jew inċidenti, u partikularment inċidenti tat-traffiku. |
Emenda 11 Premessa 10 | |
|
(10) Jidher għalhekk li huwa neċessarju li tiġi żviluppata sistema ta’ sorveljanza ta’ korriment u rrappurtar li jista’ jiżgura strateġija kkoordinata fl-Istati Membri kollha biex jiġu żviluppati u stabbiliti politiki nazzjonali dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti, inkluż l-iskambju ta' l-aqwa prassi. Din is-sistema se tkun żviluppata skond id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1786/2002/KE tat-23 ta’ Settembru 2002 li tadotta programm Komunitarju ta' azzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) u programmi li jiġu wara, u se tkun mibnija fuq il-bażi ta' sorveljanza nazzjonali ta' korriment u sistemi ta' rrappurtar li għandhom jiġu żviluppati f'manjiera koerenti u armonizzata. |
(10) Jidher għalhekk li huwa neċessarju li tiġi żviluppata sistema ta’ sorveljanza ta’ korriment u rrappurtar li tista’ tiżgura strateġija kkoordinata fl-Istati Membri kollha biex jiġu żviluppati u stabbiliti politiki nazzjonali dwar il-prevenzjoni ta’ korrimenti, u dwar il-promozzjoni tas-sikurezza, inkluż l-iskambju ta' l-aqwa prassi. Din is-sistema se tkun mibnija fuq il-bażi ta' sorveljanza nazzjonali ta' korriment u sistemi ta' rrappurtar li għandhom jiġu żviluppati f'manjiera koerenti u armonizzata. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir huwa introdott għax sistema ta' sorveljanza għandha tiġi ffinanzjata b'mod indipendenti għaliex hija struttura permanenti li ma tistax tiġi ffinanzjata minn Programm li għandu limitu ta' żmien. | |
Emenda 12 Premessa 10 a (ġdida) | |
|
|
(10a) Is-sistema ta' sorveljanza tal-korrimenti għandha tinkorpora l-programmi eżistenti dwar il-korrimenti u d-databases u n-netwerks tal-korriment li diġà ġew iffinanzjati b'mod estensiv mill-Kummissjoni. Din l-azzjoni hija assolutament neċessarja sabiex jintlaħqu s-sinerġiji u biex jitnaqqsu l-ispejjeż bl-użu ta' mekkaniżmi li diġà joperaw. |
Ġustifikazzjoni | |
Fondi tal-Kummissjoni Ewropea diġà ġew maħsuba għall-ħolqien u t-twaqqif ta' programmi dwar il-korrimenti u d-databases u n-netwerks ta' korrimenti. Is-sinerġiji u l-effikaċja ta' spejjeż massimi jridu jintlaħqu biss jekk jiġu inkorporati fl-iżvilupp tas-sistema ta' sorveljanza tal-korrimenti | |
Emenda 13 Premessa 10 b (ġdida) | |
|
|
(10b) Jekk is-sistemi eżistenti ta' sorveljanza tal-korrimenti u ta' monitoraġġ juru li mhumiex sostenibbli għal xi Stati Membri, għandha tintuża sistema alternattiva, pereżempju waħda li tiddependi fuq "Minimum Data Sets" li hija iżjed faċilment disponibbli u bbażata fuq statistiċi ta' l-isptarijiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Hija ovvja li jekk is-sistema diġà stabbilita ma tistax tiġi appoġġjata b'mod finanzjarju mill-Istati Membri kollha, iridu jintużaw mezzi oħra biex jiġi żgurat il-ġbir tad-dejta dwar il-korrimenti. | |
Emenda 14 Premessa 10 c (ġdida) | |
|
|
(10c) Biex jiġi żgurat li "l-aħjar prattiki" qegħdin fil-fatt jaqdu l-bżonnijiet u l-kapaċitajiet ta' kull pajjiż, iridu jiġu appoġġjati l-bini ta' l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp tar-riżorsi umani kif ukoll ir-riċerka, b'mod partikolari f'dawk il-pajjiżi bl-ikbar sehem ta' korrimenti li jistgħu jiġu evitati. |
Emenda 15 Premessa 11 | |
|
(11) Sabiex ir-riżorsi tal-Programm Komunitarju tas-Saħħa Pubblika jiġu ssimplifikati u tiġi indirizzata l-prevenzjoni ta’ korriment bl-aktar mod effettiv, ġew identifikati seba' oqsma ta' prijorità: is-sigurtà tat-tfal u ta’ l-addoloxxenti, is-sigurtà ta’ l-anzjani, is-sigurtà ta’ l-utenti tat-triq li huma vulnerabbli, il-prevenzjoni tal-korriment fl-isport, il-prevenzjoni tal-korriment ikkawżat minn prodotti u servizzi, il-prevenzjoni li wieħed iwaġġa’ lilu nnifsu u l-prevenzjoni ta’ vjolenza. Dawn l-oqsma ta’ prijorità ġew iddeterminati billi jitqies l-impatt soċjali ta’ korrimenti f’termini tan-numru u l-gravità, l-evidenza dwar l-effettività ta’ azzjonijiet ta’ intervenzjoni u l-fattibilità ta’ implimentazzjoni b’suċċess fl-Istati Membri. |
(11) Sabiex tiġi indirizzata l-prevenzjoni ta’ korriment bl-aktar mod effettiv, ġew identifikati tmien oqsma ta' prijorità: is-sikurezza tat-tfal u ta’ l-adoloxxenti, is-sikurezza ta’ l-anzjani, is-sikurezza ta’ l-utenti tat-triq, b'mod partikulari ta' dawk li huma vulnerabbli, il-prevenzjoni ta' korrimenti u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, il-prevenzjoni tal-korriment fl-isport u fil-ħin liberu, il-prevenzjoni tal-korriment ikkawżat minn prodotti u servizzi, il-prevenzjoni ta' l-awtokorriment u l-prevenzjoni ta’ vjolenza, b'mod partikolari l-vjolenza fuq in-nisa u t-tfal. Dawn l-oqsma ta’ prijorità ġew iddeterminati billi jitqies l-impatt soċjali ta’ korrimenti f’termini tan-numru u l-gravità, l-evidenza dwar l-effettività ta’ azzjonijiet ta’ intervenzjoni u l-fattibilità ta’ implimentazzjoni b’suċċess fl-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir huwa introdott għax sistema ta' sorveljanza għandha tiġi ffinanzjata b'mod indipendenti għaliex hija struttura permanenti li ma tistax tiġi ffinanzjata minn Programm li għandu limitu ta' żmien. | |
