RAPPORT dwar il-il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon

21.12.2006 - (COM(2006)0454 – C6‑0303/2006 – 2006/0156(CNS)) - *

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Stavros Arnaoutakis

Proċedura : 2006/0156(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A6-0477/2006
Testi mressqa :
A6-0477/2006
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon

(COM(2006)0454 – C6‑0303/2006 – 2006/0156(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2006)0454)[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(2), l-ewwel sottoparagrafu tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel sottoparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0303/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġit u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0477/2006),

1.  Japprova l-proposta għal regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jagħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Gabon.

Test propost mill-KummissjoniEmendi tal-Parlament

Emenda 1

Premessa 2 a (ġdida)

(2a) Il-kumpens finanzjarju tal-KE għandu jintuża għall-iżvilupp tal-popolazzjonijiet kostali li huma dipendenti fuq is-sajd u kif ukoll għall-ħolqien ta' industriji żgħar lokali ta' ffriżar u pproċessar;

Emenda 2

Artikolu 3 a (ġdid)

 

Artikolu 3a

 

Waqt l-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll u qabel ma tiġi konkluża xi ftehima ġdida jew ma jiġi estiż il-perjodu ta' applikazzjoni tal-ftehima annessa ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni tal-ftehima u l-kundizzjonijiet skond liema ġiet implimentata.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament u l-Kunsill għandhom ikunu infurmati mill-Kummissjoni rigward ir-rapport ta' evalwazzjoni ġenerali għall-ftehima konċernata. Qabel ma jsir dan m'għandhomx jittieħdu passi biex tiġi negozjata ftehima ġdida dwar is-sajd jew biex tiġi estiża l-ftehima attwali.

Emenda 3

Artikolu 3 b (ġdid)

 

Artikolu 3b

 

Il-Kummissjoni, kull sena, għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali multi-annwali deskritt fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tevalwa jekk il-kumpens imħallas mill-UE jintużax tajjeb u jekk fil-fatt jippromwovix l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fil-Gabon, il-Kummissjoni għandha, kull sena, tgħarraf dwar dan lill-Parlament.

Emenda 4

Artikolu 3 c (ġdid)

 

Artikolu 3c

 

Fuq il-bazi tar-rapport imressaq mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3a u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill għandu, jekk xieraq, jagħti mandat ta' negozjar lill-Kummissjoni bil-għan li jiġi adottat il-Protokoll ġdid.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament u l-Kunsill se jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi rispettivi tagħhom biss fid-dawl ta' rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-ftehima dwar is-sajd.

Emenda 5

Artikolu 3 d (ġdid)

 

Artikolu 3d

 

Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-iskejjen tagħhom joperaw taħt dan il-protokoll ikunux ikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-irrapportar.

Ġustifikazzjoni

Skejjen li ma jikkonformawx ma' l-iżjed rekwiżit bażiku li ma jirraportawx dak li jaqbdu, m'għandhomx jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja ta' l-UE.

  • [1]  Għadha mhix ippublikata fil-ĠU.

NOTA SPJEGATTIVA

INTRODUZZJONI

Din il-proposta tal-Kummissjoni għal Ftehima multi-annwali ta' Sħubija li tkopri r-relazzjonijiet fis-settur tas-sajd mal-Gabon, hija bbażata fuq il-prinċipju ta' koperazzjoni reċiproka u l-għan tagħha huwa l-kisba ta' sajd sostenibbli fir-reġjun aktar wiesa'. Hija tagħmel parti mill-metodu ta' sħubija lejn id-dimensjoni esterna tal-Politka Komuni dwar is-Sajd, imressqa bħala parti mir-reviżjoni tal-Politika Komuni dwar is-Sajd fl-2002 u stipulata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Qafas Komprensiv għall-Ftehimiet ta' Koperazzjoni dwar is-Sajd mal-Pajjiżi Terzi[1]

Dan il-metodu, li jipprovdi għal mekkaniżmu sofistikat dwar is-sħubija, huwa mfassal sabiex jiżgura li kemm l-interessi tal-flotta ta' l-ilmijiet imbiegħda ta' l-UE jkunu protetti u kif ukoll li l-kundizzjonijiet sabiex jinkiseb sajd sostenibbli fl-ibħra tas-sieħeb ikkonċernat ikunu msaħħa. Ġie approvat mill-Parlament Ewropew permezz tar-riżoluzzjoni tiegħu ta' Ottubru 2003[2] u sussegwentament mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu f'Ġunju 2004.

