RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunita u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-allokazzjoni tal-kapaċita ta' l-infrastruttura ferrovjarja u taxxar ta' ħlasijiet għall-użu ta' infrastruttura ferrovjarja
21.12.2006 - (5895/2/2006 – C6‑0309/2006 – 2004/0047(COD)) - ***II
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Georg Jarzembowski
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunita u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-allokazzjoni tal-kapaċita ta' l-infrastruttura ferrovjarja u taxxar ta' ħlasijiet għall-użu ta' infrastruttura ferrovjarja
(5895/2/2006 – C6‑0309/2006 – 2004/0047(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5895/2/2006 – C6‑0309/2006),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2004)0139),[2]
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0475/2006),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill | Emendi tal-Parlament |
Emenda 1 PREMESSA 4 | |
(4) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tindirizza l-ftuħ tas-suq għas-servizzi ferrovjarji internazzjonali fi ħdan il-Komunità, u m' għandiex għaldaqstant tikkonċerna s-servizzi bejn Stat Membru u pajjiż terz. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, servizzi li jgħaddu fil-Komunità. |
(4) L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tindirizza l-ftuħ tas-suq għas-servizzi ferrovjarji fi ħdan il-Komunità, u m' għandiex għaldaqstant tikkonċerna s-servizzi bejn Stat Membru u pajjiż terz. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, servizzi li jgħaddu fil-Komunità. |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika biex tirrifletti t-tqegħid ġdid ta' kliem fl-Artikolu 10(3a) tad-Direttiva 91/440/KEE (ara Emenda 16). | |
Emenda 2 PREMESSA 6 | |
(6) Ma jkunx possibbli li jinfetaħ is-suq fis-servizzi internazzjonali għall-passiġġiera mingħajr disposizzjonijiet dettaljati dwar l-aċċess ta' l-infrastruttura, progress sostanzjali dwar l-interoperabilità u qafas strett ta' sikurezza ferrovjarja fuq livell nazzjonali u Ewropew. Dawn l-elementi kollha issa huma fis-seħħ wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, id-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill, id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji, id-Direttiva 2001/14/KE u d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar is-sigurtà tal-linji ferrovjarji Komunitarji. Jeħtieġ li dan il-qafas regolatorju ġdid ikun appoġġat minn prattika stabbilita u konsolidata mid-data proposta għall-ftuħ tas-suq għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri. Dan ser jeħtieġ ċertu żmien. Id-data mmirata għall-ftuħ tas-suq għandha għalhekk tkun l-1 ta' Jannar 2010. |
(6) Ma jkunx possibbli li jinfetaħ is-suq fis-servizzi għall-passiġġiera mingħajr disposizzjonijiet dettaljati dwar l-aċċess ta' l-infrastruttura, progress sostanzjali dwar l-interoperabilità u qafas strett ta' sikurezza ferrovjarja fuq livell nazzjonali u Ewropew. Dawn l-elementi kollha issa huma fis-seħħ wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, id-Direttiva 2004/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 91/440/KEE tal-Kunsill, id-Direttiva 2001/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE dwar il-liċenzjar ta' impriżi ferrovjarji, id-Direttiva 2001/14/KE u d-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar is-sigurtà tal-linji ferrovjarji Komunitarji. Jeħtieġ li dan il-qafas regolatorju ġdid ikun appoġġat minn prattika stabbilita u konsolidata mid-data proposta għall-ftuħ tas-suq għas-servizzi tal-passiġġieri. Peress li dawn id-direttivi għandhom jiġu trasposti fuq il-liġi nazzjonali sa l-2006, jistgħu jiġu miftuħa netwerks għal servizzi internazzjonali ta' passiġġiera sa l-2010 u għal kull tip ieħor ta' servizz ta' passiġġiera sa l-2017. Stati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 jew wara għandu jkollhom id-dritt li jipposponu sa ħames snin id-data mmirata ta' l-2017 għal servizzi internazzjonali ta' passiġġiera. |
Emenda 3 PREMESSA 8 | |
L-introduzzjoni ta' servizzi ġodda internazzjonali b' aċċess miftuħ b' waqfiet intermedji m'għandhomx jintużaw biex iwasslu għal-ftuħ tas-suq għas-servizzi domestiċi tal-passiġġieri, iżda għandhom sempliċiment ikunu ffukati fuq waqfiet li huma anċillari għar-rotta internazzjonali. Abbażi ta' dak, l-introduzzjoni tagħhom għandha tikkonċerna servizzi li l-għan prinċipali tagħhom hu li jġorr passiġġieri li jkunu qed jivvjaġġaw fuq vjaġġ internazzjonali. Id-determinazjoni jekk dak huwiex l-għan prinċipali tas-servizz għandha tieħu kont ta' kriterji bħall-proporzjon ta' turnover, u ta' volum, li ġejjin mit-trasport ta' passiġġieri domestiċi jew internazzjonali, u t-tul tas-servizz. Din id-determinazzjoni għandha ssir mill-korp regolatorju nazzjonali rispettiv fuq talba tal-parti interessata. |
imħassra |
Ġustifikazzjoni | |
Il-limitazzjoni l-ġdida li ppropona l-Kunsill fuq il-ftuħ ta' netwerks, bbażata fuq il-kriterju ta' "l-iskop prinċipali" ta' servizz, għandha tiġi rifjutata, peress li servizzi reġjonali diġa huma mħarsa b'mod xieraq mill-Artikolu l-ġdid 10(3b) tad-Direttiva 91/440/KEE. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta' dan il-kriterju jinneċessita proċedura estremament burokratika li tieħu ħafna żmien u li tinvolvi ħafna aġenziji, u l-ammont kbir ta' dejta li trid tinkiseb u titqies żgur twassal għal disputi amministrattivi u ġudizzjarji. | |
Emenda 4 PREMESSA 9 | |
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri fir-rigward ta' l-obbligi inerenti fil-kunċett tas-servizz ta' trasport pubbliku bil-ferrovija, fit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni awtorizza lill-Istati Membri u l-awtrotitajiet lokali bl-għotja ta' kuntratti ta' servizz pubbliku. Dawn il-kuntratti jista' jkun fihom drittijiet esklussivi biex jiġu operati ċerti servizzi. Hu għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li d-disposizzjonijiet ta' dak ir-Regolament ikunu konsistenti mal-prinċipju li servizzi internazzjonali tal-passiġġieri jinfetħu għall-kompetizzjoni. |
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri fir-rigward ta' l-obbligi inerenti fil-kunċett tas-servizz ta' trasport pubbliku bil-ferrovija, fit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni awtorizza lill-Istati Membri u l-awtrotitajiet lokali bl-għotja ta' kuntratti ta' servizz pubbliku. Dawn il-kuntratti jista' jkun fihom drittijiet esklussivi biex jiġu operati ċerti servizzi. Hu għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li d-disposizzjonijiet ta' dak ir-Regolament ikunu konsistenti mal-prinċipju li servizzi tal-passiġġieri jinfetħu għall-kompetizzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika biex tirrifletti t-tqegħid ġdid ta' kliem fl-Artikolu 10(3a) tad-Direttiva 91/440/KEE (ara Emenda 16). | |
Emenda 5 PREMESSA 10 | |
(10) Il-ftuħ ta' servizzi internazzjonali tal-passiġġieri, li jinkludu d-dritt li jittellgħu passiġġieri fi kwalunkwe stazzjon li jinsab fir-rotta ta' servizz internazzjonali u li jitniżżlu f'ieħor, inklużi l-istazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru, għal kompetizzjoni jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għal passiġġieri provduti taħt kuntratt ta' servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jillimitaw id-dritt għall-aċċess għas-suq fejn dan id-dritt ikun jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' dawn il-kuntratti ta' servizz pubbliku u fejn tingħata approvazzjoni mill-korpi regolatorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi ta' l-analiżi ekonomika objettiva,wara talba mill-awtoritajiet kompetenti li għamlu l-għotja tal-kuntratti ta' servizz pubbliku. |