Għalkemm ġiet mogħtija attenzjoni partikulari lill-utenti tat-triq li huma vulnerabbli, bħalma huma sewwieqa tar-roti u persuni li jimxu, l-utenti tat-triq kollha huma fir-riskju ta' korriment. Il-qasam tal-prijorita tal-prevenzjoni ta' korriment relatat mal-ħin liberu u mas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol jeħtieġ attenzjoni akbar. | |
Emenda 16 Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri, punt (1) | |
|
(1) Jiżviluppaw sorveljanza nazzjonali ta' korriment u sistema ta' rrappurtar, li tipprovdi informazzjoni komparabbli, timmonitorja l-evoluzzjoni ta' riskji ta' korriment u l-effetti ta’ miżuri ta’ prevenzjoni matul iż-żmien u janalizzaw il-bżonnijiet biex jidħlu inizjattivi addizzjonali dwar is-sigurtà tal-prodotti u tas-servizzi |
(1) Jiżviluppaw sorveljanza nazzjonali ta' korriment u sistema ta' rrappurtar li taċċedi databases rilevanti oħra, li tipprovdi informazzjoni komparabbli u dejta organizzata skond is-sess u l-età, timmonitorja l-evoluzzjoni ta' riskji ta' korriment billi tiffoka fuq fatturi li jiddeterminaw il-korrimenti, timmoniterja l-effetti ta’ miżuri ta’ prevenzjoni matul iż-żmien u tanalizza l-bżonnijiet biex jidħlu inizjattivi addizzjonali, l-ewwel dwar is-sikurezza tal-prodotti u tas-servizzi u t-tieni dwar it-tkabbir fil-kuxejnza pubblika, b'attenzjoni partikulari lill-gruppi vulnerabbli bħaż-żgħażagħ; |
|
|
(1a) Jiżviluppaw koperazzjoni multisettorjali, jinvolvu u jsaħħu sħubiji mal-partijiet interessati fil-livelli lokali, nazzjonali u internazzjonali u jipprovdu koordinazzjoni u rispons integrat għal korrimenti u nuqqas ta' sigurtà. |
Ġustifikazzjoni | |
Filwaqt li tinġabar dejta ta' statistika, ikun importanti li jkun hemm perpsettiva ta' sess sabiex ikun stabbilit liema tip ta' inċidenti huma l-aktar frekwenti għan-nisa u għall-irġiel, kif ukoll il-possibilità ta' analiżi permezz ta' l-età. | |
Jekk ikun possibbli, informazzjoni speċifika tista' tinġabar ukoll billi titqies id-dejta minn riżorsi varji. Barra minn hekk, sabiex jitjieb it-tbassir ta' korrimenti, huwa kruċjali li kull każ fatali jiġi investigat individwalment billi l-informazzjoni tiġi analizzata biċċa biċċa, u billi jintużaw il-fatturi li jiddeterminaw. Din tifforma bażi ta' veru għall-iżvilupp ta' politiki effiċjenti u għall-promozzjoni tas-sikurezza. Fl-aħħarnett, inizjattivi oħra m'għandhomx jiffukaw biss fuq is-sikurezza ta' prodotti u servizzi. | |
Emenda 17 Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri, punt (2) | |
|
(2) Jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali biex jipprevjenu inċidenti u korrimenti, jibdew kooperazzjoni interdipartimentali u jżidu opportunitajiet ta’ finanzjament għal azzjonijiet ta’ kampanji, jippromwovu s-sigurtà u jimplimentaw dawn il-pjanijiet nazzjonali fil-prattika, b'attenzjoni partikolari għal tfal, anzjani u utenti tat-triq vulnerabbli, u b'attenzjoni partikolari għal korriment fl-isport, korrimenti kkawżati minn servizzi u prodotti, vjolenza u li wieħed iwaġġa’ lilu nnifsu |
(2) Jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali biex jipprevjenu inċidenti u korrimenti, jibdew kooperazzjoni interdipartimentali kif ukoll kollaborazzjoni ma' partijiet interessati, iżidu opportunitajiet ta’ finanzjament għal azzjonijiet ta’ kampanji, joħolqu inċentivi sabiex jippromwovu s-sigurtà u jimplimentaw dawn il-pjanijiet nazzjonali fil-prattika, b'attenzjoni partikolari għal gruppi ta' riskju għoli bħalma huma tfal, anzjani, nies b'diżabilita, nisa, u utenti tat-triq, u b'attenzjoni partikolari għal korriment fl-isport u fil-ħin liberu, korrimenti kkważati minn mutilazzjoni tal-ġenitali tal-mara, korrimenti kkawżati minn servizzi u prodotti, vjolenza, speċjalment vjolenza domestika fuq in-nisa u t-tfal, u l-awtokorriment. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħala żieda mal-koperazzjoni bejn id-dipartimenti, għandha tiġi kkunsidrata koperazzjoni vertikali ma' partijiet interessati. | |
Peress li hemm numru kbir ta' korrimenti li jirriżultaw minn vjolenza domestika u peress li huwa magħruf li din tapplika l-aktar għan-nisa, huwa neċessarju li dan ikun fost il-prijoritajiet, li anki japplika għal tfajliet immigranti u għall-mutilazzjoni genitali. | |
