RAPPORT dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija ma’ l-Unjoni Ewropea
27.11.2006 - (2006/2114(INI))
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Geoffrey Van Orden
PR_INI_art.45
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija ma’ l-Unjoni Ewropea
(2006/2114 (INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kunsens tiegħu tat-13 ta' April 2005 għall-applikazzjoni mir-Repubblika tal-Bulgarija biex issir membru ta' l-Unjoni Ewropea[1],
– wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea[2], iffirmat fil-25 ta' April 2005 (it-Trattat ta' Adeżjoni),
– wara li kkunsidra l-ħafna riżoluzzjonijiet u rapporti tiegħu dwar il-Bulgarija mindu fetħu n-negozjati ta' adeżjoni,
– wara li kkunsidra r-rapporti regolari tal-Kummissjoni dwar l-istat ta' preparazzjoni tal-Bulgarija għall-adeżjoni u, b'mod partikulari, il-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta' Settembru 2006 bit-titolu "Monitoraġġ dwar l-istat ta' preparazzjoni għall-adeżjoni fl-UE tal-Bulgarija u r-Rumanija" (COM(2006)0549),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6‑0420/2006),
A. billi l-Parlament jilqa' l-konferma mill-Kummissjoni u l-Kunsill li l-Bulgarija hija lesta biżżejjed biex issir membru ta' l-UE fl-1 ta' Jannar 2007,
B. billi l-Bulgarija applikat biex issir membru ta' l-UE fl-14 ta' Diċembru 1995, kienet rikonoxxuta formalment bħala kandidat fis-16 ta' Lulju 1997, fetħet in-negozjati fil-15 ta' Frar 2000, irnexxielha ttemm in-negozjati ta' adeżjoni fl-14 ta' Diċembru 2004, iffirmat it-Trattat ta' Adeżjoni fil-25 ta' April 2005 u rratifikatu, u, mar-Rumanija, se tikkompleta l-ħames tkabbir storiku ta' l-UE,
C. billi d-direzzjoni, il-ħeffa u r-ritmu tar-riforma kienu konsistenti u l-proċess ta' modernizzazzjoni għandu jidher bħala wieħed ta' benefiċċju minnu nnifsu u mhux biss bħala prerekwiżit għal adeżjoni ma' l-UE,
D. billi r-riżultati enormi li kisbet il-Bulgarija waqt il-proċess ta' trasformazzjoni jistħoqqilhom rispett kbir, l-iktar għall-poplu tal-Bulgarija li kellu paċenzja kbira meta ttieħdu numru ta' miżuri politiċi u ekonomiċi drastiċi li qatt ma kien hemm bħalhom,
E. billi, bħal f'ħafna Stati Membri oħra, huwa rikonoxxut li l-proċess ta' riforma fil-Bulgarija se jkompli għal ħafna snin wara l-adeżjoni iżda hemm oqsma ta' tħassib speċifiku bil-possibiltà ta' ċerti miżuri ta' akkumpanjament sabiex titħeġġeġ l-azzjoni f'waqtha,
F. billi hija l-kompetenza tal-gvernijiet nazzjonali, permezz ta' l-arranġamenti tranżizzjonali fit-Trattat ta' Adeżjoni u permezz ta' setgħat oħra, li jieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bħal restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' moviment għall-ħaddiema, filwaqt li jirrikonoxxi li din il-kwistjoni saret waħda ta' tħassib f'numru ta' Stati Membri bħala riżultat ta' politiki ta' kenn u immigrazzjoni kaotiċi li m'humiex konnessi mat-tkabbir ta' l-UE,
1. Jifraħ lill-Bulgarija u jilqa' l-adeżjoni tagħha fl-1 ta' Jannar 2007, jistenna b'ħerqa l-wasla tat-18-il Membru tal-Parlament Ewropew tagħha kif ukoll tal-Kummissarju u l-uffiċjali tagħha fl-istituzzjonijiet Ewropej, u jirrikonoxxi l-kontribut eċċellenti li taw l-osservaturi tal-Bulgarija fil-Parlament Ewropew minn Settembru 2005;
