RAPPORT dwar "Il-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u ta’ l-attività fiżika: dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku"

    6.12.2006 - 2006/2231(INI))

    Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel
    Rapporteur: Frédérique Ries

    Proċedura : 2006/2231(INI)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A6-0450/2006

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar "Il-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u ta’ l-attività fiżika: dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku"

    2006/2231(INI))

    Il-Parlament Ewropew,

    –   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni "Il-promozzjoni ta' dieta tajba għas-saħħa u ta' l-attività fiżika: Dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku” (COM(2005)637),

    –   wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-57 Assembea Dinjija dwar is-Saħħa f'Mejju 2004 ta' l-istrateġija dinjija dwar id-dieta tajba, l-eżerċizzju fiżiku u s-saħħa,

    –   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Diċembru 2000 dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni [2001/C 20 23.01],

    –   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Impjiegi, il-Politika Soċjali, is-Saħħa u l-Affarijiet tal-Konsumatur tat-3 ta' Ġunju 2005, dwar l-obeżità, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika,

    –   wara li kkunsidra l-laqgħa informali tal-Ministri ta' l-Isports Ewropej fid-19-20 ta' Settembru 2005 li fiha l-Presidenza Ingliża pproponiet il-ħolqien ta' grupp ta' xogħol dwar l-Isports u s-Saħħa,

    –   wara li kkunsidra l-appell tax-xjenzjati fl-għaxar kungress internazzjonali dwar l-obeżità (ICO 2006) li sar f'Sydney bejn it-3 u t-8 ta' Settembru 2006,

    –   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet li ħarġu mill-konferenza ta' livell għoli, "Is-saħħa fil-Pulitiki Kollha" tal-Presendenza Fillandiża,

    –   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    –   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0450/2006),

    A. billi n-numru ta' persuni li jsoffru mill-obeżità żdid b'mod spettakolari matul dawn l-aħħar tletin sena fl-Unjoni Ewropea; billi r-rata tat-tkabbir ta' dan il-fenomenu hija bħal dik li kienet fl-Istati Uniti fil-bidu tas-snin disgħin, u billi kważi 27% ta' l-irġiel u 38% tan-nisa fl-Ewropa llum huma meqjusa li għandhom piż żejjed jew li jsoffru mill-obeżità,

    B. billi l-prevalenza ta' l-obeżità li dejjem qed tiżdied, speċjalment fit-tfal, mhix limitata biss għall-UE u pajjiżi sinjuri oħrajn, iżda qed tiżdied b'mod drammatiku f'diversi pajjiżi li qed jiżviluppaw,

    C. billi l-obeżità taffetwa wkoll 'l fuq minn ħames miljun tifel u tifla fl-UE 25 u billi r-rata ta' żieda hija allarmanti, b'madwar 300,000 każ ġdid fis-sena,

    D. billi studji wrew li persuni b'diżabilità huma f'riskju akbar mill-obeżità kkawżata minn numru ta' fatturi, inklużi l-bidliet patofiżjoloġiċi fil-metaboliżmu ta' l-enerġija u tal-kostituzzjoni tal-ġisem, l-atrofija muskolari u l-inattività fiżika,

    E. billi l-konsum ta' l-enerġija fost gruppi kbar tal-popolazzjoni ilu stabbli mill-ħamsinijiet 'l hawn; billi bidliet fil-modi ta' għixien wasslu safrattant għal tnaqqis, kemm fl-attività fiżika u kemm fix-xogħol fiżiku, u b'hekk naqqsu l-ammont ta' enerġija meħtieġa u ħolqu żbilanċ bejn it-talba għal enerġija u l-forniment ta' enerġija,

    F. billi għadd ta' proġetti u studji kkonfermaw li fl-inċidenza ta' l-obeżità jeżistu disparitajiet prekoċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent soċjoekonomiku, u aktar ma familja għandha mezzi finanzjarji limitati u livell ta' edukazzjoni baxx, aktar m'hi frekwenti l-marda,.

    G. billi, meta jinħoloq Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE għall-promozzjoni ta' modi ta' ħajja tajbin għas-saħħa, għandha tingħata attenzjoni xierqa għad-drawwiet varji ta' dieta u għat-tendenzi tal-konsum li jeżistu fl-Istati Membri,

    H. billi r-rapport tal-WHO ta' l-2005 dwar is-saħħa fl-Ewropa juri b'mod analitiku li numru kbir ta' mwiet u mard huwa kkważat minn seba' fatturi prinċipali ta' riskju, li sitta minnhom (l-ipertensjoni, il-kolesterol, l-indiċi tal-massa tal-ġisem, il-konsum inadegwat ta' frott u ħxejjex, in-nuqqas ta' attività fiżika u l-konsum eċċessiv ta' alkoħol) huma marbutin mad-dieta u ma' l-eżerċizzju fiżiku, u billi dawn il- fatturi determinanti fuq għas-saħħa għandu jsir xi ħaġa dwarhom bl-istess prijorità bil-għan li jiġi evitat numru sinifikanti ta' mwiet u ta' mard,

    I. billi dieta tajba għas-saħħa għandha titqies bħala waħda li jkollha ċerti karatteristiċi kwantitattivi u kwalitattivi bħal m'huma l-kontenut ta' enerġija li jkun skond il-bżonnijiet individwali u dejjem bi qbil mal-prinċipji tad-dieta,

    J. billi minkejja li bil-kompetenzi li jagħtuha t-trattati l-Unjoni għandha rwol essenzjali fil-protezzjoni tal-konsumaturi rigward dieta tajba u bbilanċjata u l-konsum ta' frott u ħaxix, il-miżuri tal-Komunità fejn għandha x'taqsam il-promozzjoni ta' l-attività fiżika u l-isports, jeħtieġ li jiżdiedu ma' dawk implimentati mill-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet Ewropej,

    K. billi kkunsidra l-impatt soċjoekonomiku tal-mardiet relatati mal-problemi ta' piż żejjed diġà jammontaw għal madwar 4%u 7% tan-nefqa totali għas-saħħa ta' l-Istati Membri; billi n-nefqa ġenerali ta' l-obeżità (b'kunsiderazzjoni taż-żieda probabbli fil-qagħad, il-waqfien mix-xogħol u l-invalidità) għadha ma kellhiex evalwazzjoni xjentifika preċiża,

    L. billi l-biċċa kbira ta' l-Istati Membri nedew politiki biex jattakkaw il-problema ta' l-obeżità u biex jgħollu l-livell tas-saħħa tal-popolazzjoni tagħhom, fejn xi wħud mill-gvernijiet ħadu ċerti miżuri ta' interdizzjoni, waqt li oħrajn għażlu miżuri ta' inkoraġġiment,

    M. billi xi Stati Membri ħadu pereżempju deċiżjoni biex jikkontrollaw, li jfisser jissoprimu, il-preżenza tad-distributuri awtomatiċi fl-ambjent skolastiku minħabba l-prodott fqir li joffru u l-ftit spazji li jħallu għal xorb bla zokkor, frott u ħaxix u prodotti hekk imsejħa tad-dieta,

    N. billi wieħed josserva b'interess l-impenji volontarji - li jistgħu jitqiesu bħala fi stadju inizjali - li għamlu reċentement min-naħa ta' produtturi Ewropej ta' xorb mhux alkoħoliku bil-ħsieb li jnaqssu l-produzzjoni kummerċjali destinata għat-tfal ta' anqas minn tnax-il sena billi jiffavorixxu aktar l-aċċess għal xorb aktar varjat fl-iskejjel, u min-naħa oħra minn żewġ "ġganti" fis-settur tas-servizzi tal-fast-food biex jadottaw indikazzjonijiet dwar in-nutriment fuq l-ippakkjar ta' ħambergers u ċips,