Emenda 18 Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri, punt (2 a) (ġdid) | |
|
|
(2a) Jagħmlu studji xjentifiċi partikolarment fuq atteġġjament ta' awtokorriment u ta' teħid ta' riskju. |
Ġustifikazzjoni | |
B'mod ġenerali, huwa importanti li wieħed iħares lejn ir-raġuni u l-mod kif iseħħu l-korrimenti. B'mod speċifiku, hemm bżonn ta' studji fil-qasam ta' l-awtokorriment. Ċerti każi ta' korriment huma kategorizzati b'mod żbaljat bħala awtokorriment, filwaqt li każijiet oħra kkawżati minn awtokorriment mhumiex identifikati bħala tali. Hemm bżonn ukoll ta' aktar studju fil-qasam ta' atteġġament ta' awtokorriment, li huwa fattur determinanti dominanti tal-korriment. | |
Emenda 19 Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri, punt (2 b) (ġdid) | |
|
|
(2b) Trid tingħata attenzjoni partikolari lill-fatturi determinanti soċjali li jikkawżaw korrimenti u nuqqas ta' sigurtà: l-ikbar differenza fir-rati tal-korrimenti, tal-mortalità u tal-morbidità hija bejn pajjiżi ifqar u iktar sinjuri, u bejn il-klassijiet soċjali fil-pajjiżi. Id-differenza qiegħda tikber, minħabba fatturi bħalma huma iżjed traffiku fuq it-toroq, l-inugwaljanzi dejjem jikbru f'dak li hu dħul, qgħad ogħla, tnaqqis fl-appoġġ soċjali, liberalizzazzjoni tas-suq u disponibilità akbar ta' alkoħol, u mekkaniżmi regolatorji u ta' infurzar li mhumiex tajba. Dawk li huma bla xogħol, gruppi ta' minoranzi etniċi, ħaddiema immigranti, refuġjati u persuni b'diżabilità u bla dar huma b'mod partikolari fir-riskju; |
Emenda 20 Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri, punt (2 c) (ġdid) | |
|
|
(2c) Jieħdu miżuri sabiex databases dwar 'prattiki tajba' għall-prevenzjoni ta' korrimenti jiġu bbażati fuq dejta tajba li tqis ċirkustanzi lokali, u huma appoġġjati mir-riċerka li tindika ċ-ċirkustanzi speċifiċi soċjali, ekonomiċi, infrastrutturali u kulturali li fihom tiġi implimentata politika li jkollha suċċess; |
Ġustifikazzjoni | |
Dak li jaħdem tajjeb f'pajjiż wieħed għall-prevenzjoni ta' korrimenti mhux bil-fors jaħdem ukoll f'pajjiżi oħra. Għandha tinkiseb ċarezza akbar rigward iċ-ċirkustanzi soċjali, ekonomiċi, politiċi, kulturali u infrastrutturali li jiddeterminaw l-effikaċja tal-politika, il-prijoritajiet tal-gvernijiet, kemm il-popolazzjonijiet huma riċettivi, u l-kapaċitajiet ta' l-ekonomiji tal-pajjiżi. | |
Emenda 21 Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri, punt (3) | |
|
(3) Jiżguraw li l-prevenzjoni ta’ korriment u promozzjoni ta’ sigurtà tidħol b’mod sistematiku fit-taħriġ vokazzjonali ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa, sabiex dawn il-gruppi jistgħu jservu bħala konsulenti kompetenti għall-pazjenti u għall-klijenti tagħhom u għall-pubbliku. |
(3) Jiżguraw li l-prevenzjoni ta’ korriment u l-promozzjoni tas-sikurezza tidħol b’mod sistematiku billi jitjiebu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa u professjonisti oħra, sabiex dawn il-gruppi jistgħu jservu bħala konsulenti kompetenti għall-pazjenti u għall-klijenti tagħhom u għall-pubbliku. Titkabbar il-kuxjenza pubblika dwar kawżi u konsegwenzi billi jiġu enfasizzati r-responsabiltajiet kemm ta' l-individwi kif ukoll tas-soċjeta rigward il-prevenzjoni ta' korriment u l-promozzjoni tas-sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-promozzjoni tas-sikurezza ma tistax tiġi limitata għat-taħriġ ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa. Il-promozzjoni tas-sikurezza hija kkjarifikata billi jissemma l-ħolqien ta' kuxjenza pubblika. Barra minn hekk, hija enfasizzata l-importanza ta' l-irwol ta' kull ċittadin li jevita l-inċidenti u li jgħin lil ħaddieħor. | |
Emenda 22 Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri, punt (3 a) (ġdid) | |
|
|
(3a) Jiżguraw li kumpaniji ta' l-assikurazzjoni li għandhom aċċess għal dejta dwar il-korrimenti jipprovdu d-dejta relevanti kollha lill-Istati Membri sabiex iħaffu d-definizzjoni tal-mekkaniżmi u tal-postijiet fejn isiru l-inċidenti b'mod frekwenti u jużaw din l-informazzjoni biex itejbu l-prevenzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa ċar li l-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni għandhom dejta dwar il-korrimenti u din tista' tgħin lill-Istati Membri biex jagħżlu l-aħjar prijorità li fuqha għandhom jiġu investiti l-flus sabiex jiġu evitati iżjed inċidenti.. | |
Emenda 23 Rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni, punt (1) | |
|
(1) Tappoġġja u tagħti prijorità, fi ħdan il-qafas tal-Programm Komunitarju tas-Saħħa Pubblika u fil-programmi li jiġu wara, biex tistabbilixxi sistema ta’ sorveljanza mifruxa mal-Komunità kollha biex tiġbor data dwar korriment ipprovduta mill-Istati Membri fuq il-bażi tas-sistemi nazzjonali ta' korriment u tagħmel l-informazzjoni li fiha d-database aċċessibbli b'mod faċli lill-partijiet interessati kollha; |
