RAPPORT dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006–2007

29.11.2006 - (2006/2252(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Elmar Brok

Proċedura : 2006/2252(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0436/2006
Testi mressqa :
A6-0436/2006
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006–2007

(2006/2252(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006–2007 (COM(2006)0649),

–   Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2006 dwar il-progress tat-Turkija għall-adeżjoni[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6‑0436/2006),

Billi:

A. l-Unjoni Ewropea hija proġett politiku bbażat fuq valuri u objettivi komuni,

B.  l-UE evolviet f’unjoni politika ta’ demokraziji li għandha impenn lejn standards demokratiċi u lejn l-iżvilupp ta’ kultura ħajja tad-demokrazija,

C. l-inċentiva offruta mill-prospett ta' l-isħubija ma' l-UE bla dubju kkontribwixxa għall-promozzjoni ta' riformi, il-konsolidazzjoni tad-demokrazija, it-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u ż-żieda fl-istabilità tal-pajjiżi ġirien,

D. l-UE għandha tipproċedi mill-bażi ta’ l-impenn irriversibbli tagħha għad-demokrazija u mill-fehma irriversibbli tagħha li d-demokrazija taħdem biss jekk id-demos – iċ-ċittadini ta’ l-Ewropa – jirrikonoxxu u jappoġġaw it-tkabbir ta’ l-UE permezz ta’ l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda u ċ-ċittadini tagħhom,

E.  il-Parlament Ewropew, flimkien mal-parlamenti nazzjonali, u bl-appoġġ ta’ l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-korpi tas-soċjetà ċivili, jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-trasparenza u r-responsabilizzazzjoni tal-proċess tat-tkabbir, u b'hekk iżid il-kunsens pubbliku dwar din il-kwistjoni,

F.  it-tkabbir m’għandux idgħajjef in-natura politika ta' dan il-proġett; għall-kuntrarju, għandu – kif stipulat fit-Trattat – jikkontribwixxi għall-proċess ta’ l-integrazzjoni Ewropea u għat-twettiq ta' għaqda dejjem aktar mill-qrib fost il-popli ta' l-Ewropa; it-tkabbir għandu jippromwovi l-paċi, is-sigurtà, id-demokrazija u l-prosperità fl-Ewropa,

G. għal dik ir-raġuni, trid titqies il-kapaċità ta' integrazzjoni ta' l-Unjoni meta jiġi kkunsidrat il-futur ta' l-Ewropa,

H. l-istqarrija maħruġa fis-Samit ta’ Copenhagen f’Ġunju 1993 semmiet bħala kunsiderazzjoni importanti 'il-kapaċità ta’ l-Unjoni li tassorbi membri ġodda , filwaqt li żżomm il-momentum ta’ l-integrazzjoni Ewropea',

I.   l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet ta' l-UE għandhom jindirizzaw b’kuraġġ il-fatturi istituzzjonali, finanzjarji u politiċi li jsejsu l-kapaċità ta' l-Unjoni li tintegra Stati Membri ġodda,

dan jippresupponi analiżi bir-reqqa ta' l-implikazzjonijiet li tista' ġġib magħha sħubija akbar għall-politiki ta' koeżjoni ta' l-Unjoni, u għall-finanzi tagħha,

K. il-kapaċità ta' integrazzjoni hija kunċett evoluzzjonarju li jrid jiġi valutat b'mod regulari tul iż-żmien, fid-dawl ta' ċirkustanzi ġodda,

L.  il-kapaċità ta' integrazzjoni hija msejsa fuq kriterji oġġettivi u tindirizza problemi konkreti, u għalhekk m'għandhiex titħallat mal-perċezzjoni pubblika ta' l-impatt ta' tkabbir ulterjuri,

M. il-kapaċità ta’ l-integrazzjoni mhix kriterju ġdid applikabbli għall-pajjiżi kandidati, iżda hija kundizzjoni għas-suċċess tat-tkabbir u l-approfondiment tal-proċess ta’ l-integrazzjoni Ewropea; ir-responsibilità li ttejjeb il-kapaċità tagħha għat-tkabbir hija ta’ l-Unjoni u mhux tal-pajjiżi kandidati,