    O. jilqa' b'sodisfazzjoni l-inizjattivi varji li ħafna bejjiegħa Ewropej qed iniedu maħsuba sabiex jippromwovu ikel li hu tajjeb għas-saħħa, inkluż l-iżvilupp ta' firxa ta' għażliet tajbin għas-saħħa, l-ttikkettjar b'informazzjoni nutrittiva, komprensiv u faċli biex jinftiehem, u sħubijiet ma' gvernijiet, skejjel u NGOs sabiex jinxtered l-għarfien dwar il-benefiċċji ta' ikel tajjeb għas-saħħa u ta' eżerċizzju regulari,

    P. billi l-Green Paper li qed titqies tagħmel parti minn inizjattiva komprensiva f'livell Ewropew bl-iskop li tattakka l-fatturi l-aktar perikolużi għas-saħħa (fosthom id-drawwiet ta' dieta ħażina u n-nuqqas ta' attività fiżika) u li, flimkien mat-tipjip u l-konsum eċċessiv ta' l-alkoħol, huma s-sors ewlieni tal-kawża ta' mard kardjovaskulari (li huwa l-kawża prinċipali tal-mewt fost l-irġiel u n-nisa fl-Unjoni Ewropea) ta' ċerti tipi ta' kanċer, ta' mard respiratorju, ta' l-ostjoperożi u tat-dijabete tat-tip 2, li jżidu d-domanda fuq is-sistemi tas-saħħa nazzjonali,

    Q. wara li kkunsidra l-preżentazzjoni tal-11 ta' Settembru mill-Kummissjoni tar-riżultati ta' konsultazzjoni pubblika rigward il-Green Paper li jappellaw għal azzjoni mill-Unjoni biex tkopri għadd ta' politiki Komunitarji li jagħtu attenzjoni partikulari għat-tfal u ż-żagħżagħ,

    R. wara li jikkunsidra l-irwol attiv li l-Komunità qed tiġi mitluba li tassumi (rigward politiki komuni jew bħala attività kumplimentari għall-attivitajiet tal-25 Stat Membru), taħt forma ta' kampanji ta' informazzjoni u ta' tkattir ta' l-għarfien tal-konsumatur dwar il-problema ta' l-obeżità, l-inkoraġġiment mill-ġdid fi ħdan il-PAC tal-konsum ta' frott u ħaxix, il-finanzjament ta' proġetti ta' riċerka, edukattivi u sportivi, u l-adozzjoni ta' legiżlazzjoni ġdida jew riveduta li jkollha impatt tabilħaqq fuq is-saħħa nutrizjonali taċ-ċittadini Ewropej.

    L-obeżità: prijorità politika?

    1.   Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni għal dieta tajba għas-saħħa (f'termini kwantitattivi u kwalitattivi) u għal attività fiżika u l-ġlieda kontra l-obeżità u l-mardiet ewlenin relatati mad-dieta; jitlob li dan jiġi meqjus bħala prijorità politika għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha;

    2.  Jirrikonoxxi li l-obeżità għandha diversi fatturi u għalhekk tirrikjedi approċċ olistiku li jinvolvi ħafna oqsma differenti ta' politika;

    3.   Jiddispjaċih ħafna li minkejja l-azzjoni li ttieħdet minn għadd ta' Stati Membri, l-obeżità qed taffetwa b'mod kostanti taqsima dejjem tikber tal-popolazzjoni u jekk din it-tendenza tkompli, il-konsegwenzi għas-saħħa pubblika, li jistgħu jiġu evitati permezz tal-miżuri xierqa, se jkunu kbar ħafna;

    4.   Jagħti parir lill-Istati Membri kollha sabiex uffiċjalment jirrikonoxxu l-obeżità bħala marda kronika sabiex jiġi evitat li persuni li jsofru minn obeżità jkollhom stigma u jkunu diskriminati bi kwalunkwe mod; u li jiżgura li huma jkollhom aċċess għal trattament xieraq mis-sistemi tas-saħħa nazzjonali tagħhom;

    5.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni waqt il-Konferenza Ministerjali Ewropea tal-WHO (Istanbul, 15-17 Novembru 2006) taċ-'Charter' dwar il-ġlieda kontra l-obeżità, jenfasizza t-twaqqif ta' qafas ambizjuż għal azzjoni sabiex jikkontrolla l-epidemija u jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex ifasslu skeda għall-implimentazzjoni prijoritarizzata ta' azzjonijiet fi ħdan dan il-qafas;

    6.  Jappoġġja mingħajr riservi t-tnedija f'Marzu 2005 tal-Pjattaforma għal Azzjoni ta' l-UE dwar id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa ("il-Pjattaforma") u jilqa' b'sodisfazzjoni l-metodu adottat mid-DG SANCO: dak ta' djalogu permanenti mas-setturi industrijali, l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u ta' l-NGOs;

    7.   Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenji voluntarji diġà proposti mill-partijiet involuti tal-Pjattaforma; jenfasizza l-bżonn li jkun żgurat li impenji bħal dawn magħmula fil-Pjattaforma jkunu mmoniterjati effettivament u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa kriterji ċari għal evalwazzjoni; jenfasizza li evalwazzjoni affidabbli hija essenzjali sabiex tiżgura li l-progress jiġi mkejjel b'mod adegwat u sabiex tippermetti li fejn ikun meħtieġ jiġu kkunsidrati aktar azzjonijiet jew proposti leġiżlattivi mill-UE; jistieden lill-Kummissjoni sabiex kull sena tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-progress tal-Pjattaforma;

    8.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni ta' l-impatt fuq il-proposti tal-politiki relevanti sabiex tiddetermina l-impatt tagħhom fuq l-objettivi għas-saħħa pubblika, l-obeżità u n-nutrizzjoni; jirrakkomanda li dan 'l-eżami tas-saħħa jew ta' l-obeżità' għandu jsir b'mod partikulari fil-Politika Komuni għall-Agrikoltura, fil-programmi ta' riċerka, fil-politika għall-enerġija, fil-politika għall-ikel u r-riklamar;

    9.  Josserva li filwaqt li attwalment hemm firxa wiesgħa ta' partijiet interessati involuti fil-Pjattaforma, dawn għandhom it-tendenza li jkunu konċentrati fuq il-parti ta' 'akkwist ta' l-enerġija' tal-kwistjoni ta' l-obeżità; jitlob għalhekk lill-partijiet interessati involuti fil-parti tal-'ħruq ta' l-enerġija' - bħal pereżempju l-produtturi ta' logħob tal-kompjuter, l-għaqdiet ta' l-isport u x-xandara - sabiex jinvolvu ruħhom aktar fid-dibattitu u jikkunsidraw li jagħmlu impenji simili;

    10. Iqis bħala pass fid-direzzjoni t-tajba t-tendenza li tipprevali llum f'setturi differenti ta' l-industrija alimentari Ewropea li jaġixxu konkretament biex jiffukaw mill-ġdid l-offerta kummerċjali għat-tfal u biex jiġi stabbilit l-ittikkettjar nutrizjonali ta' l-ikel u x-xorb għalihom;

    11. Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jidentifikaw opportunitajiet li huma effettivi meta meqjusa l-ispejjeż sabiex isieħbu s-servizzi tagħhom tas-saħħa ma' l-industriji , b'mod li t-tnejn itejbu l-fehim tal-pażjent u l-kontroll min-naħa tal-pazjenti tad-dieta tagħhom u jtaffu l-piż ekonomiku ta' l-obeżità; iqis li għandha tingħata attenzjoni partikulari għal skemi li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-popolazzjoni f'komunitajiet li għandhom nuqqasijiet soċjali u ekonomiċi;

    12. Jistenna li fil-futur qarib jiġu mressqa mill-Kummissjoni miżuri prattiċi f'White Paper, bil-ħsieb li jitnaqqas in-numru ta' nies li għandhom piż żejjed jew li jsofru mill-obeżità sa mhux aktar tard mill-2015;

    Informazzjoni għall-konsumatur sa mit-tfulija.