(10) Il-ftuħ ta' servizzi tal-passiġġieri, li jinkludu d-dritt li jittellgħu passiġġieri fi kwalunkwe stazzjon li jinsab fir-rotta ta' servizz internazzjonali u li jitniżżlu f'ieħor, inklużi l-istazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru, għal kompetizzjoni jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-organizzazzjoni u l-finanzjament ta' servizzi ferrovjarji għal passiġġieri provduti taħt kuntratt ta' servizz pubbliku. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jillimitaw id-dritt għall-aċċess għas-suq fejn dan id-dritt ikun jikkomprometti l-vijabilta ekonomika ta' dawn il-kuntratti ta' servizz pubbliku u fejn tingħata approvazzjoni mill-korpi regolatorji rilevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi ta' l-analiżi ekonomika objettiva,wara talba mill-awtoritajiet kompetenti li għamlu l-għotja tal-kuntratti ta' servizz pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika biex tirrifletti t-tqegħid ġdid ta' kliem fl-Artikolu 10(3b) tad-Direttiva 91/440/KEE (ara Emenda 17). | |
Emenda 6 PREMESSA 11 | |
(11) Xi Stati Membri diġà mxew biex jiftħu s-suq għal servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi trasparenti u miftuħa għall-għoti ta' wħud mit-tali servizzi. Huma m'għandhomx għalfejn jipprovdu aċċess sħiħ miftuħ għas-servizzi għall-passiġġieri internazzjonali, billi din il-kompetizzjoni għad-dritt għall-użu ta' ċerti rotot ferrovjarji involviet test suffiċjenti tal-valur tas-suq għat-tħaddim ta' dawk is-servizzi. |
(11) Xi Stati Membri diġà mxew biex jiftħu s-suq għal servizzi ferrovjarji għall-passiġġieri permezz ta' sejħiet għal offerti kompetittivi trasparenti u miftuħa għall-għoti ta' wħud mit-tali servizzi. Ir-reviżjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 għandha tkompli dan il-proċess. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tagħmel il-premessa aktar soda peress li l-offerti pubbliċi jagmlu sens biss, u huma biss neċessarji, għal servizzi pubbliċi reġjonali u lokali ta' passiġġiera. | |
Emenda 7 PREMESSA 12 | |
(12) Il-valutazzjoni ta' jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku jistax jiġi kompromess, għandha tieħu kont ta' kriterji pre-determinati bħall-impatt fuq il-profitabbilità ta' kwalunkwe servizz li hu inkluż fil-kuntratt ta' servizz pubbliku, inklużi impatti ta' konsegwenza fuq l-ispiża netta għall-awtorita pubblika kompetenti li tat il-kuntratt, id-domanda tal-passiġġieri, prezzijiet tal- biljetti, arranġamenti tal-biljetti, lokalità u numru ta' waqfiet fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera u skeda ta' ħin u frekwenza tas-servizz il-ġdid propost. Abbażi ta' din il-valutazzjoni u tad-deċiżjoni tal-korp regolatorju relevanti, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, jimmodifikaw jew jimpedixxu d-dritt ta' aċċess għas-servizz mixtieq internazzjonali tal-passiġġieri, inkluż It-tqegħid ta’ piżijiet fuq l-operatur ta' servizz internazzjonali tal-passiġġieri ġdid, f'konformità ma' l-analiżi ekonomika u skond il-liġi Komunitarja u l-prinċipji ta' ugwaljanza u non-diskriminazzjoni. |
(12) Il-valutazzjoni ta' jekk il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt ta' servizz pubbliku jistax jiġi kompromess, għandha tieħu kont ta' kriterji pre-determinati bħall-impatt fuq il-profitabbilità ta' kwalunkwe servizz li hu inkluż fil-kuntratt ta' servizz pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tagħmel il-premessa aktar soda u timmodifikaha sabiex tirrifletti l-prassi normali għall-premessi. Ara wkoll l-Emenda 17. | |
Emenda 8 PREMESSA 13 | |
(13) Sabiex jiġi żgurat il-finanzjament ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku, huwa xieraq li l-Istati Membri jiġu permessi jimponu taxxa fuq is-servizzi tal-passiġieri fit-territorju tagħhom skond il-liġi Komunitarja. |
(13) Sabiex issir kontribuzzjoni għall-operat ta' servizzi ta' passiġġiera fuq linji li jissodisfaw obbligu ta' servizzi pubbliku, huwa xieraq li l-Istati Membri li jixtiequ jiġu permessi li jawtorizzaw l-awtoritajiet responsabbli għal dawk is-servizzi biex jimponu taxxa fuq is-servizzi tal-passiġieri taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom. |
|
Dik it-taxxa għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' l-obbligi tas-servizzi ta' passiġġieri stipulati f'kuntratti ta' servizz pubbliku b'konformita mal-liġi Komunitarja. |
|
It-taxxa għandha tiġi imposta b'konformita mal-liġi Komunitarja, u b'mod partikulari mal-prinċipji ta' ġustizzja, trasparenza, non-diskriminazzjoni u proporzjonalita. |
Emenda 9 PREMESSA 14 | |
(14) Il-korp regolatorju għandu jiffunzjona b'tali mod li jevita kwalunkwe konflitt ta' interessi u kwalunkwe involviment possibbli fl-għotja tal-kuntratt ta' servizz pubbliku taħt konsiderazzjoni. B'mod partikolari, l-indipendenza funzjonali tiegħu għandha tiġi assigurata jekk ikun konness mill-qrib, għal għanijiet legali jew organizzativi, ma' l-awtorità kompetenti involuta fl-għotja tal-kuntratt ta' servizz pubbliku taħt konsiderazzjoni. Il-kompetenza tal-korp regolatorju għandha tkun estiża biex tippermetti l-valutazzjoni ta' l-għan tas-servizz internazzjonali u, fejn adegwat, l-impatt ekonomiku potenzjali fuq kuntratti ta' servizz pubbliku eżistenti. |
(14) Il-korp regolatorju għandu jiffunzjona b'tali mod li jevita kwalunkwe konflitt ta' interessi u kwalunkwe involviment possibbli fl-għotja tal-kuntratt ta' servizz pubbliku taħt konsiderazzjoni. B'mod partikolari, l-indipendenza funzjonali tiegħu għandha tiġi assigurata jekk ikun konness mill-qrib, għal għanijiet legali jew organizzativi, ma' l-awtorità kompetenti involuta fl-għotja tal-kuntratt ta' servizz pubbliku taħt konsiderazzjoni. Il-kompetenza tal-korp regolatorju għandha tkun estiża biex tippermetti l-valutazzjoni ta' l-impatt ekonomiku potenzjali fuq kuntratti ta' servizz pubbliku eżistenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika biex tirrifletti l-Emendi 3 u 15 u l-ġustifikazzjonijiet tagħhom. | |
Emenda 10 PREMESSA 15 | |
(15) Din id-Direttiva tikkostitwixxi fażi ulterjuri tal-ftuħ tas-suq ferrovjarju. Xi Stati Membri diġà fetħu s-suq għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri fit-territorju tagħhom. F'dan il-kuntest, din id-Direttiva m'għandhiex tinftiehem li toħloq obbligi għal dawk l-Istati Membri biex jagħtu, qabel l-1 ta' Jannar 2010, drittijiet ta' aċċess għal impriżi tal-ferroviji liċenzjati fi Stat Membru fejn drittijiet simili ma ġewx mogħtija. |
(15) Din id-Direttiva tikkostitwizzi l-fażi ta' konklużjoni fir-regolamentazzjoni tal-ftuħ tas-suq ferrovjarju. Xi Stati Membri diġà fetħu s-suq għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri fit-territorju tagħhom. F'dan il-kuntest, din id-Direttiva m'għandhiex tinftiehem li toħloq obbligi għal dawk l-Istati Membri biex jagħtu, qabel l-1 ta' Jannar 2010, jew fl-1 ta' Jannar 2017 rispettivament, drittijiet ta' aċċess għal impriżi tal-ferroviji liċenzjati fi Stat Membru fejn drittijiet simili ma ġewx mogħtija. |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika biex tirrifletti l-Emenda 16 u l-ġustifikazzjoni tagħha. |
Emenda 11
PREMESSA 15 A (ġdida)
|
(15a) Sabiex tinħoloq infrastruttura speċjalizzata, bħalma huma linji ferrovjarji ta' veloċita kbira, impriżi ferrovjarji jirrikjedu pjanar u ċertezza legali proporzonati ma' l-investiment sostanzjali u fit-tul li hemm involut. Għalhekk għandu jkun possibbli għal dawn l-impriżi biex normalment jikkonkludu ftehimiet ta' qafas b'perjodu ta' mhux aktar minn 15-il sena. Id-Direttiva 2001/14/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
|
Ġustifikazzjoni
L-introduzzjoni mill-ġdid tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 fl-ewwel qari (ara l-Emenda 5), adattata biex tirrifletti t-tqegħid ta' kliem kif propost mill-Kunsill ta' l-Artikolu 17(15a) tad-Direttiva 2001/14/KE.
