RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzja tas-sewqan

27.11.2006 - (9010/1/2006 – C6‑0312/2006 – 2003/0252(COD)) - ***II

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Mathieu Grosch

Proċedura : 2003/0252(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0414/2006
Testi mressqa :
A6-0414/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzja tas-sewqan

(9010/1/2006 – C6‑0312/2006 – 2003/0252(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (9010/1/2006 – C6‑0312/2006),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni fl-ewwel qari dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2003)0621)),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0000/2006),

1.  japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni Komuni tal-KunsillEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 20 a (ġdida)

 

(20 a) Ikun partikolarment xieraq li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn il-miżuri ta' skop ġenerali mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni bi qbil mar-Regoli ta' Proċedura bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 5a tad-deċiżjoni 1999/468/KE.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva preżenti għandha ssir konformi mad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (2006/512/KE), mingħajr ma jinbidel il-kontenut tad-direttiva attwali.

Emenda 2

Artikolu 1(2)

2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mezz għaż-żamma ta' informazzjoni (mikro-ċipp) bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan malli r-rekwiżiti fl-Anness I dwar il-mikro-ċipp jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). Dawn ir-rekwiżiti għandhom jipprovdu għall-approvazzjoni tat-tip KE, li għandha tingħata biss meta tintwera l-kapaċità ta' resistenza kontra attentati ta' tbagħbis jew ta' tibdil tad-data.

2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu mezz għaż-żamma ta' informazzjoni (mikro-ċipp) bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan malli r-rekwiżiti dwar il-mikro-ċipp imsemmija fl-Anness I li huma mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). Dawn ir-rekwiżiti għandhom jipprovdu għall-approvazzjoni tat-tip KE, li għandha tingħata biss meta tintwera l-kapaċità ta' resistenza kontra attentati ta' tbagħbis jew ta' tibdil tad-dejta.

Emenda 3

Artikolu 1, (3), subparagrafu 3

Konformement mall-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni tista tadatta l-Anness I sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fil-futur.

Konformement mall-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fil-futur.

Emenda 4

Artikolu 3(2)

2. Il-materjal użat għal-liċenzja tas-sewqan, kif previst l-Anness I, għandu jkun protett kontra l-frodi bl-applikazzjoni ta' speċifikazzjonijiiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). L-Istati Membri jistghu jintroduċu miżuri ta' sigurtà addizzjonali.

2. Il-materjal użat għal-liċenzja tas-sewqan, kif previst l-Anness I, għandu jkun protett kontra l-frodi bl-applikazzjoni ta' speċifikazzjonijiet imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). L-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri ta' sigurtà addizzjonali.

Amendement 5

Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat".

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat".

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a, paragrafi 1 sa 4 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' 3 xhur.

 

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

 

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva preżenti għandha ssir konformi mad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2006 (2006/512/KE), mingħajr ma jinbidel il-kontenut tad-direttiva attwali.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Kummenti preliminari u proċedura

Il-proposta tal-Kummissjoni rigward it-tielet direttiva dwar il-liċenzja tas-sewqan li kienet preżentata fl-2003. Meta kien impossibbli li jintemm l-ewwel qari matul il-perjodu tal-ħames leġiżlatura, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu reġa nieda l-proċess f'Novembru 2004 (matul is-sitt leġiżlatura). Sa minn Ottubru 2004 l-Kunsill, min-naħa tiegħu, kien f'pożizzjoni li jistabbilixxi r-riżultati ta' bosta dibattiti dwar il-proposta f' "Direzzjoni ġenerali".

Ir-rapporteur għamel użu minn numru ta' approċċi ta' din id-"direzzjoni ġenerali", fosthom dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà kontra l-falsifikazzjoni tad-dokument, id-definizzjonijiet tal-kategoriji C1, D1, C u D u l-anness kompletament emendat dwar l-eżaminatur tas-sewqan. Madankollu r-rapporteur enfasizza ċerti aspetti li huwa ried jaċċentwa mill-proposta, fosthom fil-qasam tal-ġlieda kontra t-turiżmu tal-liċenza tas-sewqan, it-tnaqqis fil-prattika tad-diversità li teżisti ta' tipi ta' liċenzji fil-25 Stat Membru, il-muturi kif ukoll il-karavanns u vannijiet tal-kampeġġ.