(1) Tappoġġja u tagħti prijorità għall-istabbiliment ta' sistema ta’ sorveljanza mifruxa mal-Komunità kollha biex tiġbor dejta dwar korriment ipprovduta mill-Istati Membri fuq il-bażi tas-sistemi nazzjonali ta' korriment u tagħmel l-informazzjoni li fiha d-database aċċessibbli b'mod faċli lill-partijiet interessati kollha; |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir huwa introdott għax sistema ta' sorveljanza għandha tiġi ffinanzjata b'mod indipendenti għaliex hija struttura permanenti li ma tistax tiġi ffinanzjata minn Programm li għandu limitu ta' żmien. . | |
Emenda 24 Rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni, punt (1 a) (ġdid) | |
|
|
(1a) Tippreżenta proposta leġiżlattiva għall-istabbiliment ta' sistema ta' sorveljanza tal-korrimenti madwar il-Komunità għall-iskambju ta' informazzjoni dwar prattiki tajba u għat-tixrid ta' informazzjoni, kif imsemmi f'punt 1, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi qbil ma' l-Artikolu 251 tat-Trattat, inklużi dettalji preċiżi ta' l-implikazzjonijiet finanzjarji; |
Ġustifikazzjoni | |
Skond ir-Rapport ta' l-2005 ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (id-WHO) dwar is-Saħħa Ewropea, f'dawk li huma s-Snin ta' Ħajja Aġġustati għad-Diżabilità (DALYs), waħda mill-iktar kawżi importanti tal-piż ta' mard fir-Reġjun Ewropew tal-WHO huma kawżi esterni ta' korriment u vvelenar (14%) u għalhekk għandha tiġi attribwita attenzjoni speċjali u ffinanzjar speċifiku għal kwistjoni maġġura bħal din. | |
Emenda 25 Rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni, punt (2) | |
|
(2) Tistabbilixxi mekkaniżmu mifrux mal-Komunità kollha għal skambju ta’ informazzjoni dwar prassi tajba u tferrex din l-informazzjoni mal-partijiet interessati relevanti kollha; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kontenut ta' punt (2) diġà ġie kopert minn punt (1) u (1)a (ġdid). | |
Emenda 26 Rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni, punt (3 a) (ġdid) | |
|
|
(3a) Appoġġ permezz ta' azzjonijiet tal-Fondi ta' Koeżjoni u tal-Fondi Strutturali li jkopru l-prevenzjoni tal-korrimenti u l-infrastruttura aħjar u inqas perikoluża; |
Emenda 27 Rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni, punt (4) | |
|
(4) Tappoġġja l-iżvilupp ta’ prassi tajba u ta’ azzjonijiet ta’ politika fir-rigward tas-seba' oqsma ta' prijorità identifikati bl-użu tar-riżorsi previsti fil-Programm Komunitarju tas-Saħħa Pubblika u l-programmi li jiġu wara, fil-qafas ġenerali biex jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet Komunitarji b’appoġġ ta’ politika ta’ konsumatur u fil-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka; |
(4) Tiżviluppa prassi tajba u ta’ azzjonijiet ta’ politika fir-rigward tat-tmien oqsma ta' prijorità identifikati; sabiex tiżgura li l-programmi futuri kollha dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u t-tħeġġiġ tas-sikurezza jqisu n-nuqqas ta' ugwaljanzi fis-saħħa, billi żżomm f'moħħha li nuqqas ta' aċċess għal appoġġ soċjali, koeżjoni fqira tal-Komunità u esklużjoni soċjali jnaqqsu l-kapaċità tal-persuni biex jifilħu għal kunflitt soċjali mingħajr ma jirrikorru għall-vjolenza, inkluż l-awtokorriment; |
Ġustifikazzjoni | |
It-tħassir huwa introdott għax sistema ta' sorveljanza għandha tiġi ffinanzjata b'mod indipendenti għaliex hija struttura permanenti li ma tistax tiġi ffinanzjata minn Programm li għandu limitu ta' żmien. | |
Emenda 28 Rakkomandazzjoni għall-Kummissjoni, punt (5) | |
|
(5) Twettaq rapport ta’ valutazzjoni għal erba’ snin wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni biex tiddetermina jekk il-miżuri proposti humiex qegħdin jaħdmu b’mod effettiv u biex janalizzaw il-bżonn għal aktar azzjonijiet; |
(5) Twettaq rapport ta’ valutazzjoni għal erba’ snin wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni biex tiddetermina jekk il-miżuri proposti humiex qegħdin jaħdmu b’mod effettiv, biex tanalizza l-bżonn għal aktar azzjonijiet u biex tagħmel evalwazzjoni ta' impatt dwar is-sess ta' miżuri u azzjonijiet futuri. |
Ġustifikazzjoni | |
Proposta għar-Rakkomandazzjoni u għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tinkludix la riferenza għal evalwazzjoni ta' impatt li saret qabel, u lanqas intenzjoni li din l-evalwazzjoni ssir fil-futur. Sabiex din is-sitwazzjoni titbiddel huwa neċessarju li evalwazzjoni ta' impatt dwar is-sess tkun parti mandatorja tar-rapport. | |
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.