Emenda 12 PREMESSA 16 | |
(16) Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom abbażi ta' l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/14/KE, jagħmlu skambju ta' informazzzjoni u, fejn rilevanti f'każijiet individwali, jikkoordinaw fuq il-prinċipji u l-prattika li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk il-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b'mod progressiv jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom. |
(16) Il-korpi regolatorji nazzjonali għandhom abbażi ta' l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/14/KE, jagħmlu skambju ta' informazzzjoni u, fejn rilevanti f'każijiet individwali, jikkoordinaw fuq il-prinċipji u l-prattika li jagħmlu valutazzjoni dwar jekk il-vijabilta ekonomika ta' kuntratt ta' servizz pubbliku huwiex kompromess. Huma għandhom b'mod progressiv jiżviluppaw linji gwida bbażati fuq l-esperjenzi tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika biex tirrifletti t-tqegħid ġdid ta' kliem fl-Artikolu 10(3b) tad-Direttiva 91/440/KEE. | |
Emenda 13 PREMESSA 17 | |
(17) L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun valutata abbażi tar-rapport li ser jiġi preżentat mill-Kummissjoni sentejn wara d-data tal-ftuħ tas-suq fis-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri. |
(17) L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun valutata abbażi ta' żewġ rapporti li ser jiġu preżentati mill-Kummissjoni sena wara d-data tal-ftuħ tas-suq fis-servizzi internazzjonali u nazzjonali tal-passiġġieri, rispettivament. Rapport ieħor għandu jiġi preżentat mill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2012, li jiffoka fuq l-istat fil-preparamenti għall-ftuħ tas-suq ferrovjarju għal servizzi nazzjonali tal-passiġġieri u, possibilment, li jipproponi miżuri addizzjonali biex jiffaċilitaw dan il-pass. |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika sabiex tirrifletti l-Emenda 25 (ara l-Emenda 6 mill-ewwel qari tal-Parlament Ewropew). | |
Emenda 14 PREMESSI 18 A U 18 B (ġodda) | |
|
(18a) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni1. ___________ 1 ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). |
|
(18b) B'mod partikulari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla biex jemendaw l-element mhux essenzjali ta' din id-Direttiva b'konformita mal-proċedura regolatorja bi provvediment għal eżaminazzjoni fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
|
Ġustifikazzjoni | |
Id-Direttivi 91/440/KEE u 2001/14/KE jirreferu, f'postijiet varji, għal proċedura ta' kumitoloġija u għall-kumitat xieraq. Peress li ġiet introdotta proċedura ta' kumitoloġija ġdida (proċedura regolatorja bi skrutinju) mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-proċedura għandha tiġi implimentata biss jekk il-kriterji stipulati f'dik id-deċiżjoni huma applikabbli, speċjalment meta huma involuti miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali, li jirriżultaw fl-emendar ta' elementi mhux essenzjali ta' l-att leġiżlattiv. | |
Emenda 15 ARTIKOLU 1, PUNT 3 Artikolu 3, inċiż 5a (Direttiva 91/440/KEE) | |
"- "servizz internazzjonali tal-passiġġieri" għandu jfisser servizz għal passiġġieri fejn il-ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta' Stat Membru u fejn l-iskop prinċipali tas-servizz hu li jġorr passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti; il-ferrovija tista' tkun magħquda u/jew maqsuma, u sezzjonijiet differenti jista' jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti sakemm il-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda" |
"- "servizz internazzjonali tal-passiġġieri" għandu jfisser servizz għal passiġġieri fejn il-ferrovija taqsam mill-anqas fruntiera waħda ta' Stat Membru; il-ferrovija tista' tkun magħquda u/jew maqsuma, u sezzjonijiet differenti jista' jkollhom oriġini u destinazzjonijiet differenti sakemm il-vaguni kollha jaqsmu mill-anqas fruntiera waħda" |
Ġustifikazzjoni | |
L-introduzzjoni mill-ġdid tad-definizzjoni fil-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, peress li aktar limitazzjoni fuq il-ftuħ tan-netwerk kif mixtieqa mill-Kunsill, fuq il-bażi tal-kriterju ta' "l-iskop prinċipali" ta' servizz, għandha tiġi rifjutata, peress li t-traffiku reġjonali diġa huwa mħares b'mod xieraq mill-Artikolu l-ġdid 10(3b) tad-Direttiva 91/440/KEE. | |
Emenda 16 ARTIKOLU 1, PUNT 8 Artikolu 10, inċiż 3a (Direttiva 91/440/KEE) | |
"3a. Impriżi ta' linji ferrovjarji fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2, għandhom jiġu mogħtija d-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi operat is-servizz tal-ferrovija internazzjonali tal-passiġġieri sal-1 ta' Jannar 2010. Impriżi ta' linji ferrovjarji għandhom, matul is-servizz għal passiġġieri internazzjonali, ikollhom id-dritt li jtellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta internazzjonali u jniżżluhom f'ieħor, inklużi l-istazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru. |
"3a Impriżi ta' linji ferrovjarji fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2, għall-iskop biex jiġu operati servizzi internazzjonali tal-passiġġiera, sa l-1 ta' Jannar 2010, u għall-iskop li jiġu operati kull tip ieħor ta' servizz ta' passiġġiera, sa l-1 ta' Jannar 2017 għandhom jiġu mogħtija d-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura fl-Istati Membri kollha. Impriżi ta' linji ferrovjarji għandhom, matul is-servizz għal passiġġieri internazzjonali, ikollhom id-dritt li jtellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta internazzjonali u jniżżluhom f'ieħor, inklużi l-istazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru. |
Id-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ta' l-Istati Membri li għalihom is-sehem ta' trasport internazzjonali ta' passiġġiera bil-ferrovija jikkostitwixxi iktar min-nofs tat-turnover ta' impriżi ta' linji ferrovjarji f'dak l-Istat Membru għandu jiġi garantit sa l-1 ta' Jannar 2012. |
Id-dritt ta' aċċess għall-infrastruttura ta' l-Istati Membri li għalihom is-sehem ta' trasport internazzjonali ta' passiġġiera bil-ferrovija jikkostitwixxi iktar min-nofs tat-turnover ta' impriżi ta' linji ferrovjarji f'dak l-Istat Membru għandu jiġi garantit sa l-1 ta' Jannar 2012. |
Jekk l-iskop prinċipali tas-servizz hux it-trasport ta' passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti għandu jkun determinat mill-korp jew kopri regolatorji relevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE wara talba mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u/jew mill-impriżi tas-servizzi ferrovjarji interessati. |
Stati Membri li daħlu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 jew wara jistgħu jiddiferixxu d-dritt għal aċċess għall-infrastruttura għall-operat ta' servizzi nazzjonali ta' passiġġiera sa mhux aktar minn 5 snin. |