    13. Iqis li kull politika ta' prevenzjoni u ta' moniteraġġ ta' l-obeżità għandha tkun għal tul il-ħajja, mill-perjodu ta' qabel it-twelid sa età avvanzata. Iqis minbarra f'hekk li trid tingħata attenzjoni partikulari għat-tfulija, perjodu tal-ħajja meta jinkisbu parti kbira mid-drawwiet ta' dieta;

    14. Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu li l-edukazzjoni dwar in-nutriment u s-saħħa, li tibda' minn età żgħira, hija kruċjali għal prevenzjoni tal-piż żejjed u ta' l-obeżità;

    15. Iqis li l-professjonisti fil-qasam tas-saħħa għandhom irwol importanti fil-promozzjoni tal-benefiċċji għas-saħħa ta' dieta bilanċjata u ta' attività fiżika regolari u fl-identifikazzjoni ta' kwalunkwe riskju, speċjalment għal persuni b'ammont eċċessiv ta' xaħam addominali li għandhom riskju ogħla li jiżviluppaw id-dijabete tat-tip 2, speċjalment mard kardjovaskulari u kundizzjonijiet mediċi oħra;

    16. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-iskejjel huma l-post fejn it-tfal iqattgħu il-biċċa l-kbira tal-ħin tagħhom fl-ambjent ta' l-iskola, u speċjalment tal-canteens ta' l-iskejjel, għalhekk dawn għandhom jinkoraġġixxu lit-tfal żgħar sabiex jiżviluppaw il-gosti ta' l-ikel tagħhom u jippromwovu l-attività fiżika u mod ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, speċjalment sabiex dan jagħmel tajjeb għat-tnaqqis tal-ħin li qed jiġi allokat għall-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel fl-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa mekkaniżmi li jippromwovu l-aħjar prattika fl-iskejjel u li jikkunsidraw l-iktar inizjattivi effettivi biex jedukaw lit-tfal dwar ikel tajjeb għas-saħħa u jipprovdu ikel ibbażat fuq standards għoljin ta' nutrizzjoni;

    17. Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu fondi biżżejjed għas-servizz tat-tħejjija ta' l-ikel fl-iskejjel li jippermettu li l-iskejjel iservu ikel frisk, preferibbilment prodotti agrikoli organiċi jew reġjonali u biex jinkoraġġixxu drawwiet ta' dieta tajba minn stadju bikri;

    18. Iqis li l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiżguraw li t-tfal ikollhom faċilitajiet biżżejjed sabiex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet sportivi u fiżiċi fl-iskola; iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali tagħhom sabiex jikkunsidraw il-promozzjoni ta' mod ta' ħajja tajjeb għas-saħħa u attiv meta jippjanaw il-lokazzjoni ta' l-iskejjel, hekk li dawn ikunu eqreb tal-komunitajiet li jgħixu fihom, u għalhekk jippermettu li t-tfal jimxu jew imorru l-iskola bir-rota minflok ma jpoġġu bil-qiegħda f'karozza jew f'kowċ;

    19. Jitlob li l-produtturi tal-luminati ta' l-UE jimplimentaw mingħajr dewmien l-impenji li huma stipulaw fl-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-kodiċi ta' mġiba tagħhom, speċjalment l-impenji tagħhom maħsuba biex jillimitaw l-attività kummerċjali fl-iskejjel primarji;

    20. Iqis li l-preżenza (fejn awtorizzata) ta' 'vending machines' fi skejjel sekondarji għandha tkun skond ir-regoli ta' dieta tajba għas-saħħa;

    21. Jikkundanna l-frekwenza u l-intensità ta' kampanji fuq it-televixin maħsuba sabiex jirriklamaw u jippromwovu prodotti ta' l-ikel immirati esklussivament għat-tfal u jenfasizza li prattiki kummerċjali bħal dawn ma jħeġġux drawwiet ta' l-ikel tajjeb għas-saħħa u għalhekk għandhom ikunu mmaniġġjati f'livell Ewropew permezz ta' reviżjoni tad-Direttiva tat-Televixin mingħajr Fruntieri; jitlob għall-introduzzjoni ta' kontrolli madwar l-UE kollha sabiex jirrestrinġu r-riklamar televiżiv għat-tfal ta' ikel b'kontenut għoli ta' xaħam, zokkor u melħ waqt il-ħinijiet li ħafna tfal ikunu qed jaraw it-TV; jenfassizza wkoll li hemm provi qawwija li juru li r-riklamar fuq it-TV jinfluwenza f'medda qasira ta' żmien drawwiet ta' konsum ta' tfal bejn is-2 u l-11-il sena; madankollu jqis li hawn tidħol ir-risponsabbiltà individwali u li din trid tibqa' tal-ġenituri għaliex id-deċiżjoni finali tax-xiri hija tagħhom; madanakollu, jinnota li stħarriġ juri li maġġoranza ta' ġenituri jridu restrizzjonijiet ċari dwar il-promozzjoni ta' ikel għat-tfal li mhux tajjeb għas-saħħa;

    22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi fi ħdan il-Pjattaforma impenji voluntarji jew li jirregolaw lilhom infushom, sabiex itemmu l-promozzjoni ta' ikel b'livell għoli ta' xaħam, zokkor u melħ fost it-tfal u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti leġiżlattivi fil-każ li l-impenji li jirregolaw lilhom infushom ma jwasslux għal bidla;

    23. Jinnota li forom ġodda ta' riklamar fost it-tfal, bħal messaġġi bil-mobajl, logħbiet 'on-line' u 'sponsorships' ta' playgrawnds m'għandhomx ikunu eżenti minn kunsiderazzjonijiet bħal dawn.

    24. Iqis li huwa indispensabbli li jiġi konkretizzat "gentleman's agreement" bejn il-Kummissjoni u l-industriji tal-midja Ewropej li jeżiġi indikazzjonijiet obbligatorji għal produzzjonijiet destinati għat-tfal fuq għamliet ta' midja differenti - televixin, ċinema, Internet, logħob bil-vidjow - ta' tagħrif dwar is-saħħa u l-logħob li jqajjem għarfien aħjar fost iż-żagħżagħ Ewropej ta' l-importanza tal-prattika ta' l-isports u tal-konsum tal-frott u l-ħaxix biex wieħed jibqa' b'saħħtu;

    25. Jirrikonoxxi l-irwol ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel fl-għoti ta' pariri u rakkomandazzjonijiet dwar dieta;

    26. Huwa tal-parir li l-midja (TV, radju, Internet) għadha aktar minn qabel għodda pedagoġika essenzjali għat-trawwim tas-saħħa nutrittiva li għandha tagħti pariri prattiċi lill-konsumaturi biex tgħinhom isibu bilanċ tajjeb bejn il-konsum ta' kuljum ta' kaloriji u l-użu ta' l-enerġija u li fl-aħħarnet tiżguralhom għażla ħielsa;

    27. Iqis li r-regolamentazzjoni li ġejja dwar klejms dwar nutrizzjoni u saħħa magħmula fuq prodotti ta' l-ikel jagħtu twissija qawwi u saflaħħar se tipprovdi lill-konsumatur b'informazzjoni onesta, affidabbli u konsistenti rigward karatteristiċi ta' nutrizzjoni tal-prodotti ta' l-ikel, b'mod partikolari dawk li fihom ammonti kbar ta' zokkor, melħ u ċerti xaħmijiet; jinnota li l-implimentazzjoni ta' regolament bħal dan għandu jsir b'mod li jibqa' jinkoraġġixxi u jippermetti li kumpaniji ta' l-ikel u x-xorb iġeddu u jtejbu l-prodotti tagħhom; għalhekk iqis li fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, meta wieħed iqis l-iktar dejta riċenti disponibbli, it-twaqqif ta' profili ta' nutrijenti mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel għandu jingħata prijorità kbira u jiġi implimentat b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' NGOs tal-konsumaturi u operaturi ta' l-ikel, inklużi l-bejjiegħa bl-imnut;