NOTA SPJEGATTIVA
Madwar 235,000 ċittadin fl-Unjoni Ewropea jmutu kuljum minħabba inċident jew korrimenti relatati ma' vjolenza. Dan ifisser iktar minn 600 fatalita kkawżata b'korriment kuljum. Il-korrimenti jikkontribwixxu wkoll għall-piżijiet soċjali u ekonomiċi, li huma madwar 7 miljun ammissjoni fi sptar u 65 miljun trattament mediku kull sena. Sabiex jitnaqqsu dawn il-piżijiet, ir-rapporteur jenfasizza l-kwistjonijiet ta' ġbir tad-dejta u l-kwalita tad-dejta, u jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tas-sikurezza, kif ukoll li titqajjem kuxjenza dwar it-tnaqqis fl-ispejjeż permezz ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' korriment. Barra minn hekk, ir-rapporteur jixtieq jikkjarifika z-zoni ta' prijorita u jenfasizza l-ħtieġa għal koperazzjoni bejn is-setturi u l-involviment tal-partijiet interessati.
Sabiex jitjieb it-tbassir ta' korrimenti, huwa kruċjali li kull każ fatali jiġi investigat individwalment billi l-informazzjoni tiġi analizzata biċċa biċċa, u billi jintużaw il-fatturi li jiddeterminaw bħalma huma dawk imsemmija hawn fuq. Din tifforma bażi ta' veru għall-iżvilupp ta' politiki effiċjenti u għall-promozzjoni tas-sikurezza. Informazzjoni speċifika tista' tinġabar ukoll billi tingħaqad id-dejta minn riżorsi varji bħal Eurostat jew kumpaniji ta' l-assigurazzjoni. Dawn ta' l-aħħar jistgħu jkollhom aċċess għal informazzjoni aktar preċiża dwar il-kawżi ta' korriment.
Il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tiffoka l-aktar fuq il-ġbir ta' informazzjoni dwar korrimenti billi tiġi mwaqqfa sistema ta' sorveljanza. Madankollu, ir-rapport ma jsemmix ħafna dwar il-promozzjoni tas-sikurezza, għalkemm hija msemmija fit-titolu. Hemm riferiment għaliha darbtejn biss fid-dokument kollu u mhijiex imsemmija b'mod ċar. Din għandha tingħata aktar importanza, speċjalment rigward il-ħolqien ta' kuxjenza pubblika. Hemm bżonn ta' ħolqien ta' kuxjenza u taħriġ/edukazzjoni fi gruppi relevanti barra minn dawk ta' professjonisti tal-kura tas-saħħa. Fl-aħħarnett, m'għandniex ninsew li l-ħajja tal-bniedem hija fraġli u li korrimenti xorta se jiġru. In-nies għandhom isiru aktar konxji li ma jistgħux jilagħbu bil-ħajja, fatt li mid-dehra ma tantx qed jitqies biżżejjed illum. Għalhekk, il-ħolqien ta' kuxjenza pubblika u t-titjib ta' l-edukazzjoni, speċjalment għal gruppi ta' riskju għoli, huma neċessarji.
Ir-riċerka xjentifika turi li l-miżuri għall-prevenzjoni ta' korriment tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f'dak privat. Għal dan ta' l-aħħar, inċentivi bħalma huma sussidji u/jew kumpens jikkontribwixxu għat-titjib ta' prattiki ta' sikurezza u tagħmir ta' sikurezza.