2. Jifraħ lid-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir tal-Kummissjoni għall-mod professjonali u ddedikat ħafna li bih mexxa x-xogħol ta' monitoraġġ tiegħu, b'mod partikulari fis-sena li għaddiet hekk kif żdied il-progress għall-adeżjoni, u jilqa' l-evalwazzjonijiet bilanċjati tiegħu dwar il-preparamenti tal-Bulgarija;
3. Jinnota dawk l-oqsma li jeħtieġu aktar progress, il-ħtieġa urġenti u kontinwa għal riżultati tanġibbli, u l-varji salvagwardji u miżuri ta' akkumpanjament oħra li huma disponibbli, jekk meħtieġa, biex ikunu indirizzati nuqqasijiet kontinwi; jistieden lill-awtoritajiet Bulgari biex jaġixxu b'urġenza u b'reqqa biex iwarrbu jew inaqqsu kemm jistgħu l-ħtieġa għal miżuri bħal dawn, jinsisti dwar rwol kontinwu għall-Parlament fil-monitoraġġ ta' żviluppi u jinsisti li l-Kummissjoni tkompli tinvolvi lill-Parlament bis-sħiħ fil-monitoraġġ ta' żviluppi u tassoċja lill-Parlament bis-sħiħ meta titqies l-attivazzjoni ta' klawsoli ta' salvagwardja, kif il-President tal-Kummissjoni qabel li jinvolvi lill-Parlament fil-każ ta' l-attivazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja fl-Artikolu 39 ta' l-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' adeżjoni li jikkonċernaw il-posponiment ta' l-adeżjoni għall-2008;
4. Iħeġġeġ ir-ratifika mingħajr dewmien tat-Trattat ta' Adeżjoni mill-Istati Membri li għad iridu jirratifikawh;
</Amend>
Kriterji politiċi
5. Jinsisti dwar trasparenza massima f'kull qasam, inklużi l-immaniġġjar tal-privatizzazzjoni, proċessi ta' sejħiet għall-offerti u akkwist pubbliku, ħatriet u promozzjonijiet fis-servizz pubbliku u fil-ġudikatura, u fil-proċess ġudizzjarju fil-livelli kollha, sabiex jittejbu l-governanza tajba, l-effiċjenza u l-fiduċja tan-nies;
6. Jitlob tisħiħ ta' l-irwol ta' l-Ombudsman Bulgaru sabiex jitranġaw żbalji amministrattivi u biex iservi ta' mekkaniżmu kontra l-korruzjoni li jista' jżid it-trasparenza fi ħdan prattiki istituzzjonali;
7. Ifaħħar l-isforzi kontinwi ta' l-awtoritajiet Bulgari biex jissodisfaw l-impenji magħmula fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern u l-passi meħuda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni u biex tkun kompletata r-riforma tal-ġudikatura; jistenna li, miżuri bħal iktar taħriġ u taħriġ aħjar għall-investigaturi tal-pulizija fir-rigward il-fażi ta' qabel il-proċess, koordinazzjoni aħjar ta' l-istrateġija kontra l-korruzzjoni bejn il-korpi involuti u t-tisħiħ tal-kompetenzi istituzzjonali ta' l-ispettorati fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika, ikunu implimentati bil-qawwa u li jipproduċu riżultati tanġibbli u li jidhru, inklużi akkużi u kundanni li jirnexxu ta' dawk imdaħħla f'reati serji;
8. Jistenna li tingħata attenzjoni urġenti u ffukata biex ikunu indirizzati l-'benchmarks' speċifikati fl-aħħar Rapport ta' Monitoraġġ tal-Kummissjoni sabiex tkun evitata l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' salvagwardja; jitlob aktar azzjoni effettiva biex ikunu identifikati u kkunfiskati l-beni ta' dawk imdaħħla fil-kriminalità organizzata; u jinsisti dwar riżultati tanġibbli f'termini ta' infurzar u tħarrik ta' każijiet ta' ħasil tal-flus;