Għalhekk il-ftehimha l-ġdida tiżboq il-qafas kummerċjali dejjaq tal-ftehima bilaterali preċedenti dwar l-aċċess għall-ibħra tal-Gabon u, kif il-Kummissjoni stess iddikjarat, se tiftaħ kapitolu ġdid fil-koperazzjoni bejn l-UE u l-Gabon.

EVALWAZZJONI TAL-FTEHIMA

Ir-rapporteur jixtieq jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ibbażata fuq dejta xjentifika riċenti dwar l-istokks tal-ħut fir-reġjun, sabiex jitnaqqsu l-opportunitajiet ta' sajd stipulati fil-Ftehima. Barra minn hekk, l-importanza ta' l-introduzzjoni ta' monitoraġġ satellitari ta' l-iskejjen tas-sajd fil-ftehima għandu jkun enfasizzat, partikularment f'dak li jirrigwarda l-ġlieda tas-sajd illegali, mhux dikjarat u mhux kontrollat (IUU).

Madankollu, meta jiġi kkunsidrat il-fatt li l-Parlament Ewropew ma kienx mogħti l-opportunità li josserva la l-preparazzjoni u lanqas in-negozjati li wasslu għall-Ftehima, l-attenzjoni għandha tinġibed fuq in-numru ta' lakuni u ambigwitajiet fil-Protokoll li mhumiex konsistenti mal-politika tas-sajd ta' l-UE.

Rigward il-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzonijiet maħsuba fil-Ftehima:

F'termini konkreti, l-Artikolu 3 intitolat "Koperazzjoni għal Sajd Responsabbli - Laqgha xjentifika", il-paragrafu 4 jirreferi biss għal prinċipji ġenerali bil-għan ta' immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u l-konsegwenzi li jista' jkun hemm mill-attivitajiet ta' l-iskejjen Komunitarji. Madankollu, ma hemm l-ebda referenza għall-ambjent naturali li fih isir is-sajd, għall-kwalità ta' l-ilmijiet, għall-possibilità ta' tniġġis mill-prodotti taż-żejt li teżisti f'dan ir-reġjun, għad-disturb ta' l-ekosistema minn fatturi oħra u għall-konsegwenzi ta' dawn il-fatturi kollha fuq il-qbid tal-ħut.

· Rigward l-Artikolu 7, "Il-Promozzjoni ta' sajd responsabbli fl-ibħra tal-Gabon", u speċifikatament fil-paragrafu 2, ibbażat fuq l-Artikolu 9 tal-Ftehim, tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se jiġi żviluppat programm settorjali multi-annwali bi tliet objettivi prinċipali:

1.  Orjentazzjonijiet fuq bażi annwali u multi-annwali

2.  Kisba ta' l-objettivi permezz tal-promozzjoni ta' sajd sostenibbli

3.  Il-kriterji għall-evalwazzjoni.

Filwaqt li l-qafas ġenerali u l-prinċipji governattivi huma tajba, f'dan l-Artikolu partikulari għandha titqajjem il-kwistjoni ta' għala ma ġiex maħsub għall-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew, sabiex tkun tista' tiġi evalwata minn dawk li jissejjħu sabiex japprovaw il-Ftehima.

· Rigward il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Ftehima, ir-Rapport Finanzjarju Leġiżlattvi jirreferi għal numru ta' riskji fl-implimentazzjoni tal-Ftehima inkluża l-possibilità li:

-         fondi maħsuba sabiex jiffinanzjaw il-politika settorjali dwar is-sajd u t-tariffi tal-propjetarji tal-bastimenti ma jiġux allokati kif kien mifthiem (frodi)

-          flotti barranin jinjoraw il-liċenzji u l-kontrolli.