Ftit miz-zoni ta' prijorita identifikati fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill jista' jintlaħaq ftehim fuqhom (is-sikurezza tat-tfal u ta’ l-adoloxxenti, is-sikurezza ta’ l-anzjani, il-prevenzjoni tal-korriment ikkawżat minn prodotti u servizzi, u l-prevenzjoni ta’ vjolenza fuq ħaddieħor). Iżda għandhom jiġu kjarifikati prijoritajiet oħra. Għalkemm ġiet mogħtija attenzjoni partikulari lill-utenti tat-triq li huma vulnerabbli, bħalma huma sewwieqa tar-roti u persuni li jimxu, l-utenti tat-triq kollha huma fir-riskju ta' korriment, fatt li għandu jidher fil-kategorija. Hemm bżonn ta' studji fil-qasam ta' l-awtokorriment. Ċerti każi ta' korriment huma kategorizzati b'mod żbaljat bħala awtokorriment, filwaqt li każijiet oħra kkawżati minn awtokorriment mhumiex identifikati bħala tali. Korrimenti fl-isports huma l-akbar numru ta' inċidenti serji, minkejja l-fatt li huma taħt il-gwida ta' 'trainers' ta' l-isports. Madankollu, attivitajiet fil-ħin liberu, li mhumiex kontrollati jew li jseħħu b'mod okkażjonali jew spontanju (bħal 'skateboarding') mhumiex inklużi fil-proposta. Għalhekk, din iz-zona ta' prijorita ġiet imwessa' sabiex tinkludi l-prevenzjoni ta' korriment relatat mal-ħin liberu kif ukoll ma' l-isports.
S'issa, il-proposta ssemmi biss rabtiet pubbliċi-pubbliċi; pero, għandha titqies il-koperazzjoni vertikali ma' partijiet interessati. Għalhekk, il-ħtieġa għal kollaborazzjoni ppjanata ma' l-NGOs li qed jaħdmu fil-qasam ta' prevenzjoni ta' korriment (speċjalment l-Uffiċċju Ewropew tal-WHO) qed tidher f'dan ir-rapport. Barra minn hekk, il-prevenzjoni ta' korrimenti tinvolvi kunsiderazzjonijiet soċjali u morali sinifikanti sabiex tiġi enfasizzata r-responsabilta ta' l-individwu biex jgħin lill-oħrajn fil-komunita lokali, b'mod partikulari dawk l-aktar vulnerabbli għall-korriment (pereżempju t-tfal, l-adolexxenti, n-nisa tqal, l-anzjani, u l-persuna b'diżabilita). Din hija r-raġuni għaliex ir-rabta mal-komunitajiet hija kruċjali biex jitnaqqas il-piż tal-korrimenti.
Huwa importanti li wieħed isemmi li l-fatturi ta' riskju ta' korriment huma determinati minn kundizzjonijiet oġġettivi, pereżempju, il-kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi kif ukoll l-aspett tas-sessi għandhom jiġu meqjusa. Barra minn hekk, għandhom jiġu meqjusa l-vjolenza domestika u l-korrelazzjoni bejn il-konsum ta' l-alkoħol u d-drogi u l-prevalenza tal-korrimenti.
(CNS)
14.11.2006
OPINJONI
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza
(COM(2006)0329 – – C6‑0238/2006 – 2006/0106(CNS))
Rapporteur għal opinjoni: Maria Carlshamre
EMENDI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jitlob lill-Kumitat għall-Ambjent, is-saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
| Test propost mill-Kummissjoni[1] | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 Premessa 7 | |
|
(7) B’kuntrast ma' kawżi oħrajn ta’ mard jew mewt qabel il-waqt, il-korrimenti jistgħu jiġu evitati billi nagħmlu l-ambjent li ngħixu fih u l-prodotti u s-servizzi li nużaw aktar sikuri. Hemm evidenza vasta ta’ effettività li taħdem f’miżuri ta’ inċidenti li għadhom mhux qegħdin jiġu applikati fuq firxa wiesgħa madwar il-Komunità.
|
(7) B’kuntrast ma kawżi oħrajn ta’ mard jew mewt qabel il-waqt, il-korrimenti jistgħu jiġu evitati billi nagħmlu l-ambjent li ngħixu fih u l-prodotti u s-servizzi li nużaw aktar sikuri, billi ngħollu l-għarfien tal-pubbliku dwar il-konsegwenzi ta' mġieba ħażina. Hemm evidenza vasta ta’ effettività ppruvata f’miżuri ta’ prevenzjoni li għadhom mhux qegħdin jiġu applikati fuq firxa wiesgħa madwar il-Komunità. |
Or. fr | |
Ġustifikazzjoni | |
Ħafna inċidenti u korrimenti jistgħu jkunu evitati billi jgħola l-għarfien pubbliku b'mod effettiv u billi l-imġieba ħażina tinbidel, bħas-sewqan taħt l-influwenza ta' l-alkolħol jew tad-drogi, etc. | |
Emenda 2 Premessa 9 | |
|