N. il-pajjiżi ta’ l-adeżjoni u dawk kandidati għandhom jikkonformaw mal-Kriterji ta’ Copenhagen u ma’ l-obbligi l-oħra kollha li jirriżultaw mit-Trattati ta’ l-UE u mill-ftehimiet bilaterali,

1.  Jaqbel mal-Kummissjoni li t-tkabbir tal-passat kien suċċess, li saħħaħ l-Unjoni Ewropea billi saħħaħ it-tkabbir ekonomiku, saħħaħ l-irwol ta’ l-UE fid-dinja u ppromwova l-iżvilupp ta’ politiki ġodda ta’ l-UE, u ppromwova d-demokrazija, il-paċi u l-prosperità fl-Ewropa; ifakkar li dan kien imsejjes fuq l-appoġġ mifrux għat-tkabbir li seħħ bħala twettiq tal-missjoni inizjali ta' l-integrazzjoni Ewropea li tgħaqqad mill-ġdid lill-kontinent Ewropew wara l-qasmiet politiċi tas-seklu 20;

2.  Jinnota, madankollu, li mill-esperjenzi tal-passat jistgħu jittieħdu xi tagħlimiet, b’mod partikulari dwar il-bżonn li kull pajjiż jiġi ġġudikat fuq il-merti tiegħu stess u li l-adeżjoni tiegħu tkun negozjata b’konformità tal-kriterji ta' Copenhagen, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat li tingħata data kmieni żżejjed għall-adeżjoni finali;

3.  Jemmen li dawn it-tagħlimiet għandhom jintużaw sabiex jittejbu l-kwalità u t-trasparenza tal-proċess tat-tkabbir;

4.  Huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tonora l-impenji tagħha lejn il-pajjiżi li diġa għandhom prospetti ta' sħubija, sakemm dawk il-pajjiżi jikkonformaw rwieħhom mal-kriterji ta’ Copenhagen għas-sħubija ma' l-UE u jwettqu l-obbligi li jirriżultaw minn dawn il-kriterji; Jenfasizza li r-rispett ta’ dawn l-impenji huwa inċentiva soda għal dawk il-pajjiżi sabiex ikomplu bir-riformi;

5.  Jaqbel li l-konsolidazzjoni, il-kundizzjonalità u l-komunikazzjoni huwa l-priċipji gwida ta’ l-Istrateġija Ewropea għall-Iżvilupp; huwa tal-fehma li kwalunkwe impenn ulterjuri għat-tkabbir jirrikjed aktar skrutinju, b’aktar reqqa minn qatt qabel, tal-kwistjoni tal-kapaċità ta’ integrazzjoni ta’ l-Unjoni, kemm jekk mil-lat istituzzjonali, finanzjarju jew dak politiku;

6.  Għaldaqstant jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi analiżi profonda biżżejjed tal-kwistjonijiet li jridu jiġu solvuti qabel ma l-Unjoni tkun tista’ tagħmel aktar tkabbir;

7.  Iqis li t-taqsima dwar il-kapaċità ta' integrazzjoni ta' l-Unjoni mhix tweġiba sodisfaċenti għat-talba tal-Parlament għal "rapport ... li jistipula l-prinċipji li jirfdu lil dan il-kunċett"[2].

8.  Huwa tal-fehma li l-kapaċità ta' integrazzjoni ta' l-Unjoni hija msejsa b’mod ewlieni fuq tliet pilastri, li huma l-istituzzjonijiet tagħha u l-leġittimità tagħhom u l-ħila tagħhom li jaġixxu u li jieħdu deċiżjoni b’mod demokratiku u effiċjenti f’ċirkostanzi ġodda, ir-riżorsi finanzjarji tagħha u l-kontribut globali tagħhom għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, u l-ħila ta' Unjoni akbar li ssegwi l-għanijiet politiċi tagħha;

9.  Ifakkar li r-responsabilità għat-titjib fil-kapaċità ta’ l-Unjoni għat-tkabbir hija ta’ l-istess l-Unjoni, u mhux tal-pajjiżi kandidati;