Emenda 17 ARTIKOLU 1, PUNT 8 Artikolu 10, paragrafu 3b (Direttiva 91/440/KEE) | |
(3b) L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta' aċċess definit fil-paragrafu 3(a) dwar servizzi bejn post ta' tluq u ta' destinazzjoni li huma koperti minn kuntratt ta'servizz pubbliku wieħed jew aktar b'mod konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja fis-seħħ. Tali limitazzjoni jista' ma jkollhiex l-effett li tnaqqas id-dritt li jittellgħu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon li jinsab fuq ir-rotta ta' servizz internazzjonali u li jitniżżlu f'ieħor inklużi stazzjonijiet li jinsabu fl-istess Stat Membru, minbarra fejn l-eżerċizzju ta' dan id-dritt jikkomprometti l-bilanċ ekonomiku ta' kuntratt ta' servizz pubbliku. |
(3b) L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt ta' aċċess definit fil-paragrafu 3(a) dwar servizzi li huma koperti minn kuntratt ta'servizz pubbliku wieħed jew aktar b'mod konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja fis-seħħ. Tali limitazzjoni, inkluż fejn din tirriżulta fi tnaqqis tad-dritt li jittellgħu u jitniżżlu passiġġieri minn kwalunkwe stazzjon tista' tiġi imposta biss fejn l-eżerċizzju ta' dan id-dritt jikkomprometti l-vijabilta ekonomika ta' kuntratt ta' servizz pubbliku. |
Jekk l-ekwilibriju ekonomiku jkunx kompromess għandu jkun determinat mill-korp jew korpi regolatorju/i relevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi ta' analiżi ekonomika objettiba u abbażi ta' kriterji determinati minn qabel, wara talba minn: |
Jekk il-vijabilta ekonomika tkunx kompromessa għandu jkun determinat mill-korp jew korpi regolatorju/i relevanti msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/14/KE abbażi ta' analiżi ekonomika objettiba u abbażi ta' kriterji determinati minn qabel, wara talba minn: |
- l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratt ta' servizz pubbliku; |
- l-awtorità kompetenti jew l-awtoritajiet kompetenti li jkunu taw il-kuntratt ta' servizz pubbliku; |
- kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata bid-dritt li tillimita l-aċċess taħt dan l-Artikolu; |
- kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata bid-dritt li tillimita l-aċċess taħt dan l-Artikolu; |
- il-maniġer ta' l-infrastruttura, jew |
- il-maniġer ta' l-infrastruttura, jew |
- l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku. |
- l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku. |
L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi tal-linji ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i relevanti bl-informazzjoni meħtieġa b'mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra l-informazzjoni provduta, jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien pre-determinat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha. Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jispeċifikaw il-perijodu ta' żmien u l-kondizzjonijiet li fihom, |
L-awtoritajiet kompetenti u l-impriżi tal-linji ferrovjarji li jipprovdu s-servizzi pubbliċi għandhom jipprovdu lill-korp jew korpi regolatorju/i relevanti bl-informazzjoni meħtieġa b'mod raġonevoli biex tinlaħaq deċiżjoni. Il-korp regolatorju għandu jikkunsidra l-informazzjoni provduta, jikkonsulta l-partijiet rilevanti kollha kif xieraq, u għandu jinforma lill-partijiet rilevanti bid-deċiżjoni raġunata tiegħu fi żmien pre-determinat u raġonevoli, u, fi kwalunkwe każ, fi żmien tliet xhur minn meta jsir ir-rikjesta għall-aċċess. Il-korp regolatorju għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jispeċifikaw il-perijodu ta' żmien u l-kondizzjonijiet li fihom, |
- l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti; |
- l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti rilevanti; |
- il-maniġer ta' l-infrastruttura; |
- il-maniġer ta' l-infrastruttura; |
- l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku, jew |
- l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku, jew |
- l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qiegħda tfittex aċċess, |
- l-intrapriża tal-linji ferrovjarji li qiegħda tfittex aċċess, |
jistgħu jitolbu l-konsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni. |
jistgħu jitolbu l-konsiderazzjoni mill-ġdid tad-deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
L-introduzzjoni mill-ġdid tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 fl-ewwel qari (ara l-Emenda 10 ta' l-ewwel qari), il-possibilta li l-aċċess jiġi limitat, biex ikunu mħarsa s-servizzi pubbliċi reġjonali tal-passiġġiera, qed jiġi estiż ukoll għal servizzi nazzjonali tal-passiġġiera. | |
Sabiex jiġi evitat dewmien intenzjonat, minn xi parti interessata, fid-deċiżjoni meħuda mill-awtorita jew awtoritajiet kompetenti, l-iskadenza għad-deċiżjoni għandha tibda minn meta tiġi sottomessa r-rikjesta, u għandha tiġi estiża wkoll b'xahar. | |
Emenda 18 ARTIKOLU 1, PUNT 8 Artikolu 10, paragrafu 3c (Direttiva 91/440/KEE) | |
3ċ L-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw id-dritt li jittellgħu u jitniżżlu passiġġieri fi stazzjonijiet fl-istess Stat Membru fuq ir-rotta ta' servizz internazzjonali għall-passiġġieri fejn dritt esklussiv li jitwasslu passiġġieri bejn dawk l-istazzjonijiet ġie mogħti taħt kuntratt ta' konċessjoni qabel...* abbażi tal-proċedura ta' offerti ta' kuntratti ġusta u kompetittiva u b'mod konformi mal-prinċipji tal-liġi Komunitarja. Din il-limitazzjoni tista' tkompli tul iż-żmien oriġinali tal-kuntratt, jew għall-15-il sena, skond liema hu l-iqsar. ___________ ĠU: J.J. daħħlu d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Din il-limitazzjoni addizzjonali għall-aċċess, li tagħti l-opportunita li jiġi limitat id-dritt li jitwasslu passiġġieri għal perjodu ta' mhux aktar minn 15-il sena, tista' tipperikola l-vijabilta ekonomika tas-servizzi internazzjonali tal-passiġġiera, u b'hekk tmur kontra l-għanijiet stess tad-direttiva. Barra minn hekk, servizzi reġjonali huma mħarsa b'mod xieraq mill-opportunita eżistenti għal limitazzjoni provduta mill-Artikolu 10(3b) tad-Direttiva 91/440/KEE. | |
Emenda 19 ARTIKOLU 1, PUNT 8 Artikolu 10, paragrafu 3d (Direttiva 91/440/KEE) | |
3d Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jeħtieġu li Stat Membru jagħti, qabel l-1 ta' Jannar 2010, id-dritt għal aċċess imsemmi fil-paragrafu 3a għall-impriżi tal-linji ferrovjarji u s-sussidjarji kkontrollati indirettament u direttament tagħhom, bil-liċenzja fi Stat Membru fejn drittijiet ta' aċċess ta' natura simili m'humiex mogħtija. |
3d Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jeħtieġu li Stat Membru jagħti, qabel l-1 ta' Jannar 2010, fil-każ tas-servizzi internazzjonali tal-passiġġiera, u qabel l-1 ta' Jannar 2017 fil-każ tat-tipi l-oħra kollha ta' servizzi ta' passiġġiera, id-dritt għal aċċess imsemmi fil-paragrafu 3a għall-impriżi tal-linji ferrovjarji u s-sussidjarji kkontrollati indirettament u direttament tagħhom, bil-liċenzja fi Stat Membru fejn drittijiet ta' aċċess ta' natura simili m'humiex mogħtija |