9. Jilqa' t-titjib fl-organizzazzjoni u l-immaniġġjar tas-servizzi tal-pulizija u s-sigurtà, bl-implimentazzjoni tal-Liġi ġdida dwar il-Ministeru ta' l-Intern; jitlob it-tkabbir ta' l-unitajiet tal-pulizija speċjalizzati li jaħdmu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni - b'mod partikulari fil-fruntieri - it-traffikar tad-drogi u tan-nies, u jitlob ukoll titjib fil-pagi u l-kundizzjonijiet tas-servizz, promozzjoni mingħajr dewmien għal uffiċjali li jispikkaw, u l-forniment ta' tagħmir l-aktar modern; fl-istess ħin l-Istati Membri mitluba joffru taħriġ speċjalizzat u aktar sekondar ta' uffiċjali tal-pulizija b'kompetenza speċjali lill-pulizija Bulgara sabiex jassistuha fix-xogħol li għadu b'lura dwar reati importanti kif ukoll fit-tnaqqis ta' l-attivitajiet ta' kapijiet kriminali;
10. Ifaħħar il-bidliet li seħħew fis-servizz tal-prosekuzzjoni taħt il-Prosekutur Ġenerali ġdid, inklużi l-proċeduri u l-passi mgħaġġla għall-prevenzjoni ta' l-għeluq ta' investigazzjonijiet qabel il-waqt; jitlob dispożizzjonijiet legali biex ikunu sospiżi maġistrati li huma taħt investigazzjoni dixxiplinari interna u biex tittieħed azzjoni serja kontra prosekuturi li ostakolaw il-ġustizzja jew għalqu każijiet għal raġunijiet mhux korretti;
11. Jilqa' d-deċiżjoni li jingħata aċċess għall-fajls tas-servizz sigriet, miżura li tgħin issaħħaħ il-fiduċja tan-nies u turi firda ċarda mill-passat, u jirrakkomanda li l-affarijiet li jinkixfu jkunu kontrollati minn kummissjoni imparzjali u rispettata;
12. Itenni t-talba tiegħu għat-titjib ta' kundizzjonijiet ta' l-għajxien u ta' l-iġjene fid-djar tat-tfal u fid-djar għal nies b'diżabiltà mentali jew fiżika, filwaqt li jirrikonoxxi li proġetti u prijoritajiet eżistenti ma jissodisfawx biżżejjed il-ħtiġijiet ta' dawk fl-istituzzjonijiet, u għalhekk jitlob li l-problemi tal-kura istituzzjonali jsiru prijorità nazzjonali bi programmi ta' deistituzzjonalizzazzjoni ta' kwalità għolja u magħmula b'ħafna ħsieb u fondi ta' koeżjoni li jimmiraw li jinkiseb titjib enormi u li jidher fil-bini, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kura; itenni t-talba għall-promozzjoni ta' riformi fil-leġiżlazzjoni rigward il-prattiki ta' adozzjoni;
13. Jirrikonoxxi l-ħafna passi li ttieħdu biex ikunu integrati r-Roma u jitlob sforzi b'aktar ftehim biex jittejbu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom, biex jingħataw aċċess aħjar għall-edukazzjoni ogħla, it-taħriġ vokazzjonali u l-impjiegi u biex jingħataw kura tas-saħħa u ppjanar tal-familja aħjar, filwaqt li jkunu mħeġġa jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jadattaw għal soċjetà usa' u biex japprofittaw minn opportunitajiet disponibbli għalihom;
14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkontrolla mill-qrib, qabel u wara l-adeżjoni, l-implimentazzjoni ta' l-impenji tal-Bulgarija rigward il-ħarsien tal-minoranzi, u għalhekk biex wara l-adeżjoni tinkludi din il-kwistjoni fil-mekkaniżmu ta' koperazzjoni u verifika li għadu kif twaqqaf;
Kriterji ekonomiċi
15. Jifraħ lill-Bulgarija għat-titjib ekonomiku kontinwu tagħha li rriżulta fi tkabbir ta' 6.1% tal-GDP, żieda vera fil-pagi, tnaqqis tal-qgħad (8.7%) u investiment dirett barrani eċċellenti; u jisħaq l-importanza ta' politiki makroekonomiċi prudenti u ta' riformi strutturali sabiex tinżamm l-istabiltà u jitnaqqsu aktar id-defiċits tal-kummerċ u tal-bilanċ tal-gvern, u sabiex ikunu stimulati t-tkabbir u l-impjiegi;
