RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiki tal-Komunità dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali
22.1.2007 - (COM(2005)0375 – C6‑0279/2005 – 2005/0156(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Ewa Klamt
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta ghal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiki tal-Komunità dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali
(COM(2005)0375 – C6‑0279/2005 – 2005/0156(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0375)[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6‑0279/2005),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0004/2007),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tikkonsultah jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
EMENDI MRESSQA MILL-PARLAMENT[2]*
|
|
għall-Proposta tal-Kummissjoni għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL rigward l-istatistiki tal-Komunità dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
|
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 285(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5], Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6], Billi: |
|
(1) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tat-28-29 ta’ Mejju 2001 ikkunsidraw, rigward l-analiżi komuni u l-iskambju mtejjeb ta’ l-istatistiki dwar il-kenn u l-migrazzjoni, li hemm bżonn ta’ qafas komprensiv u koerenti għal azzjoni futura dwar it-titjib ta’ l-istatistiki. |
|
(2) F’April 2003, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, li tistabbilixxi Pjan ta’ Azzjoni għall-ġbir u l-analiżi ta’ l-Istatistiki Komunitarji fil-qasam tal-migrazzjoni[7]. Din kienet tinkludi numru importanti ta’ bidliet ippjanati biex itejbu l-kompletezza u l-livell ta’ l-armonizzazzjoni ta’ dawn l-istatistiki. Permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni timmira li tipproponi leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-istatistiki Komunitarji dwar il-migrazzjoni u l-kenn.
|
|
(3) Il-Kunsill Ewropew ta’ Thessaloniki ta’ l-20 ta’ Ġunju 2003 kkonkluda li mekkaniżmi aktar effettivi kienu meħtieġa għall-ġbir u l-analiżi ta’ l-informazzjoni dwar il-migrazzjoni u l-kenn fl-Unjoni Ewropea. |
|
(4) Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Novembru 2003 nnota li kienet meħtieġa leġiżlazzjoni biex tiżgura l-produzzjoni ta’ statistiki komprensivi neċessarji għall-iżvilupp ta’ politiki Komunitarji ġusti u effettivi dwar il-migrazzjoni. Ir-riżoluzzjoni tappoġġja l-pjanijiet tal-Kummissjoni biex tkun proposta leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-istatistiki dwar il-migrazzjoni u l-kenn. |
|
(5) It-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea ġab miegħu dimensjoni ġeografika u politika oħra konnessa ma’ l-iskala tal-fenomeni assoċjati mal-migrazzjoni. Ħoloq ukoll impetu addizzjonali fuq id-domanda għal informazzjoni korretta, fil-ħin u armonizzata ta’ l-istatistika. Hemm ukoll bżonn li qed jiżdied għal informazzjoni ta’ l-istatistika li tirrigwarda l-professjoni, l-edukazzjoni, il-kwalifiki u t-tip ta’ attività tal-migranti. |
|
(6) Statistiki Komunitarji armonizzati u komparabbli dwar il-migrazzjoni u l-kenn huma essenzjali għall-iżvilupp u l-immonitorjar tal-leġiżlazzjoni u l-politiki Komunitarji relatati ma’ l-immigrazzjoni u l-kenn, u mal-moviment ħieles tal-persuni. |
|
(7) Hemm bżonn li jkun imsaħħaħ l-iskambju ta’ l-informazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-kenn u l-migrazzjoni u li tkun imtejba l-kwalità tal-ġbir u l-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja, li s’issa, saru fuq il-bażi ta’ sensiela ta’ “ftehimiet informali”. |
|
(8) Hu essenzjali li informazzjoni mifruxa ma’ l-Unjoni Ewropea tkun disponibbli għall-għanijiet ta’ l-immonitorjar ta’ l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-politika Komunitarji. Essenzjalment, il-prattika attwali ma tiżgurax b’mod suffiċjenti t-twassil u l-promulgazzjoni regolari, fil-ħin u rapidi b’mod kostanti ta’ dejta armonizzata. |
|
(8a) Dan ir-Regolament ma jkoprix stimi tan-numru ta’ persuni li huma residenti b’mod illegali fl-Istati Membri. L-Istati Membri m’għandhomx jipprovdu tali stimi jew dejta dwar dawk li huma residenti b’mod illegali lill-Kummissjoni (Eurostat), għalkemm tali persuni jistgħu jiġu inklużi fil-gruppi ta’ popolazzjoni minħabba stħarriġ. |
|
(8b) Kull fejn ikun possibbli, id-definizzjonijiet użati għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament huma meħudin mir-Rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Istatistiki tal-Migrazzjoni Internazzjonali, mir-Rakkomandazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar iċ-Ċensimenti tal-Popolazzjoni u l-Akkomodazzjoni fid-Djar fir-Reġjun ta’ l-ECE jew mil-leġiżlazzjoni tal-KE, u għandhom ikunu aġġornati wara l-proċeduri rilevanti. |
|
(9) Il-bżonnijiet Komunitarji l-ġodda għall-istatistiki dwar il-migrazzjoni u l-kenn juru li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 tad-9 ta’ Frar 1976 dwar il-ġbir ta’ l-istatistiki dwar il-ħaddiema barranin qdiemu[8].