Bħala prinċipju fundamentali ta' l-emendi, il-punt prinċipali huwa s-sigurtà tal-vetturi permezz ta' taħriġ korrett u esperjenza tajba kif ukoll il-ġlieda effettiva kontra t-turiżmu tal-liċenzji tas-sewqan. Fl-opinjoni tar-rapporteur, il-kwantità ta' tipi differenti u t-tul differenti fil-validità kienu ostakoli żejda fil-libertà ta' moviment u restrizzjoni fiċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini ta' l-UE. Fil-każ ta' vannijiet tal-kampeġġ u karavanns għandha tinstab triq tan-nofs bejn is-sigurtà u l-vijabilità ekonomija.

Wara l-adozzjoni ta' l-ewwel qari fi Frar 2005 saru negozjati intensivi bejn il-Parlament Ewropew (rappreżentat mir-rapporteur, ix-shadow rapporteur u ċ-chairman tal-Kumitat), il-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza attwali tal-Kunsill (il-Lussemburgu, ir-Renju Unit u l-Awstrija). Il-punti prinċipali tan-negozjati kienu l-erba' oqsma imsemmija hawn fuq; Il-pożizzjoni tal-Parlament fil-biċċa l-kbira ġiet milqugħa. Mill-94 emenda, li fl-ewwel qari ġew approvati mill-Parlament, il-Kunsill laqa' 77 jew sħaħ jew bħala prinċipji, filwaqt li seta' jintlaħaq kompromess dwar emendi importanti oħra.

Ir-riżultat ta' dawn in-negozjati ġie kkonfermat f'ittra lill-Kunsill: imbagħad iċ-chairman tal-Kumitat, wara ftehim mar-rapporteur u x-shadow rapporteur ikkonferma quddiem il-Membri tal-Kumitat kif ukoll l-assemblea plenarja, ir-rakkomandazzjoni tiegħu li l-pożizzjoni komuni mingħajr emendi tiġi adottata, sakemm din il-pożizzjoni komuni tkun konformi mat-test miftiehem.

Ir-riżultat tan-negozjati ġie finalment adottat mill-Kunsill bħala pożizzjoni komuni f'Lulju 2006. Dan it-test, li ġie mgħoddi lill-Parlament, huwa konformi mat-test kif ġie negozjat. Il-pożizzjoni komuni proposta tinkludi l-bidliet fundamentali, fejn it-tliet istituzzjonijiet jagħmlu xi bidliet żgħar mingħajr ma jpoġġu fid-dubju l-kunċett ġenerali. Ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda li l-pożizzjoni komuni, li diġà hija kompromess bejn it-tliet istituzzjonijiet u r-riżultat ta' negozjati intensivi, tiġi adottata mingħajr emendi.

2. Rimarki dwar punti speċifiċi tal-pożizzjoni komuni:

2.1. Il-ġlieda kontra t-"turiżmu tal-liċenzja tas-sewqan"

Permezz ta' dan it-test qed isir pass importanti fil-ġlieda kontra l-hekk imsejjaħ turiżmu tal-liċenzja tas-sewqan. Turiżmu tal-liċenzja tas-sewqa ifisser l-azzjoni fejn ċittadini, li kellhom il-liċenzja tagħhom irtirata f'pajjiżhom minħabba reat serju, jakkwistaw liċenzja tas-sewqan fi Stat Membru ieħor, li mbagħad trid bilfors tiġi rikonoxxuta f'pajjiżhom. F'dan ir-rigward, il-proposta tal-Parlament ġiet milqugħa: Stat Membru għandu jiċħad il-ħruġ ta' liċenzja tas-sewqan, jekk l-applikant ikollu liċenzja limitata, sospiża jew irtirata fi Stat Membru ieħor (Art. 11). L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw lil xulxin fl-implimentazzjoni tad-direttiva (Art. 15) u huma partikolarment obbligati li fil-ħruġ, fit-tibdil, fir-rinnovament jew fl-iskambju ta' liċenzja tas-sewqan, jagħmlu riċerka flimkien ma' Stati Membri oħra jekk applikant huwiex diġà propjetarju ta' liċenzja tas-sewqan, fil-każ li jkun hemm suspett ġustifikat biżżejjed. Biex din il-koperazzjoni tiġi simplifikata għandu jinħoloq netwerk ta' liċenzji tas-sewqan għall-iskambju ta' dejta. Ir-rapporteur jappella hawnhekk lill-Istati Membri biex dan in-netwerk ikun jiffunzjona kemm jista' jkun malajr u assolutament qabel ma tidħol fis-seħħ din id-direttiva.