(9) Minkejja l-fatt li l-avvanzi prinċipali saru f’numru ta’ oqsma ta’ tħassib għas-sigurtà bħat-traffiku u fuq ix-xogħol, hemm oqsma oħra li huma ħafna anqas koperti bħad-dar, id-divertiment u l-isport, inċidenti, u prevenzjoni għat-tfal u għall-anzjani. |
(9) Minkejja l-fatt li l-avvanzi prinċipali saru f’numru ta’ oqsma ta’ tħassib għas-sikurezza bħat-traffiku u fuq ix-xogħol, hemm oqsma oħra li huma ħafna anqas koperti bħad-dar, id-divertiment u l-isport, inċidenti, u prevenzjoni għat-tfal, għan-nisa u għall-anzjani. |
Emenda 3 Premessa 9 a (ġdida) | |
|
|
(9a) Minkejja studji riċenti, il-korrimenti riżultat ta' vjolenza domestika għandhom issottovalutati mill-punt fiżiku u dtad-dannu psikoloġiku kkawżat u tal-piż finanzjarju mqiegħed fuq is-sistemi tas-saħħa u tal-benesseri. |
Ġustifikazzjoni | |
Studji riċenti fir-Renju Unit stima li l-ispiża annwali tal-vjolenza domestika hija 23 biljun Sterlina, spejjeż diretti fuq is-sistema tas-saħħa konsegwenza tal-korrimenti u telf ekonomiku ta' aktar minn 4 biljun Sterlina. | |
Emenda 4 Premessa 9 b (ġdida) | |
|
|
(9b) Għandha tkun ikkunsidrata l-korrelazjoni bejn id-disponibbilità u l-konsum ta' l-alkoħol u tad-drogi u l-prevalenza tal-korrimenti riżultata ta' vjolenza jew inċidenti, u partikularment inċidenti tat-traffiku. |
Emenda 5 Premessa 11 | |
|
(11) Sabiex ir-riżorsi tal-Programm Komunitarju tas-Saħħa Pubblika jiġu ssimplifikati u tiġi indirizzata l-prevenzjoni ta’ korriment bl-aktar mod effettiv, ġew identifikati seba' oqsma ta' prijorità: is-sigurtà tat-tfal u ta’ l-addoloxxenti, is-sigurtà ta’ l-anzjani, is-sigurtà ta’ l-utenti tat-triq li huma vulnerabbli, il-prevenzjoni tal-korriment fl-isport, il-prevenzjoni tal-korriment ikkawżat minn prodotti u servizzi, il-prevenzjoni li wieħed iwaġġa’ lilu nnifsu u l-prevenzjoni ta’ vjolenza. Dawn l-oqsma ta’ prijorità ġew iddeterminati billi jitqies l-impatt soċjali ta’ korrimenti f’termini tan-numru u l-gravità, l-evidenza dwar l-effettività ta’ azzjonijiet ta’ intervenzjoni u l-fattibilità ta’ implimentazzjoni b’suċċess fl-Istati Membri. |
(11) Sabiex ir-riżorsi tal-Programm Komunitarju tas-Saħħa Pubblika jiġu ssimplifikati u tiġi indirizzata l-prevenzjoni ta’ korriment bl-aktar mod effettiv, ġew identifikati seba' oqsma ta' prijorità: is-sikurezza tat-tfal u ta’ l-addoloxxenti, is-sikurezza ta’ l-anzjani, is-sikurezza ta’ l-utenti tat-triq li huma vulnerabbli, il-prevenzjoni tal-korriment fl-isport, il-prevenzjoni tal-korriment ikkawżat minn prodotti u servizzi, il-prevenzjoni li wieħed iwaġġa’ lilu nnifsu u l-prevenzjoni ta’ vjolenza, b'mod partikolari l-vjolenza kontra n-nisa. Dawn l-oqsma ta’ prijorità ġew iddeterminati billi jitqies l-impatt soċjali ta’ korrimenti f’termini tan-numru u l-gravità, l-evidenza dwar l-effettività ta’ azzjonijiet ta’ intervenzjoni u l-fattibilità ta’ implimentazzjoni b’suċċess fl-Istati Membri. |
Emenda 6
Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri, (1)
|
(1) Jiżviluppaw sorveljanza nazzjonali ta' korriment u sistema ta' rrappurtar, li jipprovdu informazzjoni komparabbli, jimmonitorjaw l-evoluzzjoni ta' riskji ta' korriment u l-effetti ta’ miżuri ta’ prevenzjoni matul iż-żmien u janalizzaw il-bżonnijiet biex jidħlu inizjattivi addizzjonali dwar is-sikurezza tal-prodotti u tas-servizzi; |
(1) Jiżviluppaw sorveljanza nazzjonali ta' korriment u sistema ta' rrappurtar, li tipprovdu informazzjoni komparabbli u dejta organizzata skond is-sess u l-età, timmonitorja l-evoluzzjoni ta' riskji ta' korriment u l-effetti ta’ miżuri ta’ prevenzjoni matul iż-żmien u tanalizza l-bżonnijiet biex jidħlu inizjattivi addizzjonali, l-ewwel dwar is-sikurezza tal-prodotti u tas-servizzi u t-tieni dwar iż-żieda fl-għarfien tal-pubbliku, b'attenzjoni partikulari lill-gruppi vulnerabbli bħaż-żgħażagħ; |
|
Ġustifikazzjoni
Filwaqt li tinġabar dejta statistika jkun importanti li jkun hemm perpsettiva ta' sess sabiex ikun stabbilit liema tip ta' inċidenti huma l-aktar frekwenti għan-nisa u għall-irġiel u xiex - għan-nisa, kif ukoll il-possibilità ta' analiżi permezz ta' l-età.
