RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/JHA dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

24.11.2006 - (COM(2006)0383 – C6‑0297/2006 – 2006/0126(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Carlos Coelho

Proċedura : 2006/0126(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0413/2006
Testi mressqa :
A6-0413/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/JHA dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

(COM(2006)0383 – C6‑0297/2006 – 2006/0126(CNS))

(Proċedura ta’ konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2006)0280)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 30(1)(a) u (b), Artikolu (31)(1)(a) u (b), u Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat ta' l-UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, li skond liema l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0289/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0413/2006),

1.  Japprova il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta mal-Parlament jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

B'ittra datata 11 ta' Settembru 2006, il-Parlament Ewropew kien ikkonsultat fuq żewġ proposti dwar is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen II (SIS II). L-ewwel saisine tikkonċerna l-proposta għal Regolament tal-Kunsill, li temenda r-Regolament (KE) Numru 2424/2001 dwar l-iżvilupp ta' Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II), ibbażata fuq l-Artikolu 66 tat-Trattat KE. It-tieni saisine hija l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/886 dwar l-iżvilupp ta' Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) ibbażata fuq l-Artikoli 30(1)(a) u (b), 31(1)(a) u (b) u 34(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

L-għanijiet tal-proposti

L-għan ta' dawn il-proposti huwa li jiġi esitż il-mandat mogħti lill-Kummissjoni mill-Kunsill, li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2006, bil-għan li tkun żviluppata s-SIS II. Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li testendi l-iskadenza sa Diċembru 2007. Barra minn hekk, il-Kummissjoni trid tiżgura li jista' jiġi provdut il-baġit neċessarju sabiex jitwettaq l-iżvilupp tagħha. Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen kurrenti se tkun sostitwita fil-futur bis-SIS II, li l-bażi legali tagħha kienet ivvotata fil-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fil-5 ta' Ottubru 2006 u fil-Plenarja fil-25 ta' Ottubru 2006[1].

Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen

Is-SIS hija bażi ta' dejta li għandha l-funzjoni ta' sistema ta' informazzjoni komuni li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri li jikkoperaw u jagħmlu skambju ta' informazzjoni sabiex jistabbilixxu zona mingħajr kontrolli tal-fruntieri interni. Tippermetti lil dawn l-awtoritajiet li jiksbu informazzjoni relatata mat-twissijiet dwar persuni u oġġetti mdaħħla fis-sistema. L-informazzjoni miksuba tintuża, partikularment, għall-pulizija u koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, kif ukoll għall-kontrolli tal-persuni fil-fruntieri esterni jew fuq it-territorju nazzjonali u għall-ħruġ ta' visas u permessi ta' residenza.

Osservazzjonijiet tar-rapporteur

Il-ħolqien tas-SIS II il-ġdida jixraqlu l-appoġġ sħiħ tar-rapporteur, għax is-sistema kurrenti tista' taqdi biss massimu ta' 18-il Stat Membru. Għalhekk sar indispensabbli li tkun żviluppata sistema ġdida li tippermetti lill-Istati Membri japplikaw b'mod sħiħ l-acquis tax-Schengen, u bħala konsegwenza jabolixxu l-kontrolli fil-fruntieri interni ma' Stati oħra tax-Schengen. Fl-istess ħin, is-SIS II se żżid is-sigurtà, tippermetti l-użu aktar effiċjenti tad-dejta u tintroduċi funzjonalitajiet ġodda, billi tieħu vantaġġ mill-aktar żviluppi teknoloġiċi riċenti. Għandha tkun għodda soda u flessibli, u kapaċi tibqa' aġġornata mal-bżonnijiet li dejjem jinbidlu.

Fl-1998 sar studju preliminari sabiex ikunu evalwati l-iżviluppi possibbli u t-titjib li seta' jsir rigward is-SIS. Intant, ġiet żviluppata verżjoni aktar aġġornata tas-SIS (SIS 1+) meta l-pajjiżi Nordiċi ngħaqdu max-Schengen, li inkuldiet il-possibilità li jingħaqdu żewġ jew tliet pajjiżi oħrajn mas-sistema. It-titjib kellu wkoll l-iskop li jtejjeb il-prestazzjoni tas-SIS u jiffaċilita l-immaniġġjar u l-manteniment tagħha.