16. Jitlob sforzi intensifikati biex jittejbu l-kundizzjonijiet mikroekonomiċi fil-Bulgarija biex jitħeġġeġ l-iżvilupp tas-settur privat u speċjalment ta' l-SMEs, ibbażat fuq strutturi trasparenti, legali, amministrattivi u regolatorji u liġijiet ta' l-impjiegi iktar flessibbli;
17. Jesprimi tħassib minħabba ostakoli inviżibbli u kontinwi għall-investituri barranin; jinsisti li miżuri ta' sejħiet għall-offerti u miżuri regolatorji jkunu trasparenti, imparzjali u jinftiehmu faċilment; iħeġġeġ lill-Gvern Bulgaru biex jindirizza n-nuqqas ta' deċiżjonijiet amministrattivi f'waqthom li jistgħu jipperikolaw l-iżvilupp ta' ambjent ta' investiment pożittiv fil-Bulgarija; jirrakkomanda inċentivi ta' taxxa biex ikun promoss l-investiment barrani u jittejbu l-komunikazzjoni u attitudni miftuħa bejn l-uffiċjali u l-qasam tan-negozju;
Acquis communautaire
18. Jifraħ lill-awtoritajiet Bulgari talli kważi temmew numru wiesa' ta' attivitajiet kumplessi li jikkonċernaw l-agrikoltura; jirrikonoxxi l-progress sostanzjali li sar rigward il-kummerċ ta' annimali ħajjin u l-benesseri ta' l-annimali, fejn iridu jitħarsu l-ogħla standards, pereżempju fit-trasport u l-qatla ta' annimali u fit-trattament ta' prodotti sekondarji mill-annimali; jisħaq l-importanza li s-sistema ta' radd tkun taħdem bis-sħiħ ma' l-adeżjoni u jistenna li jiġri hekk; jitlob il-finalizzazzjoni tal-karigi ta' ispezzjoni tal-fruntiera meħtieġa u azzjoni qawwija biex ikun ikkontrollat id-deni tal-ħnieżer klassiku u mard ieħor ta' l-annimali, speċjalment fejn hemm xi riskju għas-saħħa pubblika jew għas-sikurezza tal-fornimenti ta' l-ikel;
19. Jinsisti li l-Bulgarija taħtaf l-opportunità li ddaħħal l-ogħla standards ta' sigurtà fl-ajruporti u l-ajruplani, meta titqies in-natura tat-theddida terroristika fejn attentat fuq pajjiż jista' jitħaffef permezz ta' dgħjufijiet fi proċeduri ta' sigurtà f'pajjiż ieħor; iħeġġeġ il-kompletar urġenti u verifikabbli ta' l-azzjonijiet korrettivi kollha biex jingħelbu nuqqasijiet fil-manutenzjoni ta' l-ajruplani u f'kemm ajruplan huwa tajjeb biex itir, fil-proċeduri ta' operazzjoni u fl-għoti ta' liċenzji lill-ekwipaġġ ta' l-ajruplani;
20. Jirrikonoxxi li mhux il-Bulgarija biss iżda pajjiżi fl-Ewropa kollha qed jiffaċċjaw diffikultajiet ta' forniment ta' enerġija fis-snin li ġejjin, minħabba li qed jiddependu dejjem aktar minn importazzjoni ta' enerġija mir-Russja u minn zoni ta' instabiltà; jisħaq l-importanza kruċjali għall-Bulgarija li tiżgura fornimenti ta' enerġija, li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-futur kemm nazzjonali kif ukoll fir-reġjun, u l-importanza li jkunu appoġġjati kapaċitajiet ġodda ta' ġenerazzjoni u trażmissjoni minn sorsi ta' l-enerġija kompetittivi u sostenibbli filwaqt li jittejbu l-isforzi ta' konservazzjoni ta' l-enerġija u jkunu rispettati l-miri tal-Protokoll ta' Kyoto; jirrikonoxxi s-sagrifiċċju li l-Bulgarija jkollha tagħmel biex tkun konformi mar-rekwiżit għall-għeluq għal kollox ta' l-Unitajiet Kozloduy 3 & 4 fl-2006 u t-tneħħija sussegwenti tagħhom; itenni t-talba tiegħu biex il-Kunsill ikun lest iqis id-dati ta' għeluq għal dawn l-unitajiet bi flessibiltà, liema għeluq jista' jkollu dewmien ta' tmien xhur sabiex tkun tista' ssir reviżjoni, mingħajr ma jkunu kompromessi bl-ebda mod ir-rekwiżiti ta' sikurezza, li jibqgħu prijorità assoluta;