Emenda 20 ARTIKOLU 1, PUNT 8 Artikolu 10, paragrafu 3e (Direttiva 91/440/KEE) | |
3e L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-deċiżonijiet imsemmija f' paragrafi 3b, 3ċ u 3d huma soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja." |
3e L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-deċiżonijiet imsemmija f' paragrafi 3b u 3d huma soġġetti għal reviżjoni ġudizzjarja." |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika sabiex tirrifletti l-Emenda 18. | |
Emenda 21 ARTIKOLU 1, PUNT 8 Artikolu 10, paragrafu 3f, subparagrafu 1 (Direttiva 91/440/KEE) | |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3b, l-Istati Membri jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, jawtorizzaw lill-awtoritajiet rilevanti biex jimponu taxxa fuq is-servizzi kollha ta' trasport ferrovjarju għall-passiġġieri fit-territorju tagħhom sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-kumpens ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku fil-qafas tal-kuntratti tas-servizz pubbliku konklużi skond il-liġi Komunitarja. |
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3b, l-Istati Membri jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu, jawtorizzaw lill-awtorita responsabbli għat-trasport ferrovjarju sabiex timponi taxxa fuq impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizz internazzjonali ta' passiġġiera għall-operat ta' rotot li jaqgħu fil-ġuriżdizzjoni ta' dik l-awtorita u li huma operati bejn żewġ stazzjonijiet f'dak l-Istat Membru. |
|
F'dak il-każ, impriżi ferrovjarji li jipprovdu servizz domestiku tat-trasport għandhom ikunu suġġetti għall-istess taxxa fl-operat ta' dawk ir-rotot. |
Emenda 22 ARTIKOLU 1, PUNT 8 Artikolu 10, paragrafu 3f, subparagrafu 2 (Direttiva 91/440/KEE) | |
F'konfomità mal-liġi Komunitarja, il-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jistax jeċċedi dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispiża kollha jew parti minnha li ssir fl-eżekuzzjoni ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku wara li jittieħed kont tar-riċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi. |
It-taxxa hija maħsuba biex tikkumpensa l-awtorita li hija responsabbli mill-obbligi ta' servizz pubbliku fil-kuntest ta' kuntratt ta' servizz pubbliku f'konformita mal-liġi Komunitarja. Il-kumpens ma jistax jeċċedi dak li hu meħtieġ biex ikopri l-ispiża minnha li ssir fl-eżekuzzjoni ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku wara li jittieħed kont tar-riċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-obbligi. |
Emenda 23 ARTIKOLU 1, PUNT 8 Artikolu 10, paragrafu 3f, subparagrafu 3 (Direttiva 91/440/KEE) | |
It-taxxa għandha tiġi imponuta skond il-liġi Komunitarja, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tal-ġustizzja, it-trasparenza, in-non-diskriminazzjoni u l-proporzjonalità, b'mod partikolari bejn il-prezz tas-servizz u l-livell tat-taxxa. L-obbligu li jsir kontribut għall-finanzjament tal-kumpens ta' l-obbligi tas-servizz pubbliku m'għandux jagħmel ħsara lill-vijabbiltà ekonomika tas-servizzi internazzjonali tal-passiġieri. |
It-taxxa għandha tiġi imponuta skond il-liġi Komunitarja, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tal-ġustizzja, it-trasparenza, in-non-diskriminazzjoni u l-proporzjonalità, b'mod partikolari bejn il-prezz tas-servizz u l-livell tat-taxxa. It-taxxi totali miġbura m'għandhomx jagħmlu ħsara lill-vijabbiltà ekonomika tas-servizzi internazzjonali tal-passiġieri li huma imposti fuqhom. |
Emenda 24 ARTIKOLU 1, PUNT 9 Artikolu 10, paragrafu 8, inċiż 1 (Direttiva 91/440/KEE) | |
- l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u l-funzjonament effikaċi tal-korpi varji involuti; |
- l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri, b'mod partikulari l-impatt tagħha fil-pajjiżi żgħar ta' l-Unjoni, u l-funzjonament effikaċi tal-korpi varji involuti; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva għandu jqis l-impatt fuq il-pajjiżi ż-żgħar ta' l-Unjoni peress li dawn se jkunu affettwati mil-liberalizzazzjoni. | |
Emenda 25 ARTIKOLU 1, PUNT 10 Artikolu 10, paragrafu 9 (Direttiva 91/440/KEE) | |
9. Sal-31 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' paragrafu 3. |
9. Sa l-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' paragrafi 3b u 3d. |
|
F'rapport li għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni sal-31 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni għandha speċifikament tanalizza l-istat ta' preparament għall-ftuħ tas-suq għal servizzi nazzjonali ta' passiġġiera. F'dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi miżuri komplementari oħra biex jiġi ffaċilitat il-ftuħ ta' dan is-suq u r-rispett għall-obbligi ta' servizz pubbliku. |
Emenda 26 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 10 A (ġdid) Artikolu 11, paragrafu 2 (Direttiva 91/440/KEE) | |
|
(10a) L-Artikolu 11(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
|
“2. L-emendi meħtieġa biex l-Annessi jiġu adattati għandhom jiġu adottati bl-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11a(3)." |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura ta' kumitoloġija ġdida (proċedura regolatorja bi skrutinju) għandha tapplika hawnhekk, peress li dawn huma miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali fl-emendar ta' elementi mhux essenzjali tad-direttiva. | |
Emenda 27 ARTIKOLU 1, PARAGRAFU 10 B (ġdid) Artikolu 11a, paragrafu 3 (Direttiva 91/440/KEE) | |
|
(10a) L-Artikolu 11a(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
|
“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 ta' l-istess Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura regolatorja bi skrutinju għandha tiġi inkorporata f'dan il-paragrafu ta' l-artikolu ta' kumitoloġija (ara wkoll l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 91/440/KEE). | |
Emenda 28 ARTIKOLU 2, PUNT 3 Artikolu 13, paragrafu 4 (Direttiva 2001/14/KEE) | |
"4. Fejn applikant għandu l-intenzjoni li jitlob kapaċità ta' infrastruttura bil-ħsieb li jopera servizz internazzjonali tal-passiġġieri kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/440/KEE, huwa għandu jinforma lill-maniġers ta' l-infrastruttura u l-korpi regolatorji konċernati. Sabiex tiġi permessa l-valutazzjoni ta' l-għan tas-servizz internazzjonali tat-trasport ta' passiġġieri bejn stazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri differenti, u l-impatt ekonomiku potenzjali fuq kuntratti ta' servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tat servizz ferrovjarju għal passiġġieri definit f'kuntratt ta' servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata bid-dritt li tillimita l-aċċess taħt l-Artikolu 10 (3b) tad-Direttiva 91/440/KE u kwalunkwe intrapriża tal-linji ferrovjarji li qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta ta' dan is-servizz internazzjonali għall- passiġġieri tkun infurmata."; |