    28. Jinnota t-tħassib dejjem jikber tal-pubbliku u tax-xjenza dwar l-impatt ta' tip ta' xaħam artifiċjali trans (trans-fats) fuq is-saħħa tal-bniedem u jinnota l-attività minn ċerti awtoritajiet nazzjonali (il-Kanada u d-Danimarka) u reġjonali (New York City) sabiex ineħħu dan it-tip ta' xaħam mhux saturat mid-dieta tal-bniemen; jitlob li l-UE tieħu azzjoni biex jitnaqqas il-konsum ta' xaħam mhux saturat;

    29. Iqis li d-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KE ta' l-24 ta' Settembru 1990 dwar it-tikketti ta' nutrizzjoni fuq il-prodotti ta' l-ikel[1] jeħtieġ li tkun riveduta mingħajr dewmien sabiex tinkludi, bħala minimu, rekwiżit li jkun jindika l-preżenza u l-kwantita ta' nutrijenti u n-natura tax-xaħmijiet sabiex jintlaħqu l-objettivi li jinvolvu s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet imressqa mir-rappreżentanti ta' l-industrija u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur;

    30. Jieħu interess qawwi f'sistemi ta' ttikkettjar (signposting) ta' l-ikel imdaħħla f'diversi Stati Membri minn kumpaniji ta' l-ikel, bejjiegħa bl-imnut jew organi pubbliċi sabiex jissimplifikaw il-messaġġi dwar nutrizzjoni; jirrikonoxxi l-valur ta' sistemi ta' ttikkettjar bħal dawn, kif ukoll logos dwar għażliet tajba għas-saħħa meta dawn ikunu milqugħa mill-konsumaturi u jkunu faċli biex jintużaw; ifakkar li r-riċerka tikkonferma li skemi li jindikaw livelli ta' nutrijenti permezz ta' element interpretattiv huma ta' l-aktar għajnuna għall-konsumaturi fid-deċiżjoni tiegħu għal għażliet aktar tajbin għas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni biex tuża din l-esperjenza u din ir-riċerka sabiex tiżviluppa u tintroduċi skema ta' ttikkettjar fl-Ewropa kollha u jinnota li messaġġ konsistenti għall-konsumaturi jitlob ċertu grad ta' armonizzazzjoni f'dan il-qasam u li messaġġi bħal dawn għandhom ikollhom bażi xjentifika;

    31. Jinnota li l-aħjar għodda hija l-edukazzjoni tal-konsumatur, li mhix sostitwibbli b'sistemi sempliċistiċi (li l-effett tagħhom jista' saħansitra jmur kontra l-objettiv li jrid jintlaħaq);

    L-integrazzjoni tan-nutrizzjoni u ta' l-attività fiżika fil-politiki l-oħrajn Komunitarji.

    32. Jemmen li formulazzjoni mill-ġdid ta' prodott hija għodda qawwija għat-tnaqqis ta' xaħam, zokkor u melħ fid-dieti tagħna u jilqa' b'sodisfazzjon il-passi meħuda minn xi ftit produtturi u bejjiegħa sabiex jimxu f'din id-direzzjoni; jinnota li sa llum 5% biss mit-total ta' impenji volontarji magħmula fi ħdan il-Pjattaforma huma relatati ma' l-iżvilupp ta' prodott; jistieden lill-Kummissjoni, Stati Membri, manifatturi, bejjiegħa bl-imnut u kejterers biex iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jiżguraw li manifatturi, bejjiegħa bl-imnut u l-kejterers inaqqsu l-livelli ta' xaħam, zokkor u melħ fl-ikel; jitlob lill-produtturi sabiex jużaw formulazzjoni mill-ġdid ta' prodotti mhux biss biex iniedu linji ġodda, xi drabi bi prezz ogħla, iżda sabiex jagħtu prijorità lit-tnaqqis tax-xaħam, taz-zokkor u tal-melħ li hemm fi prodotti ta' kuljum;

    33. Jenfasizza l-importanza li l-individwu jingħata s-setgħa li jagħmel għażliet infurmati dwar x'għandu jiekol u kemm għandu jagħmel eżerċizzju fiżiku;

    34. Iqis li huwa kruċjali li l-promozzjoni ta' dieta tajba u ta' l-attività fiżika jkollha prijorità politika, mhux biss għad-DG SANCO, imma wkoll għad-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni ta' l-Agrikoltura, l-Impiegi, it-Trasport, ir-Riċerka, l-Edukazzjoni u l-Isports li jwettqu politiki jew programmi Komunitarji li jkollhom impatt fuq is-saħħa nutrizzjonali; jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni ta' l-impatt fuq il-proposti tal-politiki relevanti sabiex tiddetermina l-impatt tagħhom fuq il-miri ta' saħħa pubblika u ta' nutrizzjoni, b'mod partikolari l-Politika Komuni għall-Agrikoltura;

    35. Jilqa' b'sodisfazzjon li l-programm t'azzjoni attwali Komunitarju fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) jipprovdi l-finanzjament ta' diversi proġetti dwar l-obeżità u jqis li finanzjament għal-perjodu ta' żmien fit-tul irid ikun disponibbli u jrid ikun hemm enfasi fuq it-tieni programm (2007-2013) għall-promozzjoni ta' mod ta' ħajja b'saħħitha fost it-tfal u fost iż-żgħażagħ u persuni b'diżabbiltà.

    36. Jenfasizza li kampanji ta' informazzjoni mhumiex l-aħjar mezz biex jintlaħqu gruppi soċjoekonomiċi żvantaġġati; iqis li l-azzjonijiet għandhom ikunu adattati għal bżonnijiet lokali u jkunu bbażati fuq il-komunità, għandhom jiġu stabbiliti kuntatti diretti u għandu jkun hemm koperazzjoni mill-qrib bejn l-iskejjel lokali, l-iskejjel għat-tfal żgħar (kindergartens), it-tobba ġenerali, it-tobba tat-tfal u s-servizzi tas-saħħa lokali; jinnota li l-evalwazzjoni ta' attivitajiet bħal dawn hija vitali sabiex wieħed jifhem jekk dawn humiex qed ikollhom l-effett mixtieq;

    37. Jitlob li l-Fondi Strutturali jintużaw f'investiment infrastrutturali f'żoni żvantaġġati soċjo-ekonomikament sabiex jiffaċilitaw l-attività fiżika u t-trasport sikur (bħal korsiji għar-roti) u jinkoraġġixxi logħob fil-beraħ f'ambjent sikur; jinkoraġġixxi fl-istess waqt lil Stati Membri biex jinvestu f'objettivi bħal dawn;

    38. Jitlob lill-Kummissjoni (flimkien mal-Ministeri kkonċernati fl-Istati Membri u fir-reġjuni) biex jikkontribwixxu għal programmi 'sport fl-iskola' fi stabbilimenti li jservu u jintużaw bi prova;

    39. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tevalwa kemm in-nuqqas ta' ikel sustanzjuż u n-nuqqas ta' mobilità huma problema fost l-anzjani u sabiex tikkunsidra x'miżuri aktar hemm bżonn li jittieħdu sabiex dan il-grupp importanti fil-komunità, li xi drabi jintesa, jingħata l-għajnuna;

    40. Jistieden lill-Istati Membri u lil min iħaddem biex iħeġġu lill-impjegati tagħhom, speċjalment lin-nisa li għandhom xogħol monotonu li jista' jwassal għal mard kroniku, sabiex jipparteċipaw f'attivitajiet fiżiċi u eżerċizzju ''keep-fit';

    41. Jirrikonoxxi l-irwol li għandu min iħaddem fil-promozzjoni ta' modi ta' ħajja tajbin għas-saħħa fost l-impjegati tiegħu; jinnota li s-saħħa tal-ħaddiema (u b'konsegwenza l-produttività), għandha tkun parti mill-istrateġija ta' responsabilità soċjali korporattiva ta' l-impriżi; jirrikonoxxi l-Alleanza Ewropea mwaqqfa riċentiment għar-responsabbiltà soċjali korporattiva sabiex tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajbin f'dan il-qasam;