Fis-6 ta' Diċembru 2001 il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa s-SIS II - li kuntrarju għas-SIS kurrenti - se tkun iffinanzjata mill-baġit ta' l-UE. Il-Kummissjoni nidiet l-implimentazzjoni teknika f'Ottubru 2004 billi ffirmat kuntratt b'baġit ta' 'l fuq minn 40 miljun EUR għall-iżvilupp tas-SIS II u l-VIS (Sistema ta' Informazzjoni ta' Visa), li tuża l-istess pjattaforma teknika. Id-data fil-mira għall-konsenja tas-SIS II kienet Marzu 2007.

Fl-aġenda tal-Kunsill kien hemm diskussjonijiet paralleli ma' l-implimentazzjoni teknika, dwar ir-rekwiżiti l-ġodda tas-SIS, li fl-2003 u fl-2004 adotta konklużjonijiet dwar il-funzjonalitajiet tas-SIS II. Il-Parlament Ewropew ikkontribwixxa għad-dibattitu wkoll, u esprima l-opinjoni tiegħu fl-aħħar ta' l-2003.

Is-SIS II kellha bżonn ta' qafas legali xieraq li jiddeskrivi fid-dettall l-operat u l-użu tiegħu. Peress li hemm involuti oqsma ta' politika differenti, il-Kummissjoni ressqet tliet proposti leġiżlattivi fl-1 ta' Ġunju 2005. L-ewwel proposta kienet ibbażata fuq it-Titolu IV tat-Trattat KE (visas, asil, immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu tal-persuni) u t-tieni waħda kienet ibbażata fuq it-Titolu VI tat-Trattat KE (pulizija u koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali) minħabba n-natura tas-SIS li testendi f'aktar minn pilastru wieħed. It-tielet proposta, li tikkumplimenta t-tnejn l-oħra, ibbażata fuq it-Titolu V (trasport), timmira li tipprovdi lill-awtoritajiet responsabbli miċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni tal-vetturi aċċess għas-SIS II. Għalkemm hemm tliet testi li ħarġu minn proċeduri differenti (ko-deċiżjoni u konsultazzjoni) dawn jiffurmaw pakkett inseparabbli għax is-SIS II taħdem bħala sistema ta' informazzjoni waħdanija.

Filwaqt li jiddispjaċih għad-dewmien li bih dawn il-proposti ntbagħtu lill-Parlament Ewropew u għall-fatt li ħafna elementi kienu nieqsa, pereżempju nota spjegattiva dwar il-proposti li kienu tekniċi u kumplessi ħafna min-natura tagħhom, ir-rapporteur xorta ddeċieda li jittratta dan il-pakkett bħala wieħed sħiħ u jgħaġġel in-negozjati bil-għan li jintlaħaq kompromess dwar it-tliet testi fl-ewwel qari, sabiex dan ma jkunx fattur li jimblokka t-tkabbir effettiv taz-Zona tax-Schengen.

In-negozjati kienu kemmxejn kumplessi u saru aktar diffiċli minħabba n-nuqqas tal-Kunsill li jonora l-impenn miksub fi trijalogu informali ta' livell għoli li sar fis-17 ta' Mejju 2006 fi Strasburgu, imma ntlaħaq kompromess finali dwar test bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Kunsill fis-27 ta' Settembru 2006. Dan il-pakkett ta' kompromess kien adottat kważi unanimament fil-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern fil-5 ta' Ottubru. Il-vot kien ikkonfermat, b'maġġoranza kbira, fis-Seduta Plenarja fil-25 ta' Ottubru.

Għalkemm il-Parlament Ewropew kellu suċċess fit-tħaffif tal-proċedura għall-adozzjoni ta' strumenti legali dwar is-SIS II, ir-rapporteur jiddispjaċih dwar dan id-dewmien li dan il-proġett ambizzjuż diġà sofra:

- Rikorsi l-Qorti ta' kuntratturi li tilfu fil-proċess ta' offerti għat-twettieq tas-SIS il-ġdida,

- Il-Kummissjoni wkoll kellha problemi mal-kuntratturi li lilhom tat ix-xogħol għat-twettiq ta' din il-bażi tad-dejta,

- F'Ġunju 2006 tħabbar għall-ewwel darba li se jkun hemm dewmien fl-iskeda tal-proġett minħabba dewmien fix-xogħlijiet preparatorji relatati mas-sit prinċipali fi Strasburgu, fejn din il-bażi ta' dejta se tkun ibbażata. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ma kienx possibbli li l-sit propost fi Strasburgu jkun lest fil-ħin sabiex t-tagħmir kollu tas-SIS II ikun konsenjat skond l-iskeda.