21. Jisħaq l-importanza ta' mmaniġġjar u kontroll xierqa tal-fondi ta' l-UE, biex tkun żgurata l-korrettezza finanzjarja u biex jintużaw bl-aktar mod effettiv, bl-applikazzjoni ta' proċeduri li huma aċċessibbli u faċli biex jinftiehmu minn dawk li m'humiex parti mill-burokrazija;
22. Jiġbed l-attenzjoni li fejn jistgħu jittieħdu miżuri temporanji matul l-ewwel tliet snin wara l-adeżjoni, miżuri simili kienu applikati wara l-aħħar proċess ta' adeżjoni, għall-benefiċċju tal-partijiet kollha involuti; jesprimi x-xewqa li mekkaniżmi bħal dawn ikunu applikati biss f'oqsma speċifiċi; jiġbed l-attenzjoni li miżuri xierqa sabiex ikun żgurat l-operat tajjeb tal-politiki ta' l-UE jistgħu jitneħħew biss meta l-'benchmarks', kif stipulati mill-Kummissjoni, ikunu ġew issodisfati bis-sħiħ;
23. Jifraħ lill-Bulgarija għall-kontribut li tat għall-istabiltà u s-sigurtà reġjonali u internazzjonali, b'mod partikulari bħala membru tan-NATO, u jara l-ftehim tagħha ma' l-Istati Uniti għall-użu ta' faċilitajiet militari bħala impenn tanġibbli għall-alleanza transatlantika;
24. Jesprimi appoġġ kontinwu għall-infermiera Bulgari u t-tabib Palestinjan, li ilhom miżmuma l-Libja mill-1999; jinsisti li l-proċess mill-ġdid li għadu sejjer jintemm mingħajr dewmien u b'konklużjoni sodisfaċenti u li l-awtoritajiet Libjani mbagħad jagħtu kumpens xieraq għall-miżerja li kellhom jgħaddu minnha dawn in-nies innoċenti;
°
° °
25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika tal-Bulgarija.
OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (22.11.2006)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija
(2006/2114(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Hartmut Nassauer
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li se jadotta:
1. Jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-Bulgarija biex tadatta l-leġiżlazzjoni u l-amministrazzjoni tagħha għal-liġijiet u r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea b’mod ġenerali, u b’mod iktar partikolari minn meta l-Kummissjoni ħarġet ir-rapport preċedenti tagħha f’Mejju 2006;
2. Jenfasizza l-fatt li l-progress magħmul sa issa fir-rigward tar-riforma tas-sistema tal-ġustizzja kien limitat u jistieden lill-Bulgarija biex tagħmel iktar titjib fir-rigward ta’ l-emendi neċessarji għall-Kostituzzjoni, ta’ l-abilità tal-Kunsill Suprem tal-Ġustizzja li jaġixxi b’mod kredibbli u effiċjenti, ta’ l-implimentazzjoni tal-kodiċi l-ġdid tal-proċedura kriminali, tal-kredibilità tal-fażi ta’ qabel il-proċess fil-qorti u ta’ l-adozzjoni tal-kodiċi l-ġdid tal-proċedura ċivili;
3. Huwa mħasseb ħafna dwar il-fatt li għalkemm ġew introdotti miżuri u istituzzjonijiet sabiex jiġu miġġielda l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, huma ma wasslux għal riżultati sodisfaċenti bil-konsegwenza li l-amministrazzjoni pubblika, il-gvernijiet lokali u l-entitajiet tal-ġbir tat-taxxa qed jibqgħu vulnerabbli ħafna; għalhekk jisħaq b’qawwa li l-Bulgarija trid tintensifika l-isforzi tagħha biex ittejjeb u timplimenta l-istrateġija tagħha fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni f’livell għoli u l-kriminalità organizzata;