Dawn il-kwistjonijiet mhux diskussi fil-Protokoll, minbarra riferenza vaga għall-fatt li l-attivitajiet tal-kontroll marittimu għandhom jittejbu, il-monitoraġġ permezz ta' satelliti għandu jkun appoġġjat, il-miżuri favur is-sajjieda lokali għandhom ikunu ffinazjati, etc.

Għalhekk, huwa ovvju li dan id-dokument ġenerali jħalli numru ta' mistoqsijiet mingħajr tweġiba:

1.  L-awtoritajiet marittimi kompetenti jistgħu jagħmlu kontrolli? Huma mgħammra bil-mezzi u bl-infrastruttura rilevanti u neċessarji (jiġifieri dgħajjes ta' veloċità, ħelikopters etc), bl-staff, bl-edukazzjoni u bil-preparazzjoni?

2.  Huwa magħruf li minħabba l-flessibilità tal-leġiżlazzjoni fil-Gabon, bastimenti barranin - mhux Komunitarji - li l-bandiera ta' ħafna minnhom hija waħda ta' konvenjenza, jistadu fiz-Zona Ekonomika Esklussiva tiegħu. Liema miżuri konkreti bi ħsieba tieħu l-Kummissjoni sabiex tindirizza din is-sitwazzjoni, meta s-sajjieda Ewropej iridu jikkompetu ma' pirati u kriminali?

3.  Jista' l-monitoraġġ permezz satellitari jġib riżultati diretti li ma jintilfux fil-labirinti tal-burokrazija?

4.  Liema kriterji u prijoritajiet nazzjonali u reġjonali se jiġu applikati fid-distribuzzjoni ta' l-għajnuna mogħtija lis-sajjieda lokali?

· Filwaqt li l-Protokoll attwali jipprovdi għall-possibilità tas-sajd tal-gambli tal-qiegħ, dan qatt ma twettaq, għalkemm il-Gvern tal-Gabon ta liċenzji privati lill-iskejjen Ewropej għall-istess opportunitajiet ta' sajd. Il-Ftehima l-ġdida tħassar dawn l-opportunitajiet filwaqt li fl-istess ħin tintroduċi klawżola ta' esklussività (Artikolu 1, 3) li timpedixxi l-bastimenti li jtajjru bandiera Komunitarja mill-jistadu fiz-Zona Ekonomika Esklussiva tal-Gabon barra mill-iskop tal-ftehima. Għalhekk, jista' jkun konkluż li l-iskejjen b'liċenzji privati tas-sajd għall-gambli se jkunu obbligati li jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehima l-ġdida?

· Il-klawżola ta' esklussività mhux inkluża fl-Artikolu 3 tal-Ftehima li tirreferi għall-prinċipji fundamentali fuq liema hija bbażata l-Ftehima - hemm referenza biss fl-Artikolu 1 tal-Protokoll. Għalhekk, l-istatus tal-klawżola jsir sekondarju, partikularment minħabba l-fatt li t-termini tal-Protokoll huma suġġetti għal reviżjoni, mentri d-dispożizzjonijiet tal-Ftehima jibqgħu kostanti matul iż-żmien. Barra minn hekk, ma ġewx identifikati l-ebda sanzjonijiet konkreti fil-każ ta' eżistenza parallela ta' liċenzji privati, minkejja l-projbizzjoni tagħhom taħt il-Protokoll.

KONKLUŻJONI

Minkejja l-kwistjonijiet imqajjma, il-Ftehima l-ġdida toffri numru ta' punti importanti, titjib sinifikanti fuq Ftehima l-antika u għalhekk għandha tiġi approvata.

Madankollu, ir-rapporteur tiegħek jixtieq jenfasizza li l-Kummissjoni kienet tiggwadanja ħafna kieku il-Parlament kien involut b'mod sħiħ matul il-preparazzjoni inizjali u matul in-negozjati. Mill-anqas il-PE kellu jkun infurmat fil-ħin dwar il-bidu tal-Ftehima. Għaddiet kważi sena minn meta ż-żewġ naħat bdew il-Ftehima, sakemm it-test tgħadda lill-Parlament.