|
|
(10) Ir-Regolament (KEE) Nru 311/76 għandu għalhekk ikun revokat. |
|
(11) Peress li l-objettivi ta’ l-azzjoni li trid tittieħed bl-iskop li jkunu stabbiliti regoli komuni għall-ġbir u l-kumpilazzjoni ta’ l-istatistiki Komunitarji dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(12) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistiki Komunitarji jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikulari hu jitlob konformità ma’ l-istandards ta’ imparzjalità, fiduċja, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività tan-nefqa u konfidenzjalità ta’ l-istatistika[9].
|
|
(13) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għat-tħaddim ta’ poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[10].
|
|
(13a) B’mod partikulari, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex taġġorna d-definizzjonijiet u sabiex tiddeċiedi dwar il-formazzjoni ta’ gruppi ta’ dejta u dwar tqassim addizzjonali. Minħabba li dawk il-miżuri għandhom skop ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali u sabiex iżidu elementi mhux ezzenzjali ġodda ma’ dan ir-Regolament, huma għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulata fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
|
(14) Il-Kumitat tal-Programm Statistiku, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom tad-19 ta’ Ġunju 1989 li jwaqqaf Kumitat għall-Programmi Statistiċi tal-Komunitajiet Ewropej[11], kien ikkonsultat skond l-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni,
|
|
ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: |
|
Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-ġbir u l-kumpilazzjoni ta’ l-istatistiki Komunitarji dwar: |
|
(a) l-immigrazzjoni lejn u l-emigrazzjoni minn territorji ta’ l-Istat Membru, inklużi l-flussi mit-territorju ta’ Stat Membru għal dak ta’ Stat Membru ieħor u l-flussi bejn Stat Membru u t-territorju ta’ pajjiż terz |
|
(b) iċ-ċittadinanza u l-pajjiż ta’ twelid ta’ persuni ▌ li s-soltu huma residenti fit-territorju ta’ l-Istati Membri |
|
(c) il-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi u l-proċessi fl-Istati Membri relatati ma’ l-immigrazzjoni, l-għoti tal-permess għar-residenza, iċ-ċittadinanza, il-kenn u l-forom l-oħrajn ta’ protezzjoni internazzjonali u l-prevenzjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali. |
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet 1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet segwenti għandhom japplikaw: |
|
(a) “residenza tas-soltu” tfisser il-post li fih persuna normalment tqatta’ l-perjodu tal-mistrieħ tagħha matul il-ġurnata, irrispettivament minn assenzi temporanji għal finijiet ta’ rikreazzjoni, vakanza, żjarat lill-ħbieb u l-qraba, negozju, kura medika jew pellegrinaġġ reliġjuż; jew, jekk m’hemmx dejta disponibbli, il-post ta’ residenza legali jew reġistrata |
|
(b) “immigrazzjoni” tfisser l-azzjoni li biha persuna ▌ tistabbilixxi r-residenza tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru għal perjodu li hu, jew li hu mistenni li jkun, ta’ l-anqas tnax-il xahar, filwaqt li qabel kienet normalment residenti fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz |
|
(c) “emigrazzjoni” tfisser l-azzjoni li biha persuna ▌, li qabel kienet normalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru, tħalli r-residenza tagħha f’dak l-Istat Membru għal perjodu li hu, jew li hu mistenni li jkun, ta’ l-anqas tnax-il xahar |
|
(ca) “ċittadinanza” tfisser ir-rabta legali partikulari bejn individwu u l-Istat tiegħu, miksub permezz tat-twelid jew ta’ naturalizzazzjoni, kemm jekk permezz ta’ dikjarazzjoni, għażla, żwieġ jew permezz ta’ mezz ieħor skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali |
|
(cb) “pajjiż ta’ twelid” tfisser il-pajjiż ta’ residenza (fil-konfini preżenti, jekk disponibbli) ta’ l-omm fil-ħin tat-twelid, jew, jekk mhux disponibbli, il-pajjiż (fil-konfini preżenti, jekk disponibbli), li fih seħħ it-twelid |
|
(d) “immigrant” ifisser persuna ▌ li twettaq azzjoni ta’ immigrazzjoni |