"4. Fejn applikant għandu l-intenzjoni li jitlob kapaċità ta' infrastruttura bil-ħsieb li jopera servizz tal-passiġġieri kif definit fid-Direttiva 91/440/KEE, huwa għandu jinforma lill-maniġers ta' l-infrastruttura u l-korpi regolatorji konċernati. Sabiex tiġi permessa l-valutazzjoni ta' l-impatt ekonomiku potenzjali fuq kuntratti ta' servizz pubbliku eżistenti, il-korpi regolatorji għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità kompetenti li tat servizz ferrovjarju għal passiġġieri definit f'kuntratt ta' servizz pubbliku, kwalunkwe awtorità kompetenti oħra interessata bid-dritt li tillimita l-aċċess taħt l-Artikolu 10 (3b) tad-Direttiva 91/440/KE u kwalunkwe intrapriża tal-linji ferrovjarji li qed twettaq il-kuntratt ta' servizz pubbliku fuq ir-rotta ta' dan is-servizz internazzjonali għall- passiġġieri tkun infurmata."; |
Ġustifikazzjoni | |
Modifika biex tirrifletti d-dispożizzjonijiet ġodda fl-Artikolu 10(3a) tad-Direttiva 91/440/KEE (ara Emenda 16). | |
Emenda 29 ARTIKOLU 2, PUNT 4 Artikolu 17, punt 5a, paragrafu 1 (Direttiva 2001/14/KEE) | |
5a. Għal servizzi li qed jużaw infrastruttura speċjalizzata, imsemmija fl-Artikolu 24, li jeħtieġu investiment sostanzjali u fuq tul ta' żmien, ġustifikat b'mod dovut mill-applikant, ftehim kwadru jistgħu jkunu ta' perijodu ta' 15-il sena. Kwalunkwe perijodu itwal minn 15-il sena għandu jkun permissibbli biss f'każijiet eċċezzjonali, b'mod partikolari fejn hemm investiment kbir u ta' tul ta' żmien, u speċjalment fejn tali investiment hu kopert minn impenji kuntrattwali inkluż pjan pluriennali ta' ħlas ta' dejn. |
5a. Għal servizzi li qed jużaw infrastruttura speċjalizzata, imsemmija fl-Artikolu 24, li jeħtieġu investiment sostanzjali, li jista' jitħallas biss fuq perjodu ta' żmien twil, ġustifikat b'mod dovut mill-applikant, ftehimiet ta' qafas jistgħu jkunu ta' perijodu ta' 15-il sena. Kwalunkwe perijodu itwal minn 15-il sena għandu jkun permissibbli biss f'każijiet eċċezzjonali, b'mod partikolari fejn hemm investiment kbir, li jista' jitħallas biss fuq perjodu ta' żmien twil. Fil-każijiet kollha bħal dawn, il-ftehimiet relevanti għandhom jistabbilixxu impenji kuntrattwali li jistipulaw fid-dettall l-investiment li għandu jsir u l-irċevuti, l-infiq u l-pjan ta' operazzjoni, inkluż pjan pluriennali ta' ħlas ta' dejn, għall-invesitmenti, li jiġġustifikaw l-għotja jew l-allokazzjoni fit-tul ta' kapaċita infrastrutturali. |
Emenda 30 ARTIKOLU 2, PUNT 4 Artikolu 17, punt 5a, paragrafu 3 (Direttiva 91/440/KEE) | |
5a. Mill-1 ta' Jannar 2010 'il quddiem, ftehim kwadru inizjali jista' jitfassal għal perijodu ta' ħames snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi tal-karatteristiċi tal-kapaċità użati mill-applikanti li joperaw servizzi qabel l-1 ta' Jannar 2010, sabiex jittieħed kont ta' l-investimenti speċjalizzati jew ta' l-eżistenza ta' kuntratti kummerċjali. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 30 għandu jkun responsabbli sabiex jawtorizza d-dħul fis-seħħ ta' tali Ftehim. |
5a. Mill-1 ta' Jannar 2010 'il quddiem, għal servizzi internazzjonali ta' passiġġiera, u mill-1 ta' Jannar 2017 għal kull tip ieħor ta' servizz, ftehim ta' qafas inizjali jista' jitfassal għal perijodu ta' ħames snin, li jista' jiġġedded darba għal 5 snin oħra, abbażi tal-karatteristiċi tal-kapaċità użati mill-applikanti li joperaw servizzi qabel l-1 ta' Jannar 2010 jew l-1 ta' Jannar 2017, rispettivament, sabiex jittieħed kont ta' l-investimenti speċjalizzati jew ta' l-eżistenza ta' kuntratti kummerċjali. Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 30 għandu jkun responsabbli sabiex jawtorizza d-dħul fis-seħħ ta' tali Ftehim Il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 30 għandu jkun responsabbli sabiex jawtorizza d-dħul fis-seħħ ta' tali Ftehim.''; |
Emenda 31 ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 5 A (ġdid) Artikolu 34, paragrafu 3 (Direttiva 200/14/KE) | |
|
(5a) L-Artikolu 34(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
|
“3. L-emendi meħtieġa biex l-Annessi jiġu adattati għandhom jiġu adottati b'konformita mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 35(3)." |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura ta' kumitoloġija ġdida (proċedura regolatorja bi skrutinju) għandha tapplika hawnhekk, peress li dawn huma miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali fl-emendar ta' elementi mhux essenzjali tad-direttiva. | |
Emenda 32 ARTIKOLU 2, PARAGRAFU 5 B (ġdid) Artikolu 35, paragrafu 3 (Direttiva 200/14/KE) | |
|
(5b) L-Artikolu 35(3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: |
|
“3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 8 ta' l-istess Deċiżjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-proċedura regolatorja bi skrutinju għandha tiġi inkorporata f'dan il-paragrafu ta' l-arikolu ta' kumitoloġija (ara wkoll l-emenda tar-rapporteur għall-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 91/440/KEE). |
NOTA SPJEGATTIVA
I. Proposta tal-Kummissjoni
Fit-3 ta' Marzu 2004, fil-qafas tal-programm magħruf bħala t-"Tielet Pakkett Ferrovjarju", il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/440 KEE dwar l-iżvilupp tal-linji ferrovjarji tal-Komunità (COM(2004)139). Il-karatterisitċi ewlenin tal-proposta, li hija bbażata fuq l-ewwel u t-tieni pakket ferrovjarju, kienu:
1. Sa l-1 ta' Jannar 2010, in-netwerks tal-binarji nazzjonali ta' l-Istati Membri kellhom jinfetħu għall-użu mhux diskriminatorju mill-intrapriżi kollha ferrovjarji li jipprovdu servizzi internazzjonali għall-passiġġieri.
2. B'dan il-mod, l-intrapriżi ferrovjarji kellhom jitħallew itellgħu u jniżżlu passiġġieri fl-istazzjonijiet kollha fuq ir-rotta internazzjonali, kif ukoll iwassluhom bejn żewġ stazzjonijiet fl-istess Stat Memru (cabotage).
3. Kellha tkun possibbli li l-ftuħ tan-netwerks jiġi limitat jekk dan jipperikola l-bilanċ ekonomiku ta' servizz tat-trasport marbut b'kuntratt ta' servizz pubbliku.
II. L-ewwel qari tal-Parlament
Fit-28 ta' Settembru 2005, il-Parlament Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari. B'hekk għamel il-bidliet ewlenin li ġejjin għall-proposta tal-Kummissjoni:
1. Fil-proċedura leġiżlattiva dwar it-tieni pakket ferrovjarju, il-Parlament kien diġà talab, b'maġġoranza kbira, li n-netwerks tal-binarji jinfetħu mhux biss għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri iżda wkoll għal dawk domestiċi, sa l-1 ta' Jannar 2008. Ibbażat fuq dan, il-Parlament imbagħad ippropona proċedura mqassma f'fażijiet: Il-ftuħ għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri sa l-1 ta' Jannar 2008 u għal kull tip ieħor ta' trasport għall-passiġġieri sa l-1 ta' Jannar 2012.