    42. Huwa konxju ta' l-appell, magħmul mid-dinja xjentifika fl-10 kungress internazzjonali dwar l-obeżità, favur l-intensifikazzjoni ta' riċerka biex tinftiehem aħjar l-interazzjoni bejn fatturi ġenetiċi u fatturi ta' modi ta' ħajja li jnisslu l-marda;

    43. Jilqa' f'dan ir-rigward il-finanzjament mill-Komunità tad-9 proġetti integrati taħt il-prijorità tematika "il-kwalità u s-siġurtà alimentari" tas-sitt Programm ta' Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp li jaħseb għal metodi ġodda għall-ġlieda kontra l-obeżità billi jikkonċentra pereżempju fuq ċerta età partikolari, jew billi jistudja l-interazzjoni bejn il-fatturi ġenetiċi u l-fatturi ta' l-imġiba u ta' l-istat ta' saħħa;

    44. B'konnessjoni mas-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp, jitlob sabiex titkompla l-attività kontra l-obeżità, mhux biss biex jinkiseb benefiċċju mill-koperazzjoni transnazzjonali bejn riċerkaturi fl-oqsma tematiċi tad-dieta, ta' l-agrikoltura u tal-bijoteknoloġija, iżda wkoll għaliex din għandha tkun meqjusa bħal suġġett ta' riċerka ta' interess komuni għal għadd ta' dixxiplini;

    45. Jenfasizza l-importanza li jkun hemm sett ta' indikaturi li jistgħu jitqabblu dwar l-istejtus tas-saħħa (inklużi dejta dwar konsum ta' l-ikel, attività fiżika u obeżità), speċjalment indikaturi li jkunu skond l-età u l-klassi soċjo-ekonomika;

    46. Huwa mħasseb ħafna bit-tnaqqis fil-konsum ta' frott u ħaxix fl-Ewropa, li jolqot l-aktar lill-familji Ewropej li għandhom dħul finanzjarju baxx, minħabba l-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti u minħabba li qed tingħata informazzjoni fqira ħafna dwar il-veru siwi nutrittiv tagħhom;

    47. Jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi politika u qafas regolatorju li jagħmel disponibbli l-aqwa sorsi ta' nutrijenti u ta' komponenti oħra ta' l-ikel li huma ta' benefiċċju u li jagħti lill-konsumaturi Ewropej għażla ta' kif jiksbu u jżommu l-aqwa nutrizzjoni adattata għal l-mod ta' ħajja u saħħa individwali tagħhom;

    48. Huwa mħasseb dwar rapporti li l-kontenut nutrittiv ta' frott u ħxejjex imkabbra fl-Ewropa naqas f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu l-passi neċessarji għal reviżjoni tal-Politika Komuni għall-Agrikoltura ta' l-2008 sabiex il-valur nutrittiv ta' l-ikel jitqies bħala kriterju importanti u sabiex isaħħu l-produzzjoni ta' ikel ta' kwalità u inċentivi ta' nutrizzjoni tajbin għas-saħħa fil-qafas tal-politiki għall-iżvilupp rurali;

    49. Jappella biex ikun hemm koerenza akbar mill-Unjoni Ewropea bejn il-politika agrikola Komuni u l-politiki dwar is-saħħa mnedin mill-Unjoni Ewropea u jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li sussidji Ewropej mogħtija lil ċerti setturi industrijali ma jservu qatt biex jiffinanzjaw kampanji ta' li jirriklamaw b'mod favorevoli prodotti mimlijin kaloriji;

    50. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li sussidji Komunitarji għal industriji partikulari ma jservux sabiex jiffinanzjaw kampanji ta' riklamar għal prodotti b'kontenut għoli ta' kaloriji;

    51. Iqis bħala essenzjali riforma ta' l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tal-frott u l-ħaxix li fost għanijiet oħra tinkludi l-istimulazzjoni mill-ġdid tal-konsum ta' dawn it-tipi ta' ikel ta' valur għoli għad-dieta; barra minn hekk, jemmen li politika ta' inċentivi (li tinkludi prezzijiet irħas, tnaqqis fiskali u tipi oħra ta' sussidji, tkun preferibbli minn sistema li tistrieħ fuq aktar tassazzjoni fuq prodotti kaloriċi ("fat tax") li fl-aħħar mill-aħħar tippenalizza l-aktar lill-familji Ewropej l-anqas sinjuri;

    52. Jistieden lill-Organizzazzjoni Dinjija ta' l-Ikel sabiex tippreżenta l-opinjonijiet attwali tagħha dwar l-obeżità lill-Parlament Ewropew;

    53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-parlamenti nazzjonali ta' l-Istati Membri u pajjiżi kandidati u lill-WHO.

    • [1]  GU L 276, 6.10.1990, p. 40. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/120/KE (ĠU L 333, ta' l-20.12.2003, p. 51).

    NOTA SPJEGATTIVA

    "Id-drawwiet tajba alimentari huma bħal ktieb ta' kont fil-bank: wieħed irid jinvesti fit-tul qabel ma jara qligħ."

    Simone Lemieux - Professoressa fl-Institut għan-nutrizzjoni u l-ikel funzjonali ta' l-Università ta' Laval-Québec - 2005

    L-epidemija ta' l-obeżità u tal-piż eċċessiv li qed tolqot liċ-ċittadini Ewropej għandha ġġegħilna nagħtu twissija ta' l-allarm. Wieħed jista' jikkwota ċifri elokwenti ħafna li joħorġu minn pariri utli ħafna li fassal bl-inizjattiva tiegħu stess il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fl-2005 fuq il-bażi ta' rapporti tal-WHO u tat-task force internazzjonali dwar l-obeżità:

    -          fl-Unjoni ta' b'25 Membru, 14-il miljun tifel u tifla jbatu minn piż żejjed, li minnhom 3 miljuni jbatu bl-obeżità;

    -         f'għadd ta' Stati Ewropej, nofs il-popolazzjoni tbati minn piż żejjed u bejn 20% u 30% ta' l-adulti huma meqjusa bħala obeżi;

    -         in-numru ta' tfal Ewropej li jbatu minn piż żejjed jew li huma obeżi qiegħed jiżdied b'aktar minn 400,000 każ fis-sena u din il-problema tolqot kważi wieħed jew waħda minn kull erba' tifel jew tifla fl-Unjoni Ewropea kollha b'25 Membru;

    -         hemm minn 10 sa 20% tat-tfal fl-Ewropa tat-tramuntana li għandhom piż żejjed, filwaqt li fl-Ewropa tan-nofsinhar u fir-Renju Unit u l-Irlanda, il-proporzjon huwa u ta' bejn l-20 u 35%.

    L-obeżità hija għalhekk realtà li twassalna li faċli nosservawha b'għajnejna stess, hekk kif iddur kantuniera u tara n-numru li qiegħed dejjem jikber ta' nies jistennew f'xi kjù għaċ-ċinema li tassew għandhom piż żejjed. Din il-problema hija wisq aktar allarmanti għaliex qed tolqot numru dejjem akbar ta' tfal u adoloxxenti Ewropej.

    Madankollu jibqa' dejjem min joħroġ kontra dik li għalihom mhix ħlief ossessjoni konnessa ma' valuri ġodda estetiċi u m'hix tassew "marda ta' ċivilizzazzjoni" tal-XX1 seklu. Il-verità hi li l-obeżità (li m'għandhiex titħawwad ma' piż żejjed jew xi kilo jew tnejn żejda), u bħalha l-anoreksja wara kollox (li lanqas m'għandha titħawwad ma' sempliċement irquqija jew it-telf ta' xi ftit piż) it-tnejn jikkostitwixxu problema serja għas-saħħa fiżika.

    Mingħajr ma wieħed jintilef f'dawn id-dettalji, jibqa' l-fatt li l-prevalenza akbar ta' l-obeżità fis-setturi kollha tal-popolazzjoni timplika riskju akbar ta' mewt minn mard assoċjat, bħalma huma d-dijabete tat-2 tip, il-pressjoni għolja u l-mard kardijaku.