· Dan mhux aċċettabbli u huwa ttamat li l-ftehim interistituzzjonali l-ġdid fis-seħħ rigward il-ftehimiet dwar is-sajd f'pajjiżi terzi, se jimpedixxi li dawn l-avvenimenti jerġu jseħħu u jwassal għal relazzjoni ta' ħidma mtejba fil-futur.

(CNS)

12.12.2006

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġit

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon

(COM(2006)0454 – C6‑0303/2006 – 2006/0156(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta mill-Kummissjoni hija l-iżjed sforz riċenti mill-isforzi kontinwi tagħha sabiex "il-"ftehimiet dwar is-settur tas-sajd" jinbidlu f'"ftehimiet ta' sħubija dwar is-settur tas-sajd" hekk kif jiskadu l-protokolli ta' dan ta' l-ewwel.

Il-protokoll il-ġdid se jippermetti aċċess għall-ibħra tal-Gabon mill-flotta tat-tonn ta' l-UE għall-perjodu ta' sitt snin mill-3 ta' Diċembru 2005, kif ġej:

 

2006-2011

2001-2005

Skejjen tas-sajd bit-tartarun

24 (Spanja, Franza)

38 (Spanja, Franza)

Skejjen tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

16 (Spanja, Portugall)

26 (Spanja, Portugall)

Trawlers (gambli, ċefalopodi)

--

1200 GRT (Spanja, Greċja)

Din tirrappreżenta tnaqqis fl-aċċess ta' madwar 40% fin-numru ta' skejjen tas-sajd għat-tonn. Madankollu, l-ammont ta' tonn li l-flotot jistgħu jaqbdu żdied bi ftit, minn 10 500 tunnellata għal 11 000 tunnellata fis-sena.

Bi skambju għad-dritt tas-sajd, l-UE se tħallas lill-gvern tal-Gabon is-somma totali ta' €860 000 fis-sena, li jinkludi €715 000 bħala kumpens għat-tunnellaġġ ta' riferenza ta' 11 000 tunnellata ta' tonn fis-sena, u ammont speċifiku ta' €145 000 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi meħudin fil-kuntest tal-politika għas-sajd settorjali tal-Gabon. Dan huwa tnaqqais meta mqabbel mal-protokoll preċedenti - €1 262 500 fis-sena.

Barra l-kontribuzzjoni ta' l-UE, is-sidien ta' l-iskejjen iridu jħallsu miżati tal-liċenzja, u l-Kummissjoni tikkalkula li għall-Gabon dawn jistgħu jammontaw għal €142 000 oħra. Sabiex jinżamm mill-ġdid l-impenn ta' l-UE li żżid is-sehem ta' l-industrija fl-ispejjeż ta' dawn il-ftehimiet, il-miżata li s-sidien ta' l-iskejjen iħallsu għal kull tunnellata ta' tonn li tkun iddikjarata li nqabdet, żdiedet għal €35, mill-€25 tal-protokoll preċedenti.

Fil-ftehimiet ta' sħubija l-ġodda, se jkun hemm Kumitat Konġunt li jistabbilixxi "programm settorjali għas-sajd" li għandu jiddeċiedi kif għandhom jintefqu, kull sena, is-60% tal-kumpens totali li l-Gabon alloka għall-iżvilupp ta' sajd responsabbli. Għandhom jiġu ffissati għanijiet u għandhom jiġu żviluppati proċeduri li jevalwaw kull sena r-riżultati miksuba. Dan l-approċċ il-ġdid għandu l-potenzjal li jtejjeb l-immaniġġjar tal-ftehim u, jekk l-informazzjoni ssir pubblika, it-trasparenza tiegħu wkoll. Il-Kumitat għall-Baġit għandu jinsisti li jibqa' jiġu mgħarraf dwar dawn l-evalwazzjonijiet. Minħabba li dan huwa żvilupp ġdid fil-protokolli, għadu kmieni wisq biex jingħad jekk hux se jirriżulta utli u jekk hux se jwassal għal sajd iżjed responsabbli u sostenibbli fil-Gabon, u għaldaqstant irridu nsegwu dan l-iżvilupp b'reqqa.