2.2. Vetturi b'żewġ roti: Sigurtà bis-saħħa ta' l-esperjenza

L-istatistika dwar l-inċidenti turi li l-akbar bżonn ta' intervent huwa fil-qasam tal-muturi. Taħt id-direzzjoni tal-Parlament ġie essenzjalment definit il-prinċipju ta' l-aċċess gradwali, anki jekk l-Istati Membri baqgħu jżommu ċerta flessibilità fir-rigward ta' l-età minima (ara l-Artikoli 4, 7 Nru 1 c u l-anness VI). Fir-rigward ta' l-aċċess gradwali, is-sewwieq għandu jkun akkwista esperjenza fuq muturi b'ċilindrata aktar baxxa qabel ma jibda jsuq muturi akbar. Huwa importanti li jiġu istitwiti kategoriji attraenti A1 u A2 madwar l-Ewropa , u l-introduzzjoni fl-Istati Membri ta' formazzjoni bħala alternattiva għall-eżami biex wieħed jitla' għal kategorija oħra.L-età għas-sewqan dirett (mingħajr esperjenza preċedenti) ta' muturi b'ċilindrata qawwija għandha togħla għal 24 sena. Għal muturi żgħar (mopeds) barra minn hekk għadha tiġi introdotta kategorija Ewropea ġdida AM. Għal din il-kategorija, huwa meħtieġ għall-inqas test teoretiku li ċertament għandu jtejjeb is-sikurezza fit-toroq għas-sewwieqa żgħażagħ li huma f'riskju akbar.

2.3. Trejlers, karavanns u vannijiet tal-kampeġġ

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trejlers kienet restrittiva ħafna: għat-trejlers kollha li jibdew minn 750kg, liċenzja B + E (bl-eżamijiet relattivi) kienet tkun neċessarja. Dan ma kienx iġġustifikat mill-istatistika ta' l-inċidenti jew minn sorsi simili. Il-Parlament argumenta b'suċċess li min għandu liċenzja Kategorija B għandu jkun jista' jirmonka trejler ta' piż massimu awtorizzat ta' iktar minn 750kg sakemm il-piż massimu awtorizzat taż-żewġ vetturi flimkien ma jkunx iktar minn 4,250 kg. Jekk il-piż massimu awtorizzat taż-żewġ vetturi flimkien ikun iktar minn 3,500 kg ikun meħtieġ kors ta' taħriġ jew eżami jiddependi fuq il-liġi ta' l-Istat Membru (ara Anness V). Għall-vetturi tal-kampeġġ il-Kunsill ma kienx lest li jintroduċi sistema simili; hawnhekk il-limitu ta' piż għall-kategorija B għandu jibqa' 3,500kg.

2.4. Tnaqqis fil-kwantità ta' tipi differenti ta' liċenzji tas-sewqan: Liċenzja tas-sewqan Ewropea

Il-kwantità eżistenti ta' aktar minn 110 tipi differenti ta' liċenzji tas-sewqan, li tikkomplika l-kontroll b'mod sostanzjali fil-prattika, għandha tiġi sostitwita minn mudell uniku ta' liċenzja tas-sewqan f'forma ta' karta ta' kreditu. Sa mhux aktar tard minn 6 snin wara d-dħul fis-seħħ, il-liċenzji ġodda maħruġin għandhom ikunu konformi mal-mudell il-ġdid, u bl-istess mod, il-liċenzji kollha, li, minħabba li jkunu ntilfu, nsterqu, eċċ, jkunu jridu jiġu mibdula. L-Istati Membri jistgħu jinkludu mezz ta' ħżin ta' dejta (microċipp) bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan. Qabel ma tiġi implimentata din id-direttiva d-drittijiet miksuba għas-sewqan jibgħu kompletament validi (Artikolu 13 (2)).

Barra minn hekk l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sa 26 sena wara li tidħol fis-seħħ id-direttiva, il-liċenzji kollha fiċ-ċirkolazzjoni jkunu jaqblu mal-mudell ġdid ta' karta tal-plastik. Ir-rapporteur jiddispjaċih bit-tul ta' dan il-perjodu, iżda huwa fiduċjuż li fil-prattika l-bidla sseħħ aktar malajr.