4. Jisħaq li minkejja l-fatt pożittiv li l-leġiżlazzjoni tal-Bulgarija fil-qasam tal-ħasil tal-flus issa hija fil-biċċa l-kbira konformi ma’ l-acquis, għad hemm nuqqas sostanzjali fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u għalhekk f’riżultati li jidhru; jistieden lill-Bulgarija biex tegħleb din is-sitwazzjoni mhux sodisfaċenti;
5. Jisħaq il-ħtieġa li tittejjeb is-sitwazzjoni ta' minoritajiet etniċi fil-Bulgarija, bħar-Roma u t-Torok, u jistieden lill-Gvern Bulgaru biex jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni kontra dawn il-gruppi fir-rigward l-aċċess għall-edukazzjoni nazzjonali, is-sigurtà soċjali, il-kura tas-saħħa u s-sistemi ta' l-impjiegi u biex jopponi bil-qawwa kwalunkwe dikjarazzjoni jew azzjoni diskriminatorja kontriehom;
6. Jirrikonoxxi li fir-rigward tad-dimensjoni esterna tal-kapitolu tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, sar progress rigward il-kenn politiku u l-koperazzjoni ġudizzjarja; iżda, fir-rigward tal-preparamenti għall-applikazzjoni ta’ l-acquis ta’ Schengen u l-immaniġġjar tal-fruntiera esterna ta’ l-UE fil-futur, iridu jiġu enfasizzati n-nuqqasijiet, u għalhekk it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tad-droga jibqgħu problemi sinifikanti;
7. Jenfasizza li l-implimentazzjoni ta’ riformi tibqa’ problema ġenerali minħabba nuqqas ta’ strutturi effiċjenti, għarfien suffiċjenti u taħriġ effiċjenti ta’ l-entitajiet involuti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Bulgari biex juru determinazzjoni reali f’li jtejbu din is-sitwazzjoni u b’hekk jevitaw ir-riskju li l-għajnuna finanzjarja ta’ l-UE tkun vittma ta’ korruzzjoni wara l-adeżjoni;
8. Jilqa’ u jappoġġja l-miżuri ta’ akkumpanjament provduti mill-Kummissjoni, bħall-mekkaniżmu propost għal koperazzjoni u verifika tal-progress neċessarju wara l-adeżjoni u l-ħolqien ta’ punti ta’ referenza speċifiċi li jridu jintlaħqu; jikkunsidra li kwalunkwe tip ta’ punt ta’ referenza li għandu jiġi definit mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn il-politiki għandu jkun pubbliku u għandu jirrifletti s-sitwazzjoni medja li teżisti fl-Istati Membri l-oħra ta’ l-UE bħala referenza objettiva u bħala objettiv li kulma jmur irid ikun implimentat;
9. Jilqa’ l-klawsola ta’ salvagwardja fl-Artikolu 38 ta' l-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' adeżjoni, partikolarment relatata mar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-liġi kriminali skond it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fi kwistjonijiet ċivili skond it-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma żżommx lura milli tagħmel użu rigoruż mill-klawsola ta’ salvagwardja jekk il-miżuri ta’ akkumpanjament ma jwasslux għal riżultati sodisfaċenti jew jekk ikun hemm nuqqasijiet serji jew kwalunkwe riskju imminenti ta’ tali nuqqasijiet fit-traspożizzjoni, fl-implimentazzjoni jew fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-UE, sakemm is-sitwazzjoni tkun irrimedjata;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvolvi lill-Parlament u lill-kumitati rilevanti tiegħu b’mod sħiħ fi kwalunkwe konsiderazzjoni li tkun applikata din il-klawsola ta’ salvagwardja, kif il-President tal-Kummissjoni qabel li jonvolvi lill-Parlament fil-każ ta’ l-applikazzjoni tal-klawsola ta’ salvagwardja fl-Artikolu 39 ta' l-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' adeżjoni u li tikkonċerna l-posponiment ta’ l-adeżjoni għall-2008.