|
(e) “emigrant” ifisser persuna ▌ li twettaq azzjoni ta’ emigrazzjoni |
|
(f) “resident għal tul ta’ żmien” ifisser ir-resident għal tul ta’ żmien kif definit fl-Artikolu 2 (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE [12]
|
|
(g) “ċittadin ta’ pajjiż terz” ifisser kull persuna li mhix ċittadina ta’ l-Unjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 17(1) tat-Trattat, inklużi l-persuni li ma jappartjenu għall-ebda stat |
|
(h) “applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali” tfisser l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2 (g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE[13]
|
|
(i) “stejtus ta’ refuġjat” ifisser l-istejtus ta’ refuġjat kif definit fl-Artikolu 2 (g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE |
|
(j) “stejtus mogħti bi protezzjoni sussidjarja” ifisser l-istejtus mogħti bi protezzjoni sussidjarja kif definit fl-Artikolu 2 (f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE |
|
(k) “membri tal-familja” jfissru l-membri tal-familja kif definiti fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/343/KE[14]
|
|
(l) “protezzjoni temporanja” tfisser protezzjoni temporanja kif definita fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE[15]
|
|
(m) “minorenni mhux akkumpanjat” ifisser il-minorenni mhux akkumpanjat kif definit fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE |
|
(ma) “fruntieri esterni” jfissru fruntieri esterni kif definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) 562/2006 |
|
(mb) “ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu ġew miċħuda d-dħul" ifissru ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jitħallewx jidħlu fil-fruntiera esterna minħabba li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha ta’ dħul stipulati fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) 562/2006 u ma jiffurmawx parti mill-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta’ dak ir-Regolament |
|
(mc) “ċittadini ta’ pajjiż terz li jinstabu li jkunu preżenti b’mod illegali” jfissru ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinstabu b’mod uffiċjali li jkunu fuq it-territorju ta’ Stat Membru u li ma jissodisfawx, jew ma jissodisfawx iktar il-kondizzjonijiet sabiex jibqgħu jew il-kondizzjonijiet ta’ residenza f’dak l-Istat Membru |
|
(n) “sistemazzjoni mill-ġdid” tfisser it-trasferiment ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz jew ta’ persuni mingħajr stat fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-bżonnijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali u għal soluzzjoni fit-tul, fi Stat Membru, fejn huma jitħallew joqgħodu bi stejtus legali assigurat. |
|
2. Il-miżuru relatati ma’ l-aġġornament tad-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 11(2a). |
|
3. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar l-użu u l-effetti probabbli ta’ stimi jew metodi oħrajn sabiex l-istatistiki jkunu adattati skond definizzjonijiet nazzjonali sabiex ikunu konformi mad-definizzjonijiet armonizzati stipulati fil-paragrafu 1. |
|
3a. Għas-sena ta’ referenza 2008, l-istatistiki mogħtija lill-Kummissjoni (Eurostat) skond dan ir-Regolament jistgħu jkunu bbażati fuq definizzjonijiet (nazzjonali) alternattivi. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni (Eurostat) b’dawn id-definizzjonijiet alternattivi. |
|
4. Jekk Stat Membru mhux marbut b’wieħed jew b’aktar minn wieħed mit-testi legali indikati fid-definizzjonijiet fil-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi statistiki paragunabbli ma’ dawk rikjesti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fejn huma jistgħu jiġu pprovduti skond proċeduri leġiżlattivi u/jew amministrattivi eżistenti. |
|
Artikolu 3 Statistiki dwar il-migrazzjoni internazzjonali, popolazzjoni normalment residenti u l-akkwist taċ-ċittadinanza 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-istatistiki dwar in-numru ta’: |
|