Fl-evalwazzjonijiet ta' numru ta' ftehimiet dwar is-settur tas-sajd (eż. Cape Verde, Kosta ta' l-Avorju, Sao Tome u Prinċipe), l-iżjed problema rikurrenti kienet in-nuqqas ta' rrapportar xieraq tal-qabdiet. Jekk il-bastimenti ma jissodisfawx din li hi l-iżjed responsabbilità fundamentali dwar is-sajd, ikun diffiċli li wieħed jara għaliex għandhom ikomplu jibbenefikaw minn sussudju sinifikanti mill-UE - għajnuna għas-sajd f'pajjiż terz. Għalhekk, qiegħda tiġi proposta emenda li tistipula li l-bastimenti li ma jirraportawx il-qabdiet tagħhom m'għandhomx jirċievu liċenzji skond il-ftehim.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġit jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[3]Emendi tal-Parlament

Emenda 1

Artikolu 3 a (ġdid)

 

Artikolu 3a

 

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf kull sena lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali multi-annwali deskritt fl-Artikolu 7 tal-Protokoll.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tevalwa jekk il-kumpens imħallas mill-UE jintużax tajjeb u jekk fil-fatt jippromwovix l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd fil-Gabon, il-Kummissjoni għandha tgħarraf dwar dan lill-Parlament kull sena.

Emenda 2

Artikolu 3 b (ġdid)

 

Artikolu 3b

 

Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-iskejjen tagħhom joperaw taħt dan il-protokoll ikunux ikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-irrapportar.

Ġustifikazzjoni

Skejjen li ma jikkonformawx ma' l-iżjed rekwiżit bażiku - li jirraportaw dak li jaqbdu - m'għandhomx jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja ta' l-UE.

Emenda 3

Artikolu 3 c (ġdid)

 

Artikolu 3c

 

Qabel l-iskadenza tal-Protokoll u qabel il-bidu ta' negozjati ġodda li jistgħu jwasslu għal tiġdid, il-Kummissjoni għandha tissotometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ex post tal-Protokoll, li għandha tinkludi analiżi ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji.

Ġustifikazzjoni

Evalwazzjoni tal-protokoll preżenti hija neċessarja qabel ma jibdew in-negozjati l-ġodda, sabiex ikun magħruf liema bidliet, jekk ikun hemm, għandhom jiddaħħlu f'kwalunkwe tiġdid possibbli.

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon

Referenzi

COM(2006)0454 – C6‑0303/2006 – 2006/0156(CNS)

Kumitat responsabbli

PECH

Opinjoni minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
28.9.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Helga Trüpel

4.9.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

11.12.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

11.12.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Herbert Bösch, Simon Busuttil, Gérard Deprez, Valdis Dombrovskis, Brigitte Douay, Szabolcs Fazakas, Salvador Garriga Polledo, Nathalie Griesbeck, Catherine Guy-Quint, Anne E. Jensen, Janusz Lewandowski, Vladimír Maňka, Jan Mulder, Esko Seppänen, László Surján, Kyösti Virrankoski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Peter Šťastný

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...

(CNS)

5.10.2006

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima għas-Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon

(COM(2006)0454 – C6‑0303/2006 – 2006/0156(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Luisa Morgantini

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp u l-politika komuni tas-sajd ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu konsistenti, kumplimentari u kkoordinati, sabiex jikkontribwixxu flimkien għal tnaqqis fil-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiżi kkonċernati.

L-UE impenjat ruħha li tassigura s-sostenibilità tas-settur tas-sajd fid-dinja kollha, kif ġie ddefinit fis-samit tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-2002 f'Johannesburg, billi ssostni jew treġġa' għal li kienu l-livelli ta' l-istokks bil-għan li jrendu l-produzzjoni massima sostenibbli.

L-UE aċċettat il-'Kodiċi ta' Kondotta għal Sajd Responsabbli' ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-preżenza ta' l-UE f'zoni tas-sajd imbiegħda hija objettiv leġittimu, iżda wieħed għandu jiftakar li l-interessi tas-settur tas-sajd ta' l-UE jmisshom ikunu protetti b'mod parallel ma' l-interessi tan-nazzjonijiet li qed jiżviluppaw li magħhom huma ffirmati ftehimiet dwar is-sajd.