PROĊEDURA
Titolu |
L-Adeżjoni tal-Bulgarija |
||||||
Numru tal-proċedura |
|||||||
Kumitat responsabbli |
AFET |
||||||
Opinjoni mogħtija minn |
LIBE |
||||||
Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
|
||||||
Rapporteur għal opinjoni |
Hartmut Nassauer |
||||||
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
12.9.2006 |
5.10.2006 |
6.11.2006 |
22.11.2006 |
|
||
Data ta’ l-adozzjoni |
22.11.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 0 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Roberta Angelilli, Edit Bauer, Johannes Blokland, Mihael Brejc, Giusto Catania, Carlos Coelho, Fausto Correia, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Elly de Groen-Kouwenhoven, Lilli Gruber, Lívia Járóka, Timothy Kirkhope, Ewa Klamt, Magda Kósáné Kovács, Barbara Kudrycka, Stavros Lambrinidis, Claude Moraes, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Donato Tommaso Veraldi, Manfred Weber, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Bárbara Dührkop Dührkop, Ignasi Guardans Cambó, Sophia in 't Veld, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Vincent Peillon, Marie-Line Reynaud |
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pilar Ayuso, Iratxe García Pérez, Esther Herranz García, Mary Honeyball, Antonio López-Istúriz White, Ana Mato Adrover, Manolis Mavrommatis, María Isabel Salinas García, Alejo Vidal-Quadras |
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
||||||
OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (5.10.2006)
għall-Kumitat għall-Affarjiet Barranin
dwar l-Adeżjoni tal-Bulgarija
(2006/2114(INI))
Rapporteur għal opinjoni: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jitlob lill-Kumitat għall-Affarjiet Barranin, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li ser jadotta:
1. Jilqa' l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2003-2006), filwaqt li jinsisti li għandha tkun evalwata bħala parti mill-approċċ ta' l-ugwaljanza tas-sessi sabiex biex titjieb il-pożizzjoni tan-nisa u biex l-awtoritajiet tal-gvern ċentrali u lokali jiġu mgħejuna biex iqisu kwistjonijiet relatati ma' l-ugwaljanza tas-sessi fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tagħhom;
2. Jenfasizza li huwa neċessarju li tkun provduta dejta relatata mas-sessi u statistika f'ħafna oqsma fejn hemm riskji speċifiċi għas-sessi u fejn din id-dejta u l-istatistika huma relevanti għall-faqar u l-esklużjoni soċjali, sabiex ikun hemm għajnuna fl-implimentazzjoni ta' l-approċċ ta' l-ugwaljanza tas-sessi;
3. Jistieden lill-awtoritajiet Bulgari sabiex iħaffu l-proċess ta' l-introduzzjoni ta' servizzi soċjali, edukattivi u mediċi li jippermettu l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u jiffaċilitaw l-integrazzjoni effettiva ta' gruppi vulnerabbli, bħall-minoranzi u l-persuni b'diżabilità, fis-soċjeta; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jieħdu miżuri u azzjonijiet addizzjonali biex itejbu l-kwalità ta' l-għejxien tat-tfal, tal-persuni b'diżabilità u ta' dawk b'disturbi mentali li qed jgħixu fl-istituzzjonijiet;
4. Jenfasizza li għandhom isiru sforzi akbar biex tittejjeb il-kwalità ta' l-għejxien tal-popolazzjoni ta' Roma, b'attenzjoni xierqa lejn is-sitwazzjoni speċifika u l-bżonn li jkollhom aċċess ugwali għall-edukazzjoni, għat-taħriġ, għall-impjiegi u għas-saħħa;
5. Jistenna li l-Bulgarija ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni speċifika tan-nisa mill-minoritajiet, b'mod speċjali n-nisa Roma, li jsofru minn żewġ tipi ta' diskriminazzjoni: on the basis of gender and on the basis of belonging to a minority;
6. Jistieden lill-awtoritajiet Bulgari sabiex iżidu r-riżorsi finanzjarji u dawk ta' l-istaff disponibbli għall-użu mill-Kummissjoni l-ġdida kontra d-diskriminazzjoni sabiex din issir operattiva b'mod sħiħ;
7. Jirrimarka li l-Bulgarija rratifikat il-Konvenzjoni ta' The Hague dwar l-Adozzjoni Internazzjonali, li tistipula salvagwardji vitali fil-ġlieda kontra l-ittraffikar tat-tfal u tagħti prijorità lid-drittijiet tat-tfal;
8 Jiġbed l-attenzjoni ta' l-awtoritajiet Bulgari lejn il-bżonn li jirrispettaw bir-reqqa d-drittijiet fundamentali fil-Konvenzjoni ta' The Hague dwar l-Adozzjoni Internazzjonali, li hija inkluża fost il-kriterji għas-sħubija fl-Unjoni Ewropea;
9. Jenfasizza l-importanza ta' l-irwol ta' l-imsieħba soċjali fil-qasam tad-djalogu soċjali u tas-settur tas-soċjetà ċivili u ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi speċjalment f'dak li jirrigwarda l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza tas-sessi u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Bulgari u lill-UE sabiex tiżgura appoġġ finanzjarju xieraq għall-istrutturi tas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali u partikularment għall-NGOs li qed jaħdmu fil-qasam tal-politika tas-sessi;
10. Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u jistieden lill-awtoritajiet Bulgari sabiex jadottaw miżuri xierqa għall-involviment aktar estenstiv tan-nisa fis-suq tax-xogħol filwaqt li jingħatalhom aċċess daqs l-irġiel għat-taħriġ vokazzjonali u għal pożizzjonijiet ta' responabilità, flimkien ma' miżuri li jirrikonċiljaw il-ħajja professjonali ma' dik tal-familja;
11. Jistenna li jara riżultati tanġibbli f'dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni, partikularment tan-nisa, u repressjoni tan-netwerks tal-kriminalità; iħeġġeġ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex japplikaw strumenti legali eżistenti fuq il-livell nazzjonali u Ewropew f'dak li jirrigwarda l-investigazzjonijiet, il-proċeduri u l-protezzjoni tal-vittmi u sabiex jgħollu l-koperazzjoni ma' l-Istati Membri u ma' l-organizazzjonijiet Ewropej u internazzjonali kompetenti;
12. Jinsisti li l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni huwa l-ewwel pass importanti u li wara dan għandha ssir implimentazzjoni bir-reqqa ta' din il-leġiżlazzjoni.