L-introduzzjoni ta' perjodu limitat ta' validità għal-liċenzji tas-sewqan tippermetti barra minn hekk l-attwalizzazzjoni tad-dejta u r-ritratti li jkunu jinkludu, kif ukoll l-introduzzjoni regolari ta' fatturi ġodda ta' sigurtà. Dan, madankollu, ma jfissirx li l-Unjoni Ewropea se titlob li jsiru testijiet obbligatorji, testijiet mediċi jew tal-vista mill-ġdid; l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk testijiet bħal dawn, li minn ċerta età u taħt ċerti kundizzjonijiet huma fl-interess tas-sigurtà fit-toroq, isirux jew le fil-proċess ta' rinnovament.

2.5. Taħriġ bażiku u kontinwu ta' l-eżaminaturi tas-sewqan (Artikolu 10)

Dan il-qasam huwa biss eżempju tal-ħafna vantaġġi tad-direttiva. Filwaqt li l-liċenzja tas-sewqan stess tiġi rikonoxxuta reċiprokament, fil-mument ma teżistix regolamentazzjoni armonizzata fir-rigward ta' l-eżaminaturi tas-sewqan. Id-direttiva għandha tibdel din is-sitwazzjoni, li ma tistax tibqa' kif inhi, u permezz ta' l-Anness IV, ir-rekwiżiti dwar l-eżaminaturi tas-sewqan ikunu regolati. B'dan il-mod jiġu stabbiliti għall-eżaminaturi tas-sewqan il-prinċipji neċessarji: il-kwalifikazzjoni bażika, regolamenti dwar obbligi ta' garanzija ta' kwalità, kif ukoll programmi ta' taħriġ kontinwu.

3. Evalwazzjoni finali

Il-pożizzjoni komuni mhijiex biss kompromess bejn il-25 Stat Membru bi tradizzjonijiet, ideat u esperjenzi differenti ħafna fir-rigward tal-liċenzja tas-sewqan u s-sewqan ta' vetturi differenti. Huwa ovvju li ma setgħux jiġu milqugħa kompletament ix-xewqat tal-partijiet kollha: l-Istati Membri, il-Membri Parlamentari u l-gruppi diversi li huma konċernati.

Il-kompromess madankollu, hekk kif inhu stipulat issa fil-pożizzjoni komuni, jippreżenta pass importanti fid-direzzjoni t-tajba. Apparti l-armonizzazzjoni neċessarja f'livell Ewropew, fejn jagħmel sens, deċiżjonijiet jittieħdu skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Għal dawn ir-raġunijiet, ir-'rapporteur' tagħkom, huwa tal-parir li tiġi adottata l-pożizzjoni komuni li tinkludi l-5 emendi dwar il-'komitoloġija' adottati mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu.

PROĊEDURA

Titolu

Pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzja tas-sewqan

Referenzi

9010/1/2006 – C6-0312/2006 – 2003/0252(COD)

Data ta' l-ewwel qari tal-PE – Numru P

1.12.2005

T6-0041/2005

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2003)0621 – C5-0610/2003

Proposta ġdida tal-Kummissjoni

 

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja tal-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni

28.9.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN
28.9.2006

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Mathieu Grosch
22.8.2006

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Eżami fil-kumitat

10.10.2006

21.11.2006

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

22.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+ :

–:

0 :

31

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Margrete Auken, Etelka Barsi-Pataky, Philip Bradbourn, Paolo Costa, Michael Cramer, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Roland Gewalt, Mathieu Grosch, Ewa Hedkvist Petersen, Jeanine Hennis-Plasschaert, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Jörg Leichtfried, Fernand Le Rachinel, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Robert Navarro, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Luís Queiró, Reinhard Rack, Luca Romagnoli, Gilles Savary, Renate Sommer, Ulrich Stockmann, Georgios Toussas, Marta Vincenzi, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Johannes Blokland, Markus Ferber, Anne E. Jensen, Sepp Kusstatscher, Antonio López-Istúriz White, Helmuth Markov, Francesco Musotto, Aldo Patriciello, Ari Vatanen

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Brian Simpson

Data tat-tressiq

27.11.2006

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...