Għalhekk aħna nilqgħu b'sodisfazzjon ir-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP u l-UE tat-22 ta' Ġunju 2006 dwar "is-settur tas-sajd u l-aspetti soċjali u ambjentali tagħhom fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw", b'mod partikulari fejn din tqis li l-ħarsien ta' l-interessi tas-sajd ta' l-UE u ta' l-ACP iridu jkunu kkoordinati ma' l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd f'termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali min-naħa u ma' l-għajxien tal-komunitajiet kostali li jiddependu mis-settur tas-sajd min-naħa oħra.

Inkomplu nisħqu fuq ir-referenza li saret fil-Ftehima dwar is-Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-ACP-UE għall-osservazzjoni tal-Ftehima ta' Cotonou . Ninsistu li għandu jitqies b'mod sħiħ l-Artikolu 9 tal-Ftehima ta' Cotonou dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi, it-tmexxija tajba u l-istat tad-dritt, u nilqgħu il-garanziji mogħtija mis-servizzi tal-Kummissjoni lill-Kumitat għall-Iżvilupp li ser iqisu l-kontenut ta' l-Artikolu 9 meta jkunu qed jinnegozjaw il-ftehimiet mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi pajjiżi li qed jiżviluppaw li m'humiex fl-ACP.

Il-ftehima proposta se tieħu post il-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal- Gabon, li daħlet fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2001.

Il-protokoll għall-ftehima proposta ġie konkluż għal perjodu ta' sitt snin mid-data li fiha jitlestew il-proċeduri xierqa ta' adozzjoni. Jista' jiġi mġedded b'mod taċitu għal perjodi oħra ta' sitt snin.

Il-protokoll għall-ftehima proposta joffri possibilitajiet ta' sajd lil 24 skuna tas-sajd tat-tonn bit-tartarun li tintuża bħala friżer u 16-il skuna tas-sajd bil-konz tal-wiċċ minn Spanja, il-Portugall u Franza, suġġetti għal total ta' 40 liċenzja.

Il-kumpens finanzjarju huwa ffissat għal EUR 860,000 fis-sena. Minn dan l-ammont EUR 715,000 ikopri qabda li tiżen 11,000 tunellata fis-sena. Ammont addizzjonali ta' EUR 145,000 fis-sena hu mmirat għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' inizjattivi meħuda fil-kuntest tal-politika settorjali tas-sajd Gaboniż.

Jekk il-qabda globali tkun tiżen aktar minn 11,000 tunnellata fis-sena, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiżdied b' EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali li tinqabad.

Il-miżati tas-sidien tal-vapuri jistgħu joħolqu dħul addizzjonali annwali ta' madwar EUR 142,000 għall-Gabon.

Aħna nilqgħu b'sodisfazzjon ir-rabta msemmija ma' l-inizjattivi nazzjonali u nisperaw li dawn ikunu jistgħu jinkludu l-iffinanzjar ta' proġetti ta' infrastruttura lokali għall-ipproċessar u għall-ikkummerċjalizzar tal-ħut, biex b'hekk il-popolazzjoni lokali tiżviluppa lil hinn mis-sajd li jservi biss biex wieħed ikollu x'jiekol.

Aħna nilqgħu wkoll il-fatt li l-ftehima hija bbażata parzjalment fuq evalwazzjoni ex-post u ex-ante taz-zoni lokali tas-sajd u li trawwem koperazzjoni xjentifika u teknika ma' l-awtoritajiet lokali. Ir-riżoluzzjoni ta' l-ACP-UE msemmija hawn fuq tikkunsidra li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riżorsi għandha tkun prekundizzjoni għall-aċċess għas-sajd, u li evalwazzjoni annwali tar-riżorsi għandha tkun kundizzjoni sabiex jinkisbu aktar permessi tas-sajd. Aħna nħaddnu dan u nitolbu ż-żewġ partijiet sabiex iqisuh.

Aħna ma naqblux mal-proċedura adottata għal din il-ftehima għaliex il-Parlament kellu jkollu sehem fil-mandat tan-negozjati, li l-Kunsill ta lill-Kummissjoni, u għandu jiġi infurmat bl-iżvilupp tan-negozjati.