PROĊEDURA
Titolu |
L-Adeżjoni tal-Bulgarija |
||||||
Numru tal-proċedura |
|||||||
Kumitat responsabbli |
AFET |
||||||
Opinjoni mogħtija minn |
FEMM |
||||||
Rapporteur għal opinjoni |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg |
||||||
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
12.9.2006 |
4.10.2006 |
|
|
|
||
Data ta' l-adozzjoni |
4.10.2006 |
||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
16 1 0 |
|||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Emine Bozkurt, Hiltrud Breyer, Edite Estrela, Věra Flasarová, Lissy Gröner, Zita Gurmai, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Urszula Krupa, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Amalia Sartori, Eva-Britt Svensson, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská |
||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Anna Hedh, Bernadette Vergnaud |
||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
- |
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
- |
||||||
PROĊEDURA
Titolu |
Adeżjoni tal-Bulgarija ma' l-Unjoni Ewropea |
||||||||||||
Numru tal-proċedura |
|||||||||||||
Kumitat responsabbli |
AFET |
||||||||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
LIBE
|
FEMM
|
|
|
|
||||||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
PETI 20.11.2006 |
AFCO 18.5.2006 |
JURI 21.6.2006 |
CULT 29.5.2006 |
PECH 13.6.2006 |
||||||||
|
AGRI 30.5.2006 |
REGI 30.5.2006 |
TRAN 15.5.2006 |
IMCO 12.7.2006 |
ITRE 30.5.2006 |
||||||||
|
ENVI 16.5.2006 |
EMPL 21.6.2006 |
ECON 15.5.2006 |
CONT 20.6.2006 |
BUDG 5.7.2006 |
||||||||
|
INTA 30.5.2006 |
DEVE 28.8.2006 |
|
|
|
||||||||
Koperazzjoni akar mill-qrib |
|
|
|
|
|
||||||||
Rapporteur(s) |
Geoffrey Van Orden |
|
|||||||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
- |
|
|||||||||||
Eżami fil-kumitat |
13.11.06 |
22.11.06 |
|
|
|
||||||||
Data ta’ l-adozzjoni |
23.11.06 |
||||||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ - 0 |
44 0 2 |
|||||||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Panagiotis Beglitis, Bastiaan Belder, André Brie, Elmar Brok, Philip Claeys, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Georgios Karatzaferis, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Francisco José Millán Mon, Pierre Moscovici, Pasqualina Napoletano, Baroness Nicholson of Winterbourne, Tobias Pflüger, Paweł Bartłomiej Piskorski, Bernd Posselt, Raül Romeva i Rueda, Jacek Emil Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Gitte Seeberg, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Charles Tannock, Paavo Väyrynen, Jan Marinus Wiersma, Luis Yañez-Barnuevo García, Josef Zieleniec |
||||||||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Carlos Carnero González, Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, Kinga Gál, Milan Horáček, Tunne Kelam, Jaromír Kohlíček, Alexander Lambsdorff, Doris Pack, Aloyzas Sakalas, Csaba Sándor Tabajdi |
||||||||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Adamos Adamou, Marios Matsakis, Kyriacos Triantaphyllides |
||||||||||||
Data tat-tressiq |
27.11.2006 |
||||||||||||
Kummenti |
|
||||||||||||