    Wieħed irid għalhekk jifraħ bid-dibattitu mibdi mill-Kummissjoni permezz tal-pubblikazzjoni tal-Green Paper f'Diċembru 2005 li l-iskop tagħha huwa li ġġegħilna nirriflettu dwar l-aħjar mezzi biex niġġieldu l-obeżità billi nippromwovu dieta tajba għas-saħħa u l-prattika ta' attività fiżika regolari.

    Din l-iniżjattiva qed tiġi wara t-tnedija f'Marzu 2005 tal-pjattaforma ta' azzjoni Ewropea favur id-dieta tajba, l-attività fiżika u s-saħħa, u li tlaqqa' regolarment rappreżentanti tas-setturi industrijali, ta' l-awtoritajiet nazzjonali u ta' l-NGOs taħt il-patroċinju tad-DG SANCO.

    Ir-rapporteur tilqa' wkoll dan il-metodu ta' konsultazzjoni miftuħa u innovattiva li jkun jista' jippermetti, wieħed jispera, it-twettiq fil-futur ta' pjanijiet kbar ta' azzjoni komuni fil-livell ta' Unjoni Ewropea.

    Dwar il-qasam ta' "l-attività fiżika" li huwa nofs il-problema, u għalhekk nofs is-soluzzjoni (il-famużi 30 minuta ta' attività fiżika ta' kuljum li jissuġġerixxu għadd ta' tobba ) ir-rapporteur tixtieq tagħmel ċara mill-bidu li l-edukazzjoni u l-isports huma oqsma li huma responssabbli għalihom primarjament l-Istati Membri jew ir-reġjuni.

    Għalkemm huwa veru li l-valur edukattiv ta' l-isports ġie rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew ta' Nizza f'Diċembru 2000, u li fl 2004 din kienet ġiet iddikjarata bħala s-Sena Ewropea għall-Edukazzjoni permezz ta' l-Isports, madankollu komparattivament l-UE għandha ftit potenzjal għal azzjoni.

    Huwa veru li ċerti rotot għandhom jiġu esplorati: kampanji ta' għarfien aħjar ta' l-attività fiżika permezz ta' midja differenti, sħubijiet tematiċi bejn il-25 Ministru ta' l-Edukazzjoni u l-EUPEA (European Physical Education Teacher Association) u speċjalment l-inkorporazzjoni tal-qasam sportiv fil-politika reġjunali.

    Huwa importanti wkoll li wieħed jenfasizza d-dewmien ta' rispons mill-awtoritajiet pubbliċi għal din il-marda taż-żmenijiet moderni. Għal kuntrarju ta' dak li ħafna jaħsbu, l-obeżità ma taffetwax biss lill-pajjiżi industrijalizzati, iżda popolazzjonijiet oħrajn ukoll: fl-Ażja u fl-Oċeanja (b'rati rekord fost il-Malaneżjani u l-Mikroneżjani) u fil-pajjiżi tal-Mediterran.

    Il-Kummissjoni ffinanzjat il-proġett iniżjali ta' prevenzjoni fil-ġlieda kontra l-obeżità fl-1998 bi sħubija ma' l-Università ta' Kreta. Fil-livell ta' l-Istati Membri, kienet Franza li bdiet (fl-2000) l-ewwel pjan nazzjonali dwar id-dieta u s-saħħa. Kien ukoll fl-istess sena li l-Kunsill adotta l-ewwel riżoluzzjoni tiegħu dwar is-saħħa u d-dieta.

    Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-biċċa kbira ta' l-Istati Membri ħadu miżuri maħsuba biex jippromwovu d-dieta tajba u l-attività fiżika sa mit-tfulija.

    F'dak li jirrigwarda l-qasam alimentari, l-Istati Membri adottaw leġiżlażżjonijiet u implimentaw pjanijiet ta' azzjoni, jew segwew iż-żewġ rotot flimkien. Huma akkwistaw ukoll riżorsi u issa jistgħu jużaw sensiela sħiħa ta' inċentivi, regolazzjonijiet u projbizzjonijiet.

    Dawn japplikaw f'oqsma varjati bħalma huma:

    -       l-itikkettjar dwar nutriment ta' ċerti prodotti ta' l-ikel ( bis-sistema ta' "food signposting" fl-Ingilterra, il-Finlandja u l-Iżvezja),

    -       il-preżenza jew it-tneħħija ta' vending machines minn ċerti stabbilmenti edukattivi (fi Franza u fir-Renju Unit),

    -       pubbliċità diretta għat-tfal ta' taħt it-12-il sena (fl-Ewropa ta' 25 u pprojbita biss fl-Iżvezja),

    -       l-ikel jew addittivi użati fil-preparazzjoni ta' ikel fil-canteens fl-iskejjel (deċiżjoni tal-Gvern tal-Lettonja li tibda sseħħ fl-1 ta' Novembru li tipprojbixxi l-konsum mit-tfal ta' ikel u xorb li fihom addittivi artifiċjali, kuluranti jew kafeina),

    -       prodotti maħduma b'xaħam veġetali idroġenizzat jew marġerina u li fihom konċentrazzjoni għolja ta' aċidu xaħmi trans (id-Danimarka fl-2003 adottat liġi li tnaqqas l-esponiment għall-aċidu xaħmi trans).

    Ir-rapporteur għażlet apposta li tikkwota eżempji ta' azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri li bosta huma ppernjati fuq "prevenzjoni-interdizzjoni". Din l-għażla bi ħsieb tippermetti lir-rapporteur tenfasizza t-tendenza tal-leġiżlatur li "ma jżommx idu" fil-kwistjoni tal-ġlieda kontra l-obeżità, kemm permezz ta' interdizzjoni ta' ingredjenti, kemm billi jwissi l-konsumaturi dwar prodotti b'ħafna kaloriji.

    I-rapporteur tqis li hu kmieni wisq biex jingħata ġudizzju proviżorju jew finali fuq dawn il-politiki differenti ta' l-Istati Membri, li ħafna minnhom għadhom biss kemm ġew imnedin.

    Din hija l-akbar raġuni li r-rapporteur ma ppronponietx sempliċement l-estensjoni f'livell Ewropew ta' xi waħda mill-ħames attivitajiet hawnfuq imsemmija. Ir-raġuni l-oħra hija l-preferenza tagħha għal proposti miftuħa u pożittivi, li ftit jaqblu mal-loġika ta' l-'interdizzjoni'. (Loġika li ftit tikseb riżultati fost it-tfal minħabba l-propensità kbira tagħhom biex jisfidaw il-projbizzjonijiet.)

    Il-filosofija li fuqu mibni r-rapport hija għalhekk ta' l-inkoraġġiment, aktar milli ta' l-interdizzjoni ta' ċerti prodotti alimentari.

    Ir-rapporteur tagħraf ukoll li jeħtieġ tinqata' l-idea ta' azzjoni politikament korretta li twassal għan-nuqqas ta' azzjoni: min jista' tabilħaqq jemmen illum il-ġurnata li ma jeżistix ikel tajjeb u ikel ħażin mill-perspettiva ta' nutriment?

    Hija tixtieq hawnhekk tiddikjara ċar u tond li għaliha hemm mingħajr ebda dubju ikel tajjeb u b'valur għoli għad-dieta u hemm ikel li huwa "junk" u mimli kaloriji. U li huma ta' l-ewwel, (partikularment il-frott u l-ħaxix, li l-konsum tagħhom ilu jonqos ħafna għal aktar minn għaxar snin u li l-importanza tagħhom f'termini ta' saħħa hija magħrufa tajjeb) - li għandhom ikunu fil-mira tal-politiki ta' inkoraġġiment mill-Unjoni Ewropea.

    Ir-rapporteur, rigward il-Politika Agrikola Komuni, taqbel mal-ħafna kritika li saret dwar in-nuqqas ta' effikaċità tagħha. Il-Politika Komuni għall-Agrikoltura, fil-forma attwali tagħha, għadda żmienha; hemm bżonn li ssir riforma radikali u għandu jiġi indirizzat it-tħassib tal-produtturi f'diversi setturi, kif ukoll it-tħassib tal-konsumaturi li jfittxu li jkollhom dieta varjata u tajba għas-saħħa li tilħaq il-miri tagħha.