Il-Parlament ġie kkonsultat dwar il-ftehima proposta f'Awissu 2006, għaxar xhur wara li tnediet il-ftehima bil-għan li tidħol fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2005. Il-Parlament għandu joġġezzjona u għandu jisħaq li dan mhux aċċettabbli.

Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jilħqu ftehima dwar il-kundizzjonijiet li jagħtu ċans reali lill-Parlament sabiex jiġi kkonsultat. Fin-nuqqas ta' ftehima simili, il-Kumitat għas-Sajd għandu jmexxi r-reazzjoni tal-Parlament għall-istatus quo preżenti, inkluża l-possibilità li jivvota kontra ftehimiet tas-sajd ippreżentati skond il-proċedura preżenti.

Għalhekk aħna nilqgħu d-deċiżjoni meħuda mill-Kumitat għall-Iżvilupp sabiex tkun organizzata seduta ta' smigħ fl-2007 dwar il-ftehimiet ta' sħubija dwar is-settur tas-sajd u l-irwol li l-Parlament iwettaq fil-proċeduri bħala l-ewwel pass f'dik id-direzzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Test propost mill-Kummissjoni[4]Emendi mill-Parlament

Emenda 1

Premessa 2 a (ġdida)

 

(2a) Il-kumpens finanzjarju tal-KE għandu jintuża għall-iżvilupp tal-popolazzjonijiet kostali li huma dipendenti fuq is-sajd u kif ukoll għall-ħolqien ta' industriji żgħar lokali ta' ffriżar u pproċessar;

PROĊEDURA

Titolu

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon

Referenzi

(COM(2006)0454 – C6‑0282/2006 – 2006/0156(CNS))

Kumitat responsabbli

PECH

Opinjoni minn
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE
28.9.2006

Koperazzjoni aktar mill-qrib - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

Rapporteur għal opinjoni:
  Data tal-ħatra

Luisa Morgantini
4.9.2006

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

 

Eżami fil-kumitat

3.10.2006

 

 

 

 

Data ta' l-adozzjoni

3.10.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Alessandro Battilocchio, Margrietus van den Berg, Danutė Budreikaitė, Marie-Arlette Carlotti, Thierry Cornillet, Nirj Deva, Alexandra Dobolyi, Michael Gahler, Filip Andrzej Kaczmarek, Glenys Kinnock, Maria Martens, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Luisa Morgantini, José Javier Pomés Ruiz, Horst Posdorf, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Anna Záborská, Mauro Zani

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Milan Gaľa, Manolis Mavrommatis, Anne Van Lancker, Anders Wijkman, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

 

 · 

PROĊEDURA

 · 

Titolu

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehima ta' Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon

Referenzi

COM(2006)0454 – C6-0303/2006 – 2006/0156(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

20.9.2006

Kumitat responsabbli
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH
28.9.2006

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG
28.9.2006

DEVE
28.9.2006

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija
  Data tad-deċiżjoni

 

 

 

 

 

Koperazzjoni aktar mill-qrib
  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

 

 

 

Rapporteur(s)
  Data tal-ħatra

Stavros Arnaoutakis
24.11.2005

 

Rapporteur(s) preċedenti

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni  Data tad-deċiżjoni

 

Bażi legali kkontestata
  Data ta' l-opinjoni tal-JURI

 

 

 

Dotazzjoni finanzjarja emendata
  Data ta' l-opinjoni tal-BUDG

 

 

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
- data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja

 

Eżami fil-kumitat

13.9.2006

3.10.2006

20.11.2006

21.12.2006

 

Data ta' l-adozzjoni

21.12.2006

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

James Hugh Allister, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Iles Braghetto, Niels Busk, Luis Manuel Capoulas Santos, Paulo Casaca, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Ioannis Gklavakis, Alfred Gomolka, Ian Hudghton, Heinz Kindermann, Rosa Miguélez Ramos, Philippe Morillon, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Daniel Varela Suanzes-Carpegna

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

James Nicholson, Carl Schlyter

Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178 (2)) preżenti għall-votazzjoni finali

 

Data tat-tressiq

21.12.2006

 

Kummenti (informazzjoni disponibbli b'lingwa waħda biss)

...