RAKKOMANDAZZJONI dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill relatata mal-pożizzjoni tal-Komunità dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kumissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' vetturi relatat mal-qasam tal-viżjoni tax-xufier tal-vettura
21.12.2006 - (11522/2006 – C6‑0347/2006 – 2006/0041(AVC)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Enrique Barón Crespo
(Proċedura ssimplifikata - Artikolu 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill relatata mal-pożizzjoni tal-Komunità dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' vetturi relatat mal-qasam tal-viżjoni tax-xufier tal-vettura
(11522/2006 – C6‑0347/2006 – 2006/0041(AVC))
(Proċedura ta' kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11522/2006)[1],
– wara li kkunsidra t-talba għal kunsens mill-Kunsill bi qbil ma' l-Artikolu 4(2), it-tieni inċiż, Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE[2] (C6‑0347/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75(1) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-00724/2006),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
- [1] Għadu mhux ippublikat fil-ĠU.
- [2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan ta’ adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Ftehima tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, għal tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu fuq u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta’ approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet ( Ftehima 1958 reveduta) (ĠU L 346 tas-17.12.1997, p.78).
PROĊEDURA
Titolu |
Abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill relatata mal-pożizzjoni tal-Komunità dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-approvazzjoni ta' vetturi relatat mal-qasam tal-viżjoni tax-xufier tal-vettura |
|||||||
Referenzi |
11522/2006 - C6-0347/2006 - 2006/0041(AVC) |
|||||||
Data tat-talba għall-kunsens tal-PE |
19.10.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli |
INTA 26.10.2006 |
|||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħtu/i opinjoni(jiet) |
TRAN 26.10.2006 |
IMCO 26.10.2006 |
|
|
|
|||
Opinjoni(ijiet) mhux mogħtija |
TRAN |
IMCO 27.11.2006 |
|
|
|
|||
Koperazzjoni aktar mill-qrib |
Le |
|
|
|
|
|||
Rapporteur(s) |
Enrique Barón Crespo |
|
||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
||||||
Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni |
19.4.2006 |
|||||||
Eżami fil-kumitat |
18.12.2003 |
|
|
|
|
|||
Data ta' l-adozzjoni |
18.12.2006 |
|||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 0 0 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Kader Arif, Jean-Pierre Audy, Enrique Barón Crespo, Daniel Caspary, Françoise Castex, Christofer Fjellner, Béla Glattfelder, Alain Lipietz, Caroline Lucas, Erika Mann, Helmuth Markov, David Martin, Georgios Papastamkos, Tokia Saïfi, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Johan Van Hecke, Zbigniew Zaleski |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Panagiotis Beglitis, Harlem Désir, Elisa Ferreira, Małgorzata Handzlik, Jens Holm, Jörg Leichtfried |
|||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||
Data tat-tressiq |
21.12.2006 |
|
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
... |
|||||||