(a) immigranti deħlin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassma kif ġej: |
|
(i) gruppi ta’ ċittadinanza skond l-età u s-sess |
|
(ii) gruppi ta’ pajjiż ta’ twelid skond l-età u s-sess |
|
(iii) gruppi ta’ pajjiż tar-residenza tas-soltu preċedenti skond l-età u s-sess |
|
(b) emigranti ħerġin mit-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassma kif ġej: |
|
(i) skond gruppi ta’ ċittadinanza |
|
(ii) skond l-età |
|
(iii) skond is-sess |
|
▌ |
|
(iv) skond gruppi ta’ pajjiż tar-residenza tas-soltu segwenti |
|
(c) il-persuni ▌li għandhom ir-residenza tas-soltu tagħhom fl-Istat Membru fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, imqassma kif ġej: |
|
(i) gruppi ta’ ċittadinanza skond l-età u s-sess |
|
(ii) gruppi ta’ pajjiż ta’ twelid skond l-età u s-sess |
|
(d) persuni ▌li għandhom ir-residenza tas-soltu tagħhom fit-territorju ta’ l-Istat Membru u li akkwistaw matul il-perjodu ta’ referenza ċ-ċittadinanza ta’ l-Istat Membru u li qabel kellhom iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz jew li qabel ma kinux jappartjenu għall-ebda stat, imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza preċedenti tal-persuni kkonċernati u skond jekk qabel il-persuna ma kinitx tappartjeni għall-ebda stat. |
|
2. L-istatistiki indikati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandhom ikunu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008. |
|
2a. Il-miżuri relatati mad-definizzjoni tal-kategoriji ta’ gruppi ta’ pajjiż ta’ twelid, gruppi ta’ pajjiż ta’ residenza preċedenti jew li jmiss u gruppi ta’ ċittadinanza għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2a) sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni tal-kategoriji. |
|
Artikolu 4 Statistiki dwar il-protezzjoni internazzjonali 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-istatistiki dwar in-numru ta’: |
|
(a) persuni li ssottomettew applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew li qed ikunu inklużi f’applikazzjoni ta’ din ix-xorta bħala membri tal-familja matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(b) persuni li huma soġġetti għal applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li qed tkun ikkunsidrata mill-awtorità nazzjonali responsabbli fl-aħħar tal-perjodu ta’ referenza |
|
▌ |
|
(h) applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali li kienu rtirati matul il-perjodu ta’ referenza. |
|
Dawn l-istatistiki għandhom ikunu mqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati. Huma għandhom ikunu relatati mal-perjodi ta’ referenza ta’ xahar kalendarju u għandhom ikunu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tax-xahar ta’ referenza. L-ewwel xahar ta’ referenza għandu jkun Jannar 2008. |
|
1a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-istatistiki dwar in-numru ta’: |
|
(a) persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jirrifjutaw applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, bħal deċiżjonijiet li jqisu applikazzjonijiet bħala inammissibbli jew bħala bla bażi u deċiżjonijiet meħudin fi proċeduri ta’ prijorità u mgħaġġla, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(b) persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-istejtus ta’ refuġjat, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(c) persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-istejtus ta’ protezzjoni sussidjarja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(d) persuni koperti minn deċiżjonijiet ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw protezzjoni temporanja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(e) persuni koperti minn deċiżjonijiet oħrajn ta’ l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta’ residenza għal raġunijiet umanitarji skond il-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-protezzjoni internazzjonali, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta’ referenza. |
|