2. Il-possibiltà, maħsuba mill-Kummissjoni, li jiġi limitat il-ftuħ tan-netwerks biex jiġu protetti s-servizzi ferrovjarji reġjonali u lokali ġiet appoġġjata, iżda - b'mod partikulari rigward il-kompetenza biex jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawn - ġiet imfassla b'mod aktar preċiż u marbuta mal-kriterju tal-vijabbiltà ekonomika tas-servizz pubbliku.
3. L-Istati Membri kellhom jibqgħu fil-libertà li jantiċipaw l-għoti ta' drittijiet ta' aċċess għan-netwerks tagħhom, iżda fl-istess waqt kellhom jitħallew jillimitaw l-għoti ta' drittijiet bħal dawn għal intrapriżi ferrovjarji minn dawk l-Istati Membri li fihom japplikaw kundizzjonijiet analogi għall-aċċess għall-infrastruttura ferrovjarja (klawżola ta' reċiproċità).
4. Barra minn hekk il-Parlament issuġġerixxa li tiġi emendata d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja. Sabiex ikun aktar faċli għall-intrapriżi ferrovjarji li joħolqu infrastruttura speċjalizzata, bħal linji ta' veoloċità għolja, kellu jkun possibbli li jintlaħqu ftehimiet qafas li jkopru sa għaxar snin għal servizzi tal-passiġġieri ta' dan it-tip.
5. Barra minn dan, il-Parlament talab lill-Kunsill biex finalment jadotta pożizzjoni komuni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 dwar it-trasport pubbliku reġjonali u lokali tal-passiġġieri, anke biex tiġi definita mill-ġdid u b'mod aktar preċiż il-possibilità li jiġi limitat l-aċċess għan-netwerks.
III. Pożizzjoni komuni tal-Kunsill
Fit-18 ta' Settembru 2006 il-Kunsill għadda l-pożizzjoni komuni tiegħu lill-Parlament Ewropew. It-tfassil tiegħu tat-test tad-Direttiva essenzjalment ivarja minn dak tal-Parlament rigward il-punti li ġejjin:
1. Il-Kunsill jiċħad il-ftuħ tan-netwerks għas-servizzi nazzjonali tal-passiġġieri u jipproponi li n-netwerks ma jinfetħux għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri qabel l-1 ta' Jannar 2010.
2. Fl-Istati Membri fejn is-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri jammontaw għal aktar minn nofs il-bejgħ gross tat-trasport tal-passiġġieri ta' l-intrapriża ferrovjarja, in-netwerks m'għandhomx għalfejn jinfetħu qabel l-1 ta' Jannar 2012.
3. Il-Kunsill irid ikompli jillimita l-ftuħ tan-netwerks permezz tal-kriterju ġdid ta' "għan ewlieni", fejn irid jiftaħ in-netwerks biss għal dawk is-servizzi internazzjonali fejn il-ġarr tal-passiġġieri bejn stazzjonijiet fi Stati Membri differenti ġie rikonoxxut bħala l-hekk imsejjeħ "għan ewlieni" tagħhom.
4. Il-Kunsill irid ukoll jillimita l-ftuħ ta' netwerks billi jagħti lill-Istati Membri l-possibiltà li jirrifjutaw li jiftħuhom, jew li jirrestrinġu dan il-ftuħ, għal perjodu ta' żmien sa 15-il sena, fuq il-bażi ta' kuntratti magħluqa ta' konċessjoni.
5. Fl-aħħarnett, il-Kunsill irid ipoġġi restrizzjonijiet ekonomiċi fuq il-ftuħ tan-netwerks permezz ta' taxxa ġdida favur l-iffinanzjar ta' servizzi pubbliċi reġjonali u lokali tal-passiġġieri min-naħa ta' l-Istat; din it-taxxa għandha tapplika b'mod ġenerali għas-servizzi kollha tat-trasport tal-passiġġieri.
6. Rigward il-possibiltà li jiġi limitat il-ftuħ tan-netwerks biex jiġu protetti s-servizzi tal-passiġġieri reġjonali u lokali koperti b'kuntratti ta' servizz pubbliku, il-Kunsill jistipula proċedura ferm dettaljata u mill-ġdid jistabbilixxi bħala kriterju l-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt dwar is-servizzi pubbliċi.
7. Il-Kunsill laqa' l-klawżola ta' reċiproċità introdotta mill-Parlament, b'xi bidliet fit-test.
8. Il-Kunsill introduċa proposta ġdida, li fiha l-Istati Membri jistgħu jeskludu s-servizzi ferrovjarji li jsiru b'mod tranżit fil-Komunità mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.
9. Barra minn hekk il-Kunsill jipproponi wkoll, bħala dispożizzjoni ġdida, li Malta u Ċipru jiġu eżentati mill-obbligu li jimplimentaw id-Direttiva, sakemm dawn iż-żewġ Stati jibqgħu mingħajr sistema ferrovjarja.
10. Il-Kunsill għamel ukoll tibdiliet żgħar rigward l-obbligi relatati mal-preżentazzjoni tar-rapporti.
11. Fl-aħħarnett il-Kunsill laqa' l-proposta tal-Parlament biex tiġi emendata d-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja, iżda tawwal iż-żmien tal-ftehimiet qafas li jkopru infrastruttura speċjalizzata sa 15-il sena u għamel ukoll bidliet oħra aktar proċedurali.
IV. Proposti tal-Kumitat
L-emendi tal-Kumitat huma bbażati l-aktar fuq il-pożizzjoni tal-Parlament tat-28 ta' Settembru 2005 fl-ewwel qari.
1. Kif diġà kien deċiż mill-Parlament, b'maġġoranza kbira, fil-proċedura leġiżlattiva rigward it-tieni pakkett ferrovjarju, (ara l-opinjoni tal-Parlament tat-23 ta' Ottubru 2003), il-Kumitat huwa tal-fehma li n-netwerks ferrovjarji nazzjonali għandhom jinfetħu għas-servizzi kollha tal-passiġġieri. Billi l-qafas legali għas-servizzi ferrovjarji għandu jiġi implimentat sa l-aħħar ta' l-2006, il-ftuħ tan-netwerks għas-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri sa l-1 ta' Jannar 2010 mhux biss jagħmel sens iżda huwa wkoll kompletament possibbli. Sabiex jagħti konċessjoni lill-Kunsill, li għadu qed jesprimi d-dubji dwar dak li huwa jqis bħala ftuħ mgħaġġel wisq tas-servizzi nazzjonali tal-passiġġieri, il-Kumitat jipproponi li l-ftuħ ta' kull tip ieħor ta' servizzi tal-passiġġieri jiġi pospost mill-ġdid, din id-darba għall-1 ta' Jannar 2017. Għaxar snin oħra żgur li għandu jkun possibbli li titlesta l-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-suq ewlieni Ewropew fil-qasam ferrovjarju wkoll, u li din il-leġiżlazzjoni tintuża biex ma jkunx hemm bżonn ir-raba' pakkett ferrovjarju. Ara l-Emenda 16, kif ukoll l-Emendi 1, 4, 5 u 28.
2. Il-Kumitat jipproponi li tiġi aċċettata data sentejn aktar tard għall-ftuħ tan-netwerks f'dawk l-Istati Membri fejn is-servizzi internazzjonali tal-passiġġieri jista' jkollhom impatt ewlieni fuq is-servizzi nazzjonali tal-passiġġieri. Ara l-Emenda 16(2).
3. Rigward il-possibiltà li jiġi limitat il-ftuħ tan-netwerks biex ikunu protetti s-servizzi reġjonali u lokali tal-passiġġieri, skond il-paragrafu ġdid 3b ta' l-Artikolu 10, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġi aċċettat it-tfassil dettaljat ferm tal-Kunsill, b'xi bidliet żgħar u b'ritorn għall-kriterju tal-Parlament rigward il-vijabbiltà tal-kuntratt ta' servizz pubbliku. Madankollu, fil-vot fil-Kumitat ma kienx hemm maġġoranza favur is-sostituzzjoni tal-kriterju tal-"vijabbiltà ekonomika" bil-"bilanċ ekonomiku" kull darba li din tidher fit-test tal-pożizzjoni komuni - ara l-Premessa 12. Ara l-Emenda 17 u l-Emendi 5 u 12.