Emenda 7 Rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri, (2) | |
|
(2) Jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali biex jipprevjenu inċidenti u korrimenti, jibdew kooperazzjoni interdipartimentali u jżidu opportunitajiet ta’ finanzjament għal azzjonijiet ta’ kampanji, jippromwovu s-sigurtà u jimplimentaw dawn il-pjanijiet nazzjonali fil-prattika, b'attenzjoni partikolari għal tfal, anzjani u utenti tat-triq vulnerabbli, u b'attenzjoni partikolari għal korriment fl-isport, korrimenti kkawżati minn servizzi u prodotti, vjolenza u li wieħed iwaġġa’ lilu nnifsu. |
(2) Jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali biex jipprevjenu inċidenti u korrimenti, jibdew kooperazzjoni interdipartimentali u jżidu opportunitajiet ta’ finanzjament għal azzjonijiet ta’ kampanji, jippromwovu s-sikurezza u jimplimentaw dawn il-pjanijiet nazzjonali fil-prattika, b'attenzjoni partikolari għal tfal, partikularment tfajliet żgħar, anzjani, nies b'diżablità, nisa u utenti tat-triq vulnerabbli, u b'attenzjoni partikolari għal korriment fl-isport, korrimenti kkawżati minn mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, korrimenti kkawżati minn servizzi u prodotti, vjolenza, speċjalment il-vjolenza domestika, u li wieħed iwaġġa’ lilu nnifsu. |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li hemm numru kbir ta' korrimenti riżultanti minn vjolenza domestika u peress li huwa magħruf li dan japplika l-aktar għan-nisa, huwa neċessarju li dan ikun fost il-prijoritajiet, li anki japplika għal tfajliet immigranti u għall-mutilazzjoni genitali. | |
Emenda 8 Lill-Kummissjoni, (5) | |
|
(5) Twettaq rapport ta’ valutazzjoni għal erba’ snin wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni biex tiddetermina jekk il-miżuri proposti humiex qegħdin jaħdmu b’mod effettiv u biex janalizzaw il-bżonn għal aktar azzjonijiet; |
(5) Twettaq rapport ta’ valutazzjoni għal erba’ snin wara l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni biex tiddetermina jekk il-miżuri proposti humiex qegħdin jaħdmu b’mod effettiv, biex tanalizza l-bżonn għal aktar azzjonijiet u biex tagħmel evalwazzjoni ta' impatt dwar is-sess ta' miżuri u azzjonijiet futuri; |
Ġustifikazzjoni | |
Proposta għar-Rakkomandazzjoni u għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tinkludix la riferenza għal evalwazzjoni ta' impatt li saret qabel, u lanqas intenzjoni li din l-evalwazzjoni ssir fil-futur. Sabiex din is-sitwazzjoni titbiddel huwa neċessarju li evalwazzjoni ta' impatt dwar is-sess tkun parti mandatorja tar-rapport. | |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza |
||||||
|
Referenzi |
COM(2006)0329 – C6‑0238/2006 – 2006/0106(CNS) |
||||||
|
Kumitat risponsabbli |
ENVI |
||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
FEMM |
||||||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
|
Rapporteur ta' opinjoni |
Maria Carlshamre |
||||||
|
Rapporteur ta' opinjoni preċedenti |
|
||||||
|
Eżami fil-kumitat |
5.10.2006 |
13.11.2006 |
|
|
|
||
|
Data ta' l-adozzjoni |
13.11.2006 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 0 0 |
|||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Maria Carlshamre, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Lívia Járóka, Piia-Noora Kauppi, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marie-Line Reynaud, Teresa Riera Madurell, Raül Romeva i Rueda, Amalia Sartori, Eva-Britt Svensson, Anne Van Lancker, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská |
||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Anna Hedh, Zita Pleštinská |
||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Albert Deß, Viktória Mohácsi |
||||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
||||||
PROĊEDURA
|
Titolu |
Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza |
||||||
|
Referenzi |
COM(2006)0329 - C6-0238/2006 - 2006/0106(CNS) |
||||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-Parlament |
11.7.2006 |
||||||
|
Kumitat responsabbli |
ENVI |
||||||
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
EMPL |
TRAN 5.9.2006 |
FEMM 5.9.2006 |
|
|
||
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
EMPL 10.7.2006 |
TRAN 12.7.2006 |
|
|
|
||
|
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
- |
|
|
|
|
||
|
Rapporteur(s) |
Kathy Sinnott |
|
|||||
|
Rapporteur(s) preċedenti |
- |
|
|||||
|
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni Data tad-deċiżjoni |
- |
||||||
|
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
- |
||||||
|
Eżami fil-kumitat |
10.10.2006 |
|
|
|
|
||
|
Data ta' l-adozzjoni |
21.11.2006 |
||||||
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 |
|||||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Irena Belohorská, Johannes Blokland, Frieda Brepoels, Dorette Corbey, Chris Davies, Avril Doyle, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Alessandro Foglietta, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Jens Holm, Mary Honeyball, Caroline Jackson, Aldis Kušķis, Peter Liese, Jules Maaten, Roberto Musacchio, Péter Olajos, Adriana Poli Bortone, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Dagmar Roth-Berendt, Guido Sacconi, Kathy Sinnott, Antonios Trakatellis, Evangelia Tzampazi, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman |
||||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bairbre de Brún, Milan Gaľa, Vasco Graça Moura, Ria Oomen-Ruijten, Pál Schmitt, Renate Sommer, Bart Staes, Andres Tarand, Marcello Vernola |
||||||
|
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jens Holm |
||||||
|
Data tat-tressiq |
23.11.2006 |
|
|||||
|
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
- |
||||||
- [1] ĠU C... , 14.9.2006 , p. .