Dawn l-istatistiki għandhom ikunu mqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati. Huma għandhom ikunu relatati ma’ perjodi ta’ referenza ta’ tliet xhur kalendarji u għandhom jingħataw lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jkun Jannar sa Marzu 2008. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-istatistiki dwar in-numru ta’: |
|
(a) applikanti għal protezzjoni internazzjonali li huma kkunsidrati mill-awtorità nazzjonali responsabbli bħala minorenni mhux akkumpanjati matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(b) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li ma jilqgħux l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, bħal deċiżjonijiet li jikkunsidraw l-applikazzjonijiet bħala inammissibbli jew bla bażi u deċiżjonijiet meħudin fi proċeduri ta’ prijorità u mgħaġġla, meħudin mill-entitajiet ta’ l-appell amministrattivi jew ġudizzjarji jew fil-qafas ta’ analiżi mill-ġdid matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(c) persuni koperti minn deċiżjonijiet li jagħtu jew jirtiraw l-istejtus ta’ refuġjat meħudin mill-entitajiet ta’ l-appell amministrattivi jew ġudizzjarji jew fil-qafas ta’ analiżi mill-ġdid matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(d) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jagħtu jew jirtiraw stejtus mogħti bi protezzjoni sussidjarja meħudin mill-entitajiet ta’ l-appell amministrattivi jew ġudizzjarji jew fil-qafas ta’ analiżi mill-ġdid matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(e) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jagħtu jew jirtiraw l-istejtus ta’ protezzjoni temporanja meħudin mill-entitajiet ta’ l-appell amministrattivi jew ġudizzjarji jew fil-qafas ta’ analiżi mill-ġdid matul il-perjodu ta’ referenza |
|
(f) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali oħrajn mill-entitajiet ta’ l-appell amministrattivi jew ġudizzjarji jew fil-qafas ta’ l-analiżi mill-ġdid biex jingħataw ▌ jew ikunu rtirati l-awtorizzazzjonijiet ta’ residenza għal raġunijiet umanitarji jew raġunijiet oħrajn skond il-liġi nazzjonali li tikkonċerna protezzjoni internazzjonali matul il-perjodu ta’ referenza |
|
▌ |
|
(h) persuni li ngħataw awtorizzazzjoni sabiex joqgħodu fl-Istat Membru fi ħdan il-qafas ta’ skema nazzjonali jew komunitarja ta’ sistemazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu ta’ referenza, fejn tali skema hija implimentata fl-Istat Membru. |
|
Dawn l-istatistiki għandhom ikunu mqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati. Huma għandhom ikunu relatati mal-perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandhom ikunu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008. |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-istatistiki li ġejjin dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 lill-Kummissjoni (Eurostat): |
|
(a) in-numru ta’ talbiet sabiex min qed ifittex il-kenn jittieħed lura jew jingħata kustodja |
|
(b) id-dispożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati t-talbiet msemmija fil-paragrafu (a) |
|
(c) id-deċiżjonijiet meħudin bħala reazzjoni għat-talbiet msemmija fil-paragrafu (a) |
|
(d) in-numru ta’ trasferimenti bħala riżultat tad-deċiżjonijiet msemmija fil-paragrafu (c) |
|
(e) in-numru ta’ talbiet għal informazzjoni |
|
Dawn l-istatistiki għandhom ikunu relatati ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandhom jingħataw lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008. |
|
Artikolu 5 Statistiki dwar il-prevenzjoni ta’ dħul jew residenza illegali 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) l-istatistiki dwar in-numru ta’: |
|
(a) ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu rifjutati d-dħul fit-territorju ta’ l-Istat Membru fil-fruntiera esterna |
|
(b) ċittadini ta’ pajjiż terz li jinstabu li qed jgħixu b’mod illegali fit-territorju ta’ l-Istat Membru skond il-liġijiet nazzjonali relatati ma’ l-immigrazzjoni. |
|
L-istatistiki taħt punt (a) għandhom jitqassmu skond l-Artikolu 13(5) tar-Regolament (KE) 562/2006. |
|