4. Il-Kumitat jemmen bis-sħiħ li l-limitazzjonijiet ġodda proposti mill-Kunsill dwar il-ftuħ tan-netwerks - l-"għan ewlieni" tal-ġarr tal-passiġġieri u l-prijorità mogħtija lill-kuntratti ta' konċessjoni fuq żmien twil - għandhom jiġu rrifjutati. F'dan ir-rigward ara wkoll l-istqarrija rilevanti tar-Repubblika Portugiża fl-Anness II tal-pożizzjoni komuni. Wara kollox, fil-kisba ta' bilanċ bejn il-ftuħ tas-suq intern, għan li ilu jiġu mfittex għal ħafna snin, u l-interessi speċjali tas-servizzi pubbliċi reġjonali u lokali tal-passiġġieri, il-possibiltà li jiġi limitat il-ftuħ tan-netwerks tista' tiġi ġustifikata permezz tat-tfassil ġdid ta' l-Artikolu 10(3b). Madankollu l-Kumitat ma aċċettax ir-rakkomandazzjoni tar-rapporteur li titneħħa t-taxxa ġenerali mingħajr ma din tiġi sostitwita - ara l-Premessa 13 u l-Artikolu ġdid propost 10(3f) tad-Direttiva 91/440/KEE - iżda ppropona emendi f'dan il-qasam. Ara l-Emendi 16, 18, 20, 28 kif ukoll 3 u 15.
5. Rigward l-obbligi relatati mal-preżentazzjoni tar-rapporti proposti mill-Kunsill, il-Kumitat jipproponi bidliet fit-tfassil tat-test. Rapport addizzjonali fl-2012 għandu janalizza l-istat ta' tħejjija għall-ftuħ tas-servizzi nazzjonali tal-passiġġieri. Ara l-Emendi 25 u 13.
6. Il-proposti ferm dettaljati tal-Kunsill, uħud minnhom ġodda, li jemendaw id-Direttiva 2001/14/KE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja bażikament għandhom jiġu aċċettati u supplimentati permezz ta' ġustifikazzjoni spjegattiva.
7. Il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu aċċettati l-proposti ġodda dwar it-tranżit kif ukoll l-eżenzjonijiet għal Ċipru u għal Malta, u għalhekk ma jipproponi l-ebda bidla.
8. Fl-aħħarnett, ir-rapporteur jistqarr li l-insistenza tal-Parlament fl-ewwel qari dwar il-ħtieġa li l-Kunsill jadotta pożizzjoni komuni dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar is-servizzi pubbliċi reġjonali u lokali tal-passiġġieri, paralleli ma' din il-proċedura leġiżlattiva (ara l-Emenda 1 tar-rapport tal-Kumitat fl-ewwel qari), kienet suċċess.
OPINJONI TAL-MINORANZA
mogħtija b'konformita ma' l-Artikolu 48, paragrafu 3, tar-Regolament
minn Helmuth Markov, Erik Meijer u Pedro Guerreiro
Nixtiequ nfakkru r-raġunijiet li jimmotivaw il-vot tagħna kontra l-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Ma nistgħux naċċettaw li l-Kummissjoni, eżatt wara l-votazzjoni fuq it-tieni pakkett, tipproponi t-tielet pakkett finalizzat biex jaċċellera l-liberalizzazzjoni għat-trasport ta' passiġġieri.
Anqas minn hekk ma nistgħu nissekondaw il-proposti tal-pożizzjoni komuni tal-Kunsill u r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari approvata mill-kumitat parlamentari, li huma mmirati biex imorru aktar lil hinn u biex jipproponi l-liberalizzazzjoni sħiħa tal-ferroviji bi skadenza aktar bikrija.
Dawn il-proposti ġew imressqa mingħajr evalwazzjoni ta' l-effetti tal-miżuri preċedenti - la tas-sitwazzjoni soċjali u ambjentali, u lanqas f'termini ta' ekwilibriju mill-ġdid fir-rigward ta' mezzi oħra ta' trasport. Saru fil-fatt mingħajr evalwazzjoni, mingħajr ma ġew meqjusa esperjenzi ta' ħsara li seħħu f'pajjiżi diversi li pproċedew bil-liberalizzazzjoni, u fl-assenza wkoll ta' analiżi serji u plurali fuq mezzi li jgħinu biex isostnu l-iżvilupp tal-ferroviji fl-Ewropa.
Dawn il-proposti m'huma bbażati fuq xejn, ħlief fuq imperattiv ideoloġiku li jagħmel mill-ultraliberaliżmu regola assoluta u ġenerali.
Minflok, aħna qed nitolbu li l-Ewropa twassal l-appoġġ meħtieġ għal dan il-mezz ta' trasport - li huwa indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli - għall-koeżjoni territorjali u għat-tkabbir ta' l-ekonomija fl-Ewropa. Fil-fehma tagħna, il-miżuri f'dan il-qasam għandhom jiġu evalwati u proposti b'koperazzjoni ma' l-operaturi kollha tas-settur.
PROĊEDURA
Titolu |
Pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE dwar l-iżvilupp tal-ferroviji tal-Komunita u d-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-allokazzjoni tal-kapaċita ta' l-infrastruttura ferrovjarja u taxxar ta' ħlasijiet għall-użu ta' infrastruttura ferrovjarja |
|||||||
Referenzi |
5895/2/2006 – C6‑0309/2006 – 2004/0047(COD) |
|||||||
Data ta' l-ewwel qari tal-Parlament |
21.9.2005 |
T6-0354/2005 |
||||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2004)0139 – C6-0001/2004 |
|||||||
Proposta emendata tal-Kummissjoni |
|
|||||||
Tħabbir fis-sessjoni plenarja tar-riċeviment tal-pożizzjoni komuni |
25.9.2006 |
|||||||
Kumitat responsabbli |
TRAN |
|||||||
Rapporteur(s) |
Georg Jarzembowski |
|
||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
||||||
Eżami fil-kumitat |
10.10.2006 |
21.11.2006 |
18.12.2006 |
|
|
|||
Data ta' l-adozzjoni |
19.12.2006 |
|||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: 0: |
30 10 5 |
||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Gabriele Albertini, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Etelka Barsi-Pataky, Paolo Costa, Michael Cramer, Arūnas Degutis, Christine De Veyrac, Petr Duchoň, Saïd El Khadraoui, Roland Gewalt, Luis de Grandes Pascual, Mathieu Grosch, Ewa Hedkvist Petersen, Jeanine Hennis-Plasschaert, Stanisław Jałowiecki, Georg Jarzembowski, Dieter-Lebrecht Koch, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Erik Meijer, Robert Navarro, Seán Ó Neachtain, Josu Ortuondo Larrea, Willi Piecyk, Reinhard Rack, Gilles Savary, Renate Sommer, Dirk Sterckx, Ulrich Stockmann, Gary Titley, Georgios Toussas, Armando Veneto, Marta Vincenzi, Corien Wortmann-Kool, Roberts Zīle |
|||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Zsolt László Becsey, Johannes Blokland, Nathalie Griesbeck, Zita Gurmai, Elisabeth Jeggle, Rosa Miguélez Ramos, Zita Pleštinská, Vladimír Remek |
|||||||
Sostitut(i) skond l-Artikolu 178(2) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
|||||||
Data tat-tressiq |
21.12.2006 |
|
||||||
Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss) |
|
|||||||