    Ir-rapporteur tirrakkomanda li tiġi applikata politika ġdida Ewropea għall-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq tal-frott u l-ħaxix li tinkludi fost, għanijiet oħra prinċipali, l-istimulazzjoni mill-ġdid tal-konsum ta' dawn it-tipi ta' ikel ta' siwi kbir għad-dieta. Barra minn hekk, hija konvinta li politika ta' inċentivi (roħs fil-prezzijiet, tnaqqis fiskali, tipi oħra ta' sussidji) tkun preferibbli għal sistema li tistrieħ fuq aktar taxxi fuq prodotti kaloriċi ħafna ("fat tax") li fl-aħħar mill-aħħar jippenalizzaw l-aktar lill-familji Ewropej l-anqas sinjuri.

    Azzjoni bħal din f'bosta politiki Komunitarji, u l-ħolqien ta' sinerġija bejniethom, huwa għar-rapporteur il-mod l-aktar dirett, (forsi wkoll l-aktar diffiċli fil-fehma tal-partijiet involuti) biex l-Ewropa tagħti l-"plus value" tagħha fil-ġlieda għall-bidla ta' drawwiet alimentari u tal-mod ta' ħajja in ġenerali.

    Dan l-approċċ plurisezzjonali jaqbel preċiżamnt mal-messaġġ tal-Kunsill fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 2000 li f'paragrafu 12 jenfassiżża: "li bosta politiki Komunitarji, b'mod partikulari l-politiki fl-oqsma tas-saħħa pubblika, l-agrikultura, is-sajd, ir-riċerka, it-trasport u l-protezzjoni tal-konsumatur u s-suq intern, għandhom impatt hekk kbir li l-politiki dwar nutrizzjoni nazzjonali ma jistgħux ikunu għal kollox effikaċi jekk l-aspetti li jolqtu s-saħħa nutrizzjonali ma jiġux ikkunsidrati fid-definizzjoni u t-twettieq tal-politiki Komunitarji konċernati".

    Huwa għalhekk li tressqu bosta proposti formulati speċifiċifikament u li jolqtu politiki differenti fejn l-Unjoni Ewropea tista' taġixxi. Pereżempju:

    - fil-qafas tas-7 RDFP, jeħtieġ li jiġu previsti finanzjamenti fit-taqsima tradizzjonali ta' l-alimentazzjoni, l-agrikoltura u bijoteknoloġija, imma jeħtieġ li tkun appoġġjata wkoll ir-riċerka fuq fatturi oħrajn u għalhekk jiġu ffinanzjati proġetti komuni f'bosta dixxiplini (soċjoekomonija, saħħa);

    - rigward il-politika awjoviżwali u l-protezzjoni tal-konsumaturi: ir-rapporteur tipproponi li jkun hemm "gentleman's agreement" bejn il-Kummissjoni u l-industriji tal-midja Ewropej li għal produzzjonijiet destinati għat-tfal fuq għamliet ta' midja differenti: televixin, ċinema, Internet, logħob bil-vidjow, jeżiġi indikazzjonijiet obbligatorji ta' tagħrif dwar is-saħħa u l-logħob li jqajmu għarfien aħjar fost iż-żagħżagħ Ewropej ta' l-importanza tal-prattika ta' l-isports u tal-konsum tal-frott u l-ħaxix biex wieħed jibqa' b'saħħtu;

    fil-qasam ta' l-edukazzjoni u l-isports: il-Kummissjoni għandha l-mezzi (bi sħab mal-ministeri kompetenti f-Istati Membri jew fir-reġjuni) biex twettaq programmi "Sports fl-Iskola" f'lokalitajiet bi prova u li toffri lill-istudenti fil-bidu tas-sena fl-iskejjel magħżula, basket ta' l-isports bil-logo ta' l-EU b'tagħmir bażiku (żraben, xorts, tee-shirt);

    - fil-qafas ta' fondi strutturali: il-koeżjoni ekonomika u soċjali ta' l-Unjoni huwa objettiv ewlieni ta' l-intergrazzjoni Ewropea. Minħabba l-prevalenza ta' l-obeżità fost is-setturi lanqas vantaġġati tal-popolazzjoni, il-promozzjoni ta' modi ta' ħajja tajbin għas-saħħa, kemm mal-popolazzjonijiet taz-żoni urbani kif ukoll dawk rurali, għandha tiġi integrata fi ħdan il-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u l-Fond Europew għall-Iżvilupp Reġjunali (ERDF), hekk kif inhu ffissat għall-perjodu l-ġdid 2007-2013.

    Bħala konklużjoni, il-ġlieda kontra l-obeżità għadha biss fil-bidu u jeħtieġ li ssir prijorità politika għall-Istati Membri kollha kif ukoll, u fuq kollox, għall-Ewropa. L-Unjoni għandha rwol kruċjali x'tassumi biex tissensibilizza l-politiki Komunitarji għall-preokkupazzjonijiet ta' kuljum taċ-ċittadini dwar is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja in ġenerali.

    Id-dieta tajba għandha tingħaraf bħala drawwa li hija importanti daqs l-eżerċizzju fiżiku u daqs in-nuqqas ta' tipjip bħala mezz kif tittejjeb is-saħħa.

    OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (15.11.2006)

    għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

    dwar "Il-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u ta’ l-attività fiżika: Dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku"
    (2006/2231(INI))

    Rapporteur għall-Opinjoni: Anna Hedh

    SUĠĠERIMENTI

    Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni li ser jadotta:

    A.     billi l-bniet għandhom tendenza aktar mis-subien li ma jkunux kuntenti bl-apparenza fiżika tagħhom, li jista' jwassal għal disturbi alimentari bħalma huma l-anoreksja u l-bulimja,

    B.     billi għadd kbir ta' fatturi, bħalma huma eżiġenzi ta' xogħol u responsabilitajiet tad-dar, jagħmluha dejjem aktar diffiċli li l-attività fiżika tkun integrata fl-użu ppjanat tal-ħin ta' kuljum,

    C.     billi l-isport huwa element importanti fil-proċess naturali tas-soċjalizzazzjoni u billi, minħabba l-irwol edukattiv tiegħu, jippromwovi valuri pożittivi u żvilupp personali,

    D.     billi t-tqala u l-menopawsa huma żewġ stadji fl-iżvilupp tal-piż żejjed fin-nisa u billi dawn il-fażijiet importanti fil-ħajja ta' mara m'humiex mogħtija kunsiderazzjoni biżżejjed mis-servizzi nazzjonali tas-saħħa, b'mod partikulari rigward pariri dwar in-nutrizzjoni,

    E.     billi r-rata ta' mewt marbuta ma' l-obeżità hija aktar baxxa fost in-nisa, filwaqt li l-inċidenza ta' mard u tal-problemi tal-kwalità tal-ħajja li huma marbuta mas-saħħa huma ħafna drabi aktar għolja fost in-nisa, u billi, għalhekk, in-nisa jbagħtu aktar mill-konsegwenzi ta' l-obeżità u għandhom, kemm fiżikament kif ukoll emozjonalment, tolleranza aktar baxxa mill-irġiel għal defiċenzji fiżiċi li ġejjin mill-obeżità,

    F.     billi għal ħafna gruppi ta' nisa, b'mod speċjali dawk li jbagħtu l-faqar, mhux faċli li jadottaw mod ta' ħajja aħjar għas-saħħa,

    1.      Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni sabiex tkompli tiżviluppa l-metodu tagħha, ibbażat fuq għarfien tad-differenza bejn sessi, li qed tuża fir-rigward ta' dawk il-kundizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-obeżità u mal-piż, mad-dieta u ma' l-attività fiżika, b'mod partikulari rigward ġbir ta' dejta, it-tixrid ta' l-aqwa prattiki u t-tfassil ta' strateġiji ta' komunikazzjoni mifruxa mal-Komunità kollha;