L-istatistiki taħt punt (b) għandhom ikunu mqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati. |
|
2. L-istatistiki indikati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandhom ikunu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008. |
|
Artikolu 6 Statistiki dwar il-permessi ta’ residenza u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistiki dwar: |
|
(a) in-numru ta’ permessi ta’ residenza maħruġa lil persuni li huma ċittadini ta’ pajjiż terz, imqassam kif ġej: |
|
(i) il-permessi maħruġa matul il-perjodu ta’ referenza li bih il-persuna qed tingħata l-permess biex toqgħod għall-ewwel darba, imqassma skond iċ-ċittadinanza, skond ir-raġuni għala l-permess qed ikun maħruġ u skond it-tul tal-validità tal-permess |
|
(ii) il-permessi maħruġa matul il-perjodu ta’ referenza u mogħtija minħabba l-fatt li persuna tkun qed tibdel l-istejtus ta’ l-immigrazzjoni jew ir-raġuni għala trid tibqa’, imqassma skond iċ-ċittadinanza, skond ir-raġuni għala l-permess qed ikun maħruġ u skond it-tul tal-validità tal-permess |
|
(iii) il-permessi validi fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza (in-numru tal-permessi maħruġa, mhux irtirati u mhux skaduti), imqassma skond iċ-ċittadinanza, skond ir-raġuni tal-ħruġ tal-permess u skond it-tul tal-validità tal-permess |
|
(b) in-numru ta’ residenti għal tul ta’ żmien fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza, imqassam skond iċ-ċittadinanza. |
|
2. Fejn il-liġijiet nazzjonali u l-prattiki amministrattivi ta’ l-Istat Membru jippermettu kategoriji speċifiċi ta’ viża għal tul ta’ żmien jew ta’ stejtus ta’ immigrazzjoni li jridu jingħataw minflok permessi ta’ residenza, l-għadd tal-viżi u l-għoti ta’ l-istejtus ta’ din ix-xorta għandhom ikunu inklużi fl-istatistiki meħtieġa skond il-paragrafu 1. |
|
2a. Il-miżuri relatati mad-definizzjoni tal-kategoriji tar-raġuni għall-permess għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2a) sabiex tkun żgurata l-armonizzazzjoni tal-kategoriji. |
|
3. L-istatistiki indikati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandhom ikunu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008. |
|
Artikolu 7 Statistiki dwar ir-ritorni
|
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistiki relatati ma’: |
|
(a) in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jinstabu li jkunu preżenti b’mod illegali fit-territorju ta’ l-Istat Membru u li huma suġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattivi jew ġudizzjarji li jistqarru jew jiddikjaraw li r-residenza tagħhom hija illegali u li jimponu obbligu sabiex iħallu t-territorju ta’ l-Istat Membru, imqassam skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, |
|
(b) in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li fil-fatt ħallew it-territorju ta’ l-Istat Membru, wara deċiżjoni jew att amministrattivi jew ġudizzjarji, kif imsemmi fil-punt (a), imqassam skond iċ-ċittadinanza tal-persuni ritornati. |
|
2. L-istatistiki indikati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu relatati ma’ perjodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandhom ikunu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2008. |
|
3. L-istatistiki msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jinkludu ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma trasferiti minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor skond il-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 343/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003. |
|
Artikolu 8 Tqassim addizzjonali 1. Il-miżuri relatati mad-definizzjoni ta’ tqassim addizzjonali kif stipulat hawn taħt jistgħu jkunu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju indikata fl-Artikolu 11(2a) għall-istatistiki li ġejjin: |
|
▌ |
|
(c) għall-istatistiki meħtieġa bis-saħħa ta’ l-Artikolu 4(1)(a) fis-sħuħija tiegħu tqassim skond: |
|
▌ |
|
(iii) is-sena li fiha tkun sottomessa l-applikazzjoni, |
|
(ca) għall-istatistiki meħtieġa skond l-Artikolu 4(3) tqassim skond: |