Peress li m'għadx hemm lok għal aktar dewmien fil-proġett minħabba li l-marġini ta' dewmien maħsuba fil-proġett tal-Kummissjoni, diġà ntużaw, il-mira li s-SIS II tkun qiegħda topera sa Marzu 2007, ma tistax titwettaq. Tħabbar dewmien ta' mill-anqas 15-il ġurnata għall-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' sistema ċentrali fi Strasburgu.

Bħala konsegwenza kien neċessarju li l-proġett globali jkun rivedut sabiex jikkunsidra dan id-dewmien u jipprova jimminimiżża d-daqs ta' l-effett li se jkollu fuq it-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni ma' l-Istati Membri l-ġodda ta' l-UE, li laħqu l-kundizzjonijiet rikjesti sabiex jissieħbu fiz-Zona tax-Schengen.

Fuq il-bażi ta' l-hekk-imsejjaħ id-'dokument ta' Pjanar mill-ġdid tas-SIS II Globali' huwa maħsub li t-testijiet neċessarji sabiex is-SIS II tibda topera jistgħu jsiru f'April 2008, segwiti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill li tiffissa data meta s-SIS II se tibda jopera għall-Membri parteċipanti sħaħ fis-SIS 1+. Wara dan u l-migrazzjoni bħala konsegwenza ta' l-Istati Membri li bħalissa huma konnessi mas-SIS 1+ mas-SIS II, l-Istati Membri l-ġodda se jkunu integrati, fejn il-perjodu neċessarju għall-integrazzjoni teknika ta' l-utenti l-'ġodda' tas-SIS II kien stmat li se jkun ta' 12-il gimgħa.

Il-Konklużjonijiet tar-Rapporteur

Ir-rapporteur m'għandux dubji rigward il-bżonn li l-mandat tal-Kummissjoni jkun estiż, minħabba d-dewmien li kien hemm. Madankollu jenfasizza, bi ftit sorpriża, li t-talba għat-tiġdid tal-mandat sa l-aħħar ta' l-2007 mhix konsistenti ma' l-ippjanar msemmi hawn fuq, li jindika li l-iżvilupp teknoloġiku tas-SIS II ma jkunx iffinalizzat matul l-2007. Informazzjoni li qiegħda tiċċirkola fi Stati Membri varji, li tgħaddiet lir-rapporteur, tissuġġerixxi li d-dewmien jista' jkun itwal minn dak attwalment aċċettat mill-Kummissjoni u mill-Kunsill.

Minn-naħa l-oħra, għandu jkun ikkunsidrat ukoll li l-estensjoni tal-mandat tal-Kunsill għandha tagħmel possibbli li fl-istess ħin l-iskop tiegħu ikun imkabbar, sabiex ikunu jistgħu jkunu inklużi l-preparazzjonijiet għall-integrazzjoni teknika ta' l-Istati Membri l-ġodda fis-SIS II.

  • [1]  Dak imsejjaħ il-'pakkett ta' Schengen' jikkonsisti f'A6-0353/2006, stabbiliment, operat u użu tas-SIS II (deċiżjoni), A-60354/2006, aċċess għas-SIS II mis-servizzi responsabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati ta' reġistazzjoni ta' vetturi, A-6-0355/2006 stabbiliment, operat u użu tas-SIS II (regolament) li ġew adottati b'maġġoranza kbira fil-25 ta' Ottubru 2006.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/JHA dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

Referenzi

COM(2006)0383 – C6-0297/2006 – 2006/0126(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.9.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE
26.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Carlos Coelho
13.9.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni  Data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
- data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni – data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2006

22.11.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Edit Bauer, Johannes Blokland, Mihael Brejc, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Elly de Groen-Kouwenhoven, Lilli Gruber, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Claude Moraes, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Donato Tommaso Veraldi, Manfred Weber, Stefano Zappalà

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Bárbara Dührkop Dührkop, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in 't Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Vincent Peillon, Marie-Line Reynaud

Sostituti(i) (skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Iratxe García Pérez, Esther Herranz García, Mary Honeyball, Manolis Mavrommatis, Alejo Vidal-Quadras

Data tat-tressiq

24.11.2006

 

Kummenti (disponibbli b'lingwa waħda biss)