    2.      Jinnota li l-iskejjel huma postijiet li jistgħu jintużaw biex jinfluwenzaw b'mod pożittiv l-imġiba tat-tfal u taż-żgħażagħ; jenfasizza li fil-canteens ta' l-iskejjel għandu jitħeġġeġ li jiġi servut ikel frisk, preferibbilment bi prodotti ta' agrikoltura organika u reġjonali,

    3.      Jistieden lill-Istati Membri sabiex jinkludu n-nutrizzjoni u l-attività fiżika fost is- suġġetti obbligatorji ta' kuljum fil-programmi ta' edukazzjoni primarja u l-ekonomija domestika fil-programmi ta' edukazzjoni sekondarja; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi fi ħdan il-programmi skolastiċi Ewropea l-iskambju ta' l-aqwa prattiki f'dan il-qasam;

    4.      Jenfasizza l-fatt li l-iskejjel għandhom irwol importanti biex jinfluwenzaw il-modi ta' ħajja tat-tfal u taż-żgħażagħ; jirrakkomanda li l-edukazzjoni tal-konsumatur, in-nutrizzjoni u l-attività fiżika jiġu introdotti fil-kurrikuli ta' l-iskejjel u li l-istudenti kollha jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet;

    5.      Jistieden lill-Istati Membri sabiex jippromwovu kampanji ta' sensibilizzazzjoni sabiex jinkuraġġixxu, jimmotivaw u jippermettu li individwi jonqsu mill-piż permezz ta' nutrizzjoni u attività fiżika aħjar;

    6.      Jirrakkomanda li l-Istati Membri, fl-iżvilupp ta' l-istrateġiji nazzjonali għas-saħħa tagħhom, jikkunsidraw il-possibilità li jippromwovu l-preskrizzjoni ta' attività fiżika lill-pazjenti bħala miżura ta' prevenzjoni fil-ġlieda kontra l-problemi tas-saħħa assoċjati ma' l-obeżità, jew bħala miżura biex jikkontrollaw jew inaqqsu l-piż; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi fost l-Istati Membri l-iskambju ta' l-aqwa prattiki f'dan il-qasam;

    7.      Jistieden lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lil assoċjazzjonijiet ta' l-isports sabiex jistimulaw, jappoġġjaw u jipprovdu eżerċizju fiżiku u attivitajiet sportivi li jkunu disponibbli għal kullħadd u sabiex jiżguraw li l-bniet u n-nisa jkollhom faċilità u aċċess ugwali daqs l-irġiel għall-infrastrutturi u l-attivitajiet sportivi, filwaqt li jitqiesu l-preferenzi differenti tan-nisa u ta' l-irġiel;

    8.      Jistieden lill-Istati Membri u lil min iħaddem sabiex jinkuraġġixu lill-impjegati tagħhom biex jieħdu sehem f'sessjonijiet ta' eżerċizzju fiżiku u f'attivitajiet fiżiċi, b'mod speċjali lil nisa li huma impjegati f'ħidmiet monotoni li jistgħu jwasslu għal mard kroniku;

    9.      Jistieden lill-Istati Membri sabiex iqajmu aktar kuxjenza fost professjoniet tal-kura tas-saħħa rigward mard u patoloġiji li għandhom x'jaqsmu mal-piż, inklużi l-kawżiet psikoloġiċi u/jew fiżjoloġiċi tiegħu, sabiex titjieb il-kwalità tat-kura mogħtija lill-pazjenti;

    10.    Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex iqajmu l-kuxjenza pubblika dwar il-benefiċċji ta' dieta tajba għas-saħħa u ta' attività fiżika regolari u dwar il-perikli potenzjali għas-saħħa li jġib miegħu mod ta' ħajja sedentarja;

    11.    Jenfasizza l-irwol li għandha l-midja biex twassal drawwiet alimentari; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkoperaw magħha biex jippromwovu nutrizzjoni aħjar għas-saħħa;

    12.    Jinkoraġġixxi lill-imsieħba soċjali u lil min iħaddem sabiex joħolqu ambjent tax-xogħol li jista' jgħin il-prattika ta' attività fiżika, li jżid il-livell ta' produttività;

    13.    Jistieden lis-setturi kollha ta' l-industrija ta' l-ikel u tan-nutrizzjoni, "mir-razzett sal-furketta", sabiex jieħdu sehem fid-dibattitu li għaddej u jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet li jinħarġu minn dibattitu bħal dan, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mar-riċerka dwar is-saħħa, l-żvilupp u l-informazzjoni nutrizzjonali bbażati fuq għarfien tad-differenza bejn is-sessi.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Il-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u ta’ l-attività fiżika: Dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku

    Numru tal-proċedura

    2006/2231(INI)

    Kumitat responsabbli

    ENVI

    Opinjoni mogħtija minn
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    FEMM
    28.9.2007

    Rapporteur għal opinjoni
      Data tal-ħatra

    Anna Hedh
    12.9.2006

    Rapporteur għal opinjoni preċedenti

     

    Eżami fil-kumitat

    19.10.2006

    13.11.2006

     

     

     

    Data ta' l-adozzjoni

    13.11.2006

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    23

    -

    -

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Edit Bauer, Hiltrud Breyer, Maria Carlshamre, Ilda Figueiredo, Věra Flasarová, Lívia Járóka, Piia-Noora Kauppi, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marie-Line Reynaud, Teresa Riera Madurell, Raül Romeva i Rueda, Amalia Sartori, Eva-Britt Svensson, Anne Van Lancker, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Anna Hedh,, Zita Pleštinská.

    Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali

    Albert Deß, Viktória Mohácsi

    Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

    ...

    PROĊEDURA

    Titolu

    “Il-promozzjoni ta’ dieta tajba għas-saħħa u ta’ l-attività fiżika: dimensjoni Ewropea għall-prevenzjoni tal-ħxuna, l-obeżità u l-mard kroniku"

    Numru tal-proċedura

    2006/2231 (INI) Kumitat risponsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    Kumitat responsabbli
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ENVI
    28.9.2006

    Kumitati mitluba jagħtu opinjoni    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    EMPL
    28.9.2006

    IMCO
    28.9.2006

    FEMM

    12.10.2006

     

     

    Opinjonijiet mhux mogħtija
      Data tad-deċiżjoni

    EMPL
    18.1.2006

    IMCO

    4.10.2006

     

     

     

    Koperazzjoni aktar mill-qrib
      Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

     

     

     

     

     

    Rapporteur
      Data tal-ħatra

    Frédérique Ries

    29.11.2005

     

    Rapporteur(s) preċedenti

     

     

    Eżami fil-kumitat

    3.10.2006

    27.11.2006

     

     

     

    Data ta' l-adozzjoni

    27.11.2006

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +

    -

    0

    42

    5

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Adamos Adamou, Georgs Andrejevs, Irena Belohorská, Johannes Blokland, John Bowis, Frieda Brepoels, Martin Callanan, Dorette Corbey, Chris Davies, Mojca Drčar Murko, Edite Estrela, Jill Evans, Anne Ferreira, Karl-Heinz Florenz, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Gyula Hegyi, Jens Holm, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Marie-Noëlle Lienemann, Jules Maaten, Linda McAvan, Roberto Musacchio, Riitta Myller, Péter Olajos, Miroslav Ouzký, Vittorio Prodi, Frédérique Ries, Guido Sacconi, Karin Scheele, Richard Seeber, Kathy Sinnott, Bogusław Sonik, Antonios Trakatellis, Marcello Vernola, Anja Weisgerber

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Margrete Auken, Pilar Ayuso, Philip Bushill-Matthews, Christofer Fjellner, Kartika Tamara Liotard, Miroslav Mikolášik, Ria Oomen-Ruijten, Alojz Peterle

    Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

     

    Data tat-tressiq

    6.12.2006

    Kummenti (informazzjoni disponibbli f'lingwa waħda biss)