|
(i) in-numru ta’ persuni affettwati mit-talba, mid-deċiżjoni u mit-trasferiment, |
|
(cb) għall-istatistiki meħtieġa skond l-Artikolu 5(1)(a), tqassim skond: |
|
(i) l-età, |
|
(ii) is-sess, |
|
(d) għall-istatistiki meħtieġa bis-saħħa ta’ l-Artikolu 5(1)(b), tqassim skond: |
|
(i) ir-raġunijiet għall-arrest, |
|
(ii) il-post ta’ ▌l-arrest, |
|
(e) għall-istatistiki meħtieġa bis-saħħa ta’ l-Artikolu 6 tqassim skond: |
|
(i) is-sena li fiha l-permess ta’ residenza kien mogħti l-ewwel darba, |
|
▌ |
|
(iv) l-età, |
|
(v) is-sess, |
|
(f) għall-istatistiki meħtieġa bis-saħħa ta’ l-Artikolu 7 tqassim skond: |
|
(i) ir-raġuni għad-deċiżjoni jew l-att li jimponu obbligu ta’ tluq, |
|
(ii) l-età, |
|
(iii) is-sess. |
|
1a. It-tqassim addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss b’mod separat, iżda mhux suġġett għal klassifikazzjonijiet inkroċjati mat-tqassim stipulat fl-Artikoli 4 sa 7. |
|
2. Meta jkun qed jiġi deċiż jekk tqassim addizzjonali jkunx meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-bżonn għal din l-informazzjoni għall-għanijiet ta’ żvilupp u mmonitorjar tal-politiki Komunitarji u għandha tikkunsidra d-disponibilità ta’ sorsi adatti ta’ dejta u l-ispejjeż involuti. |
|
Negozjati dwar tqassim addizzjonali li jista’ jkun meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 4 sa 7 għandhom jinbdew mhux iktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-ewwel sena ta’ referenza għall-implimentazzjoni ta’ tqassim addizzjonali għandha tkun l-2010. |
|
Artikolu 9 Sorsi ta’ dejta u standards ta’ kwalità 1. L-istatistiki għandhom ikunu bbażati fuq is-sorsi ta’ dejta li ġejjin skond id-disponibilità fl-Istat Membru u b’konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali: |
|
(a) ir-rekords ta’ l-azzjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji |
|
(b) ir-reġistri relatati ma’ l-azzjonijiet amministrattivi |
|
(c) ir-reġistri tal-popolazzjoni ta’ persuni ▌jew ta’ sotto-grupp partikulari ta’ dik il-popolazzjoni |
|
(d) ċensimenti |
|
(e) servejs kampjuni |
|
(f) sorsi adatti oħrajn. |
|
Bħala parti mill-proċess ta’ l-istatistiki, jistgħu jintużaw metodi ta’ stima ta’ l-istatistika fuq bażi xjentifika u dokumentati sew. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-sorsi użati ta’ dejta, ir-raġunijiet għas-selezzjoni ta’ dawn is-sorsi u l-effetti tas-sorsi selezzjonati ta’ dejta fuq il-kwalità ta’ l-istatistiki, u dawr il-metodi ta’ stima użati, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) kull meta jkun hemm bidliet f’dawn. |
|
3. Fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdulha l-informazzjoni kollha neċessarja biex tevalwa l-kwalità, il-komparabilità u l-kompletezza ta’ l-informazzjoni ta’ l-istatistika. |
|
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) mingħajr telf ta’ żmien bir-reviżjonijiet u l-korrezzjonijiet ta’ l-istatistiki pprovduti bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, u dwar kull bidla fil-metodi u s-sors użati ta’ dejta. |
|
5. Il-miżuri relatati mad-definizzjoni tal-formati adatti għat-trażmissjoni tad-dejta għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura regolatorja indikata fl-Artikolu 11(2). |
|
Artikolu 10 Miżuri ta’ implimentazzjoni 1. Il-miżuri li ġejjin neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ▌għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura regolatorja indikata fl-Artikolu 11(2)▌ |
|
▌ |
|
(e) l-iffissar tar-regoli dwar il-formati adatti għat-trażmissjoni tad-dejta kif indikat fl-Artikolu 9. |
|
1a. Il-miżuri li ġejjin neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u mfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tiegħu, fost oħrajn billi jissupplimentawh, għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 11(2a): |
|
(a) l-aġġornament tad-definizzjonijiet kif stipulati fl-Artikolu 2 |
|
(b) id-definizzjoni tal-kategoriji ta’ gruppi ta’ pajjiż ta’ twelid, gruppi ta’ pajjiż ta’ residenza preċedenti u li jmiss u gruppi ta’ ċittadinanza kif stipulat fl-Artikolu 3(2a) |