10. Jemmen li l-Unjoni Ewropea tista’ biss tistenna attitudni pożittiva dwar it-tkabbir mingħand iċ-ċittadini jekk dawn jaraw Ewropa li twettaq riżultati; jenfasizza, għaldaqstant, li l-kapaċità ta’ integrazzjoni ma tistax titqies b’mod separat mill-ħila ta’ l-UE li taġixxi; iqis li t-tkabbir għandu jkun parti mill-Aġenda taċ-Ċittadini ta’ l-Unjoni u għandu jkun komunikat bħala tali;

11. Iqis li l-Unjoni tista’ tiffunzjoni b’mod xieraq biss jekk il-membri kollha tagħha jkollhom valuri komuni li jirriżultaw minn identità Ewropea;

12. Jemmen li jekk l-Unjoni tonqos milli tiżgura li l-kapaċità ta’ integrazzjoni ta’ l-UE tkun taqbel ma’ l-aġenda tagħha ta’ tkabbir, l-Unjoni tiddgħajjef internament u esternament u jonqsu l-benefiċċji taż-żieda fis-sħubija akbar għall-membri kollha tagħha, u li dan l-effett ma jkun kumpensat permezz ta’ daqs estern akbar;

13. Jikkritika lill-Kummissjoni għal mod superfiċjali li bih tittratta l-aspetti istituzzjonali, u f'dan ir-rigward tirreferi għar-rapport relevanti tal-Kumitat tagħha għall-Affarijiet Kostituzzjonali;

14. Ifakkar it-termini tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-19 ta’ Jannar 2006 dwar il-perjodu ta’ riflessjoni[3], u jafferma mill-ġdid li, wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija,it-Trattat ta’ Nizza ma jipprovdix bażi adegwata għal tkabbir ulterjuri;

15. Għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kapijiet ta’ Stati u Gvernijiet sabiex jikkonkludu l-proċess kostituzzjonali sat-tmiem ta’ l-2008, kif intqal fil-Kunsill Ewropew ta’ ġunju 2006, sabiex jagħti lok lill-Unjoni li taħdem b’mod aktar effettiv, aktar trasparenti u aktar demokratiku, li huwa pre-rekwiżit meħtieġ għal tkabbir ulterjuri;

16. Ifakkar lill-Kapijiet ta’ Stati u l-Gvernijiet dwar id-dmir tagħhom li jtemmu dan il-proċess qabel l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, sabiex jevitaw dewmien fin-negozjati ta’ adeżjoni attwali;

17. Jenfasizza li r-riforma istituzzjonali radikali ta' l-Unjoni hija bżonn fih innifsu, indipendentement minn tkabbir ieħor, u għandha tiġi segwita b'mod rigoruż u malajr;

18. Jikkonferma li n-negozjati ta’ adożjoni ser jimxu ‘l quddiem skond il-merti u l-kisbiet ta’ kull msieħeb fin-negozjati;

19. Jilqa’ b’sodisfazzjon u jappoġġa l-impenn tal-Kummissjoni li ttejjeb il-kwalità tal-proċess ta’ l-adeżjoni billi tagħmlu aktar trasparenti u bbażat fuq benchmarks, u billi b’mod sistematiku tagħmel valutazzjoni ta’ l-impatt dwar oqsma ewlenin tal-politika fl-istadji kruċjali tal-proċess;

20. Huwa tal-fehma li r-reviżjoni maħsuba tal-baġit ta' l-Unjoni fl-2008/2009 għandha tqis l-integrazzjoni ġejjiena tal-pajjiżi li kandidati u pre-kandidati;

21. Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma ħaditx ħsieb bir-reqqa ta’ l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ tkabbir ulterjuri, u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi estimi ċari u kredibbli ta’ l-impatt baġitarju qabel ma ssir kwalunkwe adeżjoni ulterjuri;

22. Itenni li dan id-dibattitu jinvolvi għażliet diffiċli li jinkludu l-aġġustament tal-politiki komuni ta' l-Unjoni u d-distribuzzjoni mill-ġdid tar-riżorsi fost l-Istati Membri;

23. Hu tal-fehma li l-impatt finanzjarju ta' tkabbir ieħor, li l-komplessità tiegħu ġiet rikonoxxuta b’mod impliċitu impliċitament mill-Kapijiet ta' Stati u Gvernijiet meta huma naqsu li jikkunsidrawh fil-Qafas Finanzjarju 2007-2013, irid jiġi indirizzat b'urġenza; jistieden lill-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u lill-Kunsill ta’ l-ECOFIN sabiex jagħmlu dibattitu konġunt dwar din il-kwistjoni;

24. Jenfasizza li l-konformità mal-kriterji politiċi stipulati fis-Samit Ewropew ta’ Copenhagen, inklużi dawk tal-qasam ta’ l-istat tad-dritt, għandha tingħata prijorità akbar milli ngħatat s’issa fin-negozjati għall-adeżjoni, u li għandha tiġi stabbilita rabta diretta bejn dawk il-kriterji u l-ftuħ kif ukoll il-pass ġenerali tan-negozjati;

25. F’dan ir-rigward, jilqa’ b’sodisfazzjon l-inklużjoni fil-qafas ta’ negozjati attwali ta’ kapitolu dwar Drittijiet Ġudizzjali u Fundamentali li jkopri l-kwistjonijiet politiċi, li se jagħti lok lill-istituzzjonijiet ta’ l-UE li jagħmlu skrutinju mill-qrib tal-progress fl-oqsma kruċjali;

26. Ifakkar li l-istituzzjonijiet kollha, inkluż il-Parlament Ewropew innifsu, fil-passat kienu wisq ġentili u kompjaċenti, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-progress fl-oqsma tal-ġustizzja, il-korruzzjoni u d-drittijiet fundamentali fil-fażijiet bikrija tan-negozjati; Iwiegħed li se jkollu rwol ħafna aktar attiv fl-immonitorjar tal-proċess ta' adeżjoni, b'enfasi partikulari fuq l-aspetti politiċi tiegħu, u jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel l-istess u sabiex jagħmel rakkomandazzjonijiet ċari u raġunati kif jixraq lill-pajjiżi kandidati, aktar milli sempliċement jieħu nota tal-progress tekniku tan-negozjati;

27. Ifakkar il-prospetti ċari ta’ sħubija Ewropea li offra s-Samit ta’ l-UE f’Thessaloniki lill-pajjiżi Balkani tal-Punent; Jemmen li dawn il-prospetti għandhom jinżammu sabiex jiġu kkonsolidati l-istabilità u l-paċi fir-reġjun; Ifakkar lil dawk il-pajjiżi li huma se jiġu valutati wieħed wieħed fuq il-bażi tal-merti tagħhom, u li dan se jiddetermina l-pass ta’ l-integrazzjoni tagħhom fl-UE;

28. Jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2006 sabiex jiġu adottati l-mandati ta’ negozjati għall-faċilitazzjoni tal-visa u ftehimiet ta’ rijamissjoni mal-pajjiżi Balkani tal-Punent, bħala l-ewwel pass fil-promozzjoni ta’ kuntatti interpersonali bejn dawk il-pajjiżi u l-UE;

29. Jilqa’ b’sodisfazzjoni il-progress kontinwu tal-Kroazja, pajjiż kandidat, lejn l-integrazzjoni ta’ l-UE, u jitlob lin-negozjaturi taż-żewġ naħat sabieħ iżommu l-momentum li ntlaħaq f’dawn in-negozjati, bil-għan li l-istess negozjati jintemmu kmieni;

30. Jinnota r-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Progress tat-Turkija 2006, li filwaqt li jgħid li r-riformi politiċi fit-Turkija komplew, isemmi li r-ritmu tagħhom naqas u jikkonferma n-nuqqasijiet fil-proċess ta’ riforma li kienu diġà ġew msemmija fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-27 ta’ Settembru 2006 dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni; jinsisti li dan jinkludi wkoll ir-ratifika u l-implimentazzjoni sħiħa mit-Turkija tal-Protokoll Anċillari li jestendi l-Ftehima ta' Assoċjazzjoni KE–Turkija għall-għaxar Stati Membri ġodda, iffirmat mit-Turkija f'Lulju 2005, b’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ l-UE tal-21 ta' Settembru 2005;

31. Jappoġġja l-isforzi tal-Presidenza Finlandiża sabiex tinstab soluzzjoni għall-pożizzjoni staġnata attwali, u jistieden lit-Turkija biex tikkopera b’mod kostruttiv sabiex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-Protokoll Anċillari sat-tmiem ta’ l-2006;

32. Iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jagħmel impenni ġodda biss fuq il-bażi ta’ valutazzjoni profonda tal-konsegwenzi istituzzjonali, finanzjarji, politiċi u soċjo-ekonomiċi tagħhom; Għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi evalwazzjonijiet komprensivi ta’ impatt, kull meta tqis applikazzjonijiet ġodda għas-sħubija u meta tippreżenta r-rakkomandazzjonijiet tagħha għall-ftuħ u għall-għeluq ta’ negozjati;

33. Jitlob li d-dritt tal-kunsens li għandu l-Parlament jiġi applikat mhux biss wara l-konklużjoni tal-proċess tan-negozjati, iżda wkoll qabel il-ftuħ ta’ negozjati għas-sħubija;

34. Jinnota li waqt li l-UE qed tkompli tagħmel, u tiftaħ, negozjati għal tkabbir mal-pajjiżi tal-Balkani, l-iffaċċjar tal-korruzzjoni endemika u tan-netwerks reġjonali tal-kriminalità organizzata ser jkun fattur dejjem aktar importanti tat-triq lejn is-sħubija; Jirrakkomanda bis-sħiħ, għaldaqstant, li l-istrument finanzjarji attwali tat-tkabbir jiġu msaħħa u ffokati mill-ġdid sabiex bħala prijorità ewlenija, jimmiraw fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, b’enfasi partikulari fuq ir-riforma tal-ġudikaturi, it-tisħiħ tal-ħila fl-amministrazzjoni pubblika u t-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali;

35. Ifakkar lill-gvernijiet u lill-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri li hija r-responsabbiltà tagħhom li jinfurmaw lill-pubbliku b'mod xieraq dwar il-benefiċċji tat-tkabbir tal-passat u dwar ir-riskji li jinvolvi tkabbir ieħor, u li huma għandhom jagħtu lill-pubbliku r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet li jieħdu, b'mod unanimu, matul il-proċess kollu ta' l-adeżjoni;

36. Għaldaqstant, jistieden lill-Kummissjoni sabiex taħdem flimkien ma’ l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali sabiex tikkomunika l-aġenda tat-tkabbir lill-pubbliku b’mod aktar effettiv, u b’hekk iżżid it-trasparenza tal-proċess;

37. Jilqa’ b’sodisfazzjoni ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-Kummissjoni dwar rapporti ta’ stħarriġ, benchmarks għall-ftuħ ta’ kapitoli ta’ negozjati u li l-pożizzjoni komuni finali ta’ l-UE ssir pubblika;

38. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi definizzjoni aktar preċiża ta' "Politika msaħħa tal-Viċinat" u biex tispeċifika fid-dettal dak li tinvolvi relazzjoni ta’ dan it-tip;

39. Itenni t-talba preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jippreżentaw, għall-pajjiżi Ewropej kollha li bħalissa m’għandhomx prospetti ta’ sħubija, proposti għal relazzjoni blaterali jew multilaterali mill-qrib ma’ l-UE, li tkun taqbel mal-ħtiġijiet u ma’ l-interessi speċifiċi tagħhom; jenfasizza li huwa f'idejn il-pajjiżi kollha bi prospetti rikonoxxuti ta' sħubija jekk jidħlux f'dan il-qafas multilaterali bħala pass intermedju lejn sħubija sħiħa;

40. F’dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jikkunsidraw li bħala parti mill-Istrateġija ta’ Viċinat Imsaħħaħ, jistabbilixxu Komunità ta’ l-UE u l-Baħar l-Iswed sabiex jibnu relazzjonijiet politiċi bilaterali u multilaterali aktar b’saħħithom bejn l-UE u l-pajjiżi ta’ l-ENP fir-reġjun, b’mod partikulari fir-rigward tal-kummerċ ħieles, bħala fil-każ tal-Ftehima ta’ Kummerċ Ħieles ta’ l-Ewropa Ċentrali, l-investiment, is-sigurtà ta’ l-energija u l-politika tal-migrazzjoni;

41. Huwa tal-fehma li l-għażliet imsemmija hawn fuq, li jinkludu firxa wiesgħa ta’ possibilitajiet operattivi, għandhom ikunu għażla reali u attraenti li, mingħajr ma teskludi s-sħubija sħiħa, tkun qed tagħti lill-pajjiżi msieħba perspettiva stabbli u għall-futur imbiegħed ta’ relazzjonijiet istituzzjonalizzati ma’ l-UE, u tipprovdi l-inċentiv neċessarju sabiex tippromwovi r-riformi interni meħtieġa fil-pajjiżi konċernati;

42. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill f'dan il-kuntest biex jikkunsidraw li jaġġustaw l-għajnuna tal-Komunità fid-dawl tal-progress miksub mill-pajjiżi benefiċjarji fit-twettiq tar-riformi meħtieġa għall-integrazzjoni Ewropea tagħhom;

43. Jenfasizza li filwaqt li r-Russja mhix kandidat għal sħubija fl-UE u lanqas m’hi parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, ir-relazzjonijiet ma’ l-akbar ġara ta’ l-UE xorta jibqgħu vitali fil-kuntest ta' kwalunkwe strateġija ġejjiena ta' l-UE għat-tkabbir; iħeġġeġ li f’dan il-kuntest, l-UE għandha tkompli tipprova tiżviluppa sħubija unika u b'firxa wiesgħa mar-Russja, li tinkludi l-kummerċ u l-enerġija, iżda fuq kollox, kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni;

44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

PROĊEDURA

 

Titolu

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Isfidi Ewlenin 2006–2007

Numru tal-proċedura

2006/2252(INI)

Kumitat responsabbli

        Data tat-tħabbir ta’ l-awtorizzazzjoni fis-seduta plenarja

AFET

29.11.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħtu opinjoni

        Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

        Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Rapporteur

        Data tal-ħatra

Elmar Brok

17.10.2006

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2006

 

 

 

 

Data ta’ l-adozzjoni

23.11.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+

-

0

44

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Panagiotis Beglitis, Bastiaan Belder, André Brie, Elmar Brok, Philip Claeys, Véronique De Keyser, Giorgos Dimitrakopoulos, Alfred Gomolka, Klaus Hänsch, Richard Howitt, Anna Ibrisagic, Georgios Karatzaferis, Helmut Kuhne, Vytautas Landsbergis, Francisco José Millán Mon, Pierre Moscovici, Pasqualina Napoletano, Baroness Nicholson of Winterbourne, Tobias Pflüger, Mirosław Mariusz Piotrowski, Paweł Bartłomiej Piskorski, Bernd Posselt, Raül Romeva i Rueda, Jacek Emil Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Gitte Seeberg, Marek Siwiec, István Szent-Iványi, Antonio Tajani, Paavo Väyrynen, Jan Marinus Wiersma, Luis Yañez-Barnuevo García, Josef Zieleniec

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Francisco Assis, Alexandra Dobolyi, Árpád Duka-Zólyomi, Carlo Fatuzzo, Kinga Gál, Milan Horáček, Tunne Kelam, Jaromír Kohlíček, Alexander Lambsdorff, Jaime Mayor Oreja, Íñigo Méndez de Vigo, Doris Pack

Sostitut/i preżenti għall-votazzjoni finali skond ir-Regola 178(2)

Adamos Adamou, Pilar Ayuso, Panayiotis Demetriou, Antonio López-Istúriz White, Marios Matsakis, Neil Parish, Kyriacos Triantaphyllides

Data tat-tressiq

29.11.2006