|
(c) id-definizzjoni tal-kategoriji tar-raġunijiet għall-permess kif stipulat fl-Artikolu 6 (2a) |
|
(d) id-definizzjoni tat-tqassim addizzjonali u l-livelli ta’ tqassim li għandhom ikunu applikati għall-fatturi varjabbli kif stipulat fl-Artikolu 8 |
|
(e) l-iffissar tar-regoli dwar il-preċiżjoni u l-istandards ta’ kwalità. |
|
Artikolu 11 Proċedura 1. Meta tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom. |
|
2. Fejn hemm referenza għal dan il-paragrafu, ▌l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. |
|
Iż-żmien stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur. |
|
2a. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. |
|
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura. |
|
Artikolu 12 Rapport Sa ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u kull tliet snin minn dak in-nhar ’il hawn, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistiki miġbura skond dan ir-Regolament u l-kwalità tagħhom. |
|
Artikolu 13 Revoka Ir-Regolament (KEE) Nru 311/76 hu hawnhekk revokat. |
|
Artikolu 14 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. |
|
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. |
|
Magħmul fi Brussell, |
|
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill |
|
Il-President Il-President
|
|
- [1] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.
- [2] * Test emendat huwa indikat b’tipa qawwija u korsiva, tħassir huwa indikat bis-simbolu li ġej ▌
- [3] ĠU C , , p. .
- [4] ĠU C , , p. .
- [5] ĠU C , , p. .
- [6] ĠU C , , p. .
- [7] COM (2003) 179
- [8] ĠU L 39, 14.2.1976, p. 1.
- [9] ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
- [10] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
- [11] ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
- [12] ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.
- [13] ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
- [14] ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.
- [15] ĠU L 212, 7.8.2001, p.1.
PROĊEDURA
Titolu |
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiki tal-Komunità dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali |
||||||||||
Referenzi |
COM(2005)0375 – C6-0279/2005 – 2005/0156(COD) |
||||||||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
14.9.2005 |
||||||||||
Kumitat responsabbli |
LIBE |
||||||||||
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni |
AFET |
DEVE |
EMPL |
FEMM |
|
||||||
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija |
AFET |
DEVE |
EMPL |
FEMM |
|
||||||
Koperazzjoni iktar mill-qrib |
|
|
|
|
|
||||||
Rapporteur(s) |
Ewa Klamt |
|
|||||||||
Rapporteur(s) preċedenti |
|
|
|||||||||
Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni |
|
||||||||||
Bażi legali kkontestata |
|
|
|
||||||||
Dotazzjoni finanzjarja emendata |
|
|
|
||||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||||||
Konsultazzjoni mill-PE mal-Kumitat tar-Reġjuni - data tad-deċiżjoni fis-seduta plenarja |
|
||||||||||
Eżami fil-kumitat |
24.1.2006 |
29.5.2006 |
19.12.2006 |
|
|
||||||
Data ta’ l-adozzjoni |
19.12.2006 |
||||||||||
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+ – 0 |
27 0 0 |
|||||||||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Mihael Brejc, Kathalijne Maria Buitenweg, Michael Cashman, Jean-Marie Cavada, Panayiotis Demetriou, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Patrick Gaubert, Lívia Járóka, Ewa Klamt, Ole Krarup, Barbara Kudrycka, Henrik Lax, Hartmut Nassauer, Martine Roure, Inger Segelström, Ioannis Varvitsiotis, Donato Tommaso Veraldi, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka |
||||||||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Gérard Deprez, Javier Moreno Sánchez, Bill Newton Dunn, Herbert Reul, Antonio Tajani, Rainer Wieland |
||||||||||
Sostitut(i) (skond l-Artikolu 178(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
|
||||||||||
Data tat-tressiq |
22.1.2007 |
||||||||||
Kummenti |